IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 1.10.2019
COM(2019) 447 final
2019/0209(NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, li se jiskadi fil-15 ta’ Novembru 2019
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u għanijiet tal-proposta
Fit-8 ta’ Lulju 2019, il-Kunsill adotta l-mandat li jawtorizza lill-Kummissjoni Ewropea tiftaħ negozjati biex jiġġeddu l-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn l-UE u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania u l-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tiegħu li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja, li se jiskadi fil-15 ta’ Novembru 2019.
Dak il-mandat jistipula li jekk in-negozjati dwar Ftehim ġdid ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli u ta’ Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania jieħdu iktar żmien milli previst, u sabiex jiġi evitat li l-attivitajiet tas-sajd jitwaqqfu għal perjodu twil, il-Kummissjoni jrid ikollha l-possibbiltà taqbel mar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania fuq estensjoni tal-Protokoll attwali għal perjodu massimu ta’ sena, filwaqt li tibqa’ tipprova tilħaq ftehim dwar Ftehim ġdid ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli u dwar Protokoll ġdid skont l-objettivi identifikati fil-mandat.
Waqt l-ewwel ċiklu ta’ negozjati (li sar bejn it-2 u l-4 ta’ Settembru 2019), in-negozjaturi tal-Unjoni u tar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania qablu li minħabba li dawn in-negozjati huma kumplessi, se jkun hemm bżonn diversi ċikli ta’ negozjati sabiex dawn jiġu ffinalizzati. Għalhekk, iż-żewġ Partijiet qablu li jestendu l-Protokoll attwali għal perjodu massimu ta’ sena, skont il-mandat tal-Kunsill. Din l-estensjoni hija ddefinita fi Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri li ġie inizjalat fi Brussell fl-4 ta’ Settembru 2019.
Sabiex jiġi evitat li jiġu interrotti l-attivitajiet tas-sajd tal-flotta Ewropea li taħdem fl-ilmijiet tal-Mauritania, jeħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kunsill li tapprova t-tali Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri tiġi adottata fil-ħin biex iż-żewġ Partijiet ikunu jistgħu jiffirmawh qabel il-15 ta’ Novembru 2019, li hija d-data meta jiskadi l-Protokoll attwali.
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni qed tipproponi li l-Kunsill jawtorizza l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta’ dan l-iskambju ta’ ittri li jippermetti li l-Protokoll eżistenti jiġi estiż għal perjodu massimu ta’ sena.
L-għan tal-Protokoll huwa li joffri opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet tal-Mauritania filwaqt li jitqiesu l-valutazzjonijiet xjentifiċi disponibbli, b’mod speċjali dawk tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (is-CECAF), skont il-pariri xjentifiċi u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (l-ICCAT) u fil-limiti tal-kwantità żejda disponibbli. L-għan huwa wkoll li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania sabiex jinħoloq qafas ta’ sħubija biex jiġu żviluppati politika tas-sajd sostenibbli u l-użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, fl-interess taż-żewġ partijiet.
Il-Protokoll jipprevedi opportunitajiet tas-sajd fil-kategoriji li ġejjin:
–
il-kategorija nru 1 — Bastimenti tas-sajd li jistadu għall-krustaċji ħlief għall-awwista u għall-granċ: 5 000 tunnellata u 25 bastiment;
–
il-kategorija nru 2 — Bastimenti tat-tkarkir mingħajr friża u bastimenti tas-sajd bil-konz tal-qiegħ għall-merluzz l-iswed: 6 000 tunnellata u sitt bastimenti;
–
il-kategorija nru 2a — Bastimenti tat-tkarkir mgħammra bi friża użati għas-sajd għall-merluzz l-iswed: 3 500 tunnellata ta’ merluzz, 1 450 tunnellata ta’ klamar u 600 tunnellata ta’ siċċ għal sitt bastimenti;
–
il-kategorija nru 3 — Bastimenti tas-sajd għall-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ minbarra l-merluzz l-iswed, b’irkaptu ieħor mhux bix-xbieki tat-tkarkir: 3 000 tunnellata u sitt bastimenti;
–
il-kategorija nru 4 — Bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni: 12 500 tunnellata (tunnellaġġ ta’ referenza) u 25 bastiment;
–
il-kategorija nru 5 — Bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasba u bastimenti tas-sajd bil-konz: 7 500 tunnellata (tunnellaġġ ta’ referenza) u 15-il bastiment;
–
il-kategorija nru 6 — Bastimenti tat-tkarkir mgħammra bi friża użati għas-sajd għall-ħut pelaġiku: 225 000 tunnellata u 19-il bastiment;
–
il-kategorija nru 7 — Bastimenti tas-sajd għall-ħut pelaġiku frisk: 15 000 tunnellata (li jitnaqqsu mill-ammont tal-kategorija nru 6 jekk jintużaw) u żewġ bastimenti.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika
Skont il-prijoritajiet tar-riforma tal-politika tas-sajd, il-Protokoll joffri opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Mauritania skont l-aqwa parir xjentifiku disponibbli u filwaqt li jħares ir-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT. Il-Protokoll jippermetti wkoll lill-Unjoni Ewropea u lir-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania jaħdmu aktar mill-qrib bejniethom biex jippromwovu l-użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet tal-Mauritania u jippermettilhom jappoġġaw l-isforzi tar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania biex tiżviluppa s-settur tas-sajd tagħha, fl-interess taż-żewġ partijiet.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
In-negozjar ta’ Ftehim ġdid ta’ Sħubija dwar is-Sajd mar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania u tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tiegħu, li din il-proposta għal estensjoni tifforma stadju minnu, jidħol fil-qafas tal-azzjoni esterna tal-UE mal-pajjiżi AKP, u jqis b’mod partikulari l-għanijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-ħarsien tal-prinċipji demokratiċi u tad-drittijiet tal-bniedem.
L-attività ekonomika li se tinħoloq fis-settur tas-sajd fil-Mauritania, għalkemm se tkun fil-livell lokali, se tgħin biex jiġu miġġielda r-raġunijiet ewlenin tal-migrazzjoni irregolari.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
Il-bażi ġuridika magħżula hija t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li l-Artikolu 43(2) tiegħu jistabbilixxi l-politika komuni tas-sajd u l-Artikolu 218(5) tiegħu jistabbilixxi l-istadju kkonċernat tal-proċedura tan-negozjar u tal-konklużjoni tal-ftehimiet bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi.
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
Il-proposta tidħol fl-ambitu tal-kompetenza esklużiva tal-Unjoni Ewropea.
•Proporzjonalità
Il-proposta hija proporzjonata mal-għan li jiġi stabbilit qafas ta’ governanza ġuridika, ambjentali, ekonomika u soċjali għall-attivitajiet tas-sajd li l-bastimenti tal-Unjoni jwettqu fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi, kif stabbilit fl-Artikolu 31 tar-Regolament li jistabbilixxi l-politika komuni tas-sajd. Hija tikkonforma ma’ dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll mad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna finanzjarja lil pajjiżi terzi stabbiliti fl-Artikolu 32 ta’ dak ir-Regolament.
L-estensjoni b’sena tal-qafas stabbilit bil-Protokoll li se jiskadi fil-15 ta’ Novembru 2019 għandha rwol fil-proċess tan-negozjar biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-attivitajiet tas-sajd tal-flotta Ewropea li taħdem fl-ilmijiet tal-Mauritania.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
Saru konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-Protokoll għall-2015 sal-2019. Saru konsultazzjonijiet ukoll mal-esperti mill-Istati Membri waqt laqgħat tekniċi. Minn dawn il-konsultazzjonijiet ħareġ li jkun ta’ benefiċċju li jiġġedded il-Protokoll tas-Sajd mar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania. Din il-proposta għal estensjoni tal-Protokoll tifforma stadju mill-proċess tan-negozjar għal dan it-tiġdid.
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
L-Istati Membri, ir-rappreżentanti tas-settur, l-organizzazzjonijiet internazzjonali tas-soċjetà ċivili kif ukoll l-amministrazzjoni tas-sajd u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili tar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania ġew ikkonsultati fil-kuntest tal-evalwazzjoni. Saru wkoll konsultazzjonijiet fil-qafas tal-Kunsill Konsultattiv għall-Flotta ta’ Distanzi Twal.
•Ġbir u użu tal-għarfien espert
Il-Kummissjoni użat konsulent indipendenti għall-evalwazzjonijiet ex post u ex ante, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 31(10) tar-Regolament li jistabbilixxi l-politika komuni tas-sajd.
4.IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA
Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali tal-Unjoni Ewropea hija ta’ EUR 61 625 000, abbażi ta’:
(a) ammont annwali għall-aċċess tal-kategoriji previsti fil-Protokoll għar-riżorsi tas-sajd ta’ EUR 57 500 000 għall-perjodu tal-estensjoni tal-Protokoll;
(b) appoġġ għall-iżvilupp tal-politika settorjali tas-sajd tal-Mauritania ta’ EUR 4 125 000 fis-sena għall-perjodu tal-estensjoni tal-Protokoll. Dan l-appoġġ jilħaq l-għanijiet tal-politika nazzjonali b’rabta mal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd kontinentali u tal-baħar għall-perjodu kollu tal-Protokoll.
L-ammont annwali għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament huwa stabbilit fil-proċedura baġitarja annwali, fosthom għal-linja ta’ riżerva għall-protokolli li jkun għadhom ma daħlux fis-seħħ fil-bidu tas-sena.
L-iskambju ta’ ittri marbut mal-estensjoni jistabbilixxi wkoll klawżola ta’ tnaqqis pro rata f’każ li n-negozjati biex jiġġeddu l-Ftehim ta’ Sħubija u l-Protokoll tiegħu jwasslu biex dawn jiġu ffirmati u, b’hekk, biex dawn jidħlu fis-seħħ qabel ma tiskadi l-estensjoni annwali li l-iskambju ta’ ittri jittratta.
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar
L-arranġamenti dwar il-monitoraġġ huma previsti fil-Protokoll li qed jiġi estiż permezz tal-iskambju ta’ ittri.
2019/0209 (NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, li se jiskadi fil-15 ta’ Novembru 2019
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43(2) flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)
Il-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), li ġie approvat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1801/2006, daħal fis-seħħ fit-8 ta’ Awwissu 2008.Il-Protokoll tiegħu li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”), li daħal fis-seħħ fl-istess jum għal perjodu ta’ sentejn, ġie sostitwit diversi drabi.
(2)
L-aħħar Protokoll tal-Ftehim se jiskadi fil-15 ta’ Novembru 2019.
(3)
Fit-8 ta’ Lulju 2019, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania għall-konklużjoni ta’ Ftehim ġdid ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli u Protokoll li jimplimenta dak il-Ftehim.
(3)
Sa ma jitlestew in-negozjati biex jiġġeddu l-Ftehim u l-Protokoll tiegħu, il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem l-Unjoni Ewropea, Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri dwar l-estensjoni għal perjodu massimu ta’ sena tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim. Dawn in-negozjati ntemmu b’suċċess u l-iskambju ta’ ittri ġie inizjalat fl-4 ta’ Settembru 2019.
(4)
Il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri għandu l-għan li jippermetti lill-Unjoni Ewropea u lir-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania jkomplu jaħdmu bejniethom biex jippromwovu politika tas-sajd sostenibbli u l-użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet tal-Mauritania u li jippermetti lill-bastimenti tal-Unjoni jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom f’dawn l-ilmijiet.
(5)
Għalhekk jenħtieġ li l-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data iktar tard.
(6)
Biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Mauritania, jenħtieġ li l-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri jiġi applikat b’mod provviżorju,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, li se jiskadi fil-15 ta’ Novembru 2019, (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri”) huwa awtorizzat f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tat-tali Ftehim.
It-test tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jistabbilixxi l-istrument ta’ setgħat sħaħ li jawtorizza lill-persuna jew lill-persuni li n-negozjatur tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri jkun indika biex jiffirmaw il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 3
Skont il-punt (6) tiegħu, il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri għandu japplika b’mod provviżorju mis-16 ta’ Novembru 2019 jew minn kull data oħra wara d-data tal-iffirmar tiegħu sa ma jidħol fis-seħħ.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.
QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.
Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, li se jiskadi fil-15 ta’ Novembru 2019
1.2.
Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
11 – L-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
11.03 – Kontribuzzjonijiet obbligatorji għall-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd u għal organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn u għall-ftehimiet dwar is-sajd sostenibbli (l-SFAs)
11.03.01 – L-istabbiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd imwettqin minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi
1.3.
Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar:
◻ azzjoni ġdida
◻ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja
X l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
◻ fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn/ma’ azzjoni oħra jew azzjoni ġdida
1.4.
Għanijiet
1.4.1.
Għanijiet ġenerali
In-negozjar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli ma’ pajjiżi terzi jilħqu l-għan ġenerali li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea jingħataw aċċess għal żoni tas-sajd ta’ pajjiżi terzi u li tiġi żviluppata sħubija ma’ dawn il-pajjiżi bil-għan li jissaħħaħ l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd barra l-ilmijiet tal-Unjoni.
Il-ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli jiżguraw ukoll il-koerenza bejn il-prinċipji li jirregolaw il-politika komuni tas-sajd u l-impenji meħudin fil-kuntest ta’ politiki Ewropej oħrajn (l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-pajjiżi terzi, il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (is-sajd IUU), l-integrazzjoni tal-pajjiżi sħab fl-ekonomija globali u governanza politika u finanzjarja aħjar tas-sajd).
1.4.2.
Għanijiet speċifiċi
Għan speċifiku
Sabiex jingħata kontribut għas-sajd sostenibbli fl-ilmijiet li mhumiex tal-Unjoni, tinżamm preżenza Ewropea fis-sajd fl-ilmijiet imbiegħda u jitħarsu l-interessi tas-settur tas-sajd Ewropew u tal-konsumaturi billi jiġu nnegozjati u konklużi ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli ma’ Stati kostali, b’mod li jkun konsistenti ma’ politiki Ewropej oħrajn.
L-attivitajiet tal-ABM/ABB ikkonċernati
L-affarijiet marittimi u s-sajd, biex jiġi stabbilit qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd imwettqin minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terżi (SFAs) (il-linja baġitarja 11.03.01).
1.4.3.
Riżultati u impatti mistennija
Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.
L-estensjoni tal-Protokoll tal-Ftehim eżistenti ta’ sħubija dwar is-sajd tippermetti li jiġi evitat li jiġu interrotti l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti Ewropej meta l-Protokoll jiskadi fil-15 ta’ Novembru 2019. Hija għandha tapplika għal perjodu massimu ta’ sena sa ma jitlestew in-negozjati biex jiġġedded il-Ftehim ta’ sħubija dwar is-sajd.
Il-Protokoll jippermetti li jiġi stabbilit qafas ta’ sħubija strateġika dwar is-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania. Il-Protokoll se jikkontribwixxi wkoll għal ġestjoni u konservazzjoni aħjar tar-riżorsi tas-sajd, permezz ta’ appoġġ finanzjarju (appoġġ settorjali) għall-implimentazzjoni tal-programmi adottati fil-livell nazzjonali mill-pajjiż sieħeb, b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam mal-monitoraġġ u mal-ġlieda kontra s-sajd illegali u mal-appoġġ għas-settur tas-sajd fuq skala żgħira.
1.4.4.
Indikaturi tal-prestazzjoni
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.
Ir-rati tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd (l-użu annwali tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd bħala perċentwali tad-disponibbiltà offruta bil-Protokoll);
id-data dwar il-qabdiet (il-ġbir u l-analiżi) u l-valur kummerċjali tal-Ftehim;
il-kontribut għall-impjiegi u għall-valur miżjud fl-Unjoni, kif ukoll għall-istabbilizzazzjoni tas-suq tal-Unjoni (flimkien ma’ ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli oħrajn);
il-kontribut għat-titjib tar-riċerka, tal-monitoraġġ u tal-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd min-naħa tal-pajjiż sieħeb u tal-iżvilupp tas-settur tas-sajd tiegħu, l-aktar dak fuq skala żgħira.
1.5.
Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.
Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
Hu maħsub li l-iskambju ta’ ittri li jestendi l-Protokoll jibda japplika b’mod provviżorju mid-data tal-iffirmar tiegħu, jiġifieri mis-16 ta’ Novembru 2019 jew minn kull data oħra wara li jiġi ffirmat, sabiex jiġi evitat li jiġu interrotti l-attivitajiet tas-sajd li jkunu għaddejjin skont il-Protokoll attwali.
1.5.2.
Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadann mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza tad-dritt, effettività akbar jew il-kumplimentarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
Jekk l-Unjoni ma tikkonkludix Protokoll ġdid, il-bastimenti tal-Unjoni ma jkunux jistgħu jibqgħu jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom, billi l-Ftehim fih klawżola li teskludi l-attivitajiet tas-sajd li ma jsirux fi ħdan il-qafas iddefinit minn protokoll tal-Ftehim. Għalhekk il-valur miżjud huwa espliċitu għall-flotta Ewropea ta’ distanzi twal. Il-Protokoll jipprovdi wkoll qafas għal kooperazzjoni msaħħa bejn l-Unjoni u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania.
1.5.3.
Tagħlimiet meħudin minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
L-analiżi tal-qabdiet li saru fiż-żona tas-sajd tar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania fl-imgħoddi u tal-qabdiet li saru dan l-aħħar fil-qafas ta’ protokolli simili f’dan ir-reġjun, kif ukoll il-valutazzjonijiet u l-pariri xjentifiċi disponibbli wasslu biex il-partijiet jistabbilixxu opportunitajiet tas-sajd mogħtija f’termini tal-limitu tal-qbid (f’qabdiet totali permissibbli) jew f’termini tat-tunnellaġġ ta’ referenza għall-kategoriji msemmijin fil-memorandum ta’ spjegazzjoni hawn fuq. L-appoġġ settorjali jqis il-ħtiġijiet f’termini tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-amministrazzjoni tas-sajd tar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania u l-prijoritajiet tal-istrateġija nazzjonali tas-sajd, fosthom, b’mod partikulari, ir-riċerka xjentifika u l-attivitajiet ta’ kontroll u ta’ monitoraġġ tal-attivitajiet tas-sajd.
1.5.4.
Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn
Il-fondi allokati għall-kontribuzzjoni finanzjarja għall-aċċess fil-kuntest tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd jikkostitwixxu dħul funġibbli fil-baġit nazzjonali tar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania. Madankollu, il-fondi allokati għall-appoġġ settorjali jiġu assenjati lill-Ministeru responsabbli għas-sajd (ġeneralment billi jiddaħħlu fil-liġi annwali dwar il-baġit), minħabba li din hija kundizzjoni għall-konklużjoni u għall-monitoraġġ tal-ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd. Dawn ir-riżorsi finanzjarji huma kompatibbli ma’ sorsi oħrajn ta’ finanzjament mingħand donaturi internazzjonali oħrajn tal-fondi biex jitwettqu proġetti u/jew programmi fil-livell nazzjonali fis-settur tas-sajd.
1.5.5.
Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva
X durata limitata
◻
Fis-seħħ mill-2019 sal-2024
X
Impatt finanzjarju fl-2020 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u mill-2019 sal-2021 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.
◻ durata mhux limitata
Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,
segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.
Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)
X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
X mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
◻
mill-aġenziji eżekuttivi
◻ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
◻ Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:
◻ lil pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;
◻ lil organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
◻ lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;
◻ lill-korpi li jissemmew fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;
◻ lil korpi tal-liġi pubblika;
◻ lil korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku safejn dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
◻ lil korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
◻ lil persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
Jekk jiġi indikat aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.
Kummenti
2.
MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.
Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.
Il-Kummissjoni (id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, flimkien mal-uffiċjal tas-sajd tagħha bbażat fil-pajjiż (f’Nouakchott) se tiżgura monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni tal-Protokoll f’dak li għandu x’jaqsam mal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd min-naħa tal-operaturi, mad-data dwar il-qabdiet u mal-ħarsien tal-kundizzjonijiet tal-appoġġ settorjali.
Barra minn hekk, il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd jipprevedi mill-inqas laqgħa annwali waħda tal-Kumitat Konġunt, li matulha l-Kummissjoni u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania jirrevedu l-implimentazzjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll tiegħu u, jekk ikun meħtieġ, jaġġustaw l-ipprogrammar u, jekk ikun il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja.
2.2.
Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.
Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
Ir-riskju identifikat huwa n-nuqqas ta’ użu tal-opportunitajiet tas-sajd mis-sidien tal-bastimenti tal-UE u n-nuqqas ta’ użu jew id-dewmien fl-użu tal-fondi maħsubin għall-finanzjament tal-politika settorjali tas-sajd mir-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania.
2.2.2.
Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
Qed jiġi ppjanat djalogu estensiv dwar l-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali prevista fil-Ftehim u fil-Protokoll. L-analiżi konġunta tar-riżultati wkoll tifforma parti minn dawn il-metodi ta’ kontroll.
Barra minn hekk, il-Ftehim u l-Protokoll fihom klawżoli speċifiċi għas-sospensjoni tagħhom, skont ċerti kundizzjonijiet u f’ċerti ċirkustanzi.
2.2.3.
Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)
2.3.
Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.
Il-Kummissjoni tintrabat li tistabbilixxi djalogu politiku mar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania u li tikkoordina b’mod regolari ma’ dan il-pajjiż bil-ħsieb li ttejjeb il-ġestjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll u li ssaħħaħ il-kontribut tal-Unjoni għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi. Kull pagament li l-Kummissjoni tagħmel fil-kuntest ta’ ftehim ta’ sħubija dwar is-sajd huwa suġġett għar-regoli u għall-proċeduri baġitarji u finanzjarji standard tal-Kummissjoni. B’mod partikulari, il-kontijiet bankarji tal-pajjiżi terzi fejn titħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja jiġu identifikati bis-sħiħ. Skont il-Protokoll, il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titħallas f’kont tat-Teżor Pubbliku miftuħ mal-Bank Ċentrali tal-Mauritania.
3.
IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.
Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
Linji baġitarji eżistenti
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
mill-pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
|
|
11.03.01
L-istabbiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd imwettqin minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terżi (SFAs)
|
Diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
Linji baġitarji ġodda mitlubin
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
mill-pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
|
|
[XX.YY.YY.YY]
|
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
3.2.
Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.
Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
X
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:
f’miljuni ta’ Euro (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
In-numru
2
|
Tkabbir sostenibbli: ir-riżorsi naturali
|
|
Id-DĠ: Affarijiet Marittimi u Sajd
|
|
|
Fl-2019
|
Fl-2020
|
Fl-2021
|
TOTAL
|
|
• Approprjazzjonijiet operazzjonali
|
|
|
|
|
|
Il-linja baġitarja 11.0301
|
Impenji
|
(1a)
|
61,625
|
|
|
61,625
|
|
|
Pagamenti
|
(2a)
|
57,500
|
|
4,125
|
61,625
|
|
Linja baġitarja
|
Impenji
|
(1b)
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
(2b)
|
|
|
|
|
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi
|
|
|
|
|
|
Linja baġitarja
|
|
(3)
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ Affarijiet Marittimi u Sajd
|
Impenji
|
=1a+1b +3
|
61,625
|
|
|
61,625
|
|
|
Pagamenti
|
=2a+2b
+3
|
57,500
|
|
4,125
|
61,625
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali
|
Impenji
|
(4)
|
61,625
|
|
|
61,625
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
57,500
|
|
4,125
|
61,625
|
|
•TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi
|
(6)
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA <2.>
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
=4+ 6
|
61,625
|
|
|
61,625
|
|
|
Pagamenti
|
=5+ 6
|
57,500
|
|
4,125
|
61,625
|
Jekk il-proposta/l-inizjattiva tolqot iktar minn intestatura operazzjonali waħda, irrepeti t-taqsima ta’ hawn fuq:
|
•TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)
|
Impenji
|
(4)
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)
|
(6)
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 4
tal-qafas finanzjarju pluriennali
(Ammont ta’ referenza)
|
Impenji
|
=4+ 6
|
61,625
|
|
|
61,625
|
|
|
Pagamenti
|
=5+ 6
|
57,500
|
|
4,125
|
61,625
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
5
|
“Nefqa amministrattiva”
|
Din it-taqsima għandha timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li qabel kollox trid tiddaħħal fl-
Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva
(l-Anness V tar-regoli interni), li għandu jittella’ fil-pjattaforma elettronika “DECIDE” għall-finijiet tal-konsultazzjoni bejn is-servizzi.
f’miljuni ta’ Euro (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
|
Fl-2019
|
Fl-2020
|
Fl-2021
|
TOTAL
|
|
Id-DĠ: Affarijiet Marittimi u Sajd
|
|
• Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
• Nefqa amministrattiva oħra
|
|
|
|
|
|
TOTAL tad-DĠ Affarijiet Marittimi u Sajd
|
Approprjazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)
|
|
|
|
|
f’miljuni ta’ Euro (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
|
Fl-2019
|
Fl-2020
|
Fl-2021
|
TOTAL
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
61,625
|
|
|
61,625
|
|
|
Pagamenti
|
57,500
|
|
4,125
|
61,625
|
3.2.2.
Output stmat iffinanzjat b’approprjazzjonijiet operazzjonali
Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ Euro (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Indika l-għanijiet u l-outputs
⇩
|
|
|
Fl-2019
|
Fl-2020
|
Fl-2021
|
TOTAL
|
|
|
|
|
Tip
|
Kost medju
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Nru totali
|
Kost totali
|
|
GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1...
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Aċċess
|
Annwali
|
|
|
57,5
|
|
|
|
|
|
|
57,5
4,125
61,625
|
|
- Appoġġ settorjali
|
Annwali
|
|
|
4,125
|
|
|
|
|
|
|
4,125
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-għan speċifiku Nru 1
|
|
61,625
|
|
|
|
|
|
|
61,625
|
|
GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2…
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-għan speċifiku Nru 2
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTALI
|
|
61,625
|
|
|
|
|
|
|
61,625
|
3.2.3.
Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
X
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva.
◻
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
f’miljuni ta’ Euro (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
Fis-sena
N
|
Fis-sena
N+1
|
Fis-sena
N+2
|
Fis-sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
L-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal
barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
3.2.3.1.
Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
X
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.
◻
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time
|
|
Fis-sena
N
|
Fis-sena
N+1
|
Fis-sena N+2
|
Fis-sena N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
|
• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)
|
|
XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 05 01/11/21 (Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
10 01 05 01/11 (Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
• Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE)
|
|
XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 04 yy
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- fid-Delegazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 05 02/12/22 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
10 01 05 02/12 (AC, END, INT - Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL
|
|
|
|
|
|
|
|
XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
|
Uffiċjali u aġenti temporanji
|
L-implimentazzjoni tal-Protokoll (il-pagamenti, l-aċċess għall-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Mauritania u l-ipproċessar tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd), it-tħejjija u s-segwitu tal-laqgħat tal-Kumitati Konġunti, it-tħejjija tat-tiġdid tal-Protokoll, l-evalwazzjoni esterna, il-proċeduri leġiżlattivi u n-negozjati.
|
|
Persunal estern
|
L-implimentazzjoni tal-Protokoll: il-kuntatt mal-awtoritajiet tal-Mauritania b’rabta mal-aċċess għall-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Mauritania, l-ipproċessar tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd u t-tħejjija u s-segwitu tal-laqgħat tal-Kumitati Konġunti, b’mod partikulari l-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali.
|
3.2.4.
Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
Il-proposta/l-inizjattiva:
X
tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (il-QFP).
Dan għandu x’jaqsam mal-użu tal-linja ta’ riżerva (il-Kapitolu 40).
◻
teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.
Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti u l-istrumenti li qed jiġi propost li jintużaw.
◻
teħtieġ reviżjoni tal-QFP.
Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.
3.2.5.
Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
Il-proposta/l-inizjattiva:
X
ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi.
◻
tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi li qed jiġi stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ Euro (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
Fis-sena
N
|
Fis-sena
N+1
|
Fis-sena
N+2
|
Fis-sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
Total
|
|
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.3.
Impatt stmat fuq id-dħul
X
Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
◻
Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
◻
fuq ir-riżorsi proprji
◻
fuq id-dħul mixxellanju
jekk jogħġbok indika jekk id-dħul huwa assenjat għal-linji tan-nefqa ◻
f’miljuni ta’ Euro (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Linja baġitarja tad-dħul:
|
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali
|
Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva
|
|
|
|
Fis-sena
N
|
Fis-sena
N+1
|
Fis-sena
N+2
|
Fis-sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
|
L-Artikolu ………….
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Għad-dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.
Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula użati għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 1.10.2019
COM(2019) 447 final
ANNESS
li jakkumpanja
l-Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, li se jiskadi fil-15 ta’ Novembru 2019
ANNESS — Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, li se jiskadi fil-15 ta’ Novembru 2019
A. Ittra tal-Unjoni Ewropea
Sinjuri,
Bi pjaċir nikkonfermalkom li aħna naqblu mal-arranġamenti interim li ġejjin biex niżguraw li jiġi estiż il-Protokoll li huwa fis-seħħ dal-ħin (mis-16 ta’ Novembru 2015 sal-15 ta’ Novembru 2019), minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”, li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, sa ma jitlestew in-negozjati dwar it-tiġdid tal-Ftehim ta’ Sħubija u tal-Protokoll.
F’dan il-kuntest, l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania qablu dwar dan li ġej:
(1)Mis-16 ta’ Novembru 2019 jew minn kull data oħra wara d-data tal-iffirmar ta’ dan l-iskambju ta’ ittri, l-arranġamenti li kienu japplikaw fl-aħħar sena tal-Protokoll qed jiġu estiżi bl-istess kundizzjonijiet għal perjodu massimu ta’ sena.
(2)Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-aċċess tal-bastimenti għall-ilmijiet tal-Mauritania skont l-estensjoni se tkun tikkorrispondi għall-ammont annwali previst fl-Artikolu 2 tal-Protokoll hekk kif emendat mill-Kumitat Konġunt fil-15 u fis-16 ta’ Novembru 2016. Dan il-ħlas se jsir f’daqqa sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tal-applikazzjoni provviżorja ta’ dan l-iskambju ta’ ittri.
(3)L-appoġġ settorjali marbut ma’ dan il-Ftehim ta’ estensjoni jammonta għal EUR 4,125 miljun. Il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 10 tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd se japprova l-ipprogrammar marbut ma’ dan l-ammont skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(1) tal-Protokoll sa mhux aktar tard minn xahrejn wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan l-iskambju ta’ ittri. Il-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 3 tal-Protokoll marbutin mal-implimentazzjoni u mal-pagamenti tal-appoġġ settorjali se jkunu japplikaw mutatis mutandis.
(4)F’każ li n-negozjati biex jiġġeddu l-Ftehim ta’ Sħubija u l-Protokoll tiegħu jwasslu biex dawn jiġu ffirmati u, b’hekk, biex dawn jidħlu fis-seħħ qabel jiskadi l-perjodu ta’ sena stabbilit fil-punt 1 hawn fuq, il-pagamenti tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmijin fil-punti 2 u 3 hawn fuq se jitnaqqsu pro rata temporis. L-ammont korrispondenti li jkun diġà tħallas se jitnaqqas mill-ewwel kontribuzzjoni finanzjarja li tkun dovuta skont il-Protokoll il-ġdid.
(5)Matul il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim ta’ estensjoni, il-liċenzji tas-sajd se jingħataw fil-limiti stabbiliti fil-Protokoll permezz ta’ imposti jew ta’ ħlasijiet bil-quddiem li se jkunu jikkorrispondu għal dawk stabbiliti fl-Appendiċi 1 tal-Anness 1 tal-Protokoll.
(6)Dan l-iskambju ta’ ittri se japplika b’mod provviżorju mis-16 ta’ Novembru 2019 jew minn kull data oħra wara li jiġi ffirmat sa ma jidħol fis-seħħ. Huwa għandu jidħol fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jgħarrfu lil xulxin li lestew il-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan.
Napprezza jekk tkunu tistgħu tavżawni li rċevejtu din l-ittra u li taqblu mal-kontenut tagħha.
Dejjem tagħkom,
B. Ittra tar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania
Sinjuri,
Bi pjaċir nikkonfermalkom li rċevejt l-ittra tagħkom tal-lum li tgħid dan li ġej:
“Sinjuri,
Bi pjaċir nikkonfermalkom li aħna naqblu mal-arranġamenti interim li ġejjin biex niżguraw li jiġi estiż il-Protokoll li huwa fis-seħħ dal-ħin (mis-16 ta’ Novembru 2015 sal-15 ta’ Novembru 2019), minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”, li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, sa ma jitlestew in-negozjati dwar it-tiġdid tal-Ftehim ta’ Sħubija u tal-Protokoll.
F’dan il-kuntest, l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania qablu dwar dan li ġej:
(1)Mis-16 ta’ Novembru 2019 jew minn kull data oħra wara d-data tal-iffirmar ta’ dan l-iskambju ta’ ittri, l-arranġamenti li kienu japplikaw fl-aħħar sena tal-Protokoll qed jiġu estiżi bl-istess kundizzjonijiet għal perjodu massimu ta’ sena.
(2)Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-aċċess tal-bastimenti għall-ilmijiet tal-Mauritania skont l-estensjoni se tkun tikkorrispondi għall-ammont annwali previst fl-Artikolu 2 tal-Protokoll hekk kif emendat mill-Kumitat Konġunt fil-15 u fis-16 ta’ Novembru 2016. Dan il-ħlas se jsir f’daqqa sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tal-applikazzjoni provviżorja ta’ dan l-iskambju ta’ ittri.
(3)L-appoġġ settorjali marbut ma’ dan il-Ftehim ta’ estensjoni jammonta għal EUR 4,125 miljun. Il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 10 tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd se japprova l-ipprogrammar marbut ma’ dan l-ammont skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(1) tal-Protokoll sa mhux aktar tard minn xahrejn wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan l-iskambju ta’ ittri. Il-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 3 tal-Protokoll marbutin mal-implimentazzjoni u mal-pagamenti tal-appoġġ settorjali se jkunu japplikaw mutatis mutandis.
(4)F’każ li n-negozjati biex jiġġeddu l-Ftehim ta’ Sħubija u l-Protokoll tiegħu jwasslu biex dawn jiġu ffirmati u, b’hekk, biex dawn jidħlu fis-seħħ qabel jiskadi l-perjodu ta’ sena stabbilit fil-punt 1 hawn fuq, il-pagamenti tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmijin fil-punti 2 u 3 hawn fuq se jitnaqqsu pro rata temporis. L-ammont korrispondenti li jkun diġà tħallas se jitnaqqas mill-ewwel kontribuzzjoni finanzjarja li tkun dovuta skont il-Protokoll il-ġdid.
(5)Matul il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim ta’ estensjoni, il-liċenzji tas-sajd se jingħataw fil-limiti stabbiliti fil-Protokoll permezz ta’ imposti jew ta’ ħlasijiet bil-quddiem li se jkunu jikkorrispondu għal dawk stabbiliti fl-Appendiċi 1 tal-Anness 1 tal-Protokoll.
(6)Dan l-iskambju ta’ ittri se japplika b’mod provviżorju mis-16 ta’ Novembru 2019 jew minn kull data oħra wara li jiġi ffirmat sa ma jidħol fis-seħħ. Huwa għandu jidħol fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jgħarrfu lil xulxin li lestew il-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan.”
Nikkonfermalkom li l-kontenut tal-ittra tagħkom huwa aċċettabbli għall-Gvern tiegħi.
L-ittra tagħkom u din l-ittra jikkostitwixxu ftehim skont il-proposta tagħkom.
Dejjem tagħkom,