|
4.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/2 |
Avviż dwar il-ħlas ta’ imgħax fil-każ ta’ rimborż ta’ dazji relatati ma’ miżuri ta’ difiża tal-kummerċ wara sentenza finali mill-Qorti tal-Ġustizzja
(2019/C 224/02)
1.
Fit-18 ta’ Jannar 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat is-sentenza tagħha fil-Kawża C-365/15 Wortmann. Skont dik id-deċiżjoni, meta taxxi jew dazji jkunu ġew imposti minn Stat Membru skont regolament li jkun ġie ddikjarat invalidu jew annullat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, dawk il-partijiet li jkunu ħallsu t-taxxi jew id-dazji skont ir-Regolament annullat ikollhom id-dritt, fil-prinċipju, li jiksbu mhux biss il-ħlas lura ta’ dawk it-taxxi jew dazji iżda wkoll l-imgħax fuq dawk l-ammonti (1).
2.
Konsegwentement, u għal raġunijiet ta’ ċarezza, il-Kummissjoni bdiet tinkludi dispożizzjonijiet dwar ir-rata ta’ imgħax applikabbli fir-regolamenti ta’ implimentazzjoni tagħha li jimponu miżuri ta’ difiża tal-kummerċ (jiġifieri, miżuri antidumping, kumpensatorji u ta’ salvagwardja). Il-Kummissjoni inizjalment stabbiliet ir-rata tal-imgħax li għandha titħallas f’każ ta’ rimborż wara sentenza finali mill-Qorti tal-Ġustizzja bħala r-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, miżjuda b’punt perċentwali wieħed, skont l-Artikolu 112(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).
3.
Fit-2 ta’ Awwissu 2018, ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) daħal fis-seħħ. Dak ir-regolament sar applikabbli fl-istess jum (4) u jistabbilixxi fost l-oħrajn ir-regoli għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-UE (5).
4.
L-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, li japplika wkoll mit-2 ta’ Awwissu 2018 (6), jiddikjara li:“meta ammont irid jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea…, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikat fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. Ir-rata ta’ mgħax ma għandhiex tkun fin-negattiv. L-imgħax għandu jibda mid-data tal-pagament tal-ammont li jrid jiġi rimborżat sad-data li fiha jkun dovut ir-rimborż.
F’każijiet li fihom ir-rata tal-imgħax ġenerali tkun negattiva, din għandha tiġi stabbilita għal żero fil-mija.”
5.
Għalhekk, il-Kummissjoni ma għadhiex intitolata li tispeċifika, fil-qasam tal-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ, ir-rata tal-imgħax applikabbli fil-premessi relevanti jew fil-parti operattiva tar-regolamenti li jimponu miżuri antidumping, kumpensatorji jew ta’ salvagwardja.
6.
B’riżultat ta’ dan, id-dispożizzjonijiet kollha rilevanti fir-regolamenti ta’ implimentazzjoni kollha adottati skont ir-Regolamenti (UE) 2016/1036 (7), (UE) 2016/1037 (8), (UE) 2015/478 (9), u (UE) 2015/755 (10) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ġew sostitwiti bl-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 mit-2 ta’ Awwissu 2018.
7.
Bħala referenza, il-Kummissjoni qed tinkludi fl-Anness lista tar-regolamenti kollha ta’ implimentazzjoni emendati bl-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
8.
Għaldaqstant, għall-importazzjonijiet rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fit-2 ta’ Awwissu 2018 jew wara, meta ammont għandu jiġi rimborżat wara sentenza finali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ir-rata tal-imgħax applikabbli għandha tkun dik applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.
9.
L-importazzjonijiet li ġew rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera qabel it-2 ta’ Awwissu 2018 mhumiex soġġetti għall-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. B’riżultat ta’ dan, jekk tiġi speċifikata, ir-rata tal-imgħax stabbilita fir-Regolament ta’ implimentazzjoni rispettiv tapplika għal dawn l-importazzjonijiet.
(1) Is-Sentenza tal-Qorti tat-18 ta’ Jannar 2017 fil-Kawża C-365/15 Wortmann, ECLI:EU:C:2017:19, il-paragrafu 37.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1) (magħruf ukoll bħala r-Regolament Finanzjarju).
(4) L-Artikolu 282(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
(5) Ibid, l-Artikolu 1.
(6) Ibid, l-Artikolu 282(2).
(7) Ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21).
(8) Ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55).
(9) Ir-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (ĠU L 83, 27.3.2015, p. 16).
(10) Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33).
ANNESS
|
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/140 tad-29 ta’ Jannar 2018 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jtemm l-investigazzjoni fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fl-Indja. C/2018/0265 |
|
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/186 tas-7 ta’ Frar 2018 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. C/2018/0599 |
|
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/330 tal-5 ta’ Marzu 2018 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. C/2018/1274 |
|
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/607 tad-19 ta’ April 2018 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar ikkonsenjati mill-Marokk u mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi u sew jekk le, wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. C/2018/2231 |
|
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/931 tat-28 ta’ Ġunju 2018 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku li joriġinaw mill-Indja u mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. C/2018/3975 |
|
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/921 tat-28 ta’ Ġunju 2018 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu tartariku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. C/2018/3957 |
|
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1570 tat-18 ta’ Ottubru 2018 li jtemm il-proċedimenti li jikkonċernaw l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw fl-Arġentina u l-Indoneżja u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1194/2013. C/2018/6750 |
|
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579 tat-18 ta’ Ottubru 2018 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/163. C/2018/6765 |
|
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1684 tat-8 ta’ Novembru 2018 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ mekkaniżmi li jinfetħu u jingħalqu b’lieva li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. C/2018/7153 |
|
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1690 tad-9 ta’ Novembru 2018 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi ġodda jew b’wiċċ ġdid, ta’ tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor definittivament id-dazju proviżorji impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/163. C/2018/7349 |
|
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/72 tas-17 ta’ Jannar 2019 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ roti elettriċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. C/2019/43 |
|
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/73 tas-17 ta’ Jannar 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ roti elettriċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. C/2019/48 |
|
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 tal-31 ta’ Jannar 2019 li jimponi miżuri definittivi ta’ salvagwardja kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar. C/2019/709 |
|
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/244 tal-11 ta’ Frar 2019 li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina. C/2019/880 |
|
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/251 tat-12 ta’ Frar 2019 li jirrigwarda d-dazji definittivi antidumping imposti fuq importazzjonijiet minn Hubei Xinyegang Steel Co., Ltd u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2272 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. C/2019/874 |
|
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/297 tal-20 ta’ Frar 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ġild kamoxxa li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. C/2019/1306 |