17.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 169/16 |
Avviż għall-attenzjoni tal-ISTAT IŻLAMIKU FL-IRAQ U L-LEVANTE - KHORASAN (ISIL-K) li ismu żdied mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjonijiet ta’ Al-Qaida, bis-saħħa tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/791
(2019/C 169/09)
1.
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 (1) titlob lill-Unjoni biex tiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tal-membri tal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da’esh) u tal-Al-Qaida u ta’ individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom, imsemmijin fil-lista miktuba skont UNSCR 1267(1999) u 1333(2000) li għandha tiġi aġġornata b’mod regolari mill-Kumitat tan-NU stabbilit skont UNSCR 1267(1999).Il-lista miktuba minn dan il-Kumitat tan-NU tinkludi:
— |
ISIL (Da'esh) u Al-Qaida; |
— |
persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet, korpi u gruppi assoċjati ma’ ISIL (Da’esh) u Al Qaida; kif ukoll |
— |
persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi li huma proprjetà ta’ xi waħda minn dawn il-persuni, entitajiet, korpi u gruppi jew huma kkontrollati minnhom, jew b’xi mod iservu ta’ appoġġ għalihom. |
Atti jew attivitajiet li jindikaw li individwu, grupp, impriża, jew entità huma “assoċjati ma’” ISIL (Da’esh) u Al Qaida, jinkludu:
(a) |
il-parteċipazzjoni fl-iffinanzjar, l-ippjanar, l-iffaċilitar, it-tħejjija jew it-twettiq ta’ atti jew attivitajiet li jsiru minn, flimkien ma’, taħt isem, f’isem jew b’appoġġ għal ISIL (Da’esh) u Al-Qaida jew minn kull ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata’ minnhom jew derivat tagħhom; |
(b) |
il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ armi u materjal relatat lil xi waħda minnhom; |
(c) |
ir-reklutaġġ għal xi waħda minnhom; jew |
(d) |
xi forma oħra ta’ appoġġ għall-atti jew l-attivitajiet ta’ xi waħda minnhom. |
2.
Il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fl-14ta’ Mejju 2019 approva ż-żieda tal-entrata tal-ISTAT IŻLAMIKU FL-IRAQ U L-LEVANTE - KHORASAN (ISIL-K) mal-lista tal-ISIL (Da’esh) u tal-Al-Qaida tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet.L-ISTAT IŻLAMIKU FL-IRAQ U L-LEVANTE - KHORASAN (ISIL-K) jista' jippreżenta f'kull ħin talba lill-Ombudsperson tan-NU, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex terġa' tiġi kkunsidrata d-deċiżjoni li jiġi inkluż fil-lista tan-NU msemmija hawn fuq. Dawn it-talbiet jenħtieġ li jintbagħtu fl-indirizz li ġej:
United Nations - Office of the Ombudsperson |
Room TB-08041D |
New York, NY 10017 |
UNITED STATES OF AMERICA |
Tel: +1 2129632671 |
Faks: +1 2129631300/3778 |
Posta elettronika: ombudsperson@un.org |
Għal aktar informazzjoni ara https://www.un.org/sc/suborg/en/sanctions/1267/aq_sanctions_list/procedures-for-delisting.
3.
Wara d-deċiżjoni tan-NU msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/791 (2), li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (3). L-emenda, li saret skont l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(1) tar-Regolment (KE) Nru 881/2002, iżżid l-isem tal-ISTAT IŻLAMIKU FL-IRAQ U L-LEVANTE - KHORASAN (ISIL-K) mal-lista fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament (“Anness I”).Il-miżuri li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 japplikaw għall-individwi u l-entitajiet li jinsabu fl-Anness I:
(1) |
l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lill-individwi u l-entitajiet ikkonċernati, jew li huma proprjetà tagħhom jew miżmuma minnhom, u l-projbizzjoni (fuq kulħadd) milli jagħmel disponibbli fondi u riżorsi ekonomiċi lill-individwi u l-entitajiet ikkonċernati jew għall-benefiċċju tagħhom, kemm direttament kif ukoll indirettament (l-Artikoli 2 u 2a); kif ukoll |
(2) |
il-projbizzjoni tal-għoti, il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment ta’ pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma’ attivitajiet militari lil kull individwu jew entità kkonċernata, kemm direttament kif ukoll indirettament (l-Artikolu 3). |
4.
L-Artikolu 7a tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jipprovdi għal proċess ta’ rieżami meta jiġu ppreżentati l-osservazzjonijiet dwar ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista minn dawk li jkunu elenkati. L-individwi u l-entitajiet miżjudin fl-Anness I permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/791 jistgħu jagħmlu talba lill-Kummissjoni biex isiru jafu r-raġunijiet għall-inklużjoni tagħha. Din it-talba jenħtieġ li tintbagħat lil:
European Commission |
“Restrictive measures” |
Rue de la Loi/Wetstraat 200 |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
5.
Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-individwi u tal-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw ir-Regolament (UE) Nru 791/2019 quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fir-raba’ u fis-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
6.
Għall-korrettezza, qed tinġibed l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet inklużi fl-Anness I għall-possibbiltà li jressqu applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat(i) Membru/Membri rilevanti, kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw fondi u riżorsi ekonomiċi ffriżati għal bżonnijiet essenzjali jew għal pagamenti speċifiċi skont l-Artikolu 2a ta' dan ir-Regolament.
(1) ĠU L 255, 21.09.2016, p. 25.