|
7.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 265/17 |
AVVIŻ TA’ INFORMAZZJONI — KONSULTAZZJONI PUBBLIKA
Indikazzjonijiet ġeografiċi proposti miċ-Ċina biex jiġu protetti fl-UE
(2019/C 265/07)
Fil-qafas tan-negozjati maċ-Ċina għal Ftehim dwar il-kooperazzjoni fir-rigward tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-protezzjoni tagħhom (minn issa ’l quddiem “il-Ftehim”), l-awtoritajiet miċ-Ċina ppreżentaw l-Indikazzjoni Ġeografika mehmuża għall-protezzjoni skont il-Ftehim. Il-Kummissjoni Ewropea bħalissa qiegħda tikkunsidra jekk din l-Indikazzjoni Ġeografika għandhiex tiġi protetta skont il-Ftehim futur bħala Indikazzjoni Ġeografika, skont it-tifsira tal-Artikolu 22(1) tal-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ.
Il-Kummissjoni tistieden lil kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż terz, jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li għandha interess leġittimu, li hi residenti jew stabbilita fi Stat Membru jew f’pajjiż terz, biex tressaq oppożizzjoni għal tali protezzjoni billi tibgħat dikjarazzjoni sostanzjata kif xieraq.
Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni jridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż. Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni jenħtieġ li jintbagħtu f’dan l-indirizz tal-posta elettronika: AGRI-A4@ec.europa.eu
Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni għandhom jiġu eżaminati biss jekk jaslu fil-limitu taż-żmien stabbilit hawn fuq u jekk dawn juru li l-protezzjoni tal-isem propost:
|
(a) |
toħloq kunflitt mal-isem ta’ varjetà ta’ pjanta jew ta’ razza tal-bhejjem u b’hekk x’aktarx tkun tqarraq bil-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott; |
|
(b) |
hija kompletament jew parzjalment omonima ma’ dik ta’ isem li diġà huwa protett fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), jew ma’ waħda mill-indikazzjonijiet ġeografiċi mill-pajjiżi mhux tal-UE skont il-ftehimiet bilaterali disponibbli pubblikament fl-indirizz li ġej: https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/food-farming-fisheries/food_safety_and_quality/documents/list-gis-non-eu-countries-protected-in-eu_en.pdf |
|
(c) |
fid-dawl tar-reputazzjoni u tal-fama tat-trademark u t-tul ta’ żmien li ilha tintuża, tista’ tqarraq bil-konsumatur dwar l-identità vera tal-prodott; |
|
(d) |
tipperikola l-eżistenza ta’ isem jew ta’ trademark kompletament jew parzjalment identiċi, jew tipperikola l-eżistenza ta’ prodotti li jkunu ilhom fis-suq b’mod legali għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż; |
|
(e) |
jew jekk jistgħu jingħataw dettalji li minnhom wieħed jista’ jikkonkludi li l-isem li għalih qed titqies il-protezzjoni huwa kkunsidrat ġeneriku. |
Il-kriterji msemmija hawn fuq għandhom ikunu evalwati b’rabta mat-territorju tal-Unjoni, li fil-każ tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jirreferi biss għat-territorju jew għat-territorji fejn dawn id-drittijiet huma protetti. Il-possibbiltà li dawn l-ismijiet ikunu protetti fl-Unjoni Ewropea tiddependi minn jekk dawn in-negozjati jintemmewx b’suċċess, kif ukoll mill-att legali sussegwenti.
Lista tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (2)
|
Isem kif irreġistrat fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina |
Traskrizzjoni (*1) |
Traduzzjoni (*1) |
Deskrizzjoni qasira |
|
|
Lu'an Guapian |
Lu'an Melon-seed-shaped Tea |
Te |
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Isem mogħti mill-awtoritajiet taċ-Ċina fil-qafas tan-negozjati, u rreġistrat fiċ-Ċina.
(*1) Għal skopijiet ta’ informazzjoni biss.