IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 12.6.2019
COM(2019) 267 final
2019/0132(NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna li jemenda l-preferenzi kummerċjali għal-laħam tat-tjur u preparati tal-laħam tat-tjur previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u għanijiet tal-proposta
Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna min-naħa l-oħra (il-“Ftehim ta' Assoċjazzjoni”), li jinkludi Żona ta' Kummerċ Ħieles Profonda u Komprensiva, daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2017. Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, fost l-oħrajn, jistabbilixxi termini preferenzjali għal kummerċ bilaterali tal-prodotti.
Minn nofs l-2016, fl-UE bdiet tiġi importata qatgħa tat-tjur mill-Ukrajna fi kwantitajiet li qed jiżdiedu. Din il-qatgħa ġdida tikkonsisti minn sidra tradizzjonali bl-umeru tal-ġwenħajn imqabbad, fejn tal-aħħar jifforma parti żgħira ħafna mill-piż totali tal-qatgħa. Wara trasformazzjoni minima, din il-qatgħa tista’ tiġi kkummerċjalizzata fl-UE bħala sidra tat-tjur. Iż-żieda rapida f’importazzjonijiet ħielsa mid-dazju ta’ din il-qatgħa tat-tjur partikolari, li la kienet teżisti waqt in-negozjati tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, u lanqas ma kienet prevedibbli, timmina l-protezzjoni prevista għas-sidra tat-tjur skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u tista’ tfixkel il-bilanċ delikat tas-suq tal-laħam tat-tjur tal-UE. Fl-20 ta’ Diċembru 2018, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-Ukrajna bil-għan li tinstab soluzzjoni billi jiġu emendati l-preferenzi kummerċjali għal-laħam tat-tjur u l-preparati tal-laħam tat-tjur previst fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni.
In-negozjati saru bejn id-29 ta’ Jannar u t-22 ta’ Frar 2019 u ġew konklużi fid-19 ta’ Marzu 2019. Il-ftehim jikkonsisti fl-integrazzjoni taż-żewġ linji tariffarji NM 0207 13 70 u 0207 14 70 fil-kwota tariffarja eżistenti (TRQ) ta’ 18 400 tunnellata u li tiżdied sa 20 000 tunnellata sal-2021 (Numru tas-Serje 09.4273), filwaqt li d-daqs tat-TRQ jiżdied b’50 000 tunnellata. Importazzjonijiet taħt il-linji tariffarji NM 0207 13 70 u 0207 14 70, li jeċċedu t-TRQ, imbagħad ikunu suġġetti għar-rati ta’ dazju tan-Nazzjon l-Iktar Favorit ta’ EUR 8/100 kg piż nett.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika
Il-proposta tistabbilixxi ambjent kummerċjali stabbli u prevedibbli għas-settur tal-laħam tat-tjur u tiżgura żieda raġonevoli u meqjusa fil-kummerċ mal-Ukrajna. Dan huwa konformi mal-objettiv tal-kummerċ ħieles u ġust kif imsemmi fl-Artikolu 3(5) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea kif ukoll mal-objettiv ta’ żvilupp armonjuż tal-kummerċ dinji skont l-Artikolu 206 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
L-objettivi deskritti hawn fuq huma konsistenti mal-Politika Agrikola Komuni, u b’mod partikolari mal-objettivi tagħha skont l-Artikolu 39 TFUE li jinkludu l-istabbilizzazzjoni tas-suq.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
L-Artikolu 207 flimkien mal-Artikolu 218(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
Skont l-Artikolu 5(3) tat-TUE, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax fl-oqsma tal-kompetenza esklużiva tal-UE. Il-politika kummerċjali komuni hija mniżżla fost l-oqsma ta’ kompetenza esklużiva tal-Unjoni fl-Artikolu 3 tat-TFUE. Din il-politika tinkludi n-negozjar ta’ ftehimiet kummerċjali, inter alia skont l-Artikolu 207 TFUE
•
Proporzjonalità
Din il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Emenda tar-rati tariffarji u tal-konċessjonijiet tal-kwota tariffarja għal laħam tat-tjur u preparazzjonijiet tal-laħam tat-tjur fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni hija tabilħaqq l-uniku mod biex tintlaħaq soluzzjoni għall-problema enfasizzata hawn fuq u biex jinkiseb l-objettiv ta’ din il-proposta.
•Għażla tal-istrument
Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Il-Kummissjoni ġiet infurmata minn diversi partijiet ikkonċernati, speċjalment mis-settur tal-laħam tat-tjur Ewropew, dwar it-tħassib tagħhom dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ din il-qatgħa tat-tjur ġdida, primarjament sidra tat-tjur mill-Ukrajna. Il-Kummissjoni segwiet mill-qrib l-importazzjonijiet ta’ laħam tat-tjur mill-Ukrajna u analizzat bir-reqqa l-argumenti tal-partijiet ikkonċernati dwar din il-kwistjoni partikolari.
•Ġbir u użu tal-għarfien espert
Il-Kummissjoni kienet f’kuntatt ma’ diversi partijiet interessati li taw il-fehmiet tagħhom dwar tħassib speċifiku tal-aċċess għas-suq fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ laħam tat-tjur mingħajr dazju mill-Ukrajna.
•Valutazzjoni tal-impatt
Il-proposta mhijiex appoġġata minn Valutazzjoni tal-Impatt.
Kif spjegat fit-taqsima “Raġunijiet u għanijiet tal-proposta”, l-importazzjonijiet ta’ qatgħat ġodda mingħajr dazju qed jiżdiedu b’pass mgħaġġel. Peress li tali importazzjonijiet mhumiex suġġetti għal restrizzjonijiet kwantitattivi, dawn jistgħu, jekk ir-reġim kummerċjali tagħhom ma jinbidilx, jimminaw il-protezzjoni prevista għas-sidra tat-tjur fil-forma ta’ TRQs skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u konsegwentement ifixklu l-bilanċ delikat fis-suq tal-laħam tat-tjur tal-UE. Għaldaqstant trid tinstab soluzzjoni għal din is-sitwazzjoni b’mod urġenti. Il-Kummissjoni rċeviet bosta mistoqsijiet bil-miktub mingħand Membri tal-Parlament Ewropew u mingħand is-settur tal-laħam tat-tjur Ewropew, li fihom intalbu miżuri għas-soluzzjoni tal-problema.
Il-valur tal-importazzjonijiet fl-UE taħt iż-żewġ linji tariffarji NM 0207 13 70 u 0207 14 70 fl-aħħar snin kalendarji sħaħ 2016 u 2017 b’kollox laħaq EUR 43,9 miljun. Dan jikkorrispondi għal 23,9 % tal-importazzjonijiet totali ta’ laħam tat-tjur fl-UE mill-Ukrajna fl-2016 u l-2017 u jirrappreżenta 1,1 % tal-importazzjonijiet totali ta’ laħam tat-tjur fl-UE mill-pajjiżi terzi kollha f’dawk is-sentejn kalendarji. Fl-2018 il-valur tal-importazzjoni laħaq EUR 91,4 miljun.
Il-proposta se tikkonsolida l-importazzjonijiet mingħajr dazju attwali taħt il-linji tariffarji bil-kodiċijiet NM 0207 13 70 u 0207 14 70 “qatgħat oħra friski jew friżati” fil-kwota tariffarja eżistenti għal importazzjonijiet tat-tjur mill-Ukrajna u ddaħħal mill-ġdid id-dazju tan-Nazzjon l-Aktar Favorit għal dawk iż-żewġ linji tariffarji. Dan ifisser li l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni se jistabbilizza l-importazzjonijiet eżistenti tal-UE ta’ laħam tat-tjur mill-Ukrajna u mingħajr konsegwenzi ulterjuri fil-kummerċ bilaterali.
•L-idoneità regolatorja u s-simplifikazzjoni
•Drittijiet fundamentali
Il-proposta mhix se jkollha konsegwenzi għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali
4.IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT
Il-proposta mhu se jkollha l-ebda impatt fuq il-baġit tal-UE fil-forma ta’ dazji doganali predeterminati.
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar
Il-Kummissjoni se tkompli timmonitorja mill-qrib l-importazzjoni ta’ laħam tat-tjur minn pajjiżi terzi.
2019/0132 (NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna li jemenda l-preferenzi kummerċjali għal-laħam tat-tjur u preparati tal-laħam tat-tjur previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 207(3) u l-ewwel subparagrafu ta’ 207(4), flimkien mal-punt (a)(v) tal-Artikolu 218(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1)Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim ta’ Assoċjazzjoni”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2017.
(2)Tip ġdid ta' qatgħa tat-tjur jikkonsisti minn sidra tradizzjonali bl-umeru tal-ġwenħajn imqabbad u, wara trasformazzjoni minima fl-Unjoni, tista' tiġi kkummerċjalizzata fl-Unjoni bħala sidra tat-tjur. Għaldaqstant, hemm ir-riskju li importazzjonijiet mingħajr limitu ta’ dawn il-qatgħat, li importazzjonijiet tagħhom mill-Ukrajna laħqu l-55 500 tunnellata fl-2018, jimminaw il-kundizzjonijiet li fihom il-qatgħat tradizzjonali tas-sidra tat-tjur jistgħu jiġu importati fl-Unjoni skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, b’mod partikolari r-restrizzjonijiet kwantitattivi fil-forma ta’ kwota tariffarja.
(3)Fl-20 ta’ Diċembru 2018, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-Ukrajna bil-għan li tinstab soluzzjoni billi jiġu emendati l-preferenzi kummerċjali għal-laħam tat-tjur u l-preparati tal-laħam tat-tjur previst fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni. In-negozjati ġew konklużi b’suċċess fid-19 ta’ Marzu 2019.
(4)Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/..., il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna li jemenda l-preferenzi kummerċjali għal-laħam tat-tjur u l-preparati tal-laħam tat-tjur previsti mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ġie ffirmat fil-[xx], soġġett għall-konklużjoni tiegħu.
(5)Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat f’isem l-Unjoni,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna li jemenda l-preferenzi kummerċjali għall-laħam tat-tjur u l-preparati tal-laħam tat-tjur previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.
Artikolu 2
Jeħtieġ li l-President tal-Kunsill jaħtar lill-persuna li jkollha s-setgħa li tipproċedi, f’isem l-Unjoni Ewropea, bid-depożitu tal-istrument ta’ approvazzjoni mad-Depożitarju tal-Ftehim, sabiex jiġi espress il-kunsens tal-Unjoni Ewropea li tintrabat bil-Ftehim.
Artikolu 3
Jeħtieġ li d-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 12.6.2019
COM(2019) 267 final
ANNESS
ta' [...]
Proposal for a Council Decision
li temenda l-preferenzi kummerċjali għal-laħam tat-tjur u preparati tal-laħam tat-tjur previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra
Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna li jemenda l-preferenzi kummerċjali għal-laħam tat-tjur u preparati tal-laħam tat-tjur previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra
A. Ittra mill-Unjoni Ewropea
Sinjur/Sinjura,
Għandi l-unur li nirreferi għan-negozjati bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna (“il-Partijiet”) rigward il-preferenzi kummerċjali għal ċerti laħam tat-tjur u preparazzjonijiet tal-laħam tat-tjur, konkluż fid-19 ta’ Marzu 2019.
Dawn in-negozjati rriżultaw fil-ftehim li ġej:
(1)Fil-punt A tal-Appendiċi tal-Anness I-A għall-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), id-daħla għal “Laħam tat-tjur u preparati tal-laħam tat-tjur” jeħtieġ li tiġi sostitwita b’dan li ġej:
|
Laħam tat-tjur u preparati tal-laħam tat-tjur
|
0207 11 (30-90)
0207 12 (10-90)
0207 13 (10-20-30-50-60-70-99)*
0207 14 (10-20-30-50-60-70-99)*
0207 24 (10-90)
0207 25 (10-90)
0207 26 (10-20-30-50-60-70-80-99)
0207 27 (10-20-30-50-60-70-80-99)
0207 32 (15-19-51-59-90)
0207 33 (11-19-59-90)
0207 35 (11-15-21-23-25-31-41-51-53-61-63-71-79-99)
0207 36 (11-15-21-23-31-41-51-53-61-63-79-90)
0210 99 (39)
1602 31 (11-19-30-90)
1602 32 (11-19-30-90)
1602 39 (21)
|
50 000 tunnellata/sena espressi f’piż nett + 18 400 tunnellata/sena espressi f’piż nett b’żieda inkrimentali ta’ 800 tunnellata/sena espressi f’piż nett fis-sena 2020 u fis-sena 2021
+ 20 000 tunnellata/sena espressi f’piż nett (biss għall-kodiċi NM 0207 12 biss (10–90))
|
*
Għaċ-ċarezza, il-linji tariffarji 0207 13 70 u 0207 14 70 stabbiliti fl-iskedi tat-Tariffi tal-UE fl-Anness I-A għall-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tal-Ftehim għandhom ikunu soġġetti għat-TRQ stabbilita fit-tielet kolonna “Kwantità”.
(2)Fl-iskedi tat-Tariffi tal-UE fl-Anness I-A għall-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tal-Ftehim it-test fir-raba’ kolonna “kategorija tal-Fażi” għandu jiġi sostitwit b’“50 000 tunnellata/sena espressi f’piż nett + 18 400 tunnellata/sena espressi f’piż nett b’żieda inkrimentali ta’ 800 tunnellata/sena espressi f’piż nett fis-sena 2020 u fis-sena 2021” għal-linji tat-tariffi NM 2008 li ġejjin:
0207 11 (30-90)
0207 13 (10-20-30-50-60-70-99)
0207 14 (10-20-30-50-60-70-99)

(3)Fl-iskedi tat-Tariffi tal-UE fl-Anness I-A għall-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tal-Ftehim, għal-linja tariffarja NM 2008 0207 12 (10-90), it-test fir-raba’ kolonna “kategorija tal-Fażi” għandu jiġi sostitwit b’“50 000 tunnellata/sena espressi f’piż nett + 18 400 tunnellata/sena espressi f’piż nett b’żieda inkrimentali ta’ 800 tunnellata/sena espressi f’piż nett fis-sena 2020 u fis-sena 2021 + 20 000 tunnellata/sena espressi f’piż nett”
(4)Għall-bqija tas-sena kalendarja li fiha jidħol fis-seħħ dan il-ftehim, il-kwantità addizzjonali ta’ 50 000 tunnellata li għandha tiżdied mal-kwota eżistenti ta’ laħam tat-tjur u preparati ta’ laħam tat-tjur stabbilita fil-Ftehim jeħtieġ li tiġi kkalkulata fuq bażi pro rata.
(5)Id-dazju tan-Nazzjon l-Aktar Iffavorit ta’ EUR 100,8 EUR/100kg stabbilit għal-linji tariffarji 0207 13 70 u 0207 14 70 fl-iskedi Tariffi tal-UE fl-Anness I-A għall-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tal-Ftehim għandu japplika għall-importazzjonijiet li jaqbżu t-TRQ aggregat għal-laħam tat-tjur u l-preparati tal-laħam tat-tjur imsemmija fil-punt (1).
Jeħtieġ li dan il-ftehim jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data ta’ l-aħħar notifika lid-Depożitarju tal-istrument ta’ approvazzjoni jew ta’ ratifika, skambjata bejn il-Partijiet.
Jeħtieġ li dan il-Ftehim jiġi applikat b’mod provviżorju mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data tar-riċezzjoni mid-Depożitarju ta’:
–in-notifika tal-Unjoni dwar it-tlestija tal-proċeduri neċessarji għal din il-fini; kif ukoll
–In-notifika tal-Ukrajna dwar it-tlestija tar-ratifika skont il-proċeduri u l-leġiżlazzjoni applikabbli,
skont liema minnhom tiġi l-aktar tard.
Napprezza jekk tikkonferma l-qbil tal-Ukrajna ma' dan t'hawn fuq.
Jekk jogħġbok aċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni tal-ogħla rispett tiegħi.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Unjoni Ewropea,
B. Ittra mill-Ukrajna
Sinjur/Sinjura,
Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek ta’ [daħħal id-data tal-ittra], li taqra kif ġej:
“Għandi l-unur li nirreferi għan-negozjati bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna (“il-Partijiet”) rigward il-preferenzi kummerċjali għal ċerti laħam tat-tjur u preparati tal-laħam tat-tjur, konkluż fid-19 ta’ Marzu 2019.
Dawn in-negozjati rriżultaw fil-ftehim li ġej:
(1)Fil-punt A tal-Appendiċi tal-Anness I-A għall-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), id-daħla għal “Laħam tat-tjur u preparati tal-laħam tat-tjur” jeħtieġ li tiġi sostitwita b’dan li ġej:
|
Laħam tat-tjur u preparati tal-laħam tat-tjur
|
0207 11 (30-90)
0207 12 (10-90)
0207 13 (10-20-30-50-60-70-99)*
0207 14 (10-20-30-50-60-70-99)*
0207 24 (10-90)
0207 25 (10-90)
0207 26 (10-20-30-50-60-70-80-99)
0207 27 (10-20-30-50-60-70-80-99)
0207 32 (15-19-51-59-90)
0207 33 (11-19-59-90)
0207 35 (11-15-21-23-25-31-41-51-53-61-63-71-79-99)
0207 36 (11-15-21-23-31-41-51-53-61-63-79-90)
0210 99 (39)
1602 31 (11-19-30-90)
1602 32 (11-19-30-90)
1602 39 (21)
|
50 000 tunnellata/sena espressi f’piż nett + 18 400 tunnellata/sena espressi f’piż nett b’żieda inkrimentali ta’ 800 tunnellata/sena espressi f’piż nett fis-sena 2020 u fis-sena 2021
+ 20 000 tunnellata/sena espressi f’piż nett (biss għall-kodiċi NM 0207 12 biss (10–90))
|
*
Għaċ-ċarezza, il-linji tariffarji 0207 13 70 u 0207 14 70 stabbiliti fl-iskedi tat-Tariffi tal-UE fl-Anness I-A għall-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tal-Ftehim għandhom ikunu soġġetti għat-TRQ stabbilita fit-tielet kolonna “Kwantità”.
(2)Fl-iskedi tat-Tariffi tal-UE fl-Anness I-A għall-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tal-Ftehim it-test fir-raba’ kolonna “kategorija tal-Fażi” għandu jiġi sostitwit b’“50 000 tunnellata/sena espressi f’piż nett + 18 400 tunnellata/sena espressi f’piż nett b’żieda inkrimentali ta’ 800 tunnellata/sena espressi f’piż nett fis-sena 2020 u fis-sena 2021” għal-linji tat-tariffi NM 2008 li ġejjin:
0207 11 (30-90)
0207 13 (10-20-30-50-60-70-99)
0207 14 (10-20-30-50-60-70-99)
0207 24 (10-90)
0207 25 (10-90)
0207 26 (10-20-30-50-60-70-80-99)
0207 27 (10-20-30-50-60-70-80-99)
0207 32 (15-19-51-59-90)
0207 33 (11-19-59-90)
0207 35 (11-15-21-23-25-31-41-51-53-61-63-71-79-99)
0207 36 (11-15-21-23-31-41-51-53-61-63-79-90)
0210 99 (39)
1602 31 (11-19-30-90)
1602 32 (11-19-30-90)
1602 39 (21)
(3)Fl-iskedi tat-Tariffi tal-UE fl-Anness I-A għall-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tal-Ftehim, għal-linja tariffarja NM 2008 0207 12 (10-90), it-test fir-raba’ kolonna “kategorija tal-Fażi” għandu jiġi sostitwit b’“50 000 tunnellata/sena espressi f’piż nett + 18 400 tunnellata/sena espressi f’piż nett b’żieda inkrimentali ta’ 800 tunnellata/sena espressi f’piż nett fis-sena 2020 u fis-sena 2021 + 20 000 tunnellata/sena espressi f’piż nett”.
(4)Għall-bqija tas-sena kalendarja li fiha jidħol fis-seħħ dan il-ftehim, il-kwantità addizzjonali ta’ 50 000 tunnellata li għandha tiżdied mal-kwota eżistenti ta’ laħam tat-tjur u preparati ta’ laħam tat-tjur stabbilita fil-Ftehim jeħtieġ li tiġi kkalkulata fuq bażi pro rata.
(5)Id-dazju tan-Nazzjon l-Aktar Iffavorit ta’ EUR 100,8 EUR/100kg stabbilit għal-linji tariffarji 0207 13 70 u 0207 14 70 fl-iskedi Tariffi tal-UE fl-Anness I-A għall-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tal-Ftehim għandu japplika għall-importazzjonijiet li jaqbżu t-TRQ aggregat għal-laħam tat-tjur u l-preparati tal-laħam tat-tjur imsemmija fil-punt (1).
Jeħtieġ li dan il-ftehim jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data ta’ l-aħħar notifika lid-Depożitarju tal-istrument ta’ approvazzjoni jew ta’ ratifika, skambjata bejn il-Partijiet.
Jeħtieġ li dan il-Ftehim jiġi applikat b’mod provviżorju mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data tar-riċezzjoni mid-Depożitarju ta’:
–in-notifika tal-Unjoni dwar it-tlestija tal-proċeduri neċessarji għal din il-fini; kif ukoll
–In-notifika tal-Ukrajna dwar it-tlestija tar-ratifika skont il-proċeduri u l-leġiżlazzjoni applikabbli,
skont liema minnhom tiġi l-aktar tard.”
Għandi l-unur nikkonferma li l-Ukrajna taqbel mal-kontenut ta' din l-ittra.
Jekk jogħġbok aċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni tal-ogħla rispett tiegħi.
Magħmul fi Kiev,
Għall-Ukrajna,