IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 17.10.2019
COM(2019) 473 final
2019/0226(NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tas-Senegal u l-Unjoni Ewropea
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u għanijiet tal-proposta
Il-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika tas-Senegal u l-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fid-20 ta’ Novembru 2014 u baqa’ jiġġedded b’mod taċitu minn dak iż-żmien ’l hawn. Il-Protokoll attwali fis-seħħ jiskadi fis-19 ta’ Novembru 2019.
Abbażi tad-Direttivi tan-negozjati rilevanti, il-Kummissjoni nnegozjat mal-Gvern tar-Repubblika tas-Senegal (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “is-Senegal”) bil-ħsieb li tikkonkludi Protokoll ġdid tal-Ftehim. Wara dawn in-negozjati, fid-19 ta’ Lulju 2019 ġie inizjalat Protokoll ġdid. Il-Protokoll ikopri perjodu ta’ ħames snin mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tiegħu, jiġifieri mid-data tal-iffirmar tiegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 16 tiegħu.
L-għan tal-proposta huwa li tawtorizza l-konklużjoni tal-Protokoll.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika
Skont il-prijoritajiet tar-riforma tal-politika tas-sajd, il-Protokoll il-ġdid joffri opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet tas-Senegal, skont l-aqwa parir xjentifiku disponibbli u filwaqt li jħares ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (l-ICCAT). Dan il-Protokoll il-ġdid iqis ir-riżultati ta’ evalwazzjoni tal-aħħar Protokoll (tal-2014 sal-2019) u ta’ evalwazzjoni li tħares lejn il-ġejjieni dwar jekk għandux jiġi konkluż Protokoll ġdid. It-tnejn li huma twettqu minn esperti esterni. Il-Protokoll se jippermetti wkoll lill-Unjoni Ewropea u lis-Senegal jaħdmu aktar mill-qrib bejniethom biex jippromwovu l-użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet tas-Senegal u se jappoġġa l-isforzi tas-Senegal biex jiżviluppa l-ekonomija l-blu tiegħu, fl-interess taż-żewġ partijiet.
Il-Protokoll jipprevedi opportunitajiet tas-sajd fil-kategoriji li ġejjin:
- 28 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni mgħammra bi friża;
- 10 bastimenti tas-sajd bil-qasab,
- 5 bastimenti tas-sajd bil-konz,
- 2 bastimenti tat-tkarkir.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
In-negozjar ta’ Protokoll ġdid tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd mas-Senegal jidħol fil-qafas tal-azzjoni esterna tal-UE mal-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (il-pajjiżi AKP), u jqis b’mod partikulari l-għanijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-ħarsien tal-prinċipji demokratiċi u tad-drittijiet tal-bniedem.
Minkejja li fil-livell lokali, l-attività ekonomika ġġenerata fis-settur tas-sajd tas-Senegal tgħin biex jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni irregolari.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
Il-bażi ġuridika magħżula hija t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li l-Artikolu 43(2) tiegħu jistabbilixxi l-politika komuni tas-sajd, l-Artikolu 218(6)(a)(v) tiegħu jistabbilixxi l-istadju tal-konklużjoni tal-ftehimiet bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi u l-Artikolu 218(7) tiegħu jipprevedi d-dispożizzjonijiet marbutin mal-awtorizzazzjoni tal-emendi tal-Protokoll.
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
Il-proposta tidħol fl-ambitu tal-kompetenza esklużiva tal-Unjoni Ewropea.
•Proporzjonalità
Il-proposta hija proporzjonata mal-għan li jiġi stabbilit qafas ta’ governanza ġuridiku, ambjentali, ekonomiku u soċjali għall-attivitajiet tas-sajd li l-bastimenti tal-Unjoni jwettqu fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi, kif stabbilit fl-Artikolu 31 tar-Regolament li jistabbilixxi l-politika komuni tas-sajd. Hija tikkonforma ma’ dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll mad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna finanzjarja lil pajjiżi terzi stabbiliti fl-Artikolu 32 ta’ dak ir-Regolament.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
Fl-2019, il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni ex post tal-Protokoll attwali tal-Ftehim ta’ sħubija fis-settur tas-sajd mas-Senegal, kif ukoll evalwazzjoni ex ante tat-tiġdid potenzjali tal-Protokoll. Il-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni huma ppreżentati f’dokument ta’ ħidma separat.
Mill-evalwazzjoni ħareġ li s-settur tas-sajd għat-tonn u bit-tkarkir tal-UE huwa interessat ferm fis-sajd fis-Senegal u li t-tiġdid tal-Protokoll jikkontribwixxi biex jissaħħu l-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza u biex tittejjeb il-governanza tas-sajd fir-reġjun. L-importanza tar-rwol tas-Senegal fil-governanza reġjonali tikkontribwixxi għar-rilevanza tal-Protokoll il-ġdid previst kemm għas-settur tas-sajd għat-tonn tal-UE kif ukoll għall-pajjiż sieħeb.
•Konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati
Bħala parti mill-evalwazzjoni ġew ikkonsultati l-Istati Membri, ir-rappreżentanti tal-industrija, l-organizzazzjonijiet internazzjonali tas-soċjetà ċivili, kif ukoll l-amministrazzjoni tas-sajd u s-soċjetà ċivili tas-Senegal. Saru wkoll konsultazzjonijiet fil-qafas tal-Kunsill Konsultattiv għall-Flotta ta’ Distanzi Twal.
•Ġbir u użu tal-għarfien espert
Il-Kummissjoni użat konsulent indipendenti għall-evalwazzjonijiet ex post u ex ante, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 31(10) tar-Regolament li jistabbilixxi l-politika komuni tas-sajd.
4.IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA
Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali tal-Unjoni Ewropea hija ta’ EUR 1 700 000, abbażi ta’:
a) ammont stabbilit għal EUR 800 000 relatat mal-aċċess, b’mod partikolari għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 10 000 tunnellata ta’ tonn fis-sena, u ma’ volum awtorizzat ta’ qabdiet ta’ merluzz iswed ta’ 1750 tunnellata fis-sena.
b) appoġġ għall-iżvilupp tal-politika settorjali tas-sajd tas-Senegal ta’ EUR 900 000 fis-sena għall-perjodu kollu tal-Protokoll. Dan l-appoġġ jilħaq l-objettivi tal-politika nazzjonali b’rabta mal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd kontinentali u tal-baħar tas-Senegal għall-perjodu kollu tal-Protokoll.
L-ammont annwali għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament huwa stabbilit fil-proċedura baġitarja annwali, fosthom għal-linja ta’ riżerva għall-protokolli li jkun għadhom ma daħlux fis-seħħ fil-bidu tas-sena.
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar
L-arranġamenti dwar il-monitoraġġ huma stabbiliti fil-Protokoll.
Din il-proċedura qed tinbeda b’mod parallel mal-proċeduri marbutin mad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Protokoll tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika tas-Senegal u l-Unjoni Ewropea.
2019/0226 (NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tas-Senegal u l-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43(2) flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v) u mal-Artikolu 218(7) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1)Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/..., il-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika tas-Senegal u l-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”) ġie ffirmat fil-[daħħal id-data tal-iffirmar], suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data iktar tard.
(2)L-għan tal-Protokoll huwa li jippermetti lill-Unjoni u lis-Senegal jaħdmu aktar mill-qrib bejniethom biex jippromwovu politika tas-sajd sostenibbli u l-użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet tas-Senegal u li jippermettilhom jappoġġaw l-isforzi tas-Senegal biex jiżviluppaw is-settur tas-sajd tagħhom.
(3)Jenħtieġ li l-Protokoll jiġi approvat f’isem l-Unjoni.
(4)L-Artikolu 7 tal-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt inkarigat mill-kontroll tal-applikazzjoni tiegħu. Barra minn hekk, il-Kumitat Konġunt jista' japprova ċerti modifiki għall-Protokoll. Sabiex tiġi ffaċilitata l-approvazzjoni ta’ dawn l-emendi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tapprovahom f’isem l-Unjoni bi proċedura ssimplifikata, b’ċerti kundizzjonijiet sostantivi u proċedurali.
(5)Jenħtieġ li l-Kunsill jistabbilixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni dwar l-emendi previsti. Jenħtieġ li l-emendi proposti jiġu approvati sakemm minoranza ta’ Stati Membri li timblokka ma toġġezzjonax għalihom skont l-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tas-Senegal u l-Unjoni Ewropea (2019-2024) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”) huwa approvat f’isem l-Unjoni.
It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni bħala l-Anness I.
Artikolu 2
Skont id-dispożizzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha s-setgħa tapprova, f’isem l-Unjoni, l-emendi tal-Protokoll li l-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika tas-Senegal u l-Unjoni Ewropea għandu jadotta.
Artikolu 3
Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar lill-persuna jew lill-persuni li għandhom is-setgħa jagħmlu n-notifika prevista fl-Artikolu 16 tal-Protokoll f’isem l-Unjoni Ewropea sabiex jesprimu l-kunsens tal-Unjoni Ewropea li tintrabat bil-Protokoll.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar:
1.4.Għanijiet
1.4.1.Għanijiet ġenerali
1.4.2.Għanijiet speċifiċi
1.4.3.Riżultati u impatti mistennija
1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (‑dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadann mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza tad-dritt, effettività akbar jew il-kumplimentarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
1.5.3.Tagħlimiet meħudin minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
1.5.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva
1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
3.2.2.Output stmat iffinanzjat b’approprjazzjonijiet operazzjonali
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika tas-Senegal u l-Unjoni Ewropea.
1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
11 – L-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
11.03 – Kontribuzzjonijiet obbligatorji għall-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd u għal organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn u għall-ftehimiet dwar is-sajd sostenibbli (l-SFAs)
11.03.01 – L-istabbiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd imwettqin minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi
1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar:
X azzjoni ġdida
◻ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja
◻ l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
◻ fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn/ma’ azzjoni oħra jew azzjoni ġdida
1.4.Għanijiet
1.4.1.Għanijiet ġenerali
In-negozjar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli ma’ pajjiżi terzi jilħqu l-għan ġenerali li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea jingħataw aċċess għal żoni tas-sajd ta’ pajjiżi terzi u li tiġi żviluppata sħubija ma’ dawn il-pajjiżi bil-għan li jissaħħaħ l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd barra l-ilmijiet tal-Unjoni.
Il-ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli jiżguraw ukoll il-koerenza bejn il-prinċipji li jirregolaw il-politika komuni tas-sajd u l-impenji meħudin fil-kuntest ta’ politiki Ewropej oħrajn (l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-pajjiżi terzi, il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (is-sajd IUU), l-integrazzjoni tal-pajjiżi sħab fl-ekonomija globali u governanza politika u finanzjarja aħjar tas-sajd).
1.4.2.Għanijiet speċifiċi
Għan speċifiku
Sabiex jingħata kontribut għas-sajd sostenibbli fl-ilmijiet li mhumiex tal-Unjoni, tinżamm preżenza Ewropea fis-sajd fl-ilmijiet imbiegħda u jitħarsu l-interessi tas-settur tas-sajd Ewropew u tal-konsumaturi billi jiġu nnegozjati u konklużi ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli ma’ Stati kostali, b’mod li jkun konsistenti ma’ politiki Ewropej oħrajn.
1.4.3.Riżultati u impatti mistennija
Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.
Bil-konklużjoni tal-Protokoll ikun jista’ jissawwar qafas ta’ sħubija strateġika dwar is-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u s-Senegal. filwaqt li bil-konklużjoni tal-Protokoll se jinħolqu opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet tas-Senegal.
Il-Protokoll se jikkontribwixxi wkoll għal ġestjoni u konservazzjoni aħjar tar-riżorsi tas-sajd, permezz ta’ appoġġ finanzjarju (appoġġ settorjali) għall-implimentazzjoni tal-programmi adottati fil-livell nazzjonali mill-pajjiż sieħeb, b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam mal-monitoraġġ u mal-ġlieda kontra s-sajd illegali u mal-appoġġ għas-settur tas-sajd fuq skala żgħira.
Fl-aħħar nett, il-Protokoll se jikkontribwixxi għall-ekonomija tas-sajd tas-Senegal billi jippromwovi t-tkabbir marbut mal-attivitajiet ekonomiċi relatati mas-sajd.
1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.
Ir-rati tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd (l-użu annwali tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd bħala perċentwali tad-disponibbiltà offruta bil-Protokoll).
Id-data dwar il-qabdiet (il-ġbir u l-analiżi) u l-valur kummerċjali tal-Ftehim.
Il-kontribut għall-impjiegi u għall-valur miżjud fl-Unjoni, kif ukoll għall-istabbilizzazzjoni tas-suq tal-Unjoni (flimkien ma’ ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli oħrajn).
Il-kontribut għat-titjib tar-riċerka, tal-monitoraġġ u tal-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd min-naħa tal-pajjiż sieħeb u tal-iżvilupp tas-settur tas-sajd tiegħu, l-aktar dak fuq skala żgħira.
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
Hu maħsub li l-Protokoll il-ġdid jibda japplika b’mod provviżorju mid-data tal-iffirmar tiegħu ħalli jitnaqqsu kemm jista’ jkun l-interruzzjonijiet tal-attivitajiet tas-sajd li għaddejjin skont il-Protokoll attwali.
Il-Protokoll il-ġdid se jipprovdi qafas għall-attivitajiet tas-sajd tal-flotta tal-Unjoni fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal, u se jawtorizza lis-sidien tal-bastimenti tal-UE japplikaw għal awtorizzazzjonijiet tas-sajd biex jistadu f’dik iż-żona. Barra minn hekk, il-Protokoll il-ġdid isaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-UE u s-Senegal bil-għan li jippromwovi l-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli. B’mod partikulari, dan jipprevedi l-monitoraġġ tal-bastimenti permezz tal-VMS u t-trażmissjoni elettronika tad-data dwar il-qabdiet. L-appoġġ settorjali disponibbli skont il-Protokoll se jgħin lis-Senegal fl-istrateġija nazzjonali tas-sajd tagħha, inkluża fil-ġlieda kontra s-sajd IUU.
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (‑dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadann mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza tad-dritt, effettività akbar jew il-kumplimentarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
Jekk l-Unjoni ma tikkonkludix Protokoll ġdid, il-bastimenti tal-Unjoni ma jkunux jistgħu jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom, billi l-Ftehim fih klawżola li teskludi l-attivitajiet tas-sajd li ma jsirux fi ħdan il-qafas iddefinit minn protokoll tal-Ftehim. Għalhekk il-valur miżjud huwa espliċitu għall-flotta tal-UE ta’ distanzi twal. Il-Protokoll jipprovdi wkoll qafas għal kooperazzjoni msaħħa bejn l-Unjoni u s-Senegal.
1.5.3.Tagħlimiet meħudin minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
L-analiżi tal-qabdiet li saru fiż-żona tas-sajd tas-Senegal fl-imgħoddi u tal-qabdiet li saru dan l-aħħar fil-qafas ta’ protokolli simili f’dan ir-reġjun, kif ukoll il-valutazzjonijiet u l-pariri xjentifiċi disponibbli wasslu biex il-partijiet jistabbilixxu tunnellaġġ ta’ referenza għat-tonn u għal speċijiet li jixbhuh ta’ 10 000 tunnellata fis-sena b’opportunitajiet tas-sajd għal 28 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni mgħammra bi friża, għal 10 bastiment bil-bastun u x-xlief u għal 5 bastimenti tas-sajd bil-konz. Volum ta’ qbid awtorizzat ta’ 1750 tunnellata ta’ merluzz iswed huwa previst ukoll għal 2 bastimenti tat-tkarkir. L-appoġġ settorjali ġie stabbilit f’livell relattivament għoli sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet li tissawwar il-kapaċità tal-awtoritajiet tas-sajd tas-Senegal u l-prijoritajiet tal-istrateġija nazzjonali tas-sajd.
1.5.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn
Il-fondi mħallsin skont il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-aċċess tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli jikkostitwixxu dħul funġibbli fil-baġit nazzjonali tas-Senegal. Madankollu, il-fondi allokati għall-appoġġ settorjali jiġu assenjati (ġeneralment bir-reġistrazzjoni fil-liġi annwali tal-finanzi) lill-Ministeru responsabbli għas-sajd, u din hija kundizzjoni għall-konklużjoni u l-monitoraġġ tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli. Dawn ir-riżorsi finanzjarji huma kompatibbli ma’ sorsi oħrajn ta’ finanzjament mingħand donaturi internazzjonali oħrajn tal-fondi biex jitwettqu proġetti u/jew programmi fil-livell nazzjonali fis-settur tas-sajd.
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva
X durata limitata
–X
Fis-seħħ mill-2019 sal-2024
–X
Impatt finanzjarju mill-2019 sal-2024 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u mill-2019 sal-2024 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.
◻ durata mhux limitata
–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,
–segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)
X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
–X mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
–◻
mill-aġenziji eżekuttivi
◻ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
◻ Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:
–◻
lil pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;
–◻
lil organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
–◻
lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;
–◻
lill-korpi li jissemmew fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;
–◻
lil korpi tal-liġi pubblika;
–◻
lil korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku safejn dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻
lil korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika‑privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻
lil persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
–Jekk jiġi indikat aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.
Kummenti
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.
Il-Kummissjoni (id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, flimkien mal-uffiċjal tas-sajd tagħha responsabbli għal dan ir-reġjun) se tiżgura monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni tal-Protokoll f’dak li għandu x’jaqsam mal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd min-naħa tal-operaturi, mad-data dwar il-qabdiet u mal-ħarsien tal-kundizzjonijiet tal-appoġġ settorjali.
Barra minn hekk, il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd jipprevedi mill-inqas laqgħa annwali waħda tal-Kumitat Konġunt, li matulha l-Kummissjoni u s-Senegal jirrevedu l-implimentazzjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll tiegħu u, jekk ikun meħtieġ, jaġġustaw l-ipprogrammar u, jekk ikun il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja.
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
Il-pagamenti għandhom isiru b’mod diżakkoppjat għall-kontribuzzjoni marbuta mal-aċċess u għall-kontribuzzjoni marbuta mal-appoġġ settorjali.
Il-pagamenti għall-aċċess huma pagamenti annwali li jridu jsiru fid-data tal-anniversarju tal-Protokoll, ħlief għall-pagament għall-ewwel sena li jrid isir fit-tliet xhur ta’ wara li l-Protokoll jibda japplika b’mod provviżorju. L-aċċess tal-bastimenti huwa kkontrollat bil-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd.
Il-pagament tal-appoġġ isir għall-ewwel darba fit-tliet xhur ta’ wara li jintlaħaq qbil dwar programm annwali u pluriennali ta’ implimentazzjoni u wara jsir abbażi tar-riżultati li jinkisbu. Il-kontroll isir fuq ir-rata ta’ implimentazzjoni, li tiġi stabbilita abbażi ta’ rapporti jew ta’ provi li l-pajjiż sieħeb jibgħat u abbażi ta’ żjarat tekniċi li jagħmel l-uffiċjal tas-sajd.
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
Ir-riskju identifikat huwa n-nuqqas ta’ użu tal-opportunitajiet tas-sajd mis-sidien tal-bastimenti tal-UE u n-nuqqas ta’ użu jew id-dewmien fl-użu tal-fondi maħsubin għall-finanzjament tal-politika settorjali tas-sajd mis-Senegal. Qed jiġi ppjanat djalogu estensiv dwar l-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali prevista fil-Ftehim u fil-Protokoll. L-analiżi konġunta tar-riżultati, imsemmija fl-Artikolu 5 tal-Protokoll, ukoll tifforma parti minn dawn il-metodi ta’ kontroll.
Barra minn hekk, il-Ftehim u l-Protokoll fihom klawżoli speċifiċi għas-sospensjoni tagħhom, skont ċerti kundizzjonijiet u f’ċerti ċirkustanzi.
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)
Il-pagamenti marbutin mal-kostijiet tal-aċċess li jsiru fil-kuntest tal-ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli jsirulhom kontrolli biex ikun żgurat li dawn ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet internazzjonali. Il-kontrolli marbutin mal-appoġġ settorjali għandhom l-għan li jissorveljaw l-implimentazzjoni ta’ dan l-appoġġ. Il-monitoraġġ isir mill-persunal tal-Kummissjoni li jaħdem fid-Delegazzjoni kif ukoll waqt il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt. Il-progress jiġi evalwat permezz ta’ matriċi tal-ipprogrammar pluriennali. F’każ li ma jkunx sar biżżejjed progress, il-pagament akkont li jkun imiss jiġi sospiż jew possibbilment jitnaqqas. Huwa stmat li b’kollox il-kontrolli għall-ftehimiet kollha ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli jiswew madwar 1.8 % (tal-kontribuzzjonijiet tal-2018). Fil-biċċa l-kbira tagħhom, il-proċeduri ta’ kontroll tal-ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli ġejjin minn rekwiżiti regolamentari essenzjali. Jekk ma jinstab l-ebda nuqqas li jista’ jkollu impatt sinifikanti fuq il-legalità u fuq ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet finanzjarji, il-kontrolli jitqiesu li huma effettivi. Huwa stmat li r-rata medja tal-iżbalji hija ta’ 0.0 %.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.
Il-Kummissjoni tintrabat li tistabbilixxi djalogu politiku mas-Senegal u li tikkoordina b’mod regolari ma’ dan il-pajjiż bil-ħsieb li ttejjeb il-ġestjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll u li ssaħħaħ il-kontribut tal-UE għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi. Kwalunkwe pagament li jsir mill-Kummissjoni taħt il-qafas tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli huwa soġġett għar-regoli u l-proċeduri baġitarji u finanzjarji standard tal-Kummissjoni. B’mod partikulari, il-kontijiet bankarji tal-pajjiżi terzi fejn titħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja jiġu identifikati bis-sħiħ. L-Artikolu 4(10) tal-Protokoll jistabbilixxi li l-kontribuzzjoni finanzjarja għall-aċċess u għall-iżvilupp tas-settur trid titħallas f’kont tat-Teżor tal-Istat.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
·Linji baġitarji eżistenti
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Nature de Tip ta’ nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
Numru
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
mill-pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
|
11.03.01
L-istabbiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd imwettqin minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi (SFAs)
|
Diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
·Linji baġitarji ġodda mitlubin
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Nature de Tip ta’ nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
Numru
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
mill-pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
|
[XX.SS.SS.SS]
|
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
–X
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:
f’miljuni ta’ Euro (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali riżorsi nazzjonali
|
In-numru 2
|
Tkabbir Sostenibbli: ir-riżorsi naturali
|
DĠ: MARE
|
|
|
Année2019
|
Année2020
|
Année2021
|
Année2022
|
Année2023
|
TOTAL
|
•Approprjazzjonijiet operazzjonali
|
|
|
|
|
|
|
Il-linja baġitarja 11.03.01
|
Impenji
|
(1a)
|
1,70
|
1,70
|
1,70
|
1,70
|
1,70
|
8,5
|
|
Pagamenti
|
(2a)
|
1,70
|
1,70
|
1,70
|
1,70
|
1,70
|
8,5
|
Linja baġitarja
|
Impenji
|
(1b)
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
(2b)
|
|
|
|
|
|
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi
|
|
|
|
|
|
|
Linja baġitarja
|
|
(3)
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ MARE
|
Impenji
|
=1a+1b +3
|
1,70
|
1,70
|
1,70
|
1,70
|
1,70
|
8,5
|
|
Pagamenti
|
=2a+2b
+3
|
1,70
|
1,70
|
1,70
|
1,70
|
1,70
|
8,5
|
•TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali
|
Impenji
|
(4)
|
1,70
|
1,70
|
1,70
|
1,70
|
1,70
|
8,5
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
1,70
|
1,70
|
1,70
|
1,70
|
1,70
|
8,5
|
•TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi
|
(6)
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 2 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
=4+ 6
|
1,70
|
1,70
|
1,70
|
1,70
|
1,70
|
8,5
|
|
Pagamenti
|
=5+ 6
|
1,70
|
1,70
|
1,70
|
1,70
|
1,70
|
8,5
|
Jekk il-proposta/l-inizjattiva tolqot iktar minn intestatura operazzjonali waħda, irrepeti t-taqsima ta’ hawn fuq:
•TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)
|
Impenji
|
(4)
|
1,70
|
1,70
|
1,70
|
1,70
|
1,70
|
8,5
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
1,70
|
1,70
|
1,70
|
1,70
|
1,70
|
8,5
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)
|
(6)
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali(Ammont ta’ referenza)
|
Impenji
|
=4+ 6
|
1,70
|
1,70
|
1,70
|
1,70
|
1,70
|
8,5
|
|
Pagamenti
|
=5+ 6
|
1,70
|
1,70
|
1,70
|
1,70
|
1,70
|
8,5
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali riżorsi nazzjonali
|
5
|
“Nefqa amministrattiva”
|
Din it-taqsima għandha timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li qabel kollox trid tiddaħħal fl-
Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva
(l-Anness V tar-regoli interni), li għandu jittella’ fil-pjattaforma elettronika “DECIDE” għall-finijiet tal-konsultazzjoni bejn is-servizzi.
f’miljuni ta’ Euro (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
Sena 2019
|
Sena 2020
|
Sena 2021
|
Sena 2022
|
Sena 2023
|
TOTAL
|
DĠ: MARE
|
•Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
|
•Nefqa amministrattiva oħra
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tad-DĠ MARE
|
Approprjazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)
|
|
|
|
|
|
|
f’miljuni ta’ Euro (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
Sena 2019
|
Sena 2020
|
Sena 2021
|
Sena 2022
|
Sena 2023
|
TOTAL
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
1,70
|
1,70
|
1,70
|
1,70
|
1,70
|
8,5
|
|
Pagamenti
|
1,70
|
1,70
|
1,70
|
1,70
|
1,70
|
8,5
|
3.2.2.Output stmat iffinanzjat b’approprjazzjonijiet operazzjonali
Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ Euro (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
Indika l-għanijiet u l-outputs
⇩
|
|
|
Sena 2019
|
Sena 2020
|
Sena 2021
|
Sena 2022
|
Sena 2023
|
TOTAL
|
|
|
Tip
|
Kost medju
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru totali
|
Kost totali
|
GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1…
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Aċċess
|
Annwali
|
|
|
0,800
|
|
0,800
|
|
0,800
|
|
0,800
|
|
0,800
|
|
4,000
|
- Settorjali
|
Annwali
|
|
|
0,900
|
|
0,900
|
|
0,900
|
|
0,900
|
|
0,900
|
|
4,500
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-għan speċifiku Nru 1
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTALI
|
|
1,700
|
|
1,700
|
|
1,700
|
|
1,700
|
|
1,700
|
|
8,500
|
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
–X
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva.
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
f’miljuni ta’ Euro (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
AnnéeN
|
AnnéeN+1
|
AnnéeN+2
|
AnnéeN+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Sub-total INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Sub-total barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
–X
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time
|
AnnéeN
|
AnnéeN+1
|
Fis-sena N+2
|
Fis-sena N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
•Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)
|
XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 05 01/11/21 (Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
10 01 05 01/11 (Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
•Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE)
|
XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 04 ss
|
- fil-kwartieri ġenerali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 05 02/12/22 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
10 01 05 02/12 (AC, END, INT - Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL
|
|
|
|
|
|
|
|
XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
Uffiċjali u aġenti temporanji
|
|
Persunal estern
|
|
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
Il-proposta/l-inizjattiva:
–X
tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (il-QFP).
Dan għandu x’jaqsam mal-użu tal-linja ta’ riżerva (il-Kapitolu 40).
–◻
teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.
Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti u l-istrumenti li qed jiġi propost li jintużaw.
–◻ teħtieġ reviżjoni tal-QFP.
Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
Il-proposta/l-inizjattiva:
–X
ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi.
–◻ tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi li qed jiġi stmat hawn taħt:‑
Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ Euro (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena N
|
Sena N+1
|
Sena N+2
|
Sena N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
Total
|
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
XIl-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:‑
◻
fuq ir-riżorsi proprji
◻
fuq id-dħul mixxellanju
–jekk jogħġbok indika jekk id-dħul huwa assenjat għal-linji tan-nefqa ◻
f’miljuni ta’ Euro (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
Linja baġitarja tad-dħul:
|
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali
|
Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva
|
|
|
Sena N
|
Sena N+1
|
Sena N+2
|
Sena N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
Artikolu ………….
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Għad-dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.
Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula użati għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 17.10.2019
COM(2019) 473 final
ANNESSI
tal-
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill
dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' sħubija fis-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tas-Senegal u l-Unjoni Ewropea
ANNESS I
PROTOKOLL DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-FTEHIM TA’ SĦUBIJA FIS-SETTUR TAS-SAJD BEJN IR-REPUBBLIKA TAS-SENEGAL U L-UNJONI EWROPEA
Artikolu 1
Għan
1.L-għan ta’ dan il-Protokoll huwa li jimplimenta l-ftehim ta’ sħubija fil-qasam tas-sajd sostenibbli bejn ir-Repubblika tas-Senegal u l-Unjoni Ewropea. Dan jinkludi Anness u Appendiċijiet li jifformaw parti integrali minnu.
Artikolu 2
Informazzjoni Ġenerali
1.Iż-żewġ Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom li jippromwovu sajd sostenibbli u li jipproteġu l-bijodiversità tal-baħar, fir-rigward tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ trasparenza u ta’ governanza tajba.
2.Skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim, il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jistgħu jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tas-Senegal biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa skont dan il-Protokoll skont il-proċeduri deskritti fl-Anness tiegħu.
Artikolu 3
Kamp ta’ applikazzjoni
1.Qed jiġu stabbiliti l-opportunitajiet tas-sajd li ġejjin għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni:
–f’dak li jirrigwarda l-ispeċijiet migratorji ħafna (l-ispeċijiet elenkati fl-Anness 1 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-1982), minbarra:
–l-ispeċijiet protetti mill-konvenzjonijiet internazzjonali;
–l-ispeċijiet ipprojbiti mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (l-ICCAT):
(a)28 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni mgħammra bi friża;
(b)10 bastimenti tas-sajd bil-bastun u x-xlief;
(c)5 bastimenti tas-sajd bil-konz;
|
–f’dak li jirrigwarda l-ħut demersali tal-baħar fond:
(d)2 bastimenti tat-tkarkir.
Dan il-paragrafu għandu japplika soġġett għall-Artikoli 8 u 10 ta’ dan il-Protokoll.
|
2.L-opportunitajiet tas-sajd deskritti fl-ewwel subparagrafu jikkonċernaw biss iż-żoni tas-sajd tas-Senegal li l-koordinati ġeografiċi tagħhom jiġu kkomunikati lill-Unjoni qabel l-applikazzjoni provviżorja b’konformità mal-leġiżlazzjoni tas-Senegal fis-seħħ.
3.Il-bastimenti tal-Unjoni ma jistgħux iwettqu attivitajiet fiż-żoni pprojbiti, u lanqas matul il-perjodi ta’ waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness u fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.
4.L-aċċess għas-sajd bil-lixka ħajja huwa awtorizzat għall-bastimenti tas-sajd bil-bastun u x-xlief Ewropej skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.
Artikolu 4
Kontribuzzjoni finanzjarja
1.Għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 15, il-valur totali stmat tal-Protokoll huwa ta’ EUR 15 253 750, jiġifieri EUR 3 050 750 fis-sena. Dan l-ammont annwali huwa mqassam kif ġej:
|
–EUR 1 700 000 fis-sena bħala l-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 6 tal-Ftehim, li għandhom jiġu allokati kif ġej:
(a)ammont annwali speċifiku ta’ EUR 800 000, bħala kumpens finanzjarju għall-aċċess għar-riżorsi, li jinkludi ammont ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 10 000 tunnellata fis-sena, għall-ispeċijiet migratorji ħafna;
(b)ammont speċifiku ta’ EUR 900 000 fis-sena għal ħames snin, bħala appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd tas-Senegal;
|
|
–EUR 1 350 750 fis-sena, li jikkorrispondu għall-ammont stmat tal-tariffi li s-sidien tal-bastimenti għandhom iħallsu għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd maħruġin skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim u skont il-proċeduri previsti fil-punt 3 tal-Kapitolu II.
|
2.
Il-paragrafu 1 għandu japplika soġġett għall-Artikoli 5, 7 u 9 ta’ dan il-Protokoll u għall-Artikoli 13 u 14 tal-Ftehim.
3.
Is-Senegal u l-Unjoni, abbażi tad-data dwar il-qabdiet ta’ kuljum riċevuta mill-Istat Membru tal-bandiera, fejn ikun xieraq għandhom jimmonitorjaw l-attività tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal sabiex jiżguraw ġestjoni xierqa:
- tat-tunnellaġġ ta’ referenza stabbilit fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 1(a), għall-ispeċijiet migratorji ħafna, u
- tal-ammont ta’ qabdiet awtorizzat għall-ispeċijiet demersali msemmija fl-iskeda teknika korrispondenti stabbilita fl-Appendiċi tal-Anness ta’ dan il-Protokoll.
4.
L-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tal-bandiera u s-Senegal għandhom jimmonitorjaw il-qabdiet b’mod partikolari permezz tas-sistema ERS (Electronic Reporting System - Sistema Elettronika ta’ Rappurtar). Huma għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jevitaw li jinqabeż l-ammont ta’ qabdiet awtorizzat u għandhom jinformaw lil xulxin.
5.
Meta l-qabdiet jilħqu t-80 % tal-ammont ta’ qabdiet awtorizzat għall-ispeċijiet demersali tal-baħar fond, għandu jsir monitoraġġ ta’ kull ġimgħa tal-qabdiet li jsiru mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni. Ladarba s-sistema ERS tkun operattiva, il-monitoraġġ għandu jsir fuq bażi ta’ kuljum. Is-Senegal għandu jinforma lill-awtoritajiet tal-Unjoni malli jintlaħaq l-ammont ta’ qabdiet awtorizzat. Malli tirċievi din in-notifika, l-Unjoni għandha tinforma lill-Istati Membri tagħha biha wkoll, li għandhom jirtiraw miż-żona tas-sajd.
6.
Jekk il-kwantità annwali tal-qabdiet ta’ speċijiet migratorji ħafna li jsiru mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tas-Senegal taqbeż it-tunnellaġġ ta’ referenza annwali msemmi fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 1(a), l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja annwali għandu jiżdied b’EUR 45 għal kull tunnellata addizzjonali maqbuda.
7.
L-ammont ta’ qabdiet awtorizzat għall-ispeċijiet demersali tal-baħar fond imsemmi fl-iskeda teknika korrispondenti stabbilit fl-Appendiċi tal-Anness ta’ dan il-Protokoll jikkorrispondi għall-ammont massimu tal-qabdiet awtorizzati ta’ dawn l-ispeċijiet. Jekk il-kwantità annwali tal-qabdiet ta’ dawn l-ispeċijiet taqbeż l-ammont awtorizzat, minbarra t-tariffa, għandha tiġi applikata multa ta’ EUR 95 għal kull tunnellata għall-qabdiet li jaqbżu l-limitu.
8.
L-Unjoni għandha tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 1(a) għall-aċċess tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għar-riżorsi tas-sajd tas-Senegal sa mhux aktar tard minn 90 jum mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-ewwel sena u sa mhux aktar tard mid-data tal-anniversarju tal-iffirmar tal-Protokoll għas-snin ta’ wara.
9.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 1(a) u (b) għandha titħallas f’kont tat-Teżor Pubbliku tas-Senegal. L-appoġġ settorjali msemmi fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 1(b) għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tad-Direttorat tas-Sajd Marittimu għall-finijiet tal-implimentazzjoni tiegħu. Is-Senegal għandu jiżgura r-reġistrazzjoni tal-fondi tal-appoġġ settorjali fl-ippjanar baġitarju (Att dwar il-Baġit Annwali). Id-dettalji tal-kont xieraq tat-Teżor Pubbliku għandhom jiġu kkomunikati mill-awtoritajiet tas-Senegal lill-Kummissjoni Ewropea qabel l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll, imbagħad kull sena wara dan.
Artikolu 5
Appoġġ settorjali
1.
L-appoġġ settorjali previst skont dan il-Protokoll għandu jikkontribwixxi b’mod partikolari għall-Ittra ta’ politika settorjali tal-iżvilupp tas-sajd u tal-akkwakultura tas-Senegal (2016-2023) u għall-iżvilupp tal-ekonomija marittima. L-għan tiegħu huwa:
–il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi,
–it-titjib tal-monitoraġġ, tal-kontroll u tas-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd,
–l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet xjentifiċi, ir-riċerka dwar ir-riżorsi tas-sajd, u l-ġbir ta’ data,
–l-appoġġ għas-sajd artiġjanali,
–l-iżvilupp tal-akkwakultura,
–il-valutazzjoni, il-kontroll u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja tal-prodotti tas-sajd,
–it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-atturi tas-settur.
2.
Sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara li jidħol fis-seħħ dan il-Protokoll jew, skont il-każ, wara li jibda japplika b’mod provviżorju, il-Kumitat Konġunt għandu jiddeċiedi fuq programm settorjali pluriennali kif ukoll fuq il-proċeduri ta’ implimentazzjoni tiegħu, b’mod partikolari fuq dan li ġej:
|
–il-linji gwida annwali u pluriennali, skont liema għandha tintuża l-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1)(b);
|
|
–il-miri annwali u pluriennali li għandhom jintlaħqu sabiex biż-żmien ikun hemm sajd sostenibbli u responsabbli, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet imsemmija mis-Senegal fil-politika nazzjonali tas-sajd tiegħu jew f’politiki oħrajn marbutin mal-istabbiliment ta’ sajd responsabbli u sostenibbli jew li għandhom impatt fuqu, b’mod partikolari fir-rigward tal-appoġġ għas-sajd artiġjanali, tas-sorveljanza, tal-kontroll u tal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (is-sajd IUU), kif ukoll il-prijoritajiet marbutin mat-tisħiħ tal-kapaċitajiet xjentifiċi tas-Senegal fis-settur tas-sajd;
|
|
–il-kriterji u l-proċeduri li għandhom jintużaw biex jiġu evalwati r-riżultati miksubin fuq bażi annwali, fosthom, fejn ikun xieraq, l-indikaturi baġitarji u finanzjarji.
|
3.
Il-ħlas tal-ewwel parti tal-appoġġ settorjali għandu jsir wara l-validazzjoni tal-programmazzjoni pluriennali mill-Kumitat Konġunt.
4.
Il-Kumitat Konġunt għandu jiddetermina l-għanijiet u għandu jagħmel valutazzjoni tal-konsegwenzi li l-proġetti mistennija jkollhom sabiex japprova l-allokazzjoni tal-ammonti tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ settorjali min-naħa tas-Senegal. Dan jista’, fejn ikun xieraq, jirrevedi l-proċeduri ta’ implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali.
5.
Kull sena, is-Senegal għandu jibgħat, fil-forma ta’ rapport annwali tar-riżultati miksuba, rapport dwar il-progress li jkun sar fuq il-proġetti implimentati bil-finanzjament tal-appoġġ settorjali, li għandu jiġi eżaminat mill-Kumitat Konġunt. Is-Senegal għandu jagħmel ukoll rapport finali mal-iskadenza tal-Protokoll.
6.
Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ settorjali għandu jsir f’serje ta’ ħlasijiet parzjali, fuq il-bażi ta’ approċċ ibbażat fuq l-analiżi tar-riżultati tal-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali u tal-bżonnijiet identifikati matul il-programmazzjoni pluriennali. Is-sospensjoni tal-appoġġ settorjali prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1)(b), tista’ sseħħ fil-każijiet li ġejjin: meta r-riżultati miksuba ma jkunux konformi mal-programmazzjoni wara evalwazzjoni mmexxija mill-Kumitat Konġunt jew f’każ ta’ nuqqas ta’ impenn ta’ din il-kontribuzzjoni finanzjarja skont il-programmazzjoni approvata.
7.
Il-ħlas tal-appoġġ settorjali għandu jibda mill-ġdid wara konsultazzjoni u ftehim bejn il-Partijiet u/jew meta r-riżultati tal-implimentazzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 4 jiġġustifikawh. Madankollu, dan ma jistax isir lil hinn minn perjodu ta’ sitt xhur wara l-iskadenza tal-Protokoll.
8.
Kwalunkwe proposta biex jiġi emendat il-programm pluriennali tal-appoġġ settorjali hija approvata mill-Kumitat Konġunt, fejn ikun xieraq permezz ta’ skambju ta’ ittri.
9.
Il-Partijiet għandhom jiżguraw il-viżibbiltà tar-riżultati tal-appoġġ settorjali.
Artikolu 6
Kooperazzjoni fil-qasam tax-xjenza
1.
Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu, fil-livell tar-reġjun tal-Afrika tal-Punent, il-kooperazzjoni b’rabta mas-sajd responsabbli. Il-Partijiet jintrabtu li jħarsu r-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet kollha tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (l-ICCAT) u li jqisu l-pariri xjentifiċi ta’ organizzazzjonijiet reġjonali kompetenti oħrajn bħall-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (is-CECAF).
2.
Il-Partijiet jintrabtu li jlaqqgħu b’mod regolari u meta jkun hemm bżonn, il-grupp ta’ ħidma xjentifika konġunt sabiex jeżamina kull kwistjoni xjentifika li għandha x’taqsam mal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll. Il-Kumitat Konġunt jistabbilixxi l-mandat, il-kompożizzjoni u l-funzjonament ta’ dan il-grupp ta’ ħidma xjentifika konġunt.
3.
Il-Partijiet jintrabtu li jippubblikaw u jiskambjaw kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar l-attivitajiet tas-sajd relatati ma’ dan il-Protokoll.
4.
Fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati mill-ICCAT u fid-dawl tal-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli, bħal dawk tas-CECAF u, fejn ikun xieraq, tar-riżultati tal-laqgħat tal-grupp ta’ ħidma xjentifika konġunt, il-Kumitat Konġunt għandu jadotta miżuri dwar l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni biex tkun żgurata ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd koperti minn dan il-Protokoll.
Artikolu 7
Kooperazzjoni ekonomika u valutazzjoni
1.
Il-Partijiet għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni ekonomika u teknika bejn l-operaturi fis-settur tas-sajd u tal-ipproċessar sabiex jinħolqu kundizzjonijiet xierqa għall-investiment ekonomiku u għall-valutazzjoni ekonomika tar-riżorsi.
2.
Il-Partijiet għandhom jużaw il-potenzjal li jirriżulta mill-istrumenti finanzjarji u tekniċi għad-dispożizzjoni tagħhom sabiex isaħħu l-koerenza tal-azzjonijiet fil-qasam tas-sajd u tal-ekonomija blu. Għal dan il-għan, l-attenzjoni se tkun fuq il-valutazzjoni tal-prodotti, il-forniment ta’ unitajiet tal-ipproċessar u tas-suq lokali, kif ukoll fuq il-promozzjoni tal-kummerċ.
Artikolu 8
Reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd u tal-kundizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd
1.
Il-Kumitat Konġunt jista’ jirrevedi l-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 1, sakemm ir-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati mill-ICCAT u l-opinjonijiet tas-CECAF jikkonfermaw li din ir-reviżjoni tiżgura l-ġestjoni sostenibbli tal-ispeċijiet tal-ħut imsemmija f’dan il-Protokoll u soġġetti għal validazzjoni mill-grupp ta’ ħidma xjentifika.
2.
F’dan il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) għandha tiġi riveduta b’mod proporzjonat u pro rata temporis.
3.
Il-Kumitat Konġunt jista’ jeżamina u, jekk ikun meħtieġ, jadatta jew jemenda, bi qbil reċiproku, id-dispożizzjonijiet marbutin mal-kundizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd u l-miżuri tekniċi li jimplimentaw dan il-Protokoll.
Artikolu 9
Qabdiet inċidentali
Skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT, il-Partijiet jintrabtu li jikkooperaw fit-tnaqqis tal-qabdiet inċidentali ta’ speċijiet protetti, ta’ għasafar tal-baħar, ta’ fkieren tal-baħar, ta’ klieb il-baħar u ta’ mammiferi marini. Għal dan il-għan, il-bastimenti tal-Unjoni għandhom japplikaw miżuri tekniċi approvati xjentifikament biex titjieb is-selettività tal-irkaptu tas-sajd u biex jitnaqqsu l-qabdiet inċidentali ta’ speċijiet mhux fil-mira.
Artikolu 10
Opportunitajiet ġodda tas-sajd u sajd sperimentali
1.
F’każ li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jkunu interessati f’attivitajiet tas-sajd li mhumiex previsti fl-Artikolu 1, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt biex tinħareġ awtorizzazzjoni eventwali għal dawn l-attivitajiet il-ġodda. Fejn ikun xieraq, il-Kumitat Konġunt għandu jiddeċiedi dwar il-kundizzjonijiet li japplikaw għal dawn l-opportunitajiet il-ġodda tas-sajd u, jekk ikun meħtieġ, jemenda dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu.
2.
L-awtorizzazzjoni għat-twettiq ta’ attivitajiet ġodda tas-sajd għandha tinħareġ filwaqt li jitqiesu l-aqwa pariri xjentifiċi u, fejn ikun xieraq, abbażi tar-riżultati ta’ kampanji xjentifiċi vvalidati mill-grupp ta’ ħidma xjentifika konġunt.
3.
Wara l-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kumitat Konġunt jista’ japprova l-kampanji tas-sajd sperimentali fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal sabiex jiġu ttestjati l-fattibbiltà teknika u l-vijabbiltà ekonomika tal-attivitajiet tas-sajd il-ġodda. Għal dan il-għan, u fuq talba tas-Senegal, il-Kumitat Konġunt għandu jistabbilixxi, każ b’każ, l-ispeċijiet, il-kundizzjonijiet u kwalunkwe parametru ieħor rilevanti. Il-Partijiet għandhom iwettqu s-sajd sperimentali skont il-kundizzjonijiet li jkun stabbilixxa l-grupp ta’ ħidma xjentifika konġunt.
Artikolu 11
Kompjuterizzazzjoni tal-iskambji
1.
Is-Senegal u l-Unjoni jintrabtu li jimplimentaw mingħajr dewmien is-sistemi kompjuterizzati meħtieġa għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni u d-dokumenti kollha marbutin mal-implimentazzjoni tal-Ftehim.
2.
Il-verżjoni elettronika ta’ kwalunkwe dokument f’kull każ għandha titqies li hija ekwivalenti għall-verżjoni stampata tiegħu.
3.
Is-Senegal u l-Unjoni għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin b’kull ħsara fis-sistema kompjuterizzata. F’dan il-każ, l-informazzjoni u d-dokumenti marbutin mal-implimentazzjoni tal-Ftehim għandha teħdilhom posthom b’mod awtomatiku l-verżjoni stampata tagħhom.
Artikolu 12
Il-kunfidenzjalità tad-data
1.
Is-Senegal u l-Unjoni jintrabtu li jittrattaw f’kull ħin id-data personali kollha dwar il-bastimenti tal-Unjoni u l-attivitajiet tas-sajd tagħhom miksuba fil-kuntest tal-Ftehim strettament skont il-prinċipji rispettivi tagħhom tal-kunfidenzjalità u tal-protezzjoni tad-data.
2.
Il-Partijiet għandhom jiżguraw li d-data aggregata marbuta mal-attivitajiet tas-sajd fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal biss titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, skont id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-ICCAT u tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd l-oħrajn. Id-data li tista’ titqies bħala kunfidenzjali għandha tintuża mill-awtoritajiet kompetenti biss għall-implimentazzjoni tal-Ftehim u għall-finijiet tal-ġestjoni tas-sajd, tal-kontroll u tas-sorveljanza.
3.
F’dak li għandu x’jaqsam mad-data personali li jibagħtu l-Partijiet, il-Kumitat Konġunt jista’ jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ta’ salvagwardja u l-miżuri legali xierqa skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-Unjoni [ir-Regolament (UE) 2016/679 tas-27 ta’ April 2016] u r-regoli applikabbli għas-Senegal.
Artikolu 13
Sospensjoni
L-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll, inkluż il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja, tista’ tiġi sospiża b’mod unilaterali minn waħda mill-Partijiet fil-każijiet imniżżlin fl-Artikolu 14 tal-Ftehim u bil-kundizzjonijiet stabbiliti fih.
Artikolu 14
Terminazzjoni
Dan il-Protokoll jista’ jintemm b’mod unilaterali minn waħda mill-Partijiet fil-każijiet imniżżlin fl-Artikolu 14 tal-Ftehim u bil-kundizzjonijiet stabbiliti fih.
Artikolu 15
Tul ta’ żmien
Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom japplikaw għal perjodu ta’ ħames snin minn meta dan jibda jiġi applikat b’mod provviżorju.
Artikolu 16
Applikazzjoni provviżorja
Dan il-Protokoll għandu japplika b’mod provviżorju mid-data tal-iffirmar tiegħu.
Artikolu 17
Dħul fis-seħħ
Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jgħarrfu lil xulxin li lestew il-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan.
IL-KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ATTIVITAJIET TAS-SAJD BIL-BASTIMENTI TAL-UNJONI EWROPEA FIŻ-ŻONA TAS-SAJD TAS-SENEGAL
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
1.Ħatra tal-awtorità kompetenti
1.
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness u sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, kull referenza għall-Unjoni Ewropea (l-UE) jew għar-Repubblika tas-Senegal (is-Senegal) bħala awtorità kompetenti għandha tfisser:
|
– għall-Unjoni Ewropea: il-Kummissjoni Ewropea, fejn ikun xieraq permezz tad-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fis-Senegal;
|
-
|
– għar-Repubblika tas-Senegal: il-Ministeru għas-Sajd u l-Ekonomija Marittima.
|
2.
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiiet ta’ dan l-Anness, it-terminu “awtorizzazzjoni tas-sajd” huwa ekwivalenti għat-terminu “liċenzja” kif iddefinit fil-leġiżlazzjoni tas-Senegal.
3.
Id-drittijiet u l-obbligi msemmija bħala dawk tal-“bastimenti” għandhom jitqiesu bħala d-drittijiet u l-obbligi tal-operaturi tal-bastimenti, tad-destinatarji tagħhom, kif ukoll tal-kaptani li jkunu inkarigati mill-operazzjonijiet.
2.Żoni tas-sajd
Iż-“żoni tas-sajd tas-Senegal” huma l-partijiet mill-ilmijiet tas-Senegal li fihom is-Senegal jawtorizza lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni biex iwettqu attivitajiet tas-sajd skont l-Artikolu 4(1) tal-Ftehim.
2.1.Il-koordinati ġeografiċi taż-żoni tas-sajd tas-Senegal u tal-linji ta’ bażi għandhom jiġu kkomunikati lill-Unjoni Ewropea qabel l-applikazzjoni provviżorja skont il-leġiżlazzjoni tas-Senegal.
2.2.Bl-istess mod, iż-żoni li fihom ma jistax isir sajd skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ, bħall-parks nazzjonali, iż-żoni tal-baħar protetti u ż-żoni ta’ trobbija tal-ħut, u ż-żoni li fihom ma jistax isir tbaħħir, għandhom jiġu kkomunikati lill-Unjoni Ewropea qabel l-applikazzjoni provviżorja skont il-leġiżlazzjoni tas-Senegal.
2.3.Is-Senegal għandu jgħarraf lis-sidien tal-bastimenti bil-koordinati taż-żoni tas-sajd u taż-żoni pprojbiti meta joħorġilhom l-awtorizzazzjoni tas-sajd.
2.4.Is-Senegal għandu jgħarraf lill-Kummissjoni Ewropea bi kwalunkwe bidla f’dawn iż-żoni mill-inqas xahrejn qabel ma din tibda tapplika.
3.
Perjodu ta’ waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi
Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li huma awtorizzati jwettqu l-attivitajiet tagħhom skont dan il-Protokoll għandhom iħarsu kwalunkwe perjodu ta’ waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi stabbilit mil-leġiżlazzjoni tas-Senegal. Kull sena, id-digriet li jistabbilixxi l-perjodu ta’ waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi għandu jiġi nnotifikat kmieni biżżejjed lill-UE sabiex ikunu jistgħu jiġu adottati l-applikazzjonijiet tal-awtorizzazzjoni.
4.
Ħatra ta’ destinatarju
Kull bastiment tas-sajd tal-Unjoni li jwettaq attività fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal għandu jiġi rrappreżentat minn destinatarju li jkun residenti fis-Senegal.
5.
Ikklerjar tal-ħlasijiet tas-sidien tal-bastimenti
Qabel l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll, is-Senegal għandu jgħarraf lill-Unjoni Ewropea bid-dettalji tal-kont xieraq tat-Teżor Pubbliku li fih għandhom jiġu ddepożitati l-ammonti finanzjarji li l-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandhom iħallsu skont il-Ftehim. Is-sidien tal-bastimenti għandhom iħallsu l-ispejjeż marbutin ma’ dawn it-trasferimenti bankarji.
6.
Kuntatti
Iż-żewġ Partijiet għandhom jinformaw lil xulxin dwar il-punti ta’ kuntatt rispettivi:
- għall-proċeduri marbuta mal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd,
- għall-obbligi ta’ rappurtar tal-operaturi tal-Unjoni,
- għall-iskambji l-oħra ta’ informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Protokoll u fir-rigward tal-istandards u l-obbligi li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tas-Senegal.
KAPITOLU II
AWTORIZZAZZJONIJIET TAS-SAJD
1. Prerekwiżiti biex tinkiseb awtorizzazzjoni tas-sajd — il-bastimenti eliġibbli
L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 4 tal-Ftehim għandhom jinħarġu bil-kundizzjoni li:
–il-bastiment ikun imniżżel fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni,
–jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà stabbiliti f’dan il-Protokoll u r-regoli Ewropej dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-flotot tas-sajd esterni,
–jintlaħqu l-obbligi preċedenti kollha marbutin ma’ sid il-bastiment, mal-kaptan jew mal-bastiment innifsu, li jkunu ġejjin mill-attivitajiet tas-sajd tagħhom fis-Senegal skont il-Ftehim.
2. Talbiet għal awtorizzazzjoni tas-sajd
2.1.L-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni Ewropea għandhom iressqu, b’mod elettroniku, talba għal kull bastiment, lill-Ministeru għas-Sajd u l-Ekonomija Marittima, u jibagħtu kopja tagħha lid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fis-Senegal, mill-inqas 20 jum tax-xogħol qabel jibda l-perjodu ta’ validità mitlub.
2.2.It-talbiet għandhom jintbagħtu lill-awtorità kompetenti tas-Senegal permezz ta’ formoli mfasslin skont il-mudell stabbilit fl-Appendiċi 1.
2.3.Kull talba għal awtorizzazzjoni tas-sajd għandu jkollha magħha d-dokumenti li ġejjin:
|
–prova li tħallset l-imposta b’rata fissa stabbilita fl-iskeda teknika stabbilita fl-Appendiċi għall-kategorija kkonċernata,
|
|
–ritratt riċenti bil-kulur tal-bastiment, meħud mill-ġenb.
|
2.4.Fil-kuntest tal-Protokoll fis-seħħ, kull talba ta’ tiġdid ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd għal bastiment li l-karatteristiċi tekniċi tiegħu ma ġewx emendati għandhom ikunu akkumpanjati biss mill-prova li tħallset l-imposta b’rata fissa.
3.Tariffi u imposti b’rata fissa
3.1.L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinħarġu wara li tkun tħallset l-imposta b’rata fissa lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, kif indikat hawn taħt.
3.2.L-imposti b’rata fissa u t-tariffi f’euro għal kull tunnellata ta’ ħut maqbuda fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal, għandhom ikunu kif ġej:
Għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni:
–għall-ewwel tliet snin tal-Protokoll, imposta b’rata fissa annwali ta’ EUR 18 500 għal kull bastiment ekwivalenti għal 231,25 tunnellata, fuq il-bażi ta’ tariffa ta’ EUR 80 /tunnellata;
–għall-aħħar sentejn tal-Protokoll, imposta b’rata fissa annwali ta’ EUR 18 500 għal kull bastiment ekwivalenti għal 217,65 tunnellata fis-sena, fuq il-bażi ta’ tariffa ta’ EUR 85 /tunnellata.
Għall-bastimenti tas-sajd bil-bastun u x-xlief:
|
–imposta b’rata fissa annwali ta’ EUR 13 000 għal kull bastiment, ekwivalenti għal 173,33 tunnellata fis-sena, fuq il-bażi ta’ tariffa ta’ EUR75 /tunnellata.
|
Għall-bastimenti tas-sajd bil-konz:
|
–imposta b’rata fissa annwali ta’ EUR 3 525 għal kull bastiment, ekwivalenti għal 47 tunnellata fis-sena, fuq il-bażi ta’ tariffa ta’ EUR75 /tunnellata.
|
Għall-bastimenti tat-tkarkir:
–imposta b’rata fissa ta’ EUR 500 għal kull bastiment u kull tliet xhur għal tariffa ta’ EUR 95 /tunnellata.
L-ammont tat-tariffa, tal-imposta b’rata fissa u l-kundizzjonijiet tekniċi huma msemmija fl-iskedi tekniċi stabbiliti fl-Appendiċijiet.
3.3.L-ammont tal-tariffa u tal-imposta b’rata fissa jinkludi t-taxxi nazzjonali u lokali kollha minbarra t-taxxi tal-portijiet u l-ispejjeż għall-provvista tas-servizzi.
3.4.Meta l-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd ikun ta’ inqas minn sena, b’mod partikolari minħabba perjodu ta’ waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi, l-ammont tal-imposta b’rata fissa għandu jiġi adattat għall-prorata temporis tal-perjodu ta’ validità, kif stabbilit fil-paragrafu 6, skont id-dispożizzjonijiet speċifikati fl-Appendiċi.
4.Ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd u lista provviżorja tal-bastimenti awtorizzati li jistadu
4.1.Ladarba jirċievi t-talbiet għal awtorizzazzjoni tas-sajd skont il-punti 2.2 u 2.3, is-Senegal għandu jistabbilixxi, fi żmien 5 ijiem tax-xogħol, għal kull kategorija ta’ bastimenti, il-lista provviżorja ta’ bastimenti awtorizzati li jistadu.
4.2.Din il-lista għandha tintbagħat lill-awtorità nazzjonali responsabbli għall-kontroll tas-sajd u lill-Unjoni Ewropea. Is-Senegal jista’ jibgħat il-lista provviżorja direttament lil sid il-bastiment jew lid-destinatarju tiegħu.
4.3.Il-bastimenti għandhom ikunu awtorizzati jistadu hekk kif jitniżżlu fil-lista provviżorja. Dawn il-bastimenti għandhom dejjem iżommu kopja tal-lista provviżorja abbord sa ma tinħareġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd tagħhom.
4.4.L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd, għall-bastimenti kollha, għandhom jinħarġu mill-awtorità kompetenti lis-sidien tal-bastimenti jew lir-rappreżentanti tagħhom fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta jaslu d-dokumenti kollha msemmija fil-punt 2.3. Kopja tal-awtorizzazzjonijiet tintbagħat ukoll lid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fis-Senegal.
4.5.Sabiex ma jkunx hemm dewmien fil-possibbiltà tal-bastimenti li jistadu fiż-żona, fl-istess ħin għandha tintbagħat kopja tal-awtorizzazzjoni tas-sajd lis-sidien tal-bastimenti b’mod elettroniku. Din il-kopja tista’ tintuża għal perjodu massimu ta’ 60 jum mid-data tal-ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd. Matul dan il-perjodu, il-kopja se titqies bħala ekwivalenti għall-oriġinal.
4.6.L-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinżamm abbord il-ħin kollu, mingħajr preġudizzju għall-punti 4.3 u 4.5 ta’ din it-Taqsima.
5.Trasferiment tal-awtorizzazzjoni tas-sajd
5.1.L-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinħareġ f’isem bastiment speċifiku u ma tistax tiġi ttrasferita.
5.2.Madankollu, fuq talba tal-Unjoni Ewropea u f’każ ta’ prova ta’ forza maġġuri stabbilita minn rapport tekniku, b’mod partikolari f’każ ta’ telf ta’ bastiment jew ta’ nuqqas ta’ użu fit-tul tiegħu minħabba ħsara teknika gravi, l-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu għandha tinbidel b’awtorizzazzjoni tas-sajd ġdida maħruġa f’isem bastiment ieħor tal-istess kategorija bħal dik tal-bastiment li għandu jinbidel, mingħajr ma jkun hemm bżonn titħallas tariffa ġdida.
5.3.F’dan il-każ, il-kalkolu tal-livell tal-qabdiet biex jiġi stabbilit kwalunkwe ħlas addizzjonali eventwali għandu jqis l-għadd tal-qabdiet totali taż-żewġ bastimenti.
5.4.Is-sid tal-bastiment li għandu jinbidel, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu jagħti lura l-awtorizzazzjoni mħassra tas-sajd lill-awtorità kompetenti. Huwa għandu jinforma lid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fis-Senegal bil-miktub.
5.5.Wara li tingħata lura l-awtorizzazzjoni mħassra, għandha tinħareġ awtorizzazzjoni tas-sajd ġdida mill-aktar fis possibbli. Id-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi mgħarrfa bit-trasferiment tal-awtorizzazzjoni tas-sajd.
6.Perjodu ta’ validità tal-liċenzja
6.1.L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn huma stabbiliti għal perjodu ta’ sena. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tat-tkarkir għas-sajd għall-ħut demersali tal-baħar fond għandhom jinħarġu għal perjodu ta’ tliet xhur.
6.2.L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom ikunu jistgħu jiġġeddu.
6.3.Sabiex jiġi stabbilit meta jibda l-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd:
–perjodu ta’ sena: għandha tfisser mill-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll sal-31 ta’ Diċembru tal-istess sena; fis-snin ta’ wara, kull sena kalendarja sħiħa; u fl-aħħar sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll, il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u d-data meta jiskadi l-Protokoll,
–perjodu ta’ tliet xhur: għandha tfisser mill-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll, il-perjodu bejn id-data tad-dħul fis-seħħ u d-data meta jibda l-perjodu ta’ tliet xhur ta’ wara, li dejjem jibda fl-1 ta’ Jannar, fl-1 ta’ April, fl-1 ta’ Lulju jew fl-1 ta’ Ottubru; wara, kull trimestru sħiħ; u fi tmiem l-applikazzjoni tal-Protokoll, il-perjodu bejn tmiem l-aħħar perjodu sħiħ ta’ tliet xhur u d-data meta jiskadi l-Protokoll.
7.Bastimenti ta’ appoġġ
7.1.Fuq talba tal-UE, is-Senegal għandu jawtorizza l-bastimenti tas-sajd tal-UE li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd sabiex jiġu megħjuna minn bastimenti ta’ appoġġ.
|
7.2.Dan l-appoġġ la jista’ jinkludi l-provvista tal-fjuwil u lanqas it-trasbord tal-qabdiet.
7.3.Il-bastimenti ta’ appoġġ għandhom itajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, u ma jistgħux ikunu mgħammra għas-sajd.
7.4.Il-bastimenti ta’ appoġġ għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura għat-trażmissjoni tat-talbiet għal awtorizzazzjoni tas-sajd imsemmija f’dan il-Kapitolu, sa fejn din tkun tapplika għalihom. It-talba għal awtorizzazzjoni għandha tkun akkumpanjata mil-lista ta’ bastimenti tas-sajd li għalihom jitwettqu l-attivitajiet ta’ appoġġ.
7.5.Is-Senegal għandu jistabbilixxi l-lista tal-bastimenti ta’ appoġġ awtorizzati u jibgħatha lill-awtorità nazzjonali responsabbli għall-kontroll tas-sajd u lill-Unjoni Ewropea.
7.6.It-tariffa applikabbli għal kull bastiment ta’ appoġġ hija ta’ EUR 3 500 għal kull bastiment fis-sena.
7.7.L-awtorizzazzjoni ta’ bastiment ta’ appoġġ ma tistax tiġi ttrasferita u t-tariffa ma titnaqqasx għal prorata temporis.
KAPITOLU III
MIŻURI TEKNIĊI
1.Il-miżuri tekniċi dwar iż-żona, l-irkaptu tas-sajd, u l-qabdiet inċidentali applikabbli għall-bastimenti tat-tkarkir għas-sajd għall-ħut demersali tal-baħar fond li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd huma ddefiniti fl-iskeda teknika stabbilita fl-Appendiċi 2.
2.2. Il-miżuri tekniċi applikabbli għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd huma ddefiniti fl-iskeda teknika stabbilita fl-Appendiċi 3. Il-bastimenti tas-sajd għat-tonn għandhom jiżguraw konformità mar-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-ICCAT u għandhom iqisu l-pariri xjentifiċi ta’ organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd oħra.
KAPITOLU IV
MONITORAĠĠ, KONTROLL U SORVELJANZA
TAQSIMA 1
Dikjarazzjonijiet u monitoraġġ tal-qabdiet
1.Ġurnal elettroniku ta’ abbord tas-sajd
1.1. Il-kaptan ta’ bastiment tal-Unjoni li jkun qed iwettaq attivitajiet tas-sajd skont il-Ftehim għandu jżomm ġurnal elettroniku ta’ abbord tas-sajd integrat f’sistema elettronika ta’ reġistrazzjoni u ta’ rappurtar (l-ERS).
1.2. Bastiment li ma jkunx mgħammar b’ERS ma għandux ikun awtorizzat jidħol fiż-żona tas-sajd tas-Senegal biex iwettaq attivitajiet tas-sajd fiha.
1.3. Jekk ikun meħtieġ, il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għas-sajd għat-tonn għandu jiġi adattat sabiex jikkonforma mar-riżoluzzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet applikabbli tal-ICCAT jew ta’ RFMO oħra għas-sajjieda l-oħra.
1.4. Il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandu jimtela mill-kaptan għal kull jum li fih il-bastiment ikun fiż-żona tas-sajd tas-Senegal.
1.5. Fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd, il-kaptan għandu jikteb kuljum il-kwantità stmata ta’ kull speċi maqbuda u miżmuma abbord, għal kull operazzjoni tas-sajd. Il-kwantitajiet għandhom jingħataw f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun il-każ, fl-għadd ta’ ħut individwali. Il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandu jimtela b’mod li jkun jista’ jinqara, b’ittri kapitali, u għandu jiġi ffirmat mill-kaptan. Il-kaptan għandu jkun responsabbli għall-preċiżjoni tad-data rreġistrata fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd. Id-data tal-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandha tintbagħat kuljum, b’mod awtomatiku, liċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd (iċ-ĊMS) tal-Istat tal-bandiera, kif ukoll lill-awtorità kompetenti tas-Senegal, b’mod elettroniku. It-trażmissjonijiet għandhom jinkludu mill-inqas l-affarijiet li ġejjin:
(a)
|
(b)
|
(a)in-numri ta’ identifikazzjoni tal-bastiment tas-sajd u ismu;
(b)il-kodiċi alfa-3 tal-FAO ta’ kull speċi;
(c)iż-żona ġeografika rilevanti fejn saru l-qabdiet;
(d)id-data meta nqabad il-ħut u, fejn ikun xieraq, il-ħin li fih ikun inqabad;
(e)id-data u l-ħin tat-tluq mill-port u tal-wasla fih u t-tul taż-żmien tal-vjaġġ tas-sajd;
(f)it-tip ta’ rkaptu li jkun intuża, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u d-daqsijiet;
(g)l-istima tal-kwantitajiet ta’ kull speċi miżmuma abbord, mogħtija f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, fejn ikun xieraq, fl-għadd ta’ ħut individwali;
(h)l-istima tal-kwantitajiet ta’ kull speċi mormija lura l-baħar, mogħtija f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, fejn ikun xieraq, fl-għadd ta’ ħut individwali.
1.6.L-Istat tal-bandiera għandu jiżgura li din id-data tasal u tiġi rreġistrata f’bażi tad-data elettronika li tippermetti li din id-data tinżamm b’mod sigur għal mill-inqas 36 xahar.
1.7.L-Istat tal-bandiera u s-Senegal għandhom jiżguraw li jkollhom it-tagħmir tal-informatika u s-software meħtieġa għat-trażmissjoni awtomatika tad-data tal-ERS. It-trażmissjoni tad-data tal-ERS issir bl-użu tal-mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni mmaniġġjati mill-Kummissjoni Ewropea għall-iskambji standardizzati tad-data dwar is-sajd. L-emendi fl-istandards għandhom jiġu implimentati fi żmien sitt xhur.
1.8.Iċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd tal-Istat tal-bandiera għandu jiżgura li l-ġurnali ta’ abbord tas-sajd jitqiegħdu b’mod awtomatiku għad-dispożizzjoni taċ-ĊMS tas-Senegal permezz tal-ERS kuljum għall-perjodu li matulu l-bastiment ikun fiż-żona tas-sajd, anki meta dan ma jkun qabad xejn.
1.9.L-arranġamenti biex l-informazzjoni dwar il-qabdiet tintbagħat permezz tal-ERS u l-proċeduri f’każ li din ikollha l-ħsara huma ddefiniti fl-Appendiċi 4.
1.10.L-awtoritajiet tas-Senegal għandhom jittrattaw id-data dwar l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti individwali b’mod kunfidenzjali u sigur.
1.11.Il-paragrafi 1.6 sa 1.9 għandhom japplikaw min-notifika mis-Senegal tat-tagħmir fl-ERS u mill-operazzjonalizzazzjoni tal-wasla awtomatika miċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd tiegħu, jekk ikun il-każ,wara perjodu ta’ ttestjar. Sakemm il-wasla awtomatika tkun operattiva, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.8 a) sa h) għandha tiġi pprovduta mill-bastimenti malli joħorġu miż-żona f’forma elettronika li tista’ tintuża, b’email, f’forma ta’ estratt mill-ġurnal elettroniku ta’ abbord tas-sajd li jakkumpanja n-notifika tal-ħruġ tagħhom jew, mhux aktar tard minn 48 siegħa wara li jaslu f’port tas-Senegal. F’dan il-każ, id-data għandha tiġi trażmessa wkoll lis-CRODT (Centre de Recherche Océanographique de Dakar Thiaroye). Ladarba l-ERS adottata mis-Senegal tkun operattiva, it-trażmissjoni ta’ ġurnali ta’ abbord tas-sajd lis-CRODT għandha ssir miċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd tas-Senegal.
1.12.Il-monitoraġġ tal-konsum tal-ammont ta’ qabdiet awtorizzat għandu jsir mill-Istat Membru tal-bandiera u mis-Senegal fuq il-bażi ta’ dikjarazzjonijiet ta’ kuljum. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jtemm l-operazzjonijiet tas-sajd fid-data antiċipata li fiha mistenni jintlaħaq l-ammont ta’ qabdiet awtorizzat għall-bastimenti tiegħu sabiex jiġi evitat li jinqabeż l-ammont awtorizzat.
|
2.Data aggregata dwar il-qabdiet
2.1.Kull tliet xhur, l-Istat tal-bandiera għandu jdaħħal il-kwantitajiet tal-qabdiet u tal-qbid skartat ta’ kull bastiment, aggregati għal kull xahar, fil-bażi tad-data miżmuma mill-Kummissjoni Ewropea. Għall-ispeċijiet li għalihom hemm ammont ta’ qabdiet awtorizzat skont il-Protokoll jew skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT, il-kwantitajiet għandhom jingħataw kull xahar għax-xahar ta’ qabel.
2.2.L-Istat tal-bandiera għandu jivverifika d-data permezz ta’ kontroverifiki mad-data dwar il-ħatt l-art, dwar il-bejgħ, dwar l-ispezzjonijiet jew dwar l-osservazzjonijiet, kif ukoll ma’ kull informazzjoni rilevanti li l-awtoritajiet ikunu jafu biha. L-aġġornamenti tal-bażi tad-data li jkunu meħtieġa wara dawn il-verifiki għandhom isiru mill-aktar fis possibbli. Għall-verifiki għandhom jintużaw il-koordinati ġeografiċi taż-żona tas-sajd kif stabbiliti skont dan il-Protokoll. Il-fatturi ta’ konverżjoni użati biex jiġi ddeterminat il-piż ħaj ekwivalenti għandhom jiġu vvalidati mill-Kumitat Konġunt.
2.3.Qabel jintemm kull perjodu ta’ tliet xhur, l-Unjoni Ewropea għandha tipprovdi data aggregata meħuda mill-bażi tad-data lill-awtoritajiet tas-Senegal għall-perjodi ta’ tliet xhur tas-sena li tkun għaddejja li jkunu għaddew, li tkun tindika l-kwantitajiet tal-qabdiet għal kull bastiment, għal kull xahar u għal kull speċi. Din id-data hija provviżorja u tista’ tinbidel.
2.4.Is-Senegal għandu janalizzaha u jindika kull inkonsistenza kbira li jista’ jkun hemm mad-data tal-ġurnali elettroniċi ta’ abbord tas-sajd ipprovduti permezz tal-ERS. L-Istati tal-bandiera għandhom jinvestigaw dan u jaġġornaw id-data kif meħtieġ.
2.5.F’każ li ma jitħarsux id-dispożizzjonijiet dwar ir-rappurtar tal-qabdiet, is-Senegal jista’ jissospendi l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment ikkonċernat sakemm jinkiseb ir-rapport dwar il-qabdiet li jkun nieqes u jista’ jippenalizza lil sid il-bastiment skont id-dispożizzjonijiet previsti għal dan il-għan fil-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ. Jekk ir-reat jiġi ripetut, is-Senegal jista’ jirrifjuta li jġedded l-awtorizzazzjoni tas-sajd.
2.6.Is-Senegal għandu jgħarraf lill-Unjoni minnufih b’kull sanzjoni li tiġi applikata f’dan il-kuntest.
3.Tranżizzjoni għal sistema elettronika ta’ rappurtar tad-data dwar is-sajd (ERS)
Iż-żewġ partijiet jaqblu li jiżguraw it-tranżizzjoni għal sistema elettronika ta’ rappurtar tad-data dwar is-sajd fuq il-bażi tal-karatteristiċi tekniċi ddefiniti fl-Appendiċi 4. Il-partijiet jaqblu li jiddefinixxu l-proċeduri komuni sabiex din it-tranżizzjoni tkun tista’ sseħħ malajr kemm jista’ jkun. Is-Senegal għandu jgħarraf lill-Unjoni Ewropea hekk kif jintlaħqu l-kundizzjonijiet għal din it-tranżizzjoni. Intlaħaq qbil dwar perjodu ta’ xahrejn mid-data meta tintbagħat din l-informazzjoni sabiex matulu s-sistema ssir kompletament operattiva.
4.Kalkolu tat-tariffi
4.1.Verifiki tad-data ta’ kull tliet xhur
4.1.1.Is-Senegal għandu jgħarraf lill-Unjoni Ewropea minnufih bir-riżultat tal-verifiki msemmija f’2.3 ta’ din it-Taqsima.
4.1.2.L-Unjoni Ewropea għandha tipprovdi lis-Senegal il-kjarifiki meħtieġa pprovduti, fejn ikun xieraq, mill-istitut xjentifiku tal-Istat Membru tal-bandiera. Jekk ikun meħtieġ, il-grupp ta’ ħidma xjentifika konġunt jew l-istituti xjentifiċi għandhom jiltaqgħu.
4.2.Kalkolu finali u pagament
4.2.1.Fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet tad-data aggregata tiegħu, għal kull bastiment, l-Unjoni għandha tistabbilixxi kalkolu tal-qabdiet u kalkolu tal-imposti li għandhom jitħallsu mill-bastiment għall-istaġun annwali tiegħu għas-sena kalendarja ta’ qabel.
4.2.2.Hija għandha tibgħat dawn il-kalkoli finali lill-awtoritajiet tas-Senegal, u lil sid il-bastiment permezz tal-Istati Membri, qabel it-30 ta’ April tas-sena li tkun għaddejja. Il-verifika u l-validazzjoni mis-Senegal tal-kalkoli finali għandhom isiru fi żmien tletin jum mill-wasla tagħhom. Jekk is-Senegal ma joġġezzjonax fi żmien it-tletin jum imsemmija hawn fuq, il-kalkoli finali għandhom jitqiesu li ġew adottati. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil, il-partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin, skont kif meħtieġ fil-Kumitat Konġunt.
4.3.Meta l-kalkolu finali jkun akbar mit-tariffa b’rata fissa prevista mħallsa biex tinkiseb l-awtorizzazzjoni tas-sajd, sid il-bastiment għandu jħallas il-bilanċ pendenti lis-Senegal qabel il-31 ta’ Lulju tas-sena li tkun għaddejja. Meta l-kalkolu finali jkun inqas mit-tariffa b’rata fissa prevista, l-ammont li jifdal ma jistax jintalab mill-ġdid minn sid il-bastiment. Is-sidien tal-bastimenti għandhom jibagħtu lis-Senegal kopja tal-provi tal-ħlas.
TAQSIMA 2
Dħul fl-ilmijiet tas-Senegal u ħruġ minnhom
1.
Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw fl-ilmijiet tas-Senegal skont dan il-Protokoll għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet kompetenti tas-Senegal, mill-inqas erba’ sigħat bil-quddiem, li huma jkun beħsiebhom jidħlu fl-ilmijiet tas-Senegal jew joħorġu minnhom.
2.
Meta jkunu qed jinnotifikaw id-dħul tagħhom fl-ilmijiet tas-Senegal jew il-ħruġ tagħhom minnhom, il-bastimenti għandhom jibagħtu wkoll il-pożizzjoni tagħhom, kif ukoll il-qabdiet li diġà jkollhom miżmuma abbord, identifikati bil-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħhom, mogħtija f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, fejn ikun xieraq, fl-għadd ta’ ħut individwali, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 2 tal-Appendiċi 4. Din l-informazzjoni għandha tintbagħat permezz tal-posta elettronika jew permezz ta’ fax sad-data miftiehma bejn il-partijiet biex il-wasla awtomatika ta’ messaġġi tal-ERS titqies bħala effettiva.
3.
Bastiment li jinqabad jistad mingħajr ma jkun avża lill-awtorità kompetenti tas-Senegal ikun qed iwettaq reat u għalhekk jistgħu jsirulu s-sanzjonijiet previsti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.
4.
L-indirizz tal-posta elettronika, in-numru tal-fax u tat-telefown, u l-koordinati tar-radju tal-awtoritajiet kompetenti tas-Senegal għandhom jinhemżu mal-Protokoll fl-Appendiċi 6.
TAQSIMA 3
Dħul fil-port, trasbord u ħatt l-art
1.
Il-bastiment għandu jinnotifika d-dħul tiegħu fil-port lill-awtorità kompetenti mill-inqas 72 siegħa qabel.
2.
Il-bastimenti tas-sajd bil-bastun u x-xlief iħottu l-art il-qabdiet tagħhom li jkunu saru fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal fil-port ta’ Dakar.
2.1. Il-bastimenti tas-sajd bil-bastun u x-xlief primarjament joffru l-qabdiet tagħhom lill-intrapriżi ta’ trasformazzjoni industrijali jew artiġjanali u lis-suq lokali, bil-prezz iddefinit fuq il-bażi ta’ negozjati bejn l-operaturi.
2.2. Skont id-dispożizzjonijiet tal-approvazzjoni veterinarja mogħtija mill-Unjoni Ewropea lis-Senegal, il-qabdiet li jkunu nħattu l-art f’Dakar skont dan il-Protokoll għandhom ikunu soġġetti għal obbligu ta’ spezzjoni u ta’ ċertifikazzjoni mill-awtorità kompetenti tas-Senegal.
3.
Kull bastiment tas-sajd tal-Unjoni li jopera skont dan il-Protokoll li jwettaq trasbord fl-ilmijiet tas-Senegal għandu jwettaq din l-operazzjoni skont il-leġiżlazzjoni tas-Senegal.
4.
It-talbiet ta’ trasbord għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:
4.1. it-tunnellaġġ, għal kull speċi, li jkun se jiġi ttrasbordat jew li jkun se jinħatt l-art;
4.2. il-jum tat-trasbord jew tal-ħatt l-art;
4.3. id-destinazzjoni tal-qabdiet li jkunu se jiġu ttrasbordati jew li jkunu se jinħattu l-art.
5.
Kwalunkwe operazzjoni ta’ trasbord jew ta’ ħatt l-art ta’ qabdiet li mhix imsemmija fil-punti ta’ hawn fuq hija pprojbita fl-ilmijiet tas-Senegal. Kwalunkwe persuna li tikser din id-dispożizzjoni jistgħu jsirulha s-sanzjonijiet previsti fir-regolamenti tas-Senegal li jkunu fis-seħħ.
TAQSIMA 4
Sistema ta’ monitoraġġ bis-satellita (il-VMS)
1.Messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti — is-sistema tal-VMS
1.1.Kull bastiment tal-Unjoni Ewropea awtorizzat skont dan il-Protokoll huwa mgħammar b’sistema ta’ monitoraġġ bis-satellita (Vessel Monitoring System — il-VMS).
Huwa pprojbit li wieħed iċaqlaq, jitfi, jeqred, jagħmel ħsara jew jiddiżattiva s-sistema ta’ monitoraġġ kontinwu tal-pożizzjoni permezz tal-komunikazzjoni bis-satellita li tkun abbord il-bastiment għat-trażmissjoni tad-data, jew li wieħed jibdel bi ħsieb, ibagħbas jew jiffalsifika d-data li din is-sistema tittrażmetti jew tirreġistra.
Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandhom jgħarrfu liċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd (ĊMS) tal-Istat tal-bandiera tagħhom, b’mod awtomatiku u kontinwu, bil-pożizzjoni tagħhom, kull siegħa għall-bastiment tas-sajd bit-tartaruni u kull sagħtejn għall-bastimenti l-oħra. Din il-frekwenza tista’ tiżdied bħala parti minn miżuri ta’ investigazzjoni tal-attivitajiet ta’ bastiment.
1.2.Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni jinkludi:
(a)l-identifikazzjoni tal-bastiment;
(b)il-pożizzjoni ġeografika l-iżjed riċenti tal-bastiment (il-lonġitudni u l-latitudni), b’marġni ta’ żball tal-pożizzjoni ta’ inqas minn 500 metru, u b’intervall ta’ kunfidenza ta’ 99 %;
(c)id-data u l-ħin li fihom tkun ġiet irreġistrata l-pożizzjoni;
(d)il-veloċità tal-bastiment u d-direzzjoni li fiha jkun qed jivvjaġġa.
Dan għandu jiġi kkonfigurat skont il-format mogħti fl-Appendiċi 5 ta’ dan l-Anness.
(a)L-arranġamenti biex l-informazzjoni dwar il-pożizzjonijiet tal-bastimenti tintbagħat permezz tal-VMS u l-proċeduri f’każ li din ikollha l-ħsara huma ddefiniti fl-Appendiċi 5.
(b)Iċ-ĊMS għandhom jikkomunikaw bejniethom fil-kuntest tas-sorveljanza tal-attivitajiet tal-bastimenti.
2.Komunikazzjoni sigura tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni lis-Senegal
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat awtomatikament il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti kkonċernati liċ-ĊMS tas-Senegal. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS tas-Senegal għandhom jiskambjaw l-indirizzi elettroniċi ta’ kuntatt tagħhom u għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin b’kull tibdil f’dawn l-indirizzi.
It-trażmissjoni tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bejn iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS tas-Senegal għandha ssir b’mod elettroniku bl-użu ta’ sistema sigura tal-komunikazzjoni.
Iċ-ĊMS tas-Senegal għandu jgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni Ewropea minnufih b’kull interruzzjoni fil-wasla tal-messaġġi konsekuttivi dwar il-pożizzjoni ta’ bastiment li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd, fil-każijiet fejn il-bastiment ikkonċernat ma jkunx innotifika l-ħruġ tiegħu miż-żona.
3.Validità tal-messaġġ tal-VMS f’każ ta’ tilwim
Id-data dwar il-pożizzjoni mogħtija mis-sistema tal-VMS għandha titqies bħala awtentika f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-Partijiet.
|
|
|
TAQSIMA 5
Osservaturi
4.Osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd
|
|
1.1.Il-bastimenti li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom ikunu soġġetti għal skema ta’ osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd tagħhom imwettqa fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim.
|
|
|
1.2.Fil-każ tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn, l-iskema ta’ osservazzjoni għandha tkun konformi mad-dispożizzjonijiet previsti fir-rakkomandazzjonijiet adottati mill-ICCAT (il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku) u, fejn ikun xieraq, mal-programmi reġjonali ta’ osservazzjoni mfassla fil-kuntest ta’ din tal-aħħar.
|
5.Bastimenti u osservaturi magħżulin
5.1.Meta joħroġ l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd, is-Senegal għandu jgħarraf lill-Unjoni Ewropea u lil sid il-bastiment, jew lid-destinatarju tiegħu, bil-bastimenti li fuqhom ikun irid jittella’ abbord osservatur, kif ukoll bil-ħin li matulu l-osservatur ikun se jkun abbord kull bastiment.
5.2.Is-Senegal għandu jgħarraf lill-Unjoni Ewropea u lil sid il-bastiment li fuqu jkun irid jittella’ abbord osservatur, jew lid-destinatarju tiegħu, b’isem l-osservatur magħżul għal dak il-bastiment, sa mhux aktar tard minn 15-il jum qabel id-data prevista għall-imbark. Is-Senegal għandu jgħarraf minnufih lill-Unjoni Ewropea u lil sid il-bastiment, jew lid-destinatarju tiegħu, bi kwalunkwe bidla fil-bastimenti u fl-osservaturi magħżulin.
5.3.Is-Senegal se jagħmel ħiltu biex ma jagħżilx osservaturi għall-bastimenti li diġà għandhom osservatur abbord jew li diġà huma koperti bl-obbligu formali, fir-rigward tal-attivitajiet tagħhom f’żoni tas-sajd oħra barra dawk tas-Senegal, biex jittella’ abbord osservatur matul l-istaġun tas-sajd ikkonċernat.
5.4.Għall-bastimenti tat-tkarkir għas-sajd għall-ħut demersali tal-baħar fond, iż-żmien tal-osservatur abbord ma jistax jaqbeż xahrejn. L-osservaturi ma għandhomx iqattgħu iżjed ħin abbord il-bastiment milli għandhom bżonn biex iwettqu dmirijiethom.
6.Kontribuzzjoni finanzjarja b’rata fissa
6.1.Meta jibagħtu l-ħlas tat-tariffa annwali, is-sidien tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni mgħammra bi friża, tal-bastimenti tas-sajd bil-bastun u x-xlief u tal-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ għandhom jibagħtu wkoll somma fissa ta’ EUR 600 għal kull bastiment lid-Direttorat għall-Protezzjoni u għas-Sorveljanza tas-Sajd maħsuba biex tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tal-programm tal-osservaturi.
6.2.Meta jibagħtu l-ħlas tat-tariffa ta’ kull tliet xhur, is-sidien tal-bastimenti tat-tkarkir għandhom jibagħtu wkoll somma fissa ta’ EUR 150 għal kull bastiment lid-Direttorat għall-Protezzjoni u għas-Sorveljanza tas-Sajd bħala kontribuzzjoni għall-funzjonament tajjeb tal-programm tal-osservaturi.
7.Il-paga tal-osservatur
Is-Senegal għandu jħallas il-paga u l-kontribuzzjonijiet soċjali tal-osservatur.
8.Il-kundizzjonijiet tal-imbark
8.1.Il-kundizzjonijiet tal-imbark tal-osservatur, b’mod partikulari t-tul ta’ żmien tiegħu abbord, għandhom jiġu ddefiniti bi ftehim reċiproku bejn sid il-bastiment jew id-destinatarju tiegħu u s-Senegal.
8.2.Meta jkun abbord, l-osservatur għandu jiġi ttrattat bħala uffiċjal. Madankollu, l-ilqugħ tal-osservatur abbord għandu jqis l-istruttura teknika tal-bastiment.
8.3.Sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel għall-osservatur abbord il-bastiment.
8.4.Il-kaptan għandu jieħu l-miżuri kollha li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu sabiex jiżgura s-sigurtà fiżika u l-benesseri ġenerali tal-osservatur.
8.5.L-osservatur għandu jingħata l-faċilitajiet kollha meħtieġa sabiex iwettaq dmirijietu. Huwa għandu jkollu aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni, għad-dokumenti marbutin mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, b’mod partikolari l-ġurnal ta’ abbord tas-sajd u l-ġurnal tan-navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment marbutin b’mod dirett ma’ dmirijietu.
9.Obbligi tal-osservatur
Waqt li jkun abbord l-osservatur għandu:
9.1.jieħu l-miżuri x-xierqa kollha sabiex ma jinterrompix jew ifixkel l-operazzjonijiet tas-sajd;
9.2.jirrispetta l-proprjetà u t-tagħmir li jkun hemm abbord;
9.3.jirrispetta n-natura kunfidenzjali ta’ kull dokument tal-bastiment.
10.L-imbark u l-iżbark tal-osservatur
10.1.L-osservatur għandu jimbarka f’port magħżul minn sid il-bastiment.
10.2.Sid il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jinnotifika lis-Senegal, 10 ijiem qabel l-imbark, dwar id-data, il-ħin u l-port tal-imbark tal-osservatur. Jekk l-osservatur jimbarka f’pajjiż barrani, sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħu lejn il-port tal-imbark.
10.3.Jekk l-osservatur ma jasalx għall-imbark fi żmien 12-il siegħa mid-data u l-ħin previsti, sid il-bastiment għandu jinħeles awtomatikament mill-obbligu tiegħu li jippermetti lill-osservatur jimbarka. Huwa għandu jkun ħieles li jħalli l-port u li jibda l-operazzjonijiet tas-sajd tiegħu.
10.4.Meta l-osservatur ma jiżbarkax f’port tas-Senegal, sid il-bastiment għandu jiżgura r-ritorn tal-osservatur lura lejn is-Senegal mill-aktar fis possibbli, u għandu jagħmel dan bi spejjeż tiegħu.
11.Kompiti tal-osservatur
Il-kompiti assenjati lill-osservaturi xjentifiċi huma li:
–jżommu l-iskedi tal-vjaġġi tas-sajd b’mod korrett billi jdaħħlu l-informazzjoni prinċipali dwar is-sajd (il-pożizzjonijiet ġeografiċi tal-bastiment, is-sigħat tal-bidu u tat-tmiem tal-operazzjonijiet tas-sajd, l-għadd ta’ qabdiet ta’ ħut bix-xbieki, fejn ikun xieraq, l-għadd ta’ konzijiet u ta’ rkapti biex jinġema’ l-ħut (FAD), eċċ.);
–jiġbru informazzjoni dwar il-qabdiet speċifiċi (kwantitajiet u daqsijiet) u l-qabdiet inċidentali, b’mod partikolari ċ-ċefalopodi, il-krustaċji u l-ħut demersali, kif ukoll il-klieb il-baħar, il-fkieren tal-baħar, il-mammiferi marini u l-għasafar tal-baħar;
–jieħdu kampjuni bijoloġiċi għall-istudji xjentifiċi dwar ir-riproduzzjoni, it-tkabbir u l-identità tal-istokkijiet; il-kampjuni għandhom jittieħdu skont protokoll xjentifiku stabbilit mill-Istitut nazzjonali inkarigat mir-riċerka dwar is-sajd;
–fil-każ tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn, josservaw u jirrapportaw dwar l-FAD, skont il-programm tal-osservaturi tal-ICCAT adottat fil-kuntest tal-programm pluriennali għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tat-tonn tropikali;
–iwettqu kwalunkwe kompitu xjentifiku ieħor irrakkomandat mill-grupp ta’ ħidma xjentifika konġunt.
12.Ir-rapport tal-osservatur
12.1.Qabel ma jħalli l-bastiment, l-osservatur għandu jissottometti rapport tal-osservazzjonijiet tiegħu lill-kaptan tal-bastiment. Il-kaptan tal-bastiment għandu d-dritt jagħmel kummenti fir-rapport tal-osservatur. Ir-rapport għandu jiġi ffirmat mill-osservatur u mill-kaptan. Il-kaptan għandu jirċievi kopja tar-rapport tal-osservatur.
12.2.L-osservatur għandu jibgħat ir-rapport tiegħu lis-Senegal, li għandu jibgħat kopja tiegħu lill-UE fi żmien tmint ijiem mill-iżbark tal-osservatur.
TAQSIMA 6
Spezzjoni fuq il-baħar u fil-port
1.Spezzjoni fuq il-baħar
1.1.L-ispezzjoni fuq il-baħar, fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal, tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandha ssir minn bastimenti u spetturi tas-Senegal li jkunu identifikati b’mod ċar bħala spetturi maħturin sabiex iwettqu verifiki tas-sajd.
1.2.Qabel ma jitilgħu abbord, l-ispetturi tas-Senegal għandhom iwissu lill-bastiment tal-Unjoni Ewropea bid-deċiżjoni tagħhom li jwettqu spezzjoni. L-ispezzjoni għandha ssir minn mhux aktar minn żewġ spetturi, li għandhom jipprovdu prova tal-identità u l-pożizzjoni uffiċjali tagħhom bħala spetturi qabel ma jwettqu l-ispezzjoni.
1.3.L-ispetturi tas-Senegal għandhom jibqgħu abbord il-bastiment tas-sajd tal-Unjoni għall-ħin meħtieġ sabiex iwettqu l-kompiti marbutin mal-ispezzjoni biss. Huma għandhom iwettqu l-ispezzjoni b’mod li jitnaqqsu kemm jista’ jkun il-konsegwenzi tagħha fuq il-bastiment u fuq l-attività tas-sajd u l-merkanzija tiegħu.
1.4.Is-Senegal jista’ jawtorizza lill-Unjoni Ewropea tieħu sehem fl-ispezzjoni fuq il-baħar bħala osservatur.
1.5.Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu jiffaċilita l-imbark tal-ispetturi tas-Senegal u għandu jiffaċilitalhom xogħolhom.
1.6.Fi tmiem kull spezzjoni, l-ispetturi tas-Senegal għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu d-dritt jagħmel kummenti fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat mill-ispettur li jkun qed ifasslu u mill-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni.
1.7.L-ispetturi tas-Senegal għandhom jagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni qabel ma jħallu l-bastiment. F’każ ta’ ksur, is-Senegal għandu jibgħat kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-Unjoni Ewropea fi żmien 8 ijiem mill-ispezzjoni.
2.Spezzjoni fil-port
2.1.L-ispezzjoni fil-port ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jħottu l-art jew jittrasbordaw, fl-ilmijiet ta’ port tas-Senegal, qabdiet li huma jkunu għamlu fiż-żona tas-Senegal, għandha ssir minn spetturi awtorizzati.
2.2.L-ispezzjoni għandha ssir minn mhux aktar minn żewġ spetturi, li għandhom jipprovdu prova tal-identità u l-pożizzjoni uffiċjali tagħhom bħala spetturi qabel ma jwettqu l-ispezzjoni. L-ispetturi tas-Senegal għandhom jibqgħu abbord il-bastiment tas-sajd tal-Unjoni għall-ħin meħtieġ sabiex iwettqu l-kompiti marbutin mal-ispezzjoni biss u għandhom iwettqu l-ispezzjoni b’mod li jitnaqqsu kemm jista’ jkun il-konsegwenzi tagħha fuq il-bastiment, fuq il-ħatt l-art jew l-operazzjoni tat-trasbord u fuq il-merkanzija.
2.3.Is-Senegal jista’ jawtorizza lill-Unjoni Ewropea tieħu sehem fl-ispezzjoni fil-port bħala osservatur.
2.4.Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu jiffaċilita xogħol l-ispetturi tas-Senegal.
2.5.Fi tmiem kull spezzjoni, l-ispettur tas-Senegal għandu jfassal rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu d-dritt jagħmel kummenti fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat mill-ispettur li jkun qed ifasslu u mill-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni.
2.6.Malli tintemm l-ispezzjoni, l-ispettur tas-Senegal għandu jagħti kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni. Is-Senegal għandu jibgħat kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-Unjoni Ewropea fi żmien 8 ijiem mill-ispezzjoni.
TAQSIMA 7
Ksur tar-regoli
1.Trattament tal-ksur
1.1.Kull ksur imwettaq minn bastiment tas-sajd tal-Unjoni li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd skont dan l-Anness għandu jissemma f’rapport tal-ispezzjoni. Dan ir-rapport għandu jintbagħat lill-Unjoni Ewropea u lill-Istat tal-bandiera mill-aktar fis possibbli.
1.2.L-iffirmar tar-rapport tal-ispezzjoni mill-kaptan għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ sid il-bastiment li jiddefendi ruħu mill-akkuża tal-ksur.
2.Detenzjoni tal-bastiment — Laqgħa ta’ informazzjoni
2.1.Meta l-leġiżlazzjoni tas-Senegal li tkun fis-seħħ dwar il-ksur tippermetti dan, kull bastiment tas-sajd tal-Unjoni li jkun wettaq ksur jista’ jiġi mġiegħel iwaqqaf l-attività tas-sajd tiegħu u jirritorna lejn il-port ta’ Dakar, f’każ li jkun qed ibaħħar.
2.2.Is-Senegal għandu jinnotifika lill-Unjoni Ewropea fi żmien 24 siegħa b’kull detenzjoni ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd. Din in-notifika għandu jkollha magħha evidenza dokumentata tal-ksur allegat.
2.3.Qabel ma jieħu kwalunkwe miżura kontra l-bastiment, il-kaptan, l-ekwipaġġ jew il-merkanzija, ħlief għal miżuri mmirati għall-ħarsien tal-evidenza, is-Senegal għandu jorganizza laqgħa ta’ informazzjoni, fuq talba tal-Unjoni Ewropea, fi żmien jum wieħed tax-xogħol min-notifika tad-detenzjoni tal-bastiment, sabiex jiġu ċċarati l-fatti li wasslu għad-detenzjoni tal-bastiment u sabiex jiġi spjegat x’azzjoni oħra tista’ tittieħed. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment jista’ jattendi din il-laqgħa ta’ informazzjoni.
3.Pieni għall-ksur — Proċedura ta’ kompromess
3.1.Is-Senegal għandu jistabbilixxi l-piena għall-ksur allegat skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu fis-seħħ.
3.2.Meta s-soluzzjoni għall-ksur tkun tinvolvi proċeduri legali, qabel jingħata bidu għalihom, u sakemm il-ksur ma jkunx jinvolvi att kriminali, għandha tinbeda proċedura ta’ kompromess bejn is-Senegal u l-Unjoni Ewropea sabiex jiġu stabbiliti t-termini tal-piena u l-livell tagħha. Il-proċedura ta’ kompromess għandha tintemm sa mhux aktar tard minn 3 ijiem min-notifika tad-detenzjoni tal-bastiment.
3.3.F’din il-proċedura ta’ kompromess jistgħu jieħdu sehem rappreżentanti tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment u tal-Unjoni Ewropea.
4.Proċeduri legali — Garanzija bankarja
4.1.Jekk il-proċedura ta’ kompromess tfalli u l-ksur jitressaq quddiem il-qorti kompetenti, sid il-bastiment li jkun wettaq il-ksur għandu jiddepożita garanzija bankarja f’bank magħżul mis-Senegal, li l-ammont tagħha, kif stabbilit mis-Senegal, ikun ikopri l-ispejjeż marbutin mad-detenzjoni tal-bastiment, il-multa stmata u kwalunkwe kumpens li jista’ jkun hemm ’il quddiem. Il-garanzija bankarja ma tistax tiġi rkuprata qabel ma jkunu ġew konklużi l-proċeduri legali.
4.2.Il-garanzija bankarja għandha tiġi rrilaxxata u tingħata lura lil sid il-bastiment mingħajr dewmien wara li tinqata’ s-sentenza:
(c)kollha kemm hi, jekk ma tkun ġiet imposta l-ebda piena;
(d)skont l-ammont tal-bilanċ li jkun għad fadal, jekk il-piena tkun multa li tkun iżjed baxxa mill-ammont tal-garanzija bankarja.
4.3.Is-Senegal għandu jgħarraf lill-Unjoni Ewropea bir-riżultat tal-proċeduri legali fi żmien 8 ijiem minn meta tingħata s-sentenza.
5.Rilaxx tal-bastiment u tal-ekwipaġġ
Il-bastiment u l-ekwipaġġ tiegħu għandhom jiġu awtorizzati jħallu l-port ladarba l-multa tkun tħallset fi proċedura ta’ kompromess, jew ladarba l-garanzija bankarja tkun ġiet iddepożitata.
TAQSIMA 8
Sorveljanza parteċipattiva marbuta mal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (is-sajd IUU)
1.L-għan
Bil-għan li tissaħħaħ is-sorveljanza tas-sajd fl-ibħra miftuħa u li tissaħħaħ il-ġlieda kontra s-sajd IUU, il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom javżaw bil-preżenza ta’ kull bastiment fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal li ma jkunx fil-lista tal-bastimenti barranin awtorizzati jistadu fis-Senegal mogħtija mis-Senegal.
2.Proċedura
2.1.Jekk il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni josserva bastiment tas-sajd iwettaq attivitajiet li jistgħu jkunu attivitajiet tas-sajd IUU, huwa jista’ jiġbor l-akbar ammont ta’ informazzjoni possibbli dwar din l-osservazzjoni.
2.2.Ir-rapporti ta’ osservazzjoni għandhom jintbagħtu minnufih u fl-istess ħin lill-awtoritajiet tas-Senegal u lill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment li jkun wettaq l-osservazzjoni, li min-naħa tagħha għandha tibgħathom lill-Kummissjoni Ewropea jew lill-organizzazzjoni li din tkun għażlet.
2.3.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tibgħat din l-informazzjoni lis-Senegal.
3.Reċiproċità
Is-Senegal għandu jibgħat lill-Unjoni Ewropea, mill-aktar fis possibbli, kull rapport ta’ osservazzjoni li jkollu fil-pussess tiegħu dwar bastimenti tas-sajd li jkunu qed iwettqu attivitajiet li jistgħu jkunu attivitajiet tas-sajd IUU fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal.
KAPITOLU V
IMBARK TAL-BAĦRIN
1.Is-sidien tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jkunu qed joperaw fil-kuntest ta’ dan il-Protokoll għandhom jimpjegaw ċittadini mill-pajjiżi AKP bil-kundizzjonijiet u l-limiti li ġejjin:
–għall-flotta tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni u tal-bastiment tas-sajd bil-konz, mill-inqas 25 % tal-baħrin li jittellgħu abbord matul l-istaġun tas-sajd għat-tonn fiż-żona tas-sajd tas-Senegal għandhom ikunu ġejjin mis-Senegal jew possibbilment minn pajjiż AKP;
–għall-flotta tal-bastimenti tas-sajd bil-bastun u x-xlief, mill-inqas 30 % tal-baħrin li jittellgħu abbord matul l-istaġun tas-sajd fiż-żona tas-sajd tas-Senegal għandhom ikunu ġejjin mis-Senegal jew possibbilment minn pajjiż AKP;
–għall-flotta tal-bastimenti tat-tkarkir għas-sajd għall-ħut demersali tal-baħar fond, mill-inqas 25 % tal-baħrin li jittellgħu abbord matul l-istaġun tas-sajd fiż-żona tas-sajd tas-Senegal għandhom ikunu ġejjin mis-Senegal jew possibbilment minn pajjiż AKP.
2.Is-sidien tal-bastimenti għandhom jagħmlu ħilithom biex itellgħu abbord baħrin li jkunu ġejjin mis-Senegal.
3.Il-prinċipji u d-drittijiet ta’ konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO japplikaw għall-baħrin li jittellgħu abbord fuq il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni. Dan għandu x’jaqsam l-aktar mal-libertà tal-assoċjazzjoni, mar-rikonoxximent effettiv tad-dritt tal-ħaddiema għan-negozjar kollettiv u mat-tneħħija tad-diskriminazzjoni marbuta mal-impjiegi u max-xogħol.
4.Il-kuntratti ta’ impjieg tal-baħrin li jkunu ġejjin mis-Senegal, li kopja tagħhom għandha tintbagħat lill-awtorità marittima u lill-firmatarji ta’ dawn il-kuntratti, għandhom jiġu stabbiliti bejn ir-rappreżentant(i) tas-sidien tal-bastimenti u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins tagħhom jew ir-rappreżentanti tagħhom. Dawn il-kuntratti għandhom jiżguraw kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol deċenti abbord għall-baħrin u l-kopertura fis-sistema tas-sigurtà soċjali applikabbli għalihom, skont il-leġiżlazzjoni applikabbli u l-istandards tal-ILO, inkluża l-assigurazzjoni fuq il-ħajja u l-assigurazzjoni fuq il-mard u l-inċidenti.
5.Il-pagi tal-baħrin mill-pajjiżi AKP għandhom jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti. Dawn il-pagi għandhom jiġu stabbiliti bi ftehim reċiproku bejn is-sidien tal-bastimenti jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins tagħhom jew ir-rappreżentanti tagħhom. Madankollu, il-kundizzjonijiet ta’ ħlas tal-baħrin tal-pajjiżi AKP ma jistgħux ikunu inqas mill-istandards tal-ILO.
6.Kull baħri impjegat mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandu jirrapporta lill-kaptan maħtur tal-bastiment lejlet id-data proposta għall-imbark tiegħu. Jekk il-baħri ma jitfaċċax fid-data u l-ħin previsti għall-imbark, sid il-bastiment għandu jinħeles b’mod awtomatiku mill-obbligu tiegħu li jtella’ lil dan il-baħri abbord.
7.Is-sidien tal-bastimenti għandhom jibagħtu kull sena l-informazzjoni dwar il-baħrin li jittellgħu abbord. Din l-informazzjoni tinkludi l-għadd ta’ baħrin li jkunu ġejjin:
(a)mill-Unjoni Ewropea;
(b)minn pajjiż AKP, b’distinzjoni bejn is-Senegal u pajjiżi AKP oħra;
(c)minn pajjiż barra l-AKP u barra l-UE.
APPENDIĊIJIET
(1)Mudell ta’ talba għal awtorizzazzjoni tas-sajd
(2)Skeda teknika għall-ispeċijiet demersali
(3)Skeda teknika għall-ispeċijiet tat-tonn
(4)Ġurnal elettroniku ta’ abbord tas-sajd
(5)Sistema ta’ monitoraġġ bis-satellita (VMS)
(6)Dettalji tal-awtoritajiet tas-Senegal u tal-Istati Membri tal-bandiera
Appendiċi 1
FTEHIM DWAR IS-SAJD BEJN L-UNJONI EWROPEA U S-SENEGAL
TALBA GĦAL AWTORIZZAZZJONI TAS-SAJD
PERJODU:
I- L-APPLIKANT
1.
Isem sid il-bastiment: ...................................................Nazzjonalità :........................................................................
2.
Indirizz ta’ sid il-bastiment: ........................................................................................................................
3.
Isem l-assoċjazzjoni jew ir-rappreżentant ta’ sid il-bastiment: .....................................................................
4.3.
Indirizz tal-assoċjazzjoni jew tar-rappreżentant ta’ sid il-bastiment: ................................................................
4.4.
Numru tat-telefown:...................................................
Fax: ................................... Email: ……………
6.5.
Isem il-kaptan: ......................................... Nazzjonalità: ................. Email: …………………………
II-BASTIMENT U L-IDENTIFIKAZZJONI TIEGĦU
1.
Isem il-bastiment: ...............................................................................................................................................
2.
Nazzjonalità tal-bandiera:.......................................................................................................................
3.
Numru estern tar-reġistrazzjoni: …………....................................................................................
4.
Port tar-reġistrazzjoni: …………………. MMSI: ………….……Numru tal-IMO:…….…….…
5.
Id-data li fiha nkisbet il-bandiera attwali: ........../........./.............. Il-bandiera ta’ qabel (jekk kien hemm): ………...
6.
Sena u post tal-kostruzzjoni: ....../......./.......... fi…………........ Sinjal tas-sejħa bir-radju: ...............................
7.
Frekwenza tas-sejħa bir-radju: ………….............. Numru tat-telefown bis-satellita: ……………..…………...……
8.
Materjal tal-buq:
Azzar ◻
Injam ◻
Poliester ◻
Materjal ieħor ◻ …………………………….
III- KARATTERISTIĊI TEKNIĊI TAL-BASTIMENT U TAT-TAGĦMIR
1.
It-tul totali: ..................................................
Wisa’: ....................................... Pixka:….
2.
Tunnellaġġ gross (mogħti f’TG): ..................................
Tunnellaġġ nett: ……………….……………
3.
Qawwa tal-magna ewlenija f’KW: .......................Ditta: .................................
Tip: ….....................
4.
Tip ta’ bastiment: ◻ Bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni ◻ Bastiment tas-sajd bil-bastun u x-xlief ◻Bastiment tat-tkarkir għall-ħut demersali tal-baħar fond◻Bastiment tas-sajd bil-konz ◻Bastiment ta’ appoġġ
5.
Irkaptu tas-sajd: ......................................
6.
Żoni tas-sajd: ………………………………………
7.
Speċijiet fil-mira: ……………………………….
8.
Port magħżul għall-operazzjonijiet ta’ ħatt l-art: ………………………………….………………………
9.
Għadd totali ta’ membri tal-ekwipaġġ abbord: ....................................................................................................................
10.
Metodu ta’ konservazzjoni abbord:
Spejjeż ◻
Tkessiħ ◻
Metodu mħallat ◻
L-iffriżar ◻
11.
Kapaċità tal-friża kull 24 siegħa (f’tunnellati): .................Kapaċità tal-istivi: ...............
Għadd: .....
12.
Transponder tal-VMS:
Manifattur: …………………… Mudell: …………………. Numru tas-serje: …………………
Verżjoni tas-software: ........................................................... Operatur tas-satellita: ………………..
Jien, il-firmatarju t’hawn taħt, niċċertifika li t-tagħrif mogħti f’din it-talba huwa veru u ġenwin.
Magħmul fi ..............................................., il-......................................
Firma tal-applikant ...................................................................
Appendiċi 2
SKEDA TEKNIKA GĦALL-ISPEĊIJIET DEMERSALI TAL-BAĦAR FOND
|
L-ispeċijiet fil-mira huma l-ispeċijiet tal-merluzz l-iswed (Merluccius senegalensis u Merluccius polli)
|
|
Iż-żona tas-sajd awtorizzata hija ddefinita kif ġej
(1)
:
(a)
|
fil-Punent tal-lonġitudni 016° 53′ 42″ W bejn il-fruntiera tas-Senegal mal-Mawritanja u l-latitudni 15° 40′ 00″ N;
|
(b)
|
lil hinn minn 15-il mil nawtiku mil-linja ta’ referenza ta’ bejn il-latitudni 15° 40′ 00″ N u l-latitudni 15° 15′ 00″ N;
|
c)
|
lil hinn minn 12-il mil nawtiku mil-linja ta’ referenza tal-latitudni 15° 15′ 00″ N sal-latitudni 15° 00′ 00″ N;
|
d)
|
lil hinn minn 8 mili nawtiċi mil-linji ta’ referenza tal-latitudni 15 00′ 00″ N sal-latitudni 14° 32′ 30″ N;
|
e)
|
fil-Punent tal-lonġitudni 017° 30′ 00″ W, fiż-żona ta’ bejn il-latitudni 14° 32′ 30″ N u l-latitudni 14° 04′ 00″ N;
|
f)
|
fil-Punent tal-lonġitudni 017° 22′ 00″ W, fiż-żona ta’ bejn il-latitudni 14° 04′ 00″ N u l-fruntiera tat-Tramuntana tas-Senegal mal-Gambja;
|
g)
|
fil-Punent tal-lonġitudni 017° 35′ 00″ W, fiż-żona ta’ bejn il-fruntiera tan-Nofsinhar tas-Senegal mal-Gambja u l-latitudni 12° 33′ 00″ N;
|
h)
|
fin-Nofsinhar tal-ażimut 137° impenġi mill-punt P9 (12° 33′ 00″ N; 017° 35′ 00″ W) sal-intersezzjoni mal-ażimut 220° impenġi minn Cap Roxo, sabiex jitqies il-ftehim ta’ ġestjoni u kooperazzjoni bejn is-Senegal u l-Guinea-Bissau.
|
|
|
Xbieki tat-tkarkir konvenzjonali tal-qiegħ jew xbieki tat-tkarkir għall-merluzz, b’daqs minimu tal-malji ta’ 70 mm. L-użu ta’ kwalunkwe mezz jew tagħmir ieħor li jimblokka l-malji tax-xbieki jew li jnaqqas l-azzjoni selettiva tagħhom huwa pprojbit. Madankollu, bil-għan li jiġi evitat li x-xbieki jitherrew jew jiċċarrtu, huwa permess li jitwaħħlu biss sottovesti ta’ protezzjoni magħmulin mix-xibka jew minn materjal ieħor taħt il-parti ta’ isfel tal-manka tax-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ. Dawn is-sottovesti għandhom jitwaħħlu biss mal-parti ta’ quddiem u mal-ġnub tal-manka tax-xbieki tat-tkarkir. Għall-parti ta’ fuq tax-xbieki tat-tkarkir, jista’ jintuża tagħmir ta’ protezzjoni biss jekk dan ikun magħmul minn biċċa waħda tax-xibka biss, magħmula mill-istess materjal tal-manka, li l-malji tagħha jkunu mill-inqas ta’ 300 mm meta d-drapp ikun stirat. Mhux permess l-irduppjar tal-ħajt sempliċi jew immaljat tal-manka tax-xbieki tat-tkarkir.
|
(4)
|
Qabdiet inċidentali
(2)
:
|
|
15 % ta’ ċefalopodi, 7 % ta’ krustaċji u 20 % ta’ speċijiet oħrajn ta’ ħut demersali tal-baħar fond.
Il-perċentwali tal-qabdiet inċidentali stabbiliti hawn fuq għandhom jiġu kkalkulati fi tmiem kull vjaġġ tas-sajd, skont il-piż totali tal-qabda, skont ir-regolamenti tas-Senegal.
Huma pprojbiti ż-żamma abbord, it-trasbord, il-ħatt l-art, il-ħażna u l-bejgħ tal-ħut elażmobranki kollu jew parti minnu li huwa protett minn miżuri ta’ protezzjoni meħudin fil-kuntest tal-pjan ta’ azzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-klieb il-baħar, kif ukoll fil-qafas ta’ Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd u ta’ Organizzazzjonijiet Reġjonali tas-Sajd Kompetenti b’mod partikolari tal-kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku (Carcharhinus longimanus), tal-kelb il-baħar ħariri (Carcharhinus falciformis), tal-kelb il-baħar l-abjad (Carcharodon carcharias), tal-gabdoll (Cetorhinus maximus), tal-pixxiplamtu (Lamna nasus), tal-pixxivolpi għajnu kbira (Alopias superciliosus), tal-ixkatlu komuni (Squatina squatina), tal-manta ġganta (Manta birostris) u tal-ispeċijiet tal-familja tal-kurazzi (Sphyrna zygaena).
Meta bi żball jinqabdu l-ispeċijiet elażmobranki li ma jistgħux jinżammu abbord, ma għandhiex issirilhom ħsara. Il-ħut minn dawn l-ispeċijiet maqbud għandu jintefa’ lura l-baħar minnufih.
Huma pprojbiti ż-żamma abbord, it-trasbord, il-ħatt l-art, il-ħażna u l-bejgħ ta’ speċijiet pelaġiċi, fosthom Trachurus spps, Sardina Pilchardus, Scomber spps u Sardinella spp.
|
(5)
|
Ammont ta’ qabdiet awtorizzat:/ /Tariffi:
|
|
Ammont ta’ qabdiet awtorizzat:
|
1 750 tunnellata fis-sena
|
Imposta:
|
EUR 95 għal kull tunnellata
|
L-imposta għandha tiġi kkalkulata fi tmiem kull perjodu ta’ tliet xhur li għalih il-bastiment ikun ingħata awtorizzazzjoni tas-sajd, filwaqt li jitqiesu l-qabdiet li jkunu saru matul dak il-perjodu.
Il-liċenzja tingħata biss jekk isir ħlas bil-quddiem ta’ EUR 500 għal kull bastiment, li għandu jitnaqqas mill-ammont totali tat-tariffa u li għandu jitħallas fil-bidu ta’ kull perjodu ta’ tliet xhur li għalih il-bastiment ikun ingħata awtorizzazzjoni tas-sajd.
|
(6) Oħrajn
|
|
-
|
Għadd ta’ bastimenti awtorizzati li jistadu
|
|
2 bastimenti
|
-
|
Tip ta’ bastimenti awtorizzati li jistadu
|
|
Bastimenti tat-tkarkir għas-sajd għall-ħut demersali tal-baħar fond
|
-
|
Imbark ta’ baħrin li jkunu ġejjin mis-Senegal jew minn Stati AKP oħrajn
|
|
25 % tal-ekwipaġġ
|
-
|
Perjodu annwali ta’ waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi
|
|
Mill-1 ta’ Mejju sat-30 ta’ Ġunju
(3)
|
L-imbark ta’ osservatur xjentifiku fuq kull bastiment tat-tkarkir huwa obbligatorju.
|
(1)
Fejn ikun xieraq, iż-żona tas-sajd tista’ tiġi ddefinita permezz ta’ koordinati li jistabbilixxu l-konfini tal-poligonu li fih huwa permess is-sajd. L-awtoritajiet tas-Senegal għandhom jibagħtu dawn il-koordinati lill-Kummissjoni Ewropea qabel ma jidħol fis-seħħ dan il-Protokoll.
(2)
Din id-dispożizzjoni se tiġi analizzata mill-ġdid, jekk ikun meħtieġ, sena wara li tibda tiġi applikata.
(3)
Il-perjodu ta’ waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi, l-istess bħal miżuri tekniċi ta’ konservazzjoni oħrajn, se jiġi evalwat sena wara li l-Protokoll jibda jiġi implimentat, u ’l quddiem jista’ jiġi adattat, fuq rakkomandazzjoni tal-grupp ta’ ħidma xjentifika konġunt, sabiex titqies il-qagħda tal-istokkijiet.
Appendiċi 3
Skeda teknika għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni mgħammra bi friża, il-BASTIMENTI TAS-SAJD BIL-BASTUN U X-XLIEF u l-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ
1.Żoni tas-sajd
Il-liċenzja tal-ħut pelaġiku ’l barra mill-kosta tagħti:
1.1.lill-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-bastun u x-xlief u bit-tartaruni ta’ ħut frisk u mgħammra bi friża, id-dritt li jistadu għat-tonn fl-ilmijiet kollha taħt il-ġuriżdizzjoni tas-Senegal;
1.2.lill-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ immirati lejn il-pixxispad, id-dritt li jużaw fil-baħar l-irkapti tas-sajd tagħhom:
–lil hinn minn ħmistax-il mil nawtiku mil-linja ta’ referenza mill-fruntiera tas-Senegal mal-Mawritanja sal-latitudni 14° 25’ 00"N;
–fil-Punent tal-lonġitudni 17° 15’ 00" N, fiż-żona ta’ bejn il-latitudni 14° 25’ 00" N u l-fruntiera tat-Tramuntana tas-Senegal mal-Gambja;
–fil-Punent tal-lonġitudni 17° 15’ 00" W, fiż-żona ta’ bejn il-fruntiera tan-Nofsinhar tas-Senegal mal-Gambja u l-fruntiera tas-Senegal mal-Guinea-Bissau.
2.Speċijiet ipprojbiti
Is-sajd għall-manta ġganta (Manta birostris), għall-gabdoll (Cetorhinus maximus), għall-kelb il-baħar l-abjad (Carcharodon carcharías), għall-pixxivolpi għajnu kbira (Alopias superciliosus), għall-kurazzi tal-familja tal-kurazzi (ħlief għall-kurazza tiburo), għall-kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku (Carcharhinus longimanus) u għall-kelb il-baħar ħariri (Carcharhinus falciformis), kif ukoll għall-kelb il-baħar baliena (Rhincodon typus) huwa pprojbit skont il-Konvenzjoni dwar l-ispeċijiet tal-ħut li jpassi u skont ir-riżoluzzjonijiet tal-ICCAT.
F’konformità mal-leġiżlazzjoni Ewropea [ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003 tas-26 ta’ Ġunju 2003], huwa pprojbit li wieħed ineħħi x-xewka tal-kelb il-baħar abbord il-bastimenti u li wieħed iżomm abbord, jittrasborda jew iħott l-art ix-xewka tal-kelb il-baħar. Mingħajr preġudizzju għal dan ta’ hawn fuq, sabiex tkun iffaċilitata l-ħażna abbord, ix-xewka tal-kelb il-baħar tista’ tinqata’ b’mod parzjali u tintewa għal fuq il-karkassa, iżda ma tistax titneħħa minn mal-karkassa qabel ma din tinħatt l-art.
Skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT, il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex inaqqsu l-impatt aċċidentali tal-attivitajiet tas-sajd fuq il-fkieren u fuq l-għasafar tal-baħar billi jimplimentaw miżuri li jżidu kemm jista’ jkun il-possibbiltà li l-annimali li jinqabdu bi żball isalvaw.
3.L-irkapti u l-ispeċijiet
IL-BASTIMENTI TAS-SAJD GĦAT-TONN BIT-TARTARUNI
(2)Irkaptu awtorizzat: it-tartaruni.
(3)Speċijiet fil-mira: it-tonn isfar (Thunnus albacares), it-tonn obeż (Thunnus obesus) u l-palamit (Katsuwonus pelamis).
(4)Qabdiet inċidentali: il-ħarsien tar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT u tal-FAO.
IL-BASTIMENTI TAS-SAJD BIL-BASTUN U X-XLIEF
(5)Irkaptu awtorizzat: il-bastun u x-xlief.
(6)Speċijiet fil-mira: it-tonn isfar (Thunnus albacares), it-tonn obeż (Thunnus obesus) u l-palamit (Katsuwonus pelamis).
(7)Qabdiet inċidentali: il-ħarsien tar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT u tal-FAO.
IL-BASTIMENTI TAS-SAJD BIL-KONZ TAL-WIĊĊ
(8)Irkaptu awtorizzat: il-konzijiet tal-wiċċ.
(9)Speċijiet fil-mira: il-pixxispad (Xiphias gladius), il-ħuta kaħla (Prionace glauca), it-tonn isfar (Thunnus albacares) u t-tonn obeż (Thunnus obesus).
(10)Qabdiet inċidentali: il-ħarsien tar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT u tal-FAO.
4.Tariffi li għandhom iħallsu s-sidien tal-bastimenti — l-għadd ta’ bastimenti:
Tariffa addizzjonali għal kull tunnellata maqbuda
|
- il-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni:
EUR80 għall-ewwel tliet snin
EUR85 għall-aħħar sentejn
- il-bastimenti tas-sajd bil-bastun u x-xlief: EUR 75 għall-perjodu kollu ta’ applikazzjoni tal-Protokoll
- il-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ: EUR 75 għall-perjodu kollu ta’ applikazzjoni tal-Protokoll
|
Imposta b’rata fissa annwali
|
Għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni: EUR 18,500
għall-bastimenti tas-sajd bil-bastun u x-xlief: EUR 13,000
Għall-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ: EUR 3,525
|
Tariffa b’rata fissa marbuta mal-osservaturi
|
EUR 600 għal kull bastiment kull sena
|
Tariffa għal kull bastiment ta’ appoġġ
|
EUR 3,500 għal kull bastiment kull sena
|
Għadd ta’ bastimenti awtorizzati li jistadu
|
28 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni
5 bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ
10 bastimenti tas-sajd bil-bastun u x-xlief
|
Appendiċi 4
Ġurnali elettroniċi ta’ abbord tas-sajd (ERS)
Trażmissjonijiet tal-ERS
(1)L-Istat tal-bandiera u s-Senegal għandhom jagħżlu korrispondent tal-ERS kull wieħed li għandu jservi bħala l-punt ta’ kuntatt għall-kwistjonijiet marbutin mal-implimentazzjoni tal-ERS. L-Istat tal-bandiera u s-Senegal għandhom jibagħtu lil xulxin id-dettalji ta’ kuntatt tal-korrispondent tal-ERS rispettiv tagħhom u, jekk ikun hemm bżonn, għandhom jaġġornaw dik l-informazzjoni mingħajr dewmien.
(2)Il-bastiment għandu jibgħat id-data tal-ERS lill-Istat tal-bandiera tiegħu, li għandu jiżgura li din titqiegħed b’mod awtomatiku għad-dispożizzjoni tas-Senegal.
(3)Id-data għandha tkun bil-format UN-CEFACT u għandha tiġi trażmessa permezz tan-netwerk FLUX li l-Kummissjoni Ewropea tqiegħed għad-dispożizzjoni.
(4)Madankollu, il-Partijiet jistgħu jaqblu fuq perjodu ta’ tranżizzjoni li matulu d-data għandha tiġi trażmessa permezz tad-DEH (id-“Data Exchange Highway”) fil-format EU-ERS (fil-verżjoni 3.1 tiegħu).
(5)Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat awtomatikament u mingħajr dewmien il-messaġġi istantanji li jkun qed jibgħat il-bastiment (il-messaġġi COE, COX u PNO) liċ-ĊMS tas-Senegal. It-tipi ta’ messaġġi l-oħrajn ukoll għandhom jintbagħtu awtomatikament darba kuljum mid-data meta jibda jintuża b’mod effettiv il-format UN-CEFACT jew, sa dik id-data, għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni taċ-ĊMS tas-Senegal mingħajr dewmien meta ssir talba awtomatika għalihom liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera permezz tan-nodu ċentrali tal-Kummissjoni Ewropea. Minn meta jiġi implimentat b’mod effettiv il-format il-ġdid, dan il-mod ta’ trażmissjoni msemmi l-aħħar għandu jintuża biss għal talbiet speċifiċi għal data storika.
(6)Iċ-ĊMS tas-Senegal għandu jikkonferma li rċieva d-data istantanja tal-ERS li tkun intbagħtitlu billi jibgħat messaġġ ta’ ritorn li fih jikkonferma l-wasla tad-data u l-validità tal-messaġġ li huwa rċieva. Ma għandha tintbagħat l-ebda konferma tal-wasla fil-każ tad-data li s-Senegal jirċievi bi tweġiba għal talba li jkun għamel hu stess. Is-Senegal għandu jittratta d-data kollha tal-ERS b’mod kunfidenzjali.
Falliment tas-sistema ta’ trażmissjoni elettronika abbord il-bastiment jew tas-sistema ta’ komunikazzjoni
(7)Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS tas-Senegal għandhom jgħarrfu lil xulxin mingħajr dewmien b’kull avveniment li jista’ jaffettwa t-trażmissjoni tad-data tal-ERS ta’ bastiment wieħed jew aktar.
(8)Jekk iċ-ĊMS tas-Senegal ma jirċevix id-data li bastiment suppost jibgħat, għandu jgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera mingħajr dewmien b’dan. Dan għandu jipprova jara malajr kemm jista’ jkun għalfejn dan ma rċeviex id-data tal-ERS u għandu jgħarraf liċ-ĊMS tas-Senegal bir-riżultat ta’ dawn l-investigazzjonijiet.
(9)Meta t-trażmissjoni bejn bastiment u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera tfalli, dan iċ-ĊMS għandu jgħarraf lill-kaptan jew lill-operatur tal-bastiment jew, fin-nuqqas tiegħu, lir-rappreżentant tiegħu mingħajr dewmien b’dan. Malli jirċievi din in-notifika, il-kaptan tal-bastiment għandu jibgħat id-data li tkun nieqsa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-bandiera b’kull mezz xieraq ta’ telekomunikazzjoni kuljum sa mhux aktar tard minn nofs il-lejl.
(10)F’każ ta’ ħsara fis-sistema ta’ trażmissjoni elettronika installata abbord il-bastiment, il-kaptan jew l-operatur tal-bastiment għandhom jiżguraw li l-ħsara tissewwa jew li l-ERS tinbidel fi żmien għaxart ijiem minn meta jindunaw bil-ħsara. Ladarba jgħaddi dak il-perjodu, il-bastiment ma jibqax awtorizzat jistad fiż-żona tas-sajd u jkollu joħroġ minnha jew jidħol f’port tas-Senegal fi żmien 24 siegħa. Il-bastiment għandu jkun jista’ jitlaq minn dak il-port jew jerġa’ jidħol fiż-żona tas-sajd biss meta ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera tiegħu jkun aċċerta ruħu li s-sistema ERS qed terġa’ taħdem kif suppost.
(11)Jekk is-Senegal ma jkunx irċieva d-data tal-ERS minħabba ħsara fis-sistemi elettroniċi li jkunu taħt il-kontroll tal-Unjoni Ewropea jew taħt il-kontroll tiegħu, il-Parti kkonċernata għandha tieħu mill-ewwel il-miżuri kollha meħtieġa biex issolvi l-ħsara mill-aktar fis possibbli. Il-Parti l-oħra għandha tiġi mgħarrfa mill-ewwel malli tissolva l-problema.
(12)Kull 24 siegħa, iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat id-data kollha tal-ERS li l-Istat tal-bandiera jkun irċieva mill-aħħar trażmissjoni liċ-ĊMS tas-Senegal b’kull mezz ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli. L-istess proċedura tista’ tintuża fuq talba tas-Senegal f’każ ta’ ħidma ta’ manutenzjoni ta’ aktar minn 24 siegħa li taffettwa s-sistemi li jkunu taħt il-kontroll tal-Unjoni Ewropea. Is-Senegal għandu javża lis-servizzi ta’ kontroll kompetenti tiegħu sabiex il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea ma jitqisux li qed jonqsu milli jħarsu l-obbligu tagħhom li jibagħtu d-data tal-ERS tagħhom. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jiżgura li jdaħħal id-data li tkun nieqsa fil-bażi tad-data elettronika tiegħu skont il-punt 1 tal-Appendiċi 5.
Mezzi ta’ komunikazzjoni alternattivi
L-indirizz tal-posta elettronika taċ-ĊMS tas-Senegal li għandu jintuża f’każ li t-trażmissjonijiet tal-ERS jew tal-VMS ifallu għandu jintbagħat qabel ma jibda japplika l-Protokoll.
Dan għandu jintuża:
–għan-notifiki tad-dħul u tal-ħruġ u għan-notifiki dwar il-qabdiet li jkun hemm abbord fil-mument tad-dħul u tal-ħruġ;
–għan-notifiki dwar il-ħatt l-art u t-trasbord u għan-notifiki dwar il-qabdiet li jkunu ġew ittrasbordati, li jkunu nħattu l-art jew li jkun għad hemm abbord;
–għat-trażmissjonijiet temporanji tal-ERS u tal-VMS ta’ sostituzzjoni previsti f’każ ta’ falliment.
Appendiċi 5
Sistema ta’ monitoraġġ bis-satellita (il-VMS)
Messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti — is-sistema tal-VMS
L-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara d-dħul fiż-żona tas-Senegal għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “ENT”. Il-pożizzjonijiet kollha ta’ wara għandhom jiġu identifikati bil-kodiċi “POS”, ħlief għall-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara l-ħruġ miż-żona tas-Senegal, li għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “EXI”.
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jiżgura l-ipproċessar awtomatiku u, jekk ikun hemm bżonn, it-trażmissjoni elettronika tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni. Il-messaġġi dwar il-pożizzjoni għandhom jiġu rreġistrati b’mod sigur u għandhom jinżammu għal perjodu ta’ tliet snin.
Trażmissjoni min-naħa tal-bastiment f’każ ta’ ħsara fis-sistema tal-VMS
Il-kaptan għandu jiżgura f’kull ħin li s-sistema tal-VMS tal-bastiment tiegħu tkun kompletament operattiva u li l-messaġġi dwar il-pożizzjoni jkunu qed jiġu trażmessi b’mod korrett liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera.
F’każ ta’ ħsara fis-sistema tal-VMS tal-bastiment, din għandha tissewwa jew tinbidel fi żmien tletin jum. Wara dak il-perjodu, il-bastiment ma jibqax awtorizzat jistad fiż-żona tas-sajd tas-Senegal.
Il-bastimenti li jkunu qed jistadu fiż-żona tas-Senegal b’sistema tal-VMS difettuża għandhom jibagħtu l-messaġġi dwar il-pożizzjoni tagħhom permezz ta’ posta elettronika, bir-radju jew permezz ta’ fax liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, mill-inqas kull erba’ sigħat, u għandhom jipprovdu l-informazzjoni obbligatorja kollha.
Funzjonament ħażin tas-sistema ta’ komunikazzjoni
Is-Senegal għandu jiżgura li t-tagħmir elettroniku tiegħu jkun kompatibbli ma’ dak taċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u għandu jgħarraf lill-Unjoni Ewropea minnufih b’kull nuqqas ta’ funzjonament fil-komunikazzjoni u l-wasla tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bil-għan li tinstab soluzzjoni teknika mill-aktar fis possibbli. Il-Kumitat Konġunt għandu jipprova jsolvi kwalunkwe tilwim li jista’ jirriżulta minn dan.
Il-kaptan għandu jitqies responsabbli għal kull manipulazzjoni ppruvata tas-sistema tal-VMS tal-bastiment li jkollha l-għan li tfixkel l-operat tagħha jew li tiffalsifika l-messaġġi tagħha dwar il-pożizzjoni tal-bastiment. Kull ksur għandu jkun soġġett għall-pieni previsti mil-leġiżlazzjoni tas-Senegal li tkun fis-seħħ.
Bidla fil-frekwenza tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni
Fuq il-bażi ta’ evidenza dokumentata li tipprova ksur, is-Senegal jista’ jistaqsi liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera inaqqas l-intervall biex il-bastiment jibgħat il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tiegħu għal kull nofsiegħa għal perjodu partikolari tal-investigazzjoni, filwaqt li jibgħat kopja wkoll lill-Unjoni Ewropea. Is-Senegal għandu jibgħat din l-evidenza dokumentata liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni Ewropea. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat minnufih il-messaġġi dwar il-pożizzjoni lis-Senegal skont il-frekwenza l-ġdida.
Fi tmiem il-perjodu stabbilit tal-investigazzjoni, is-Senegal għandu jgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni Ewropea b’kull monitoraġġ li jista’ jkun meħtieġ.
Komunikazzjoni tal-messaġġi tal-VMS lis-Senegal
Il-kodiċi “ER” segwit minn linja mmejla doppja (//) jindika tmiem il-messaġġ
Element tad-data
|
Kodiċi
|
Obbligatorju/
Fakultattiv
|
Kontenut
|
Bidu tar-reġistrazzjoni
|
SR
|
0
|
Dettall dwar is-sistema li jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni
|
Destinatarju
|
AD
|
0
|
Dettall dwar il-messaġġ — Il-kodiċi alfa-3 tal-pajjiż destinatarju (ISO-3166)
|
Speditur
|
MT
|
0
|
Dettall dwar il-messaġġ — Il-kodiċi alfa-3 tal-pajjiż li jkun qed jibgħat il-messaġġ (ISO-3166)
|
Stat tal-bandiera
|
FS
|
0
|
Dettall dwar il-messaġġ — Il-kodiċi alfa-3 tal-Istat tal-bandiera (ISO-3166)
|
Tip ta’ messaġġ
|
TM
|
0
|
Dettall dwar il-messaġġ - It-tip ta’ messaġġ (ENT, POS, EXI)
MAN)
|
Sinjal tas-sejħa bir-radju (l-IRCS)
|
RC
|
0
|
Dettall dwar il-bastiment — Is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju tal-bastiment (l-IRCS)
|
Numru ta’ referenza intern tal-parti kontraenti
|
IR
|
0
|
Dettall dwar il-bastiment - In-numru uniku tal-parti kontraenti, mogħti bħala l-Kodiċi alfa-3 (ISO-3166) segwit min-numru
|
Numru
tar-reġistrazzjoni
estern
|
XR
|
0
|
Dettall dwar il-bastiment — In-numru mmarkat fuq il-ġenb tal-bastiment (ISO 8859.1)
|
Latitudni
|
LT
|
0
|
Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment - Il-pożizzjoni fi gradi u fi gradi deċimali N/S GG.ggg (WGS84)
|
Lonġitudni
|
LG
|
0
|
Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — Il-pożizzjoni fi gradi u fi gradi deċimali E/W GG.ggg (WGS84)
|
Rotta
|
CO
|
0
|
Ir-rotta tal-bastiment fuq skala ta’ 360°grad
|
Veloċità
|
SP
|
0
|
Il-veloċità tal-bastiment f’wieħed minn kull għaxar mili nawtiċi
|
Id-data
|
DA
|
0
|
Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — Id-data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f’UTC (SSSSXXJJ)
|
Ħin
|
TI
|
0
|
Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — Il-ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f’UTC (SSMM)
|
Tmiem ir-reġistrazzjoni
|
ER
|
0
|
Dettall dwar is-sistema li jindika tmiem ir-reġistrazzjoni
|
Fil-format NAF, it-trażmissjoni tad-data hija strutturata kif ġej:
Il-karattri użati għandhom ikunu konformi mal-istandard tal-ISO 8859.1. Linja mmejla doppja (//) u l-kodiċi “SR” jindikaw il-bidu tal-messaġġ.
kull element tad-data jiġi identifikat mill-kodiċi tiegħu u jingħażel mill-elementi l-oħra tad-data permezz ta’ linja mmejla doppja (//).
Linja mmejla waħda (/) tissepara l-kodiċi minn mad-data.
Qabel ma l-Protokoll jibda japplika b’mod provviżorju, is-Senegal għandu javża jekk id-data tal-VMS għandhiex tiġi trażmessa permezz tal-FLUX TL fil-format UN-CEFACT jew le.
Appendiċi 6
DETTALJI TAL-AWTORITAJIET
TAS-SENEGAL U TAL-ISTATI MEMBRI TAL-BANDIERA
IS-SENEGAL:
1. Direttorat tas-Sajd Marittimu
Indirizz: LOT 1 SPHÈRE MINISTÉRIELLE DE DIAMNIADIO, 2e ÉTAGE, BÂTIMENT D
E-mail: magoudiaby@yahoo.fr
Numru tat-telefown: 00221 33 849 84 40
2. Għat-talbiet għal awtorizzazzjoni tas-sajd
Indirizz: LOT 1 SPHÈRE MINISTÉRIELLE DE DIAMNIADIO, 2e ÉTAGE, BÂTIMENT D
E-mail: layee78@yahoo.fr
E-mail (alternattiv):
magoudiaby@yahoo.fr
Numru tat-telefown: 00221 33 849 84 40
3. Id-Direttorat għall-Protezzjoni u għas-Sorveljanza tas-Sajd (id-DPSP) u n-Notifika ta’ Dħul u Ħruġ
Isem iċ-ĊMS (Sinjal tas-Sejħa): PAPA SIERA
Dettalji tar-radju: kanal 16 VHF
Filgħodu (08:00 sa 10:00H): [għandu jiġi vverifikat] Hz
Wara nofsinhar (14:00 à 17:00H): [għandu jiġi vverifikat] Hz
Indirizz: FENETRE MERMOZ, CORNICHE OUEST DAKAR
E-mail: surpeche@hotmail.com
E-mail (alternattiv): crrsdpsp@gmail.com
Numru tat-telefown: +221 338602465
4. Centre de Recherches Océanographiques de Dakar-Thiaroye (is-CRODT)
Indirizz: POLE DE RECHERCHE ISRA/HANN, BP 2241 DAKAR
E-mail: hamet.diadhiou@isra.sn
E-mail (alternattiv): hamet_diadhiou@yahoo.fr
Numru tat-telefown: 00221 33 832 82 62
L-ISTATI MEMBRI TAL-BANDIERA:
L-Unjoni għandha tibgħat id-dettalji rilevanti tal-Istati Membri tal-bandiera lis-Senegal qabel l-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Protokoll.
ANNESS II
Proċedura biex jiġu approvati l-emendi tal-Protokoll li l-Kumitat Konġunt għandu jadotta
Meta l-Kumitat Konġunt jintalab jadotta emendi tal-Protokoll skont l-Artikolu 6 u l-Artikolu 7(2) tiegħu, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tapprova l-emendi proposti f’isem l-Unjoni bil-kundizzjonijiet li ġejjin
(1)Il-Kummisjoni għandha tiżgura li l-approvazzjoni f’isem l-Unjoni:
(a)tkun konformi mal-objettivi tal-politika komuni tas-sajd;
(b)tkun kompatibbli mar-regoli rilevanti adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd u tkun tqis il-ġestjoni konġunta min-naħa tal-Istati kostali;
(c)tkun tqis l-aħħar informazzjoni statistika, bijoloġika u ta’ tip ieħor rilevanti mibgħuta lill-Kummissjoni.
(2)Qabel ma tapprova l-emendi proposti f’isem l-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tibgħathom lill-Kunsill biżżejjed żmien qabel il-laqgħa rilevanti tal-Kumitat Konġunt.
(3)Il-Kunsill għandu jevalwa l-konformità tal-emendi proposti mal-kriterji ddefiniti fil-punt 1 ta’ dan l-Anness.
(4)Il-Kummissjoni għandha tapprova l-emendi proposti f’isem l-Unjoni, sakemm għadd ta’ Stati Membri li jkun daqs minoranza li timblokka lill-Kunsill, skont l-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, ma joġġezzjonax għalihom. F’każ li jkun hemm it-tali minoranza li timblokka, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta l-emendi proposti f’isem l-Unjoni.
(5)Jekk, matul laqgħat ulterjuri tal-Kumitat Konġunt, inkluż dawk fuq il-post, ma jkunx jista’ jintlaħaq qbil, il-kwistjoni għandha terġa’ tintbagħat lill-Kunsill skont il-proċedura prevista fil-punti 2 sa 4, sabiex il-pożizzjoni tal-Unjoni tkun tista’ tqis elementi ġodda.
(6)Il-Kummissjoni hija mistiedna tieħu l-miżuri kollha meħtieġa fiż-żmien dovut biex tiżgura s-segwitu tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, inkluż, meta dan ikun xieraq, il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni rilevanti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-komunikazzjoni ta’ kull proposta meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-deċiżjoni.
F’dak li għandu x’jaqsam ma’ kwistjonijiet oħrajn li ma jirrigwardawx emendi tal-Protokoll skont l-Artikolu 6 u l-Artikolu 7(2) tiegħu, il-pożizzjoni li l-Unjoni għandha tieħu fil-Kumitat Konġunt għandha tiġi stabbilita skont it-Trattati u skont il-prattiki ta’ ħidma stabbiliti.