Brussell, 8.7.2019

COM(2019) 326 final

2019/0149(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura mwaqqaf bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar Kummerċ fi Prodotti Agrikoli, fir-rigward tal-emenda tal-Annessi 1 u 2 tal-istess Ftehim


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.Suġġett tal-proposta

Din il-proposta tikkonċerna d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura mwaqqaf bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar Kummerċ fi Prodotti Agrikoli, fir-rigward tal-emenda tal-Annessi 1 u 2 tal-istess Ftehim.

2.Kuntest tal-proposta

2.1.Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002 (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).

2.2. Il-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura

Skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim, il-Kumitat huwa responsabbli għall-amministrazzjoni tal-Ftehim u għandu jiżgura l-funzjonament tajjeb tiegħu. Skont l-Artikolu 11 tal-Ftehim, il-Kumitat jista’ jiddeċiedi li jemenda l-Annessi tal-Ftehim.

2.3.Att previst mill-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura

L-għan tal-att previst huwa li jemenda l-Annessi 1 u 2 tal-Ftehim rigward il-konċessjonijiet agrikoli mogħtija miż-żewġ partijiet għall-Ftehim.

3.Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni

L-att previst għandu l-għan (i) li jaġġorna l-kodiċijiet numeriċi tal-Ftehim wara l-aħħar reviżjoni tan-Nomenklatura Magħquda, (ii) li jikkoreġi żball li sar fl-aħħar adattament tal-Anness 1 rigward il-konċessjoni tariffarja għall-ġarretti mingħajr għadma, u (iii) li jintegra fl-Anness 1 tal-Ftehim il-konċessjonijiet tariffarji mogħtija mill-Iżvizzera fl-1996 għall-ikel tal-klieb u tal-qtates maħsubin għall-bejgħ.

L-att jimmira li jikkonsolida ċerti konċessjonijiet eżistenti iżda attwalment mhux espliċiti fil-Ftehim, kif ukoll li jikkoreġi xi żbalji fit-test tal-Ftehim. Għaldaqstant, dan huwa att li ta’ min isir.

It-test tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt tfassal b’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet Żvizzeri.

4.Bażi ġuridika

4.1.Bażi ġuridika proċedurali

4.1.1.Prinċipji

L-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jistipula deċiżjonijiet li jistabbilixxu “l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’sede stabbilita fi ftehim, meta dik is-sede tintalab tadotta atti li jkollhom effetti legali, sakemm dawn ma jkunux atti li jissupplimentaw jew jemendaw il-qafas istituzzjonali tal-ftehim”.

Il-kunċett ta’ “atti li jkollhom effetti legali” iħaddan l-atti li jkollhom effetti legali skont ir-regoli tad-dritt internazzjonali li jirregola s-sede kkonċernata. Jinkludi wkoll l-istrumenti li ma jkollhomx effett vinkolanti skont id-dritt internazzjonali, iżda li “jistgħu jinfluwenzaw b’mod determinanti l-kontenut tal-leġiżlazzjoni adottata mil-leġiżlatur tal-Unjoni 1 .

4.1.2.Applikazzjoni għall-każ preżenti

Il-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura huwa sede mwaqqfa bi ftehim, f’dal-każ bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli.

L-att li l-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura huwa mitlub li jadotta huwa att b’effetti legali. L-att previst ikun vinkolanti skont id-dritt internazzjonali, skont l-Artikolu 16 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli.

L-att previst la jikkompleta u lanqas ma jemenda l-qafas istituzzjonali tal-Ftehim.

Għaldaqstant, il-bażi ġuridika proċedurali għad-deċiżjoni proposta hija l-Artikolu 218(9) tat-TFUE.

4.2.Bażi ġuridika sostantiva

4.2.1.Prinċipji

Il-bażi ġuridika sostantiva għal deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE tiddependi qabelxejn mill-għan u mill-kontenut tal-att previst, li għalih tittieħed pożizzjoni f’isem l-Unjoni. Jekk l-att previst ikollu żewġ għanijiet jew żewġ komponenti, u jekk wieħed minn dawk l-għanijiet jew il-komponenti jkun jista’ jiġi identifikat bħala dak ewlieni, filwaqt li l-ieħor ikun sempliċement inċidentali, id-deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE trid tkun ibbażata fuq bażi ġuridika sostantiva waħda, jiġifieri dik meħtieġa mill-għan jew mill-komponent ewlieni jew predominanti.

4.2.2.Applikazzjoni għall-każ preżenti

L-għan u l-kontenut tal-att previst jikkonċernaw prinċipalment l-agrikoltura u l-politika kummerċjali komuni.

Għaldaqstant, il-bażi ġuridika sostantiva għad-deċiżjoni proposta hija l-Artikolu 207(4) tat-TFUE.

4.3.Konklużjoni

Il-bażi ġuridika tad-deċiżjoni proposta għandha tkun l-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9), tat-TFUE.

5.PUBBLIKAZZJONI TAL-ATT PREVIST

Billi l-att tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura se jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli, jixraq li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, bħala dokument anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill.

2019/0149 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura mwaqqaf bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar Kummerċ fi Prodotti Agrikoli, fir-rigward tal-emenda tal-Annessi 1 u 2 tal-istess Ftehim

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar Kummerċ fi Prodotti Agrikoli (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002.

(2)L-Artikolu 6 tal-Ftehim iwaqqaf Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura (minn hawn ’il quddiem “il-Kumitat”), li huwa responsabbli għall-amministrazzjoni tal-Ftehim u jiżgura l-funzjonament tajjeb tiegħu.

(3)Skont l-Artikolu 11 tal-Ftehim, il-Kumitat jista’ jiddeċiedi li jemenda l-Annessi tal-Ftehim.

(4)Il-Kumitat għandu jadotta deċiżjoni sabiex jemenda l-Anness 1 u 2 tal-Ftehim, sabiex jaġġorna l-kodiċijiet numeriċi tal-Ftehim wara l-aħħar reviżjoni tan-Nomenklatura Magħquda, sabiex jikkoreġi żball li sar fl-aħħar adattament tal-Anness 1 rigward il-konċessjoni tariffarja għall-ġarretti mingħajr għadma, kif ukoll sabiex jintegra fl-Anness 1 tal-Ftehim il-konċessjonijiet tariffarji mogħtija mill-Iżvizzera fl-1996 għall-ikel tal-klieb u tal-qtates maħsubin għall-bejgħ.

(5)Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni, fi ħdan il-Kumitat, billi d-deċiżjoni prevista hija vinkolanti għall-Unjoni,

ADOTTA D-DEĊIŻJONI LI ĠEJJA:

L-Ewwel Artikolu

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura mwaqqaf bl-Artikolu 6 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar Kummerċ fi Prodotti Agrikoli, tibbaża fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Ladarba tiġi adottata, id-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Ottubru 2014, Il-Ġermanja vs Il-Kunsill (OIV), C-399/12, ECLI:EU:C:2014:2258, il-paragrafi 61 sa 64.

Brussell, 8.7.2019

COM(2019) 326 final

ANNESS

ta'

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura mwaqqaf bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar Kummerċ fi Prodotti Agrikoli, fir-rigward tal-emenda tal-Annessi 1 u 2 tal-istess Ftehim


ANNESS

Abbozz ta’

DEĊIŻJONI Nru xx/2019 TAL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA

ta’ ...

li temenda l-Anness 1 u 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli

IL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli, u b’mod partikulari l-Artikolu 11 tiegħu,

Billi:

(1)    Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (minn hawn ’il quddiem "il-Ftehim") daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002.

(2)    L-Annessi 1 u 2 tal-Ftehim jelenkaw il-konċessjonijiet tariffarji mogħtija rispettivament mill-Konfederazzjoni Żvizzera u mill-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem “il-Partijiet”).

(3)    Il-Partijiet qablu li jemendaw l-Annessi 1 u 2 tal-Ftehim wara l-aħħar reviżjoni tan-Nomenklatura Magħquda u żball li sar fl-aħħar adattament tal-Anness 1 rigward il-konċessjoni tariffarja għall-ġarretti bla għadma. Ġie deċiż ukoll li jiġu integrati fl-Anness 1 tal-Ftehim il-konċessjonijiet tariffarji mogħtija mill-Iżvizzera fl-1996 għall-ikel tal-klieb u tal-qtates maħsub għall-bejgħ,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Annessi 1 u 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli għandhom jiġu ssostitwiti, rispettivament, bit-testi li jinsabu fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi ... 2019.



Magħmul fi ……….…, il-……………. .

Għall-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura

Il-President u l-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea

Il-Kap tad-Delegazzjoni Żvizzera

Is-Segretarju tal-Kumitat

Susana MARAZUELA-AZPIROZ

Krisztina BENDE

Luis QUEVEDO LEY

ANNESS

“Anness 1

Konċessjonijiet mogħtija mill-Iżvizzera

Għall-prodotti li joriġinaw mill-Unjoni Ewropea li jidhru hawn taħt, l-Iżvizzera tagħti l-konċessjonijiet tariffarji li ġejjin; fejn applikabbli, fil-limiti ta’ kwantità annwali stabbilita:

Intestatura tariffarja Żvizzera

Deskrizzjoni tal-merkanzija

Dazju doganali applikabbli (CHF/100 kg piż gross)

Kwantità annwali (piż nett f’tunnellati metriċi)

(1)    0101.2991

Żwiemel ħajjin (ħlief żwiemel ta’ razza pura għar-razza u żwiemel għall-qatla)
(għadd ta’ rjus)

0.00

100 ras

(2)    0204.5010

Laħam tal-mogħoż, frisk, imkessaħ jew friżat

40.00

100

(3)    0207.1481

Isdra tat-tjur ta’ speċijiet
domestiċi, friżati

15.00

2100

(4)    0207.1491

Qatgħat u ġewwieni li jittiekel ta’ tjur ta’ speċijiet domestiċi, inkluż il-fwied (ħlief l-isdra), friżati

15.00

1200

(5)    0207.2781

Isdra tad-dundjani ta’ speċijiet domestiċi, friżati

15.00

800

(6)    0207.2791

Qatgħat u ġewwieni li jittiekel ta’ dundjani ta’ speċijiet domestiċi, inkluż il-fwied (ħlief l-isdra), friżati

15.00

600

(7)    0207.4210

Papri ta’ speċijiet domestiċi, mhux imqattgħin f’biċċiet, friżati

15.00

700

(8)    

Fwied bix-xaħam ta’ papri jew ta’ wiżż ta’ speċijiet domestiċi, frisk jew imkessaħ

   0207.4300

   ta’ papri

(9)    0207.5300

   ta’ wiżż

9.50

20

(10)    

Qatgħat u ġewwieni li jittiekel ta’ papri,
ta’ wiżż jew ta’ farawni ta’ speċijiet domestiċi, friżati (ħlief fwied bix-xaħam)

   

0207.4591

   ta’ papri

   

0207.5591

   ta’ wiżż

   

0207.6091

   ta’ farawni

15.00

100

(11)    0208.1000

Laħam u ġewwieni li jittiekel ta’ fniek jew ta’ liebri, frisk, imkessaħ jew friżat

11.00

1700

(12)    0208.9010

Laħam u ġewwieni li jittiekel ta’ kaċċa, frisk, imkessaħ jew friżat (ħlief dawk ta’ liebri u majjali tas-simna)

0.00

100

(13)ex    0210.1191

Ġarretti u qatgħat tagħhom, bl-għadma, ta’ majjal domestiku (ħlief tas-simna), immellħin jew fis-salmura, imnixxfin jew affumikati

(14)ex    0210.1991

Ġarretti u qatgħat tagħhom, mingħajr għadma, ta’ majjal domestiku (ħlief tas-simna), immellħin jew fis-salmura, imnixxfin jew affumikati

0.00

1000(1)

(15)    0210.2010

Laħam imnixxef ta’ annimali tal-ifrat

0.00

200(2)

(16)

Bajd tat-tjur, tajjeb għall-ikel, fil-qoxra

(17)ex    0407.2110

   ta’ tjur tal-ispeċi Gallus domesticus, frisk

(18)ex    0407.2910

   oħrajn, frisk

(19)ex    0407.9010

   oħrajn, preservat jew imsajjar

47.00

150

(20)ex    0409.0000

Għasel naturali tal-akaċja

8.00

200

(21)ex    0409.0000

Għasel naturali, oħrajn (għajr akaċja)

26.00

50

(22)    0602.1000

Biċċiet u żabriet maqlugħin mill-għeruq

0.00

bla limitu

Pjanti salvaġġi tal-frott bi żrieragħ irqaq (pips) (li ġejjin min-nebbieta jew prodotti bi propagazzjoni veġetattiva):

   0602.2011

   imlaqqmin, bl-għeruq mikxufin

   0602.2019

   imlaqqmin, bl-għeruq u bil-ħamrija ta’ madwarhom

   0602.2021

   mhux imlaqqmin, bl-għeruq mikxufin

   0602.2029

   mhux imlaqqmin, bl-għeruq u bil-ħamrija ta’ madwarhom

0.00

(3)

Pjanti salvaġġi tal-frott bl-għadam (li ġejjin min-nebbieta jew prodotti bi propagazzjoni veġetattiva):

   0602.2031

   imlaqqmin, bl-għeruq mikxufin

   0602.2039

   imlaqqmin, bl-għeruq u bil-ħamrija ta’ madwarhom

   0602.2041

   mhux imlaqqmin, bl-għeruq mikxufin

   0602.2049

   mhux imlaqqmin, bl-għeruq u bil-ħamrija ta’ madwarhom

0.00

(3)

Pjanti għajr salvaġġi tal-frott bi żrieragħ irqaq (pips) jew bl-għadam (li ġejjin min-nebbieta jew prodotti bi propagazzjoni veġetattiva), bi frott li jittiekel:

   0602.2051

   bl-għeruq mikxufin

   0602.2059

   oħrajn għajr bl-għeruq mikxufin

0.00

bla limitu

Siġar, arbuxelli u buxxijiet, li jagħmlu frott li jittiekel, bl-għeruq mikxufin:

   0602.2071

   ta’ frott bi żrieragħ irqaq (pips)

   0602.2072

   ta’ frott bl-għadam

0.00

(3)

   0602.2079

   oħrajn għajr ta’ frott bi żrieragħ irqaq (pips) jew bl-għadam

0.00

bla limitu

Siġar, arbuxelli u buxxijiet, li jagħmlu frott li jittiekel, bl-għeruq u bil-ħamrija ta’ madwarhom:

   0602.2081

   ta’ frott bi żrieragħ irqaq (pips)

   0602.2082

   ta’ frott bl-għadam

0.00

(3)

   0602.2089

   oħrajn għajr ta’ frott bi żrieragħ irqaq (pips) jew bl-għadam

0.00

bla limitu

(23)    0602.3000

Rododendri u ażalej, imlaqqmin jew le

0.00

bla limitu

Ward, imlaqqmin jew le:

   0602.4010

   ward salvaġġ u xkuk tal-ward salvaġġ

(24)

   oħrajn għajr ward salvaġġ u xkuk tal-ward salvaġġ:

   0602.4091

   bl-għeruq mikxufin

   0602.4099

   oħrajn għajr bl-għeruq mikxufin, bl-għeruq u l-ħamrija ta’ madwarhom

0.00

bla limitu

Pjanti (li ġejjin min-nebbieta jew prodotti bi propagazzjoni veġetattiva) ta’ speċijiet utli; spawn għall-faqqiegħ:

   0602.9011

   pjanti ta’ ħxejjex u ħaxix f’tubi

   0602.9012

   spawn għall-faqqiegħ

   0602.9019

   oħrajn għajr pjanti ta’ ħxejjex, ħaxix f’tubi u spawn għall-faqqieħ

0.00

bla limitu

Pjanti ħajjin oħra (inkluż l-għeruq):

   0602.9091

   bl-għeruq mikxufin

   0602.9099

   oħrajn għajr bl-għeruq mikxufin, bl-għeruq u l-ħamrija ta’ madwarhom

0.00

bla limitu

(25)    0603.1110

Ward, maqtugħ, għal bukketti jew għat-
tiżjin, frisk, mill-1 ta’ Mejju sal-25 ta’ Ottubru

(26)    0603.1210

Radanċi, maqtugħin, għal bukketti jew għat-
tiżjin, friski, mill-1 ta’ Mejju sal-25 ta’ Ottubru

(27)    0603.1310

Orkidej, maqtugħin, għal bukketti jew għat-tiżjin, friski, mill-1 ta’ Mejju sal-25 ta’ Ottubru

(28)    0603.1410

Kriżantemi, maqtugħin, għal bukketti jew għat-tiżjin, friski, mill-1 ta’ Mejju sal-25 ta’ Ottubru

(29)    0603.1510

Ġilji (Lilium spp.), maqtugħin, għal bukketti jew għat-tiżjin, friski, mill-1 ta’ Mejju sal-25 ta’ Ottubru

Fjuri u blanzuni ta’ fjuri oħrajn, maqtugħin, għal bukketti jew għat-tiżjin, friski, mill-1 ta’ Mejju sal-25 ta’ Ottubru:

   0603.1911

   tal-injam

   0603.1918

       oħrajn għajr tal-injam

0.00

1000

(30)    0603.1230

Radanċi, maqtugħin, għal bukketti jew għat-
tiżjin, friski, mis-26 ta’ Ottubru sat-30 ta’ April

0.00

bla limitu

(31)    0603.1330

Orkidej, maqtugħin, għal bukketti jew għat-tiżjin, friski, mis-26 ta’ Ottubru sat-30 ta’ April

(32)    0603.1430

Kriżantemi, maqtugħin, għal bukketti jew għat-tiżjin, friski, mis-26 ta’ Ottubru sat-30 ta’ April

(33)    0603.1530

Lis (Lilium spp.), maqtugħin, għal bukketti jew għat-tiżjin, friski, mis-26 ta’ Ottubru sat-30 ta’ April

(34)    0603.1930

Tulipani maqtugħin, għal bukketti jew għat-tiżjin, friski, mis-26 ta’ Ottubru sat-30 ta’ April

Fjuri u blanzuni ta’ fjuri oħrajn, maqtugħin, għal bukketti jew għat-tiżjin, friski, mis-26 ta’ Ottubru sat-30 ta’ April:

   0603.1931

   tal-injam

   0603.1938

   oħrajn għajr tal-injam

0.00

bla limitu

Tadam, frisk jew imkessaħ:

   0702.0010

   tadam ċiras (cherry):

   mill-21 ta’ Ottubru sat-30 ta’ April

   0702.0020

   tadam Peretti (tawwali):

   mill-21 ta’ Ottubru sat-30 ta’ April

   0702.0030

   tadam ieħor b’dijametru ta’ 80 mm jew aktar (beef tomatoes):

   mill-21 ta’ Ottubru sat-30 ta’ April

   0702.0090

   oħrajn:

   mill-21 ta’ Ottubru sat-30 ta’ April

0.00

10,000

Ħass ikkabuċċjat mingħajr werqa fuq barra:

   0705.1111

   mill-1 ta’ Jannar sal-aħħar ta’ Frar

0.00

2000

Ċikwejra tat-tip Witloof friska jew imkessħa:

   0705.2110

   mill-21 ta’ Mejju sat-30 ta’ Settembru

0.00

2000

(35)    0707.0010

Ħjar għall-insalata, mill-21 ta’ Ottubru sal-14 ta’ April

5.00

200

(36)    0707.0030

Ħjar tal-pikles, b’tul > 6 cm iżda ≤ 12 cm, frisk jew imkessaħ, mill-21 ta’ Ottubru sal-14 ta’ April

5.00

100

(37)    0707.0031

Ħjar tal-pikles, b’tul > 6 cm iżda ≤ 12 cm, frisk jew imkessaħ, mill-15 ta’ April sat-20 ta’ Ottubru

5.00

2100

(38)    0707.0050

Gherkins friski jew imkessħin

3.50

800

Brunġiel, frisk jew imkessaħ:

   0709.3010

   mis-16 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Mejju

0.00

1000

(39)    0709.5100

   0709.5900

Faqqiegħ, frisk jew imkessaħ, tal-ġens Agaricus jew oħrajn, għajr tartuf

0.00

bla limitu

Bżar, frisk jew imkessaħ:

   0709.6011

   mill-1 ta’ Novembru sal-31 ta’ Marzu

2.50

bla limitu

(40)    0709.6012

Bżar frisk jew imkessaħ mill-1 ta’ April sal-31 ta’ Ottubru

5.00

1300

Qarabagħli (inkluż il-fjuri tal-qarabagħli), frisk jew imkessaħ:

   0709.9950

   mill-31 ta’ Ottubru sad-19 ta’ April

0.00

2000

(41)ex    0710.8090

Faqqiegħ, mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew bit-togħlija, friżat

0.00

bla limitu

(42)    0711.9090

Veġetali u taħlit ta’ veġetali, preservati provviżjonalment (eż. bil-gass
dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, f’ilma tal-kubrit jew f’taħlitiet oħrajn biex jippreservaw), iżda
mhux tajbin għal konsum immedjat

0.00

150

(43)    0712.2000

Basal, imnixxef, imqattgħin jew fi flieli jew f’biċċiet jew trab, iżda mhux ippreparati aktar

0.00

100

(44)    0713.1011

Piżelli (Pisum sativum), imnixxfin, imqaxxrin, fi ħbub sħaħ, mhux ipproċessati, għall-għalf tal-annimali

Rifużjoni ta’ CHF 0.90 fuq id-dazju applikat

1000

(45)    0713.1019

Piżelli (Pisum sativum), imnixxfin, imqaxxrin, fi ħbub sħaħ, mhux ipproċessati (għajr dawk għall-għalf tal-annimali, għal użi
tekniċi jew għall-produzzjoni tal-birra)

0.00

1000

Ġellewż (Corylus spp.), frisk jew imnixxef:

   0802.2190

   fil-qoxra, għajr għall-għalf tal-annimali jew għall-estrazzjoni taż-żejt

   0802.2290

   bla qoxra, għajr għall-għalf tal-annimali jew għall-estrazzjoni taż-żejt

0.00

bla limitu

(46)    0802.3290

Ġewż

0.00

100

(47)ex    0802.9090

Ġewż tal-arżnu, frisk jew imnixxef

0.00

bla limitu

(48)    0805.1000

Larinġ, frisk jew imnixxef

0.00

bla limitu

(49)

Mandolina (inklużi l-varjetajiet tangerines u satsumas); klementina, wilkings u ibridi simili taċ-ċitru, friski jew imnixxfin

(50)    0805.2100

mandolina (inklużi l-varjetajiet tangerines u satsumas)

0.00

bla limitu

(51)    0805.2200

klementin

0.00

bla limitu

(52)    0805.2900

oħrajn

0.00

bla limitu

(53)    0807.1100

Dulliegħ frisk

0.00

bla limitu

(54)    0807.1900

Bettieħ, frisk, għajr dulliegħ

0.00

bla limitu

Berquq, frisk, f’pakketti miftuħa:

   0809.1011

   mill-1 ta’ Settembru sat-30 ta’ Ġunju

   0809.1091

f’pakketti oħra:

   mill-1 ta’ Settembru sat-30 ta’ Ġunju

0.00

2100

(55)    0809.4013

Għanbaqar, frisk, f’pakketti miftuħa, mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru

0.00

600

(56)    0810.1010

Frawli, friski, mill-1 ta’ Settembru sal-14 ta’ Mejju

0.00

10 000

(57)    0810.1011

Frawli, friski, mill-15 ta’ Mejju sal-31 ta’ Awwissu

0.00

200

(58)    0810.2011

Lampun, frisk, mill-1 ta’ Ġunju sal-14 ta’ Settembru

0.00

250

(59)    0810.5000

Kiwi, frisk

0.00

bla limitu

(60)ex    0811.1000

Frawli, nejjin jew imsajrin bil-fwar jew bit-togħlija, friżati, mingħajr żieda ta’ zokkor jew ta’ xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu, mhux
f’pakketti għall-bejgħ bl-imnut, maħsubin
għall-użu industrijali

10.00

1000

(61)ex    0811.2090

Lampun, tut jew ċawsli, loganberries u passolina sewda, bajda jew ħamra, nejjin jew imsajrin bil-fwar jew bit-togħlija, mingħajr żieda ta’ zokkor jew ta’ xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu, mhux f’pakketti għall-bejgħ bl-imnut, maħsubin għall-użu industrijali

10.00

1200

(62)    0811.9010

Foxberries, nejjin jew imsajrin bil-fwar jew bit-togħlija, friżati, kemm jekk biż-żieda ta’ zokkor jew ta’ xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu jew mingħajrha

0.00

200

(63)    0811.9090

Frott tajjeb għall-ikel, nej jew imsajjar bil-fwar jew bit-togħlija, friżat, kemm jekk biż-żieda ta’ zokkor jew ta’ xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu jew mingħajrha (għajr frawli, lampun, tut jew ċawsli, loganberries, passolina sewda, bajda jew ħamra,
foxberries u frott tropikali)

0.00

1000

(64)    0904.2200

Frott tal-ġens Capsicum jew tal-ġens Pimenta, imnixxef jew imfarrak jew mitħun

0.00

150

(65)    0910.2000

Żagħfran

0.00

bla limitu

(66)

Qamħ u meslin [għajr il-qamħ durum], għall-għalf tal-annimali

(67)    1001.9931

-    li jinkludi ċereali oħra tal-kapitolu 10

(68)    1001.9939

-    oħrajn

Rifużjoni ta’ CHF 0.60 fuq id-dazju applikat

50 000

(69)

Qamħirrum għall-għalf tal-annimali

(70)    1005.9031

-    li jinkludi ċereali oħra tal-kapitolu 10

(71)    1005.9039

-    oħrajn

Rifużjoni ta’ CHF 0.50 fuq id-dazju applikat

13,000

Żejt taż-żebbuġa, verġni, għajr għall-għalf tal-annimali:

   1509.1091

   f’kontenituri tal-ħġieġ li ma jesgħux iktar minn 2 litri

60.60(4)

bla limitu

   1509.1099

   f’kontenituri tal-ħġieġ li ma jesgħux iktar minn 2 litri, jew f’kontenituri oħra

86.70(4)

bla limitu

Żejt taż-żebbuġa u l-frazzjonijiet tiegħu, raffinat jew le, iżda mhux modifikat kimikament, għajr għall-għalf tal-annimali:

   1509.9091

   f’kontenituri tal-ħġieġ li ma jesgħux iktar minn 2 litri

60.60(4)

bla limitu

   1509.9099

   f’kontenituri tal-ħġieġ li ma jesgħux iktar minn 2 litri, jew f’kontenituri oħra

86.70(4)

bla limitu

(72)ex    0210.1991

Prieżet fis-salmura, bla għadam, magħluqa f’bużżieqa jew f’musrana artifiċjali (“prieżet f’bużżieqa”)

(73)ex    0210.1991

Biċċa laħam ħoxna, bla għadam, iffumikata (“prieżet fis-salmura”)

(74)ex 0210.1991
ex 1602.4910

Qnieżaħ tal-majjal fis-salmura jew imnixxef bl-ajra, sħiħ, f’biċċiet jew fi ftieti rqaq
(«Coppa»)

(75)    1601.0011

   1601.0021

Zalzett u prodotti simili, ta’ laħam, fdal tal-laħam jew demm; preparazzjonijiet
alimentari abbażi ta’ dawn il-prodotti tal-annimali tal-intestaturi 0101 sa 0104, ħlief tas-simna

0.00

3715

Tadam, sħiħ jew f’biċċiet, ippreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku:

   2002.1010

   2002.1020

   f’kontenituri li jesgħu iktar minn 5 kg

   f’kontenituri li ma jesgħux iktar minn 5 kg

2.50

4.50

bla limitu

bla limitu

Tadam ippreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, għajr sħaħ jew f’biċċiet:

   2002.9010

   f’kontenituri li jesgħu iktar minn 5 kg

0.00

bla limitu

(76)    2002.9021

Polpa, purè u konċentrat tat-tadam, f’kontenituri siġillati eremetikament, b’kontenut ta’ materjal xott ta’ 25 % jew aktar fil-piż, magħmulin minn tadam u ilma, biż-żieda jew le ta’ melħ jew ħwawar oħra, f’kontenituri li ma jesgħux aktar minn 5 kg

0.00

bla limitu

(77)    2002.9029

Tadam ippreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, għajr sħaħ jew f’biċċiet, u għajr polpa, purè u konċentrat tat-tadam:

   f’kontenituri li ma jesgħux iktar minn 5 kg

0.00

bla limitu

(78)    2003.1000

Faqqiegħ tal-ġens Agaricus, ippreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku

0.00

1700

Qaqoċċ ippreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, friżat, għajr prodotti tal-intestatura 2006:

ex    2004.9018

   f’kontenituri li jesgħu iktar minn 5 kg

17.50

bla limitu

ex    2004.9049

   f’kontenituri li ma jesgħux iktar minn 5 kg

24.50

bla limitu

Asparagu ppreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, mhux friżat, għajr prodotti tal-intestatura 2006:

   2005.6010

   f’kontenituri li jesgħu iktar minn 5 kg

   2005.6090

   f’kontenituri li ma jesgħux iktar minn 5 kg

0.00

bla limitu

Żebbuġ ippreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, mhux friżat, għajr prodotti tal-intestatura 2006:

   2005.7010

   f’kontenituri li jesgħu iktar minn 5 kg


   2005.7090

   f’kontenituri li ma jesgħux iktar minn 5 kg

0.00

bla limitu

Kappar ippreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, mhux friżat, għajr prodotti tal-intestatura 2006:

ex    2005.9911

   f’kontenituri li jesgħu iktar minn 5 kg

17.50

bla limitu

ex    2005.9941

   f’kontenituri li ma jesgħux iktar minn 5 kg

24.50

bla limitu

(79)    2008.3090

Frott taċ-ċitru, ippreparat jew ippreservat mod ieħor, kemm jekk fih zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew spirtu miżjud inkella le, li ma huwa speċifikat jew inkluż imkien aktar

0.00

bla limitu

(80)    2008.5010

Polpa tal-berquq, ippreparata jew ippreservata mod ieħor, mingħajr zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu, li ma hija speċifikata jew inkluża mkien aktar

10.00

bla limitu

(81)    2008.5090

Berquq, ippreparat jew ippreservat mod ieħor, kemm jekk fih zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew spirtu miżjud inkella le, li ma huwa speċifikat jew inkluż imkien aktar

15.00

bla limitu

(82)    2008.7010

Polpa tal-ħawħ, ippreparata jew ippreservata
mod ieħor, mingħajr zokkor miżjud
jew materjal ieħor li jagħmel ħelu,
li ma hija speċifikata jew inkluża mkien aktar

0.00

bla limitu

(83)    2008.7090

Ħawħ, ippreparat jew ippreservat mod ieħor, kemm jekk fih zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew spirtu miżjud inkella le, li ma huwa speċifikat jew inkluż imkien aktar

0.00

bla limitu

Meraq ta’ kull frotta taċ-ċitru għajr il-larinġ, il-grapefruit jew il-pomelo, mhux iffermentat, mingħajr spirtu miżjud:

ex    2009.3919

   mingħajr zokkor miżjud jew materjal ieħor
li jagħmel ħelu, ikkonċentrat

6.00

bla limitu

ex    2009.3920

   biż-żieda ta’ zokkor jew ta’ xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu, ikkonċentrat

14.00

bla limitu

Inbejjed tad-deżerta, speċjalitajiet u mistelles f’kontenituri:

   2204.2150

   li ma jesgħux aktar minn 2 litri(5)

8.50

bla limitu

   2204.2250

   li jesgħu aktar minn 2 litri, iżda mhux aktar minn 10 litri(5)

8.50

bla limitu

   2204.2960

   li jesgħu aktar minn 10 litri(5)

8.50

bla limitu

(84)ex    2204.2150

Porto, f’kontenituri li ma jesgħux aktar minn 2 litri, skont id-deskrizzjoni f’(6)

0.00

1000

(85)

Retsina (inbid abjad Grieg), skont id-deskrizzjoni f’(7)

ex    2204.2121

   f’kontenituri li ma jesgħux aktar minn
2 litri

   f’kontenituri li jesgħu aktar minn
2 litri iżda ma jesgħux aktar minn 10 litri,
b’qawwa alkoħolika skont il-volum:

ex

2204.2221

       ta’ aktar minn 13 % vol.

ex

2204.2222

       ta’ mhux aktar minn 13 % vol.

   f’kontenituri li jesgħu aktar minn
10 litri, b’qawwa alkoħolika skont il-volum:

ex    2204.2923

       ta’ aktar minn 13 % vol.

(86)ex    2204.2924

       ta’ mhux aktar minn 13 % vol.

0.00

500

Ikel għall-klieb jew għall-qtates, maħsubin għall-bejgħ bl-imnut f’kontenituri siġillati ermetikament;

2309.1021

   li fih trab tal-ħalib jew
xorrox

2309.1029

   oħrajn

0.00

6000(8)

(87)(1)    Inkluż 480 tunnellata għall-prieżet ta’ Parma u ta’ San Daniele, skont l-iskambju ta’ ittri bejn l-Iżvizzera u l-KE tal-25 ta’ Jannar 1972.

(2)    Inkluż 170 tunnellata ta’ Bresaola, skont l-iskambju ta’ ittri bejn l-Iżvizzera u l-KE tal-25 ta’ Jannar 1972.

(3)    Fil-limiti ta’ kwota annwali globali ta’ 60 000 pjanta.

(4)    Inkluż il-kontribuzzjoni għall-fond ta’ garanzija għal ħżin obbligatorju.

(5)    Huma koperti biss il-prodotti fit-tifsira tal-Anness 7 tal-Ftehim.

(6)    Deskrizzjoni: inbid “Porto” tfisser inbid ta’ kwalità prodott fir-reġjun
iddeterminat fil-Portugal li jġorr l-istess isem fit-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999.

(7)    Deskrizzjoni: inbid “Retsina” tfisser inbid tal-mejda fit-tifsira tad-dispożizzjonijiet
Komunitarji msemmija fl-Anness VII, il-punt A.2 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999.

(8)    Konċessjoni mogħtija mill-Iżvizzera lill-Komunità Ewropea skont l-iskambju ta’ ittri tat-30 ta’ Ġunju 1996.

Anness 2

Konċessjonijiet tal-Unjoni Ewropea

Għall-prodotti li joriġinaw mill-Iżvizzera u li jidhru fit-tabella hawn taħt, l-Unjoni Ewropea tagħti l-konċessjonijiet tariffarji li ġejjin, fejn applikabbli
fil-limiti ta’ kwantità annwali stabbilita:

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-merkanzija

Dazju doganali applikabbli (EUR/100 kg piż nett)

Kwantità annwali (piż nett f’tunnellati metriċi)

(88)0102 29 41

(89)0102 29 49

(90)0102 29 51

(91)0102 29 59

(92)0102 29 61

(93)0102 29 69

(94)0102 29 91

0102 29 99

Annimali tal-ifrat ħajjin b’piż ta’ aktar minn 160 kg

0.00

4600 ras

(95)ex 0102 39 10

(96)ex 0102 90 91

(97)ex    0210 20 90

Laħam ta’ annimali tal-ifrat, bla għadma, imnixxef

0.00

1200

(98)ex    0401 40 10
0401 40 90
0401 50 11
0401 50 19
0401 50 31
0401 50 39
0401 50 91
0401 50 99

Krema, b’kontenut ta’ xaħam, skont il-piż, ta’ aktar minn 6 %

0.00

2000

(99)    0403 10

Jogurt

(100)    0402 29 11

ex    0404 90 83

Ħalib speċjali, għal trabi, f’kontenituri ssiġillati ermetikament b’kontenut nett mhux aktar minn 500 g, b’kontenut ta’ xaħam, skont il-piż, ta’ aktar minn 10 %(1)

43.80

bla limitu

(101)    0602

Pjanti oħrajn ħajjin (inklużi l-għeruq tagħhom), biċċiet u żabriet; spawn għall-faqqiegħ

0.00

bla limitu

(102)    0603 11 00

   0603 12 00

   0603 13 00

   0603 14 00

   0603 15 00

   0603 19

Fjuri u blanzuni ta’ fjuri, maqtugħin,
għal bukketti jew għat-tiżjin, friski

0.00

bla limitu

(103)    0701 10 00

Patata, bħala żerriegħa, friska jew imkessħa

0.00

4000

(104)    0702 00 00

Tadam, frisk jew imkessaħ

0.00(2)

1000

(105)    0703 10 19

   0703 90 00

Basal, għajr bħala żerriegħa

Kurrat u veġetali oħrajn tal-ġens tat-tewm, friski jew imkessħin

0.00

5000

(106)    0704 10 00

   0704 90

Kaboċċi, pastard, ġdur u brassicae oħrajn li jittieklu, għajr Brussels sprouts, friski jew imkessħin

0.00

5500

(107)    0705

Ħass (Lactuca sativa) u ċikwejra
(Cichorium spp.), friski jew imkessħin

0.00

3000

(108)    0706 10 00

Karrotti u turnips (xorta ta’ Brassica), friski jew imkessħin

0.00

5000

(109)    0706 90 10

   0706 90 90

Pitravi tal-insalata, sassefrika, celeriac (xorta ta’ krafes), ravanell u għeruq oħrajn simili tajbin għall-ikel, għajr l-għerq tal-mustarda (Cochlearia armoracia), friski jew imkessħin

0.00

3000

(110)    0707 00 05

Ħjar, frisk jew imkessaħ

0.00(2)

1000

(111)    0708 20 00

Fażola (Vigna spp., Phaseolus spp.), friska jew imkessħa

0.00

1000

(112)    0709 30 00

Brunġiel, frisk jew imkessaħ

0.00

500

(113)    0709 40 00

Krafes, għajr is-celeriac (xorta ta’ krafes), friski jew imkessħin

0.00

500

(114)    0709 51 00

   0709 59

Faqqiegħ u tartuf, frisk
jew imkessaħ

0.00

bla limitu

(115)    0709 70 00

Spinaċi, spinaċi ta’ New Zealand u spinaċi tal-ġonna (orache), friski jew imkessħin

0.00

1000

(116)    0709 99 10

Veġetali għall-insalata, ħlief ħass (Lactuca sativa) u ċikwejra (Cichorium spp.), friski jew imkessħin

0.00

1000

(117)    0709 99 20

Pitravi chard (jew pitravi zokkrija) u kardun, friski jew imkessħin

0.00

300

(118)    0709 99 50

Bużbież, frisk jew imkessaħ

0.00

1000

(119)    0709 93 10

Qarabagħli, frisk jew imkessaħ

0.00(2)

1000

(120)    0709 93 90
0709 99 90

Veġetali oħrajn, friski jew imkessħin

0.00

1000

(121)    0710 80 61

   0710 80 69

Faqqiegħ, mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew bit-togħlija, friżat

0.00

bla limitu

(122)    0712 90

Veġetali mnixxfin, sħaħ, imqattgħin, flieli, biċċiet jew trab, inkluż miksuba minn veġetali msajrin minn qabel, iżda mhux ippreparati aktar minn hekk, għajr il-basal, il-faqqiegħ u t-tartuf

0.00

bla limitu

(123)ex    0808 10 80

Tuffieħ, għajr tuffieħ tas-sidru, frisk

0.00(2)

3000

(124)    0808 30
0808 40

Lanġas, frisk u
sfarġel, frisk

0.00(2)

3000

(125)    0809 10 00

Berquq, frisk

0.00(2)

500

(126)    0809 29 00

Ċirasa, għajr ċirasa qarsa
(Prunus cerasus), friska

0.00(2)

1500(3)

(127)    0809 40

Għanbaqar u pruna selvaġġa (sloes), friski

0.00(2)

1000

(128)    0810 10 00

Frawli

0.00

200

(129)    0810 20 10

Lampun, frisk

0.00

100

(130)    0810 20 90

Tut, ċawsli u
loganberries, friski

0.00

100

(131)    1106 30 10

Dqiq, pasta u trab tal-banana

0.00

5

(132)    1106 30 90

Dqiq, pasta u trab ta’ frott ieħor tal-kapitolu 8

0.00

bla limitu

(133)ex    0210 19 50

Prieżet fis-salmura, bla għadam, magħluqa f’bużżieqa jew f’musrana artifiċjali

0.00

1900

(134)ex    0210 19 81

Biċċa laħam ħoxna, bla għadam, iffumikata

(135)ex    0210 19 81

ex    1602 49 19

Qnieżaħ tal-majjal fis-salmura jew imnixxef bl-ajra, sħiħ, f’biċċiet jew fi ftieti rqaq

(136)ex    1601 00

Zalzett u prodotti simili,
ta’ laħam, fdal tal-laħam jew demm; preparamenti alimentari abbażi ta’ dawn il-prodotti tal-annimali tal-intestaturi 0101 sa 0104, ħlief tas-simna

(137)ex    2002 90 91

ex    2002 90 99

Trab tat-tadam, biż-żieda ta’ zokkor, materjal ieħor li jagħmel ħelu jew lamtu, jew mingħajrha(4)

0.00

bla limitu

(138)    2003 90 90

Faqqiegħ, għajr tal-ġens
Agaricus, ippreparat jew ippreservat mod ieħor
milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku

0.00

bla limitu

(139)    0710 10 00

Patata, mhux imsajra jew imsajra bil-fwar jew bit-togħlija, friżata

(140)    2004 10 10

   2004 10 99

Patata ppreparata jew ippreservata
mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, friżata, għajr prodotti tal-intestatura 2006:
ħlief f’forma ta’ dqiq, pasta jew qxur

(141)    2005 20 80

Patata ppreparata jew ippreservata mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, mhux friżata, għajr prodotti tal-intestatura 2006, ħlief il-preparamenti f’forma ta’ dqiq, pasta jew qxur, u l-preparamenti fi flieli rqaq, moqlijin, kemm jekk melħin jew imħawrin kemm jekk le, ġo ppakkjar issiġillat ermetikament, tajbin għal konsum immedjat

0.00

3000

(142)ex    2005 91 00

ex    2005 99

Trab ippreparat tal-veġetali jew taħlit ta’ veġetali, biż-żieda ta’ zokkor, materjal ieħor li jagħmel ħelu jew lamtu, jew mingħajrha(4)

0.00

bla limitu

(143)ex    2008 30

Qxur u trab tal-frott taċ-ċitru, biż-żieda ta’ zokkor, materjal ieħor li jagħmel ħelu jew lamtu, jew mingħajrha(4)

0.00

bla limitu

(144)ex    2008 40

Qxur u trab tal-lanġas, biż-żieda ta’ zokkor, materjal ieħor li jagħmel ħelu jew lamtu, jew mingħajrha(4)

0.00

bla limitu

(145)ex    2008 50

Qxur u trab tal-berquq, biż-żieda ta’ zokkor, materjal ieħor li jagħmel ħelu jew lamtu, jew mingħajrha(4)

0.00

bla limitu

(146)    2008 60

Ċirasa, ippreparata jew ippreservata mod ieħor, kemm jekk fiha zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew spirtu miżjud inkella le, li ma hija speċifikata jew inkluża imkien aktar

0.00

500

(147)ex    0811 90 19

ex    0811 90 39

Ċirasa, nejja jew imsajra bil-fwar jew bit-togħlija, friżata, biż-żieda ta’ zokkor jew ta’ xi materjal ieħor li jagħmel ħelu

(148)    0811 90 80

Ċirasa ħelwa, nejja jew imsajra bil-fwar jew
bit-togħlija, friżata, mingħajr żieda ta’ zokkor jew ta’ materjal ieħor li jagħmel ħelu

(149)ex    2008 70

Qxur u trab tal-ħawħ, biż-żieda ta’ zokkor, materjal ieħor li jagħmel ħelu jew lamtu, jew mingħajrha(4)

0.00

bla limitu

(150)ex    2008 80

Qxur u trab tal-frawli, biż-żieda ta’ zokkor, materjal ieħor li jagħmel ħelu jew lamtu, jew mingħajrha(4)

0.00

bla limitu

(151)ex    2008 99

Qxur u trab ta’ frott ieħor, biż-żieda ta’ zokkor, materjal ieħor li jagħmel ħelu jew lamtu, jew mingħajrha(4)

0.00

bla limitu

(152)ex    2009 19

Trab tal-meraq tal-larinġ, biż-żieda ta’ zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu, jew mingħajrha

0.00

bla limitu

(153)ex    2009 21 00

ex    2009 29

Trab tal-meraq tal-grapefruit, biż-żieda ta’ zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu, jew mingħajrha

0.00

bla limitu

(154)ex    2009 31

ex    2009 39

Trab tal-meraq ta’ frott ieħor taċ-ċitru, biż-żieda ta’ zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu, jew mingħajrha

0.00

bla limitu

(155)ex    2009 41

ex    2009 49

Trab tal-meraq tal-ananas, biż-żieda ta’ zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu, jew mingħajrha

0.00

bla limitu

(156)ex    2009 71

ex    2009 79

Trab tal-meraq tat-tuffieħ, biż-żieda ta’ zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu, jew mingħajrha

0.00

bla limitu

ex    2009 81
ex    2009 89

Trab tal-meraq ta’ kwalunkwe frott jew ħaxix ieħor, biż-żieda ta’ zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu, jew mingħajrha

0.00

bla limitu

(157)(1)    Għall-applikazzjoni ta’ din is-subintestatura, “ħalib speċjali għat-trabi” tfisser
prodotti ħielsa minn mikrobi patoġeni u tossikoġeniċi u li
fihom inqas minn 10 000 batterja aerobika li jistgħu jingħataw ħajja mill-ġdid u inqas minn żewġ batterji
koliformi għal kull gramma.

(2)    Fejn rilevanti, japplika dazju speċifiku flok id-dazju minimu.

(3)    Inkluż il-1 000 tunnellata skont l-iskambju ta’ ittri tal-14 ta’ Lulju 1986.

(4)    Ara d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-klassifikazzjoni tariffarja tat-trab tal-ħxejjex u t-trab tal-frott.