|
24.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 179/4 |
Noti ta’ Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea
(2019/C 179/05)
Skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) huma emendati kif ġej:
Fil-paġna 370, in-nota ta’ spjegazzjoni għas-subintestatura tan-NM “8544 70 00 kejbils ta’ fibra ottika” hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“8544 70 00 |
Kejbils ta’ fibra ottika Din is-subintestatura tinkludi wkoll il-kejbils ta’ fibra ottika, iddisinjati pereżempju, għall-użu fit-telekomunikazzjoni, magħmulin minn fibra ottika waħda jew aktar tal-intestatura 9001 li huma miksija individwalment b’żewġ saffi ta’ polimeru tal-akrilat. Il-kisja tikkonsisti f’saff ta’ ġewwa ta’ akrilat artab u saff ta’ barra ta’ akrilat iebes, b’dan tal-aħħar jista’ jingħata kulur jew ikun miksi b’saff ta’ kuluri differenti li jippermettu l-identifikazzjoni tal-fibri. Il-fibri ottiċi huma individwalment miksija b’kisja ta’ saff doppju; dawn ma jiffurmawx kejbil ta’ fibra ottika tal-intestatura 8544 waħedhom sakemm jitqiegħdu f’kejsing protettiv. Il-kisja b’saff doppju tal-fibri ottiċi individwali tipprovdi protezzjoni u integrità strutturali, pereżempju, billi tipproteġi l-fibri individwali milli jinqasmu u jinbarxu. Eżempju tal-istruttura ta’ fibra ottika miksija individwalment tal-intestatura 9001:
Eżempji ta’ kejbils ta’ fibra ottika tal-intestatura 8544 magħmula minn fibri miksija individwalment imqiegħda f’kejsing protettiv:
|
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).