Brussell, 4.9.2019

COM(2019) 399 final

2019/0183(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 sabiex tingħata assistenza finanzjarja lill-Istati Membri biex tkopri l-piż finanzjarju serju impost fuqhom wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Ir-Renju Unit iddeċieda li joħroġ mill-Unjoni Ewropea, billi invoka l-proċedura stipulata fl-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Wara talba mir-Renju Unit, fil-11 ta’ April 2019 1 il-Kunsill Ewropew (l-Artikolu 50) qabel li jestendi ulterjorment 2 il-perjodu previst fl-Artikolu 50(3) tat-TUE sal-31 ta’ Ottubru 2019. Sakemm ir-Renju Unit ma jirratifikax il-Ftehim dwar il-Ħruġ sal-31 ta’ Ottubru 2019 jew sakemm ma jitlobx it-tielet estensjoni, li l-Kunsill Ewropew (l-Artikolu 50) jaqbel magħha unanimament, il-perjodu skont l-Artikolu 50(3) TUE se jintemm dakinhar. Mingħajr ftehim li jiżgura ħruġ ordnat, mill-1 ta’ Novembru 2019 ir-Renju Unit isir pajjiż terz. Il-Kummissjoni għadha tqis li ħruġ ordnat tar-Renju Unit mill-Unjoni fuq il-bażi tal-Ftehim dwar il-Ħruġ huwa l-aħjar eżitu.

Il-liġi primarja u sekondarja kollha tal-UE se tieqaf tapplika għar-Renju Unit minn dan il-waqt ’il quddiem. Mhu se jkun hemm l-ebda perjodu ta’ tranżizzjoni, kif previst fil-Ftehim dwar il-Ħruġ. Dan ovvjament se joħloq tfixkil sinifikanti għaċ-ċittadini, għan-negozji u għall-istituzzjonijiet pubbliċi u jkollu impatt ekonomiku u finanzjarju negattiv serju.

Sa issa, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri UE-27 stabbilew sett sinifikanti ta’ miżuri. B’mod partikolari, il-Kummissjoni Ewropea ilha minn Novembru 2018 tipprepara għal ħruġ mingħajr ftehim. Sa issa, il-Kummissjoni ppreżentat u l-koleġiżlaturi adottaw 19-il proposta leġiżlattiva. Il-Kummissjoni adottat ukoll 63 att mhux leġiżlattiv u ppubblikat 100 avviż ta’ tħejjija.

Il-prinċipji li jirregolaw il-miżuri ta’ kontinġenza fil-livelli kollha ġew stabbiliti fit-tieni Komunikazzjoni dwar it-Tħejjija għall-Brexit tat-13 ta’ Novembru 2018 3 . Dawn jinkludu, b’mod partikolari, li jenħtieġ li l-miżuri ma jsewwux ħsara li setgħet tiġi evitata permezz ta’ miżuri ta’ tħejjija u azzjoni f’waqtha mill-partijiet ikkonċernati rilevanti.

Kif intqal fir-Raba’ Komunikazzjoni dwar it-tħejjija għall-Brexit tal-10 ta’ April 2019 4 , fil-kuntest tat-tħejjijiet tal-miżuri ta’ kontinġenza, il-Kummissjoni hija lesta li tipproponi miżuri ta’ appoġġ finanzjarju biex ittaffi l-impatt tal-aktar oqsma u setturi li se jiġu affettwati, hija u tqis il-fondi li huma disponibbli u kwalunkwe aġġustament fin-naħa tan-nefqa u tad-dħul tal-baġit tal-UE li jistgħu jirriżultaw minn ħruġ mingħajr ftehim. Għal appoġġ aktar immedjat lill-partijiet ikkonċernati affettwati, ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat joffru soluzzjonijiet flessibbli għal miżuri nazzjonali.

In-negozji, partikolarment kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju b’esponiment sinifikanti għar-Renju Unit ukoll jaf jiltaqgħu ma’ diffikultajiet b’konsegwenza tat-telf ta’ aċċess faċli għas-suq tiegħu jew inkella jiġu affettwati minn relazzjonijiet kummerċjali aktar kumplessi. Jista’ jkun li b’konsegwenza jintilfu l-impjiegi. Jista’ jkun li l-Istati Membri jkunu jridu jaġixxu kontra impatt negattiv fuq is-suq tax-xogħol billi jintroduċu skemi ta’ għajnuna biex jassistu lin-negozji affettwati biex jimmaniġjaw il-bidla jew billi jintroduċu miżuri biex jgħinu biex jinżammu l-livelli ta’ impjiegi.

L-amministrazzjoni pubblika tal-Istati Membri aktarx ukoll tiġi affettwata minħabba li se jkollhom bżonn iwaqqfu faċilitajiet ta’ infrastruttura addizzjonali u jirreklutaw persunal addizzjonali f’xi setturi affettwati, u dan kollu f’temp ta’ żmien qasir ħafna.

Pereżempju, fil-qasam tad-dwana u t-tassazzjoni indiretta, l-amministrazzjonijiet nazzjonali se jkollhom bżonn jagħmlu investimenti sinifikanti fl-infrastruttura u fir-riżorsi umani, primarjament fi Stati Membri li huma l-punti ewlenin ta’ dħul u ħruġ għall-kummerċ tal-Unjoni Ewropea mar-Renju Unit. Fil-qasam tal-kontrolli sanitarji u fitosanitarji s-27 Stat Membru qed iwaqqfu Postijiet ta’ Spezzjoni fil-Fruntiera ġodda jew jestendu dawk eżistenti fil-punti ta’ dħul tal-importazzjonijiet li jiġu mir-Renju Unit lejn l-UE.

Azzjonijiet bħal dawn aktarx li se jkollhom impatt sinifikanti fuq l-infiq pubbliku, speċjalment fit-terminu ta’ żmien qasir u f’dawk l-Istati Membri li se jkunu partikolarment affettwati. Għall-finanzi pubbliċi ta’ dawn l-Istati Membri, jista’ jikkostitwixxi diżastru maġġuri, li jirriżulta fi ħtieġa kbira għal finanzjament pubbliku addizzjonali. Għaldaqstant, il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) tista’ tkun ta’ sokkors vitali għal dawn l-Istati Membri u l-finanzi tagħhom, jekk il-kamp ta’ applikazzjoni tal-azzjoni tiegħu jiġi estiż biex ikopri l-impatt negattiv ta’ dan ix-xenarju.

Il-FSUE nħoloq fl-2002 biex jappoġġa lill-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi ta’ adeżjoni f’sitwazzjonijiet ta’ diżastri maġġuri maħluqin minn avvenimenti naturali bħal għargħar, maltempati, terremoti, żbroffi ta’ vulkani, nirien fil-foresti, jew nixfa. Il-Fond jista’ jiġi mmobilizzat fuq applikazzjoni mill-pajjiż ikkonċernat jekk id-diżastru jkollu dimensjoni li tiġġustifika intervent fil-livell Ewropew.

Il-funzjonament tiegħu huwa espressjoni tanġibbli ta’ solidarjetà ġenwina tal-UE, li fiha l-Istati Membri jaqblu li jappoġġaw lil xulxin billi jagħmlu riżorsi finanzjarji addizzjonali disponibbli permezz tal-baġit tal-UE.

Minkejja l-miżuri li diġà ttieħdu jew li huma ppjanati, wieħed jista’ jassumi li minħabba r-relazzjoni ekonomika u kummerċjali partikolarment mill-qrib tagħhom mar-Renju Unit, xi Stati Membri se jintlaqtu aktar minn oħrajn mill-ħruġ mingħajr ftehim. Minkejja li huwa estremament diffiċli li ssir valutazzjoni preċiża, dan se jkollu impatt sinifikanti fuq l-ekonomija, is-suq tax-xogħol u l-finanzi pubbliċi, partikolarment fit-terminu ta’ żmien qasir. Minkejja li l-ħruġ se jkun avveniment uniku, l-effetti ta’ tfixkil tiegħu, u l-piż tagħhom fuq il-finanzi pubbliċi, direttament imputabbli għall-avveniment ta’ ħruġ mingħajr ftehim, jistgħu jikkostitwixxu diżastru kbir u għaldaqstant l-attivazzjoni tal-“prinċipju ta’ solidarjetà”, li huwa fil-qalba tal-FSUE, tkun ġustifikata biex dawk l-effetti jiġu mtaffija.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Il-proposta preżenti għandha l-għan li timmodifika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’Novembru 2002 li jistabilixxi l-Fond ta’Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem: “ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002”) sabiex jiġi estiż l-ambitu tiegħu biex ikopri ċerti tipi ta’ nefqa pubblika addizzjonali kkawżata mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea mingħajr il-Ftehim dwar il-Ħruġ.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-proposta hija parti mit-tħejjijiet ta’ miżuri ta’ kontinġenza għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Minħabba li din hija modifika tar-regolament eżistenti, issegwi d-dispożizzjonijiet li huma l-bażi ġuridika tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002, jiġifieri l-Artikolu 175 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Minħabba li din il-modifika hija relatata biss mal-Istati Membri, l-Artikolu 212 TFUE ma japplikax.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-proposta għandha l-għan li testendi l-ambitu tal-FSUE sabiex turi s-solidarjetà Ewropea mal-Istati Membri milquta l-aktar serjament billi tipprovdi assistenza mill-Fond biex tgħinhom iġorru l-piż finanzjarju impost fuqhom b’konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim. F’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, tiddefinixxi kriterji ta’ eliġibbiltà ċari biex il-FSUE jiġi mmobilizzat. Għaldaqstant, l-assistenza skont dan l-istrument se tkun limitata għal spejjeż b’riperkussjonijiet serji fuq il-kundizzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji fi Stat Membru partikolari.

Il-FSUE huwa msejjes fuq il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Dan ifisser li jenħtieġ li l-UE tintervjeni biss meta jitqies li Stat Membru ma jkunx jista’ jibqa’ jlaħħaq ma kriżi waħdu u jkun jeħtieġ l-għajnuna. Il-leġiżlatur qies li, għal diżastri naturali, tali sitwazzjoni tkun preżenti meta l-ħsara diretta totali taqbeż ċertu livell limitu. Il-ħsara ekonomika li ssegwi mhijiex inkluża minħabba li hija meqjusa kumplessa wisq biex tiġi ddeterminata b’mod rapidu, affidabbli u paragunabbli. Għaldaqstant, il-livell limitu għad-diżastri naturali ġie stabbilit għal ħsara diretta li taqbeż iz-0,6 % tal-introjtu nazzjonali gross (ING) jew EUR 3 biljun (fi prezzijiet tal-2011), fejn japplika l-ammont aktar baxx. Dan il-kriterju doppju ntgħażel għax ammont fiss wieħed ma jkunx jirrifletti d-differenzi kbar fis-saħħa ekonomika (u għaldaqstant il-kapaċitajiet ta’ rispons baġitarju) tal-Istati Membri u jwassal għal inġustizzji kbar u trattament inugwali tal-Istati Membri. Rata perċentwali waħda tista’ twassal jew għal ammonti estremament baxxi għall-Istati Membri iżgħar, jew livelli limitu għoljin wisq għall-akbar ekonomiji.

Fil-każ ta’ ħruġ diżordinat tar-Renju Unit mill-UE, huma mistennija konsegwenzi serji għall-ekonomiji tal-Istati Membri. Madankollu, mhuwiex wisq possibbli li tiġi stmata l-ħsara diretta. Għaldaqstant, mhuwiex possibbli li jintuża l-istess approċċ li jiġi applikat għad-diżastri naturali. Minflok, il-Kummissjoni tipproponi li bħala referenza, biex tiġi ddeterminata l-eliġibbiltà, jitqies il-piż finanzjarju fuq il-baġits tal-Istati Membri biex jaffaċċaw il-ħtiġijiet addizzjonali li joriġinaw u li huma direttament marbutin ma’ ħruġ mingħajr ftehim. Dan fil-biċċa l-kbira jikkorrespondi għas-sehem pubbliku tal-ħsara diretta eliġibbli għal finanzjament (bħall-ispiża tal-irkupru tal-infrastruttura pubblika, assistenza għall-popolazzjoni, servizzi ta’ salvataġġ eċċ.) fil-każ ta’ diżastri naturali. Dan is-sehem pubbliku eliġibbli ta’ ħsara totali huwa varjabbli ħafna skont id-diżastru u l-pajjiż affettwat. Bħala medja huwa madwar 50 % tal-ħsara totali.

Il-Kummissjoni għaldaqstant qed tipproponi li żżomm il-prinċipji li fuqhom huwa bbażat l-aċċess għall-FSUE. Għalhekk, skont dan, l-anqas bejn 0,3 % tal-ING jew EUR 1,5 biljun fi prezzijiet tal-2011, jiġifieri nofs dak applikabbli għad-diżastri naturali, huma ddefiniti bħala l-livell minimu ta’ nefqa pubblika relatata mal-ħruġ mingħajr ftehim sabiex jiġi aċċessat il-FSUE. Se jkun f’idejn l-Istati Membri li jipprovdu evidenza għal dik in-nefqa u biex juru li hija direttament imputabbli għall-ħruġ mingħajr ftehim.

Proporzjonalità

Il-proposta tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità. Ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet diġà stipulati fl-istrument attwali.

Għażla tal-istrument

Qed jiġi propost li jiġi mmodifikat ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 eżistenti biex jintużaw il-proċeduri u l-prattiki stabbiliti biex jitħejjew u jiġu vvalutati l-applikazzjonijiet għall-assistenza u biex l-għajnuna tiġi implimentata u rrappurtata. L-eżerċizzju huwa mmirat u llimitat biex itaffi l-konsegwenzi ekonomiċi ta’ avveniment uniku li huwa t-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

L-evalwazzjoni ex post 2002-2017 5 ikkonkludiet li l-Fond huwa strument siewi fil-kaxxa tal-għodda tal-UE għall-interventi f’sitwazzjonijiet ta’ diżastru, li jagħti valur miżjud Ewropew lir-rispons għal wara d-diżastri fl-Istati Membri u fil-pajjiżi ta’ adeżjoni. L-evalwazzjoni talbet ukoll li tingħata aktar konsiderazzjoni għal azzjonijiet ta’ politika li jżidu l-potenzjal biex il-Fond jintervjeni.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Minħabba l-urġenza biex il-proposta titħejja biex tkun tista’ tiġi adottata fil-ħin mill-koleġiżlaturi, ma setgħetx titwettaq konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati.

Valutazzjoni tal-impatt

Minħabba n-natura urġenti tal-proposta, ma saret l-ebda valutazzjoni tal-impatt.

4.IMPLIKAZZJONI GĦALL-BAĠIT

Biex il-FSUE jibqa’ disponibbli għal diżastri naturali kbar, li kien l-iskop oriġinali tiegħu, l-użu tal-FSUE għall-finijiet tal-proposta preżenti jenħtieġ li jkun limitat għal massimu ta’ 50 % tal-ammont annwali disponibbli tiegħu fl-2019 u l-2020.

L-allokazzjoni annwali massima tal-FSUE hija EUR 500 miljun fi prezzijiet tal-2011. Fi prezzijiet kurrenti, dan ifisser EUR 585,8 miljun għall-2019, flimkien ma’ EUR 597,5 miljun għall-2020, jiġifieri total ta’ EUR 1 183,3 miljun. Għaldaqstant, se jkun hemm massimu ta’ EUR 591,65 miljun disponibbli għall-finijiet tal-proposta attwali.

Abbażi tal-assistenza tal-FSUE li diġà ġiet immobilizzata fl-2019 u li bħalissa hija fil-proċess li tiġi mmobilizzata, huwa raġonevoli li jkun mistenni li l-akbar parti, u f’kull każ aktar min-nofs, tal-allokazzjoni għall-2019 mhijiex se tintefaq tul dik is-sena u se tiġi riportata għall-2020.

Il-pagamenti bil-quddiem ġew introdotti bir-reviżjoni tar-Regolament dwar il-FSUE fl-2014 u saru effettivi mill-2015. Il-ġustifikazzjoni ewlenija għall-introduzzjoni tagħhom kienet li l-proċedura meħtieġa biex jiġi mmobilizzat il-FSUE u titħallas l-assistenza sħiħa kienet twila wisq (tipikament sa sena) u li sitwazzjoni ta’ kriżi serja kienet titlob rispons aktar malajr. Tqies ukoll li d-dewmien kbir fl-għoti tal-assistenza kien ħażin għall-immaġni tal-UE.

Il-livell ta’ ħlasijiet bil-quddiem kien stabbilit għal 10 % tal-kontribuzzjoni mistennija mill-FSUE, limitat għal massimu ta’ EUR 30 miljun. Irriżulta li dan il-livell ma kienx sodisfaċenti. F’każ ta’ diżastri iżgħar li fihom il-kontribuzzjoni tal-FSUE tammonta għal ftit miljuni ta’ euro, il-pagament bil-quddiem mhuwiex wisq iktar minn xi mijiet ta’ eluf ta’ euro, li bilkemm jagħmlu differenza. Fil-każ ta’ diżastri kbar tassew, bħat-terremot tal-Abruzzo li fih saret ħsara ta’ EUR 22 biljun u kien hemm kontribuzzjoni tal-FSUE ta’ EUR 1,2 biljun, pagament bil-quddiem ta’ mhux aktar minn EUR 30 miljun huwa totalment inadegwat. Fiż-żewġ xenarji, il-pagament bil-quddiem huwa sproporzjonat għall-effetti tiegħu fil-prattika. L-evalwazzjoni ex post riċenti tal-FSUE (2002-2017) tikkonferma din l-analiżi.

Il-Kummissjoni għalhekk tipproponi li tgħolli l-livell ta’ pagamenti bil-quddiem għad-diżastri individwali tal-kategoriji kollha għal 25 % tal-kontribuzzjoni mistennija tal-FSUE, limitat għal massimu ta’ EUR 100 miljun.

Il-Kummissjoni tipproponi wkoll li żżid il-livell totali ta’ approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet bil-quddiem tal-FSUE fil-baġit annwali minn EUR 50 miljun għal EUR 100 miljun. L-Abbozz tal-Baġit għall-2020 ma jinkorporax din il-proposta. Sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà f’waqtha tar-riżorsi fejn meħtieġ, il-Kummissjoni se tipproponi li ddaħħal approprjazzjonijiet addizzjonali għal massimu ta’ EUR 50 miljun fil-baġit għall-2020.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Huwa meħtieġ li jkun hemm trasparenza massima u l-monitoraġġ kif suppost tal-użu tar-riżorsi finanzjarji tal-UE. Se japplikaw l-obbligi ta’ rapportar għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 2012/2002.

2019/0183 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 sabiex tingħata assistenza finanzjarja lill-Istati Membri biex tkopri l-piż finanzjarju serju impost fuqhom wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 6 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 7 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (“il-Fond”) ġie stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 8 . Il-Fond inħoloq biex jagħti assistenza finanzjarja lill-Istati Membri wara sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, bħala sinjal konkret tas-solidarjetà Ewropea f’sitwazzjonijiet ta’ diffikultà.

(2)Fid-29 ta’ Marzu 2017 ir-Renju Unit ippreżenta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). It-Trattati jieqfu japplikaw għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim dwar il-ħruġ jew, fin-nuqqas ta’ dan, sentejn wara li tkun saret in-notifika, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi qbil mar-Renju Unit, ma jiddeċidix b’mod unanimu li jestendi dak il-perjodu.

(3)Fil-11 ta’ April 2019, wara talba mir-Renju Unit, il-Kunsill Ewropew qabel 9 li jestendi ulterjorment 10 il-perjodu previst fl-Artikolu 50(3) tat-TUE sal-31 ta’ Ottubru 2019. Sakemm ir-Renju Unit ma jkunx irratifika l-Ftehim dwar il-Ħruġ 11 sal-31 ta’ Ottubru 2019 jew ma jkunx talab it-tielet estensjoni, li l-Kunsill Ewropew jaqbel magħha b’mod unanimu, ir-Renju Unit se joħroġ mill-Unjoni mingħajr ftehim u se jsir pajjiż terz mill-1 ta’ Novembru 2019.

(4)Biex jiġi mmitigat l-impatt ekonomiku tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim u biex tintwera s-solidarjetà mal-Istati Membri l-aktar milquta f’ċirkostanzi tant ta’ eċċezzjoni, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 2012/2002 jiġi emendat biex jappoġġa n-nefqa pubblika relatata.

(5)Minħabba li dan huwa użu eċċezzjonali tal-Fond, l-assistenza tiegħu biex jimmitiga piż finanzjarju serju, impost fuq l-Istati Membri bħala konsegwenza diretta tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim, jenħtieġ li tkun immirata u limitata fiż-żmien biex jitħares ir-raġunament oriġinali tal-Fond, kif ukoll il-kapaċità tiegħu li jirrispondi għal diżastri naturali.

(6)Għall-finijiet tal-użu eċċezzjonali tal-Fond, huwa xieraq li jiġi stabbilit ammont minimu ta’ dannu stmat li meta jinqabeż, Stat Membru jkun jista’ japplika għall-assistenza mill-Fond minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim. Barra minn hekk, se jkun hemm bżonn li r-regoli ta’ eliġibbiltà jiġu emendati biex jinkludu l-appoġġ għan-nefqa pubblika mġarrba b’riżultat tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim.

(7)Biex jiġi żgurat trattament ugwali fost l-Istati Membri, jenħtieġ li jkun hemm skadenza unika applikabbli għall-Istati Membri kollha biex jiġu ppreżentati l-applikazzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond, mingħajr il-possibbiltà li applikazzjoni tiġi estiża wara dik l-iskadenza biex tiġi koperta n-nefqa addizzjonali.

(8)Biex tinżamm id-disponibbiltà tal-Fond għal diżastri naturali, li kienu l-iskop oriġinali tiegħu, jenħtieġ li jiġi stabbilit limitu massimu baġitarju għall-appoġġ relatat mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim.

(9)L-assistenza mill-Fond għall-mitigazzjoni tal-piż finanzjarju serju impost fuq l-Istati Membri bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim jenħtieġ li tkun soġġetta għall-istess regoli għall-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, ir-rapportar, il-kontroll u l-awditjar, bħal kull intervent ieħor tal-Fond. Barra minn hekk, minħabba l-ambitu wiesa’ ta’ nefqa pubblika potenzjalment eliġibbli għall-appoġġ, huwa importanti li jiġi żgurat li dispożizzjonijiet oħrajn tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, jiġu rrispettati.

(10)Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tieħu deċiżjoni rapida li timpenja riżorsi finanzjarji speċifiċi u li timmobilizzahom malajr kemm jista’ jkun. Jenħtieġ għalhekk li d-dispożizzjonijiet biex isiru l-pagamenti bil-quddiem jissaħħu billi jiżdiedu l-ammonti tagħhom.

(11)Jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta’ urġenza fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jenħtieġ li japplika mill-jum wara dak li fih it-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(3) TUE, sakemm ma jkunx daħal fis-seħħ ftehim dwar il-ħruġ konkluż mar-Renju Unit sa dik id-data.

(12)Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 2012/2002 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)Qabel l-Artikolu 1, jiddaħħal it-titlu li ġej:

“TITOLU I
KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U ELIĠIBBILTÀ”

(2)Fl-Artikolu 1, għandu jiġi miżjud is-sottoparagrafu li ġej:

“Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kunċett ta’ “diżastri maġġuri” jkopri kemm id-diżastri naturali kif ukoll sitwazzjonijiet li fihom jiġi impost piż finanzjarju serju fuq Stat Membru b’konsegwenza diretta tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim.”.

(3)Jiżdiedu l-Artikoli 3a u 3b il-ġodda li ġejjin:

“Artikolu 3a

(1)Fuq talba ta’ Stat Membru, l-assistenza mill-Fond tista’ tiġi mmobilizzata wkoll meta jiġi impost piż finanzjarju serju fuq dan l-Istat Membru b’konsegwenza diretta tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim f’konformità mal-Artikolu 50(2) TUE (“ħruġ mingħajr ftehim”). L-assistenza għandha tieħu l-forma ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond.

(2)L-approprjazzjonijiet disponibbli għal dan il-għan għandhom ikunu limitati għal nofs l-ammont disponibbli massimu għall-intervent tal-Fond għas-snin 2019 u 2020.

(3)Tali assistenza għandha tkopri parti min-nefqa pubblika addizzjonali kkawżata direttament mill-ħruġ mingħajr ftehim u mġarrba esklussivament bejn id-data tal-ħruġ mingħajr ftehim u bejn il-31 ta’ Diċembru 2020 (“piż finanzjarju”).

(4)Stat Membru għandu jkun eliġibbli li japplika għall-assistenza skont dan l-Artikolu jekk il-piż finanzjarju li jkun ġarrab ikun stmat li huwa jew ’l fuq minn EUR 1 500 000 000 bil-prezzijiet tal-2011, jew aktar minn 0,3 % tal-ING tiegħu.

(5)L-Istati Membri biss jistgħu japplikaw għall-assistenza mill-Fond skont dan l-Artikolu.

Artikolu 3b

(1)L-assistenza mogħtija skont l-Artikolu 3a għandha tkopri biss il-piż finanzjarju mġarrab minn Stat Membru meta mqabbel mas-sitwazzjoni li fiha jkun ġie konkluż ftehim bejn l-Unjoni u r-Renju Unit. Tali assistenza tista’ tintuża, pereżempju, biex tagħti appoġġ lil negozji affettwati mill-ħruġ mingħajr ftehim, inkluż appoġġ għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat għal dawk in-negozji u interventi relatati; miżuri biex jiġu ppreservati l-impjiegi eżistenti; u biex jiġi żgurat il-funzjonament tal-kontrolli fil-fruntieri, doganali, sanitarji u fitosanitarji, inkluż persunal u infrastruttura addizzjonali.

(2)Il-VAT ma għandhiex tikkostitwixxi nefqa eliġibbli.

(3)It-telf ta’ dħul minn Stat Membru ma għandux jikkostitwixxi nefqa eliġibbli.

(4)L-assistenza teknika għall-ġestjoni, il-monitoraġġ, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, ir-riżoluzzjoni tal-ilmenti, u l-kontroll u l-awditjar, ma għandhomx ikunu eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond. Kostijiet relatati mat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet li jimmitigaw il-piż finanzjarju, inklużi kostijiet relatati ma’ għarfien tekniku espert essenzjali, għandhom ikunu eliġibbli bħala parti mill-ispejjeż tal-proġett.

(5)Meta d-dħul jiġi ġġenerat mill-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 b’kontribuzzjoni mill-Fond, il-kontribuzzjoni finanzjarja totali mill-Fond ma għandhiex taqbeż il-piż finanzjarju totali nett imġarrab minn Stat Membru. Stat Membru għandu jinkludi dikjarazzjoni għal dak il-għan fir-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond skont l-Artikolu 8(3).

(6)In-nefqa eliġibbli tista’ tkun relatata biss ma’ operazzjonijiet li huma kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, inkluż ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.”

(4)Qabel l-Artikolu 4, jiddaħħlu t-titoli li ġejjin:

“Titolu II
proċeduri

Kapitolu I
Diżastri naturali”

(5)Qabel l-Artikolu 4a, jiddaħħal it-titolu li ġej:

“Kapitolu II
Ħruġ tar-Renju U
nit mill-Unjoni”

(6)L-Artikolu 4a huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 4a

(1)L-awtoritajiet responsabbli nazzjonali ta’ Stat Membru jistgħu jippreżentaw applikazzjoni unika lill-Kummissjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond f’konformità mal-Artikolu 3a sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2020. L-applikazzjoni għandha tinkludi, bħala minimu, l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-piż finanzjarju impost fuq dak l-Istat Membru. Għandha tiddeskrivi l-miżuri pubbliċi li ttieħdu b’rispons għall-ħruġ mingħajr ftehim u tispeċifika l-kost nett tagħhom sal-31 ta’ Diċembru 2020, u r-raġunijiet għala ma setgħux jiġu evitati permezz ta’ miżuri ta’ tħejjija. Jenħtieġ li tinkludi wkoll il-ġustifikazzjoni li tikkonċerna l-effett dirett tal-ħruġ mingħajr ftehim.

(2)Il-Kummissjoni għandha tħejji gwida dwar kif il-Fond jista’ jiġi aċċessat u implimentat effettivament. Il-gwida għandha tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar it-tħejjija tal-applikazzjoni, u l-informazzjoni li jkollha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni, inkluż dwar l-evidenza li għandha tingħata rigward il-piż finanzjarju impost. Il-gwida għandha tkun pubblika fuq is-siti web tad-Direttorati Ġenerali rilevanti tal-Kummissjoni, u l-Kummissjoni għandha tiżgura li tixxerred b’mod usa’ lill-Istati Membri.

(3)Wara t-30 ta’ April 2020, il-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, għandha tivvaluta għall-applikazzjonijiet kollha jekk il-kundizzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tal-Fond humiex issodisfati f’kull każ, u għandha tiddetermina l-ammonti ta’ kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja possibbli mill-Fond fil-limiti tar-riżorsi finanzjarji disponibbli.

(4)L-assistenza mill-Fond għandha tingħata lill-Istati Membri li jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà, filwaqt li jitqiesu l-livelli limitu speċifikati fl-Artikolu 3a(4), b’rata ta’ mhux aktar minn 5 % tal-piż finanzjarju impost, u fil-limiti tal-baġit disponibbli. Fil-każ li l-baġit disponibbli jirriżulta li ma jkunx biżżejjed, ir-rata tal-għajnuna għandha titnaqqas proporzjonalment.

(5)Meta l-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li l-kundizzjonijiet kif stipulati fl-Artikolu 3a jkunu ssodisfati biex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond, hija għandha mingħajr dewmien tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill il-proposti neċessarji biex jiġi mobilizzat il-Fond u biex jiġu awtorizzati l-approprjazzjonijiet korrispondenti. Dawk il-proposti għandhom jinkludu:

(a)l-informazzjoni disponibbli kollha, kif imsemmi fil-paragrafu 1;

(b)kull informazzjoni rilevanti oħra fil-pussess tal-Kummissjoni;

(c)evidenza li turi li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3a huma ssodisfati;

(d)ġustifikazzjoni tal-ammonti proposti.

(6)Id-deċiżjoni biex jiġi mmobilizzat il-Fond għandha tittieħed b’mod konġunt mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill malajr kemm jista’ jkun wara li l-Kummissjoni tkun ippreżentat il-proposta. Il-Kummissjoni, fuq naħa waħda, u l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fuq in-naħa l-oħra, għandhom jagħmlu ħilithom biex inaqqsu kemm jista’ jkun il-ħin li jittieħed biex jiġi mobilizzat il-Fond.

(7)Ladarba l-approprjazzjonijiet isiru disponibbli mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li tagħti l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond, u għandha tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja minnufih u f’pagament wieħed lill-Istat benefiċjarju. Jekk ikun sar pagament bil-quddiem skont l-Artikolu 4b, għandu jitħallas biss il-bilanċ.”.

(7)Wara l-Artikolu 4a, jiddaħħlu t-titolu li ġej u Artikolu 4b ġdid:

“Kapitolu III
Dispożizzjonijiet komuni”

“Artikolu 4b

(1)Meta jippreżenta lill-Kummissjoni applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond, għal ħsara kkawżata minn diżastru naturali, Stat Membru jista’ jitlob li jsir pagament bil-quddiem. Il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni preliminari ta’ jekk l-applikazzjoni tissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4(1) u tivverifika d-disponibbiltà tar-riżorsi baġitarji. Meta dawn il-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati u jkun hemm biżżejjed riżorsi disponibbli, il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li tagħti l-pagament bil-quddiem u tħallsu mingħajr dewmien qabel ma tittieħed id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 4(4). Il-ħlas ta’ pagament bil-quddiem għandu jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond.

(2)Meta jippreżenta lill-Kummissjoni applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond għal piż finanzjarju serju kkawżat mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim, Stat Membru jista’ jitlob li jsir pagament bil-quddiem. Il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni preliminari ta’ jekk applikazzjoni tissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4a(1) u tivverifika d-disponibbiltà tar-riżorsi baġitarji. Meta dawn il-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati u jkun hemm biżżejjed riżorsi disponibbli, il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li tagħti l-pagament bil-quddiem u tħallsu mingħajr dewmien qabel ma tittieħed id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 4a(7). Il-ħlas ta’ pagament bil-quddiem għandu jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond.

(3)L-ammont ta’ pagament bil-quddiem ma għandux jaqbeż il-25 % tal-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja antiċipata u fl-ebda każ ma għandu jaqbeż il-EUR 100 000 000. Ladarba jkun ġie ddeterminat l-ammont definittiv tal-kontribuzzjoni finanzjarja, il-Kummissjoni għandha tqis is-somma tal-pagament bil-quddiem qabel ma jitħallas il-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja. Il-Kummissjoni għandha tirkupra l-pagamenti bil-quddiem li jkunu tħallsu indebitament.

(4)Kwalunkwe ħlas lura li jkollu jsir fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għandu jsir qabel id-data ta’ maturità indikata fl-ordni ta’ rkupru mfassal f’konformità mal-Artikolu 101 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 12 . Id-data ta’ maturità għandha tkun l-aħħar jum tat-tieni xahar wara l-ħruġ tal-ordni.

(5)Meta tadotta l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni għal sena finanzjarja partikolari, il-Kummissjoni, meta jkun meħtieġ biex tiġi żgurata d-disponibbiltà f’waqtha tar-riżorsi baġitarji, għandha tipproponi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jiġi mmobilizzat il-Fond f’ammont li ma jaqbiżx EUR 100 000 000 għall-ħlas ta’ pagamenti bil-quddiem u tipproponi li ddaħħal l-approprjazzjonijiet korrespondenti fil-baġit ġenerali tal-Unjoni. L-arranġamenti baġitarji għandhom ikunu konformi mal-livelli massimi msemmija fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 13 .”.

(8)Wara l-Artikolu 9 jiddaħħal it-titlu li ġej:

“Titolu III
dispożizzjonijiet finali”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fi […] jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-jum wara dak li fih jieqfu japplikaw it-Trattati għar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(3) TUE.

Madankollu, dan ir-Regolament ma għandux japplika jekk ikun daħal fis-seħħ ftehim dwar il-ħruġ konkluż mar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(2) TUE sad-data msemmija fit-tieni paragrafu ta’ dan l-Artikolu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 sabiex tingħata assistenza finanzjarja lill-Istati Membri biex jiġi kopert piż finanzjarju serju impost fuqhom wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

13. Politika reġjonali; 13 06 01. Assistenza lill-Istati Membri fil-każ ta’ diżastru naturali maġġuri b’riperkussjonijiet serji fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-ambjent naturali jew l-ekonomija.

1.3.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.3.1.Rekwiżit jew rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil, inkluża skeda ta’ żmien dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Dan ir-Regolament għandu jidħol fi […] jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mid-data wara dik li fiha jieqfu japplikaw it-Trattati għar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(3) TUE.

Dan ir-Regolament ma għandux japplika jekk ftehim dwar il-ħruġ konkluż mar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(2) TUE jkun daħal fis-seħħ sa dik id-data.

1.3.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. titjib fil-koordinazzjoni, ċertezza tad-dritt, effettività akbar jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li altrimenti kien jinħoloq mill-Istati Membri weħidhom.

Ir-raġuni li għaliha twaqqaf il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) hija li tintwera solidarjetà mal-Istati Membri affettwati minn kriżi serja li tirriżulta mill-okkorrenza ta’ diżastru naturali serju u meqjusa li tegħleb il-kapaċità ta’ rispons baġitarju tal-Istat Membru. Din il-proposta testendi dik il-loġika għall-piż finanzjarju li jirriżulta mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim dwar il-ħruġ.

1.3.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Il-FSUE wera li huwa strument tassew effettiv biex tingħata l-assistenza lill-Istati Membri wara diżastri naturali, kif intqal f’evalwazzjoni maġġuri tal-Fond 14 .

1.3.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn

Id-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dan ir-Regolament rigward il-ħruġ tar-Renju Unit mingħajr ftehim huma limitati fiż-żmien u jikkonċernaw is-snin baġitarji 2019 u 2020 biss. Huwa jibqa’ fil-limiti tal-allokazzjonijiet massimi previsti għall-FSUE għal dawk is-snin, u għaldaqstant huwa kompatibbli mal-QFP.

1.3.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

Dan ir-Regolament mhux se jżid l-allokazzjoni massima għall-FSUE. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-interventi se tiġi ffinanzjata permezz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni.

1.4.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta ta’ durata limitata Il-proposta tikkonċerna s-snin 2019 u 2020. L-applikazzjonijiet se jiġu aċċettati bejn l-1 ta’ Novembru 2019 u t-30 ta’ April 2020.

Il-limitu massimu se jkun ta’ 50 % tal-allokazzjoni massima tal-FSUE għall-2019 u l-2020, b’total ta’ EUR 591,65 miljun (EUR 292,9 miljun għall-2019 flimkien ma’ EUR 298,75 għall-2020).

1.5.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 15

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

X Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

ill-korpi li jissemmew fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

lill-korpi tal-liġi pubblika;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

Mhux applikabbli.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

L-istess kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 (għal diżastri naturali)

2.2.Sistema jew sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, il-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, il-modalitajiet ta’ pagament u l-istrateġija ta’ kontroll proposta

L-istess kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern imwaqqfa għall-mitigazzjoni tagħhom

L-istess kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)

L-istess kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

L-istess kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja tan-nefqa affettwati

·Linji baġitarji eżistenti

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u linji baġitarja.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja Baġitarja

Tip ta’ nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff/
Mhux diff.
16

minn pajjiżi tal-EFTA 17

mill-pajjiżi kandidati 18

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

Intestatura
9: Strumenti Speċjali

13 06 01 - Assistenza lill-Istati Membri fil-każ ta’ diżastru naturali maġġuri b’riperkussjonijiet serji fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-ambjent naturali jew l-ekonomija.

Differenzjati

LE

LE

LE

LE

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

   Dan ir-Regolament ma għandu l-ebda impatt finanzjarju.

X    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Id-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dan ir-Regolament rigward il-ħruġ tar-Renju Unit mingħajr ftehim huma limitati fiż-żmien u jikkonċernaw is-snin baġitarji 2019 u 2020 biss.

Għandu japplika mid-data wara dik li fiha jieqfu japplikaw it-Trattati għar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(3) TUE.

L-applikazzjonijiet se jiġu aċċettati bejn l-1 ta’ Novembru 2019 u t-30 ta’ April 2020.

Il-limitu massimu se jkun ta’ 50 % tal-allokazzjoni massima tal-FSUE għall-2019 u l-2020, b’total ta’ EUR 591,65 miljun (EUR 292,9 miljun għall-2019 flimkien ma’ EUR 298,75 għall-2020).

Dan ir-Regolament ma għandux japplika jekk ftehim dwar il-ħruġ konkluż mar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(2) TUE jkun daħal fis-seħħ sa dik id-data.

Barra minn hekk, il-pagamenti bil-quddiem addizzjonali jeħtieġu EUR 50 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament mill-2020 ’il quddiem.

Il-proposta kumplessiva tibqa’ fil-limiti tal-allokazzjonijiet massimi previsti għall-FSUE u għaldaqstant hija kompatibbli mal-QFP.



EUR

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

9

Strumenti Speċjali

2019

2020

2021

2022

2023

Is-snin ta’ wara

TOTAL

Approprjazzjonijiet operazzjonali

13 06 01 - Assistenza lill-Istati Membri fil-każ ta’ diżastru naturali maġġuri b’riperkussjonijiet serji fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-ambjent naturali jew l-ekonomija.

Impenji

(1a)

Pagamenti

(2 a)

Approprjazzjonijiet TOTALI

Impenji

=1a+1b +3

Pagamenti

=2a+2b

+3.





TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali 

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi 

(6)

Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURA 9
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

Pagamenti

=5+ 6

Jekk il-proposta/l-inizjattiva tolqot iktar minn intestatura operazzjonali waħda, irrepeti t-taqsima ta’ hawn fuq:



Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Meta timtela din it-taqsima jenħtieġ li tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li qabel kollox trid tiġi introdotta fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness V tar-regoli interni), li jittella’ fid-DECIDE għal finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DĠ: <…….>

Riżorsi umani 

Nefqa amministrattiva oħra 

TOTAL TAD-DĠ <…….>

Approprjazzjonijiet

Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N 19

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

Approprjazzjonijiet TOTALI
skont l-INTESTATURI minn 1 sa 5

tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

Pagamenti

3.2.2.Output stmat iffinanzjat b’approprjazzjonijiet operazzjonali

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-għanijiet u l-outputs

Sena
2020

Sena

Sena

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 20

Kost medju

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Nru totali

Kost totali

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1 21

- Output

- Output

- Output

Subtotal tal-għan speċifiku Nru 1

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2

- Output

Subtotal tal-għan speċifiku Nru 2

TOTALI

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N 22

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

HEADING 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal HEADING 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Outside HEADING 5 23 tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Other expenditure
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
’il barra mill-INTESTATURA 5
of the multiannual financial framework

TOTAL

3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Year
N

Year
N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01/11/21 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01/11 (Riċerka diretta)

 Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full time: FTE) 24

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 yy  25

- fil-Kwartieri Ġenerali:

- fid-delegazzjonijiet

XX 01 05 02/12/22 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

10 01 05 02/12 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Persunal estern

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

Il-proposta/l-inizjattiva:

   tista’ tiġi ffinanzjata kollha kemm hi taħt l-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

     teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.

Dan ir-Regolament huwa limitat fiż-żmien u jikkonċerna biss is-snin baġitarji 2019 u 2020. Huwa jibqa’ fil-limiti tal-allokazzjonijiet massimi previsti għall-FSUE għal dawk is-snin, u għaldaqstant huwa kompatibbli mal-QFP.

Għandu japplika mid-data wara dik li fiha jieqfu japplikaw it-Trattati għar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(3) TUE.

L-applikazzjonijiet se jiġu aċċettati bejn l-1 ta’ Novembru 2019 u t-30 ta’ April 2020.

Il-limitu massimu se jkun ta’ 50 % tal-allokazzjoni massima tal-FSUE għall-2019 u l-2020, b’total ta’ EUR 591,65 miljun (EUR 292,9 miljun għall-2019 flimkien ma’ EUR 298,75 għall-2020).

Dan ir-Regolament ma għandux japplika jekk ftehim dwar il-ħruġ konkluż mar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(2) TUE jkun daħal fis-seħħ sa dik id-data.

   teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva:

X ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi li qed jiġi stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’EUR



3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

X    Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

indika jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa X    

EUR



Għad-dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Mhux applikabbli.

Rimarki oħrajn (eż. il-metodu/il-formula użati għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

(1)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/584 (ĠU L 101, 11.4.2019, p. 1).
(2)    Wara talba mir-Renju Unit, il-Kunsill Ewropew kien iddeċieda dwar l-ewwel estensjoni fit-22 ta’ Marzu 2019 — id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/476 (ĠU L 80I, 22.3.2019, p. 1).
(3)    COM(2018) 880 final.
(4)    COM(2019) 195 final.
(5)    SWD(2019) 186 final.
(6)    ĠU C , , p. .
(7)    ĠU C , , p. .
(8)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3).
(9)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/584 (ĠU L 101, 11.4.2019, p. 1).
(10)    Wara talba mir-Renju Unit, il-Kunsill Ewropew kien iddeċieda dwar l-ewwel estensjoni fit-22 ta’ Marzu 2019 — id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/476 (ĠU L 80I, 22.3.2019, p. 1).
(11)    Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU C 144I, 25.4.2019, p. 1).
(12)    Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(13)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
(14)    SWD(2019) 186 final.
(15)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(16)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(17)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(18)    Pajjiżi kandidati u, fejn ikun applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(19)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi “N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021 Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(20)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (pereż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(21)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi…”
(22)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi “N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021 Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(23)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(24)    AC = Persunal Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = Persunal tal-aġenzija; JPD = Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet.
(25)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).