5.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/3


Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) )

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 126/04)

Deċiżjonijiet li jagħtu awtorizzazzjoni

Referenza tad-Deċiżjoni (2)

Id-data tad-deċiżjoni

Isem is-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Id-data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-Deċiżjoni

C(2019) 2309

Id-29 ta’ Marzu 2019

Triossidu tal-kromu

Numru EC: 215-607-8,

Numru CAS 1333-82-0

Federal-Mogul Valvetrain GmbH, Hannoversche Strasse 73, 30980 Barsinghausen, Germany

REACH/19/5/0

L-użu tat-triossidu tal-kromu fil-kisi funzjonali tal-valvs li jintużaw fil-magni tal-petrol u tad-diżil għall-vetturi ħfief u tqal.

Il-21 ta’ Settembru 2029

Skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi jegħlbu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent li jirriżultaw mill-użu tas-sustanza u ma hemmx sustanzi jew teknoloġiji alternattivi xierqa f’termini tal-fattibbiltà teknika u ekonomika tagħhom.


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1

(2)  Id-Deċiżjoni tinsab fis-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about/index_mt.htm