IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 5.6.2019
COM(2019) 255 final
2019/0124(NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-proposti għal modifiki tar-Regolamenti tan-NU Nri 14, 17, 24, 30, 44, 51, 64, 75, 78, 79, 83, 85, 90, 115, 117, 129, 138, 139, 140 u 145, fir-rigward tal-proposti għal modifiki tar-Regolamenti Tekniċi Globali (GTRs) Nri 15 u 19, fir-rigward tal-proposta għal emenda għar-Riżoluzzjoni Reċiproka M.R.2, fir-rigward tal-proposta għal Regolament ġdid tan-NU, u fir-rigward tal-proposti għal (emendi għal) awtorizzazzjonijiet biex jiġu żviluppati l-GTRs
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.SUĠĠETT TAL-PROPOSTA
Din il-proposta tikkonċerna deċiżjoni li tistabbilixxi l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti b’rabta mal-adozzjoni prevista ta’ megadeċiżjoni.
2.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u objettivi tal-proposta
Fil-livell internazzjonali, il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) tiżviluppa rekwiżiti armonizzati, bil-ħsieb li jneħħu l-ostakli tekniċi fil-kummerċ tal-vetturi bil-mutur bejn il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim Revedut tal-1958 u biex jiżguraw li tali vetturi joffru livell għoli ta’ sikurezza u ta’ protezzjoni ambjentali.
F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta’ Novembru 1997, l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (“NU/KEE”) dwar l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, għat-tagħmir u għall-partijiet li jistgħu jiġu ffittjati u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“Ftehim Revedut tal-1958”), u b’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta’ Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi Regolamenti Tekniċi Globali għall-vetturi bir-roti, għat-tagħmir u għall-partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”), l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim Parallel.
Il-laqgħat tad-WP.29 tan-NU/KEE, jiġifieri l-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi, isiru tliet darbiet fis-sena, f’Marzu, f’Ġunju u f’Novembru ta’ kull sena kalendarja. F’kull sessjoni tal-laqgħat, jiġu adottati Regolamenti ġodda tan-NU, Regolamenti Tekniċi Globali ġodda tan-NU (UN GTRs) u/jew modifiki tar-Regolamenti tan-NU jew tar-Regolamenti Tekniċi Globali tan-NU (UN GTRs) eżistenti, sabiex ikun jista’ jsir progress tekniku. Qabel kull laqgħa tad-WP.29, dawn il-modifiki jiġu adottati minn wieħed mis-sitt gruppi ta’ ħidma (GRs) li jkunu attivi fil-qafas tad-WP.29.
Sussegwentement, f’laqgħa tad-WP.29 issir il-votazzjoni finali għall-adozzjoni tal-emendi, tas-supplimenti u tar-rettifiki, diment li jintlaħaq il-kworum u jkun hemm maġġoranza kwalifikata fost il-partijiet kontraenti. L-UE hija parti kontraenti għal żewġ Ftehimiet (il-Ftehimiet tal-1958 u tal-1998) fil-qafas tad-WP.29. Kull darba titħejja Deċiżjoni tal-Kunsill imsejħa l-“megadeċiżjoni”, li tħaddan fiha l-lista ta’ Regolamenti, ta’ emendi, ta’ supplimenti u ta’ rettifiki, u tawtorizza lill-Kummissjoni tivvota f’isem l-Unjoni f’kull laqgħa tad-WP.29.
Din id-Deċiżjoni tal-Kunsill tiddefinixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-votazzjoni dwar ir-Regolamenti, l-emendi, is-supplimenti u r-rettifiki sottomessi għall-votazzjoni fil-laqgħa tad-WP.29 ta’ Ġunju 2019, li se ssir bejn l-24 u t-28 ta’ Ġunju 2019.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika
Din il-proposta tikkumplementa u tikkonforma għalkollox mal-politika tas-suq intern tal-Unjoni fir-rigward tal-industrija tal-karozzi.
Is-sistema tad-WP.29 issaħħaħ l-armonizzazzjoni internazzjonali tal-istandards tal-vetturi. Il-Ftehim tal-1958 jaqdi rwol importanti f’dan l-objettiv peress li l-manifatturi tal-UE jistgħu joperaw b’sett komuni ta’ Regolamenti dwar l-approvazzjoni tat-tip bl-għarfien li l-prodott se jiġi rikonoxxut mill-Partijiet Kontraenti bħala konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. Pereżempju, din l-iskema ppermettiet li r-Regolament (KE) Nru 661/2009 dwar is-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur iħassar iktar minn 50 Direttiva tal-UE u jissostitwihom bir-Regolamenti korrispondenti żviluppati skont il-Ftehim tal-1958.
Ittieħed approċċ simili bid-Direttiva 2007/46/KE, li ssostitwiet is-sistemi tal-approvazzjoni tal-Istati Membri bi proċedura tal-approvazzjoni tal-Unjoni, u stabbiliet qafas armonizzat li fih id-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-vetturi, għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati ġodda kollha. Dik id-Direttiva inkorporat Regolamenti tan-NU fis-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Mill-adozzjoni ta’ dik id-Direttiva ’l hawn, ir-Regolamenti tan-NU ġew inkorporati dejjem iktar fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qafas tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
Is-sistema tad-WP.29 hija marbuta mal-politika tal-Unjoni dwar il-kompetittività, li fuqha din l-inizjattiva għandha impatt pożittiv. Din il-proposta hija konsistenti wkoll mal-politiki tal-Unjoni għat-trasport, għall-klima u għall-enerġija, li jitqiesu sew fil-proċess għat-tfassil u għall-adozzjoni tar-Regolamenti tan-NU li jaqgħu taħt il-Ftehim tal-1958.
3.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
L-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu, jiffurmaw il-bażi ġuridika ta’ din il-proposta.
•Sussidjarjetà
L-Unjoni biss tista’ tivvota favur strumenti internazzjonali bħall-proposti għal Regolamenti tan-NU, modifiki tar-Regolamenti tan-NU u abbozzi ta’ Regolamenti Tekniċi Globali u l-inkorporazzjoni tagħhom fis-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni tal-vetturi bil-mutur. Dan mhux talli jipprevjeni l-frammentazzjoni tas-suq intern, iżda jiżgura wkoll standards ambjentali u tas-sikurezza ugwali fl-Unjoni kollha. Joffri wkoll vantaġġi tal-ekonomiji ta’ skala: il-prodotti jistgħu jiġu mmanifatturati għas-suq kollu tal-Unjoni u anki għas-suq internazzjonali, minflok ma jiġu mmanifatturati speċifikament biex tinkiseb l-approvazzjoni nazzjonali tat-tip għal kull Stat Membru.
Għalhekk, din il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.
•Proporzjonalità
Din id-Deċiżjoni tal-Kunsill tawtorizza lill-Kummissjoni tivvota f’isem l-Unjoni u hija l-istrument proporzjonat skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE sabiex tiġi definita pożizzjoni unifikata tal-UE fin-NU/KEE fir-rigward tal-votazzjoni dwar id-dokumenti ta’ ħidma proposti fl-aġenda tal-laqgħa tad-WP.29. Għaldaqstant, din il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għaliex ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, filwaqt li fl-istess ħin tipprovdi livell għoli ta’ sikurezza pubblika u ta’ protezzjoni pubblika.
•Għażla tal-istrument
L-użu ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill huwa meħtieġ skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE sabiex jiġu stabbiliti l-pożizzjonijiet li jridu jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’korp stabbilit permezz ta’ ftehim internazzjonali.
4.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
Mhux applikabbli.
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Mhux applikabbli.
•Ġbir u użu tal-għarfien espert
L-għarfien espert estern mhuwiex rilevanti fil-każ ta’ din il-proposta. Madankollu, din se tiġi rieżaminata mill-Kumitat Tekniku dwar il-Vetturi bil-Mutur.
•Valutazzjoni tal-impatt
Din il-proposta ma tistax tiġi soġġetta għal valutazzjoni tal-impatt peress li mhix ta’ natura leġiżlattiva u l-ebda għażla alternattiva ta’ politika mhi disponibbli jew possibbli.
•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
F’termini ta’ piż amministrattiv, l-inizjattiva ma għandhiex riperkussjonijiet, peress li r-referenzi tal-modifiki annessi mal-megadeċiżjoni mhux se jintroduċu rapportar ġdid jew obbligi amministrattivi oħra għall-impriżi, inkluż l-SMEs. Anzi, l-għan hu li jitnaqqas il-piż amministrattiv peress li l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti armonizzati fil-livell dinji tippermetti lill-manifatturi jippreżentaw dokumentazzjoni tal-approvazzjoni ta’ sistemi u ta’ komponenti mhux biss fl-UE iżda anki fis-swieq tal-esportazzjoni minn Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 ’il barra mill-UE.
Il-proposta għandha impatt tassew pożittiv fuq il-kompetittività u l-kummerċ internazzjonali tal-karozzi tal-UE. L-aċċettazzjoni ta’ regolamenti tal-vetturi armonizzati internazzjonalment mis-sħab kummerċjali tal-UE hija rikonoxxuta bħala l-aqwa mod kif jitneħħew l-ostakli mhux tariffarji għall-kummerċ u biex jinfetaħ u jitwessa’ l-aċċess għas-suq għall-impriżi tal-karozzi tal-UE.
•Drittijiet fundamentali
Il-proposta ma għandha l-ebda konsegwenza għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali.
5.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Din l-inizjattiva ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit.
6.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar
Mhux applikabbli.
•Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)
Mhux applikabbli.
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
Il-proposta tiddefinixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-votazzjoni dwar:
–il-proposti għal modifiki tar-Regolamenti tan-NU Nri 14, 17, 24, 30, 44, 51, 64, 75, 78, 79, 83, 85, 90, 115, 117, 129, 138, 139, 140 u 145;
–il-proposti għal modifiki tar-Regolamenti Tekniċi Globali (GTRs) Nri 15 u 19;
–il-proposta għal emenda għar-Riżoluzzjoni Reċiproka M.R.2;
–il-proposta għal Regolament ġdid wieħed tan-NU; kif ukoll
–il-proposti għal tliet (emendi għal) awtorizzazzjonijiet biex jiġi żviluppat GTR.
2019/0124 (NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-proposti għal modifiki tar-Regolamenti tan-NU Nri 14, 17, 24, 30, 44, 51, 64, 75, 78, 79, 83, 85, 90, 115, 117, 129, 138, 139, 140 u 145, fir-rigward tal-proposti għal modifiki tar-Regolamenti Tekniċi Globali (GTRs) Nri 15 u 19, fir-rigward tal-proposta għal emenda għar-Riżoluzzjoni Reċiproka M.R.2, fir-rigward tal-proposta għal Regolament ġdid tan-NU, u fir-rigward tal-proposti għal (emendi għal) awtorizzazzjonijiet biex jiġu żviluppati l-GTRs
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE, l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) li jikkonċerna l-adozzjoni ta’ preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għal vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jiġu ffittjati u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti, u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta’ dawk il-preskrizzjonijiet (“il-Ftehim Revedut tal-1958”). Il-Ftehim Revedut tal-1958 daħal fis-seħħ fl-24 ta’ Marzu 1998.
(2)Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE, l-Unjoni ssieħbet mal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għal vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jiġu ffittjati u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti (“il-Ftehim Parallel”). Il-Ftehim Parallel daħal fis-seħħ fil-15 ta’ Frar 2000.
(3)Skont l-Artikolu 1 tal-Ftehim Revedut tal-1958 u l-Artikolu 6 tal-Ftehim Parallel, il-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Revedut tal-1958 u tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Revedut (“il-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti”) jistgħu jadottaw, kif applikabbli, il-proposti għal modifiki tar-Regolamenti tan-NU Nri 14, 17, 24, 30, 44, 51, 64, 75, 78, 79, 83, 85, 90, 115, 117, 129, 138, 139, 140 u 145, fir-rigward tal-proposti għal modifiki tar-Regolamenti Tekniċi Globali (GTRs) Nri 15 u 19, fir-rigward tal-proposti għal modifiki għar-Riżoluzzjoni Reċiproka M.R.2, fir-rigward tal-proposta għal Regolament ġdid tan-NU, u fir-rigward tal-proposti għal (emendi għal) awtorizzazzjonijiet biex jiġu żviluppati l-GTRs (“il-megadeċiżjoni”).
(4)Il-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti, matul il-178 sessjoni tal-Forum Dinji li se ssir bejn l-24 u t-28 ta’ Ġunju 2019, iridu jadottaw megadeċiżjoni fir-rigward tad-dispożizzjonijiet amministrattivi u l-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-approvazzjoni ta’ regolamenti tekniċi globali għal vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jiġu ffittjati u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti.
(5)Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ proposti għal Regolamenti tan-NU, peress li r-Regolamenti tan-NU se jkunu vinkolanti għall-Unjoni u kapaċi jinfluwenzaw b’mod deċiżiv il-kontenut tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi.
(6)Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill issostitwiet is-sistemi tal-approvazzjoni tal-Istati Membri bi proċedura tal-approvazzjoni tal-Unjoni, u stabbiliet qafas armonizzat li fih id-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-vetturi, għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati ġodda kollha. Dik id-Direttiva inkorporat Regolamenti adottati skont il-Ftehim Rivedut tal-1958 (“ir-Regolamenti tan-NU”) fis-sistema tal-UE tal-approvazzjoni tat-tip, bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Mill-adozzjoni tad-Direttiva 2007/46/KE ’l hawn, kulma jmur ir-Regolamenti tan-NU ġew inkorporati dejjem iktar fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.
(7)Fid-dawl tal-esperjenza u l-iżviluppi tekniċi, jeħtieġ li r-rekwiżiti marbuta ma’ ċerti elementi jew karatteristiki koperti bir-Regolamenti tan-NU Nri 17, 24, 30, 44, 64, 75, 78, 79, 83, 85, 90, 115, 117, 129, 138, 139 u 140 jiġu ssupplimentati u jeħtieġ li r-Regolamenti Tekniċi Globali tan-NU Nri 15 u 19 jiġu emendati. Barra minn hekk, jeħtieġ li ċerti dispożizzjonijiet fir-Regolamenti tan-NU Nri 14, 51, 83, 129 u 145, u fir-Regolament Tekniku Globali 15 tan-NU, jiġu kkoreġuti. Fl-aħħar nett, jeħtieġ li jiġu adottati rekwiżiti ġodda fir-rigward tas-Sistema Avvanzata tal-Ibbrejkjar ta’ Emerġenza.
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Revedut tal-1958 u fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel matul il-178 sessjoni tal-Forum Dinji li se ssir bejn l-24 u t-28 ta’ Ġunju 2019 għandha tkun ta’ vot favur il-proposti elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 5.6.2019
COM(2019) 255 final
ANNESS
tal-
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill
dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-proposti għal modifiki tar-Regolamenti tan-NU Nri 14, 17, 24, 30, 44, 51, 64, 75, 78, 79, 83, 85, 90, 115, 117, 129, 138, 139, 140 u 145, fir-rigward tal-proposti għal modifiki tar-Regolamenti Tekniċi Globali (GTRs) Nri 15 u 19, fir-rigward tal-proposta għal emenda għar-Riżoluzzjoni Reċiproka M.R.2, fir-rigward tal-proposta għal Regolament ġdid tan-NU, u fir-rigward tal-proposti għal (emendi għal) awtorizzazzjonijiet biex jiġu żviluppati l-GTRs
ANNESS
Nru tar-Regolament
|
Titolu tal-punt tal-aġenda
|
Referenza tad-dokument
|
14
|
Proposta għar-Rettifika 1 tas-Suppliment 6 tas-serje 07 ta’ emendi għar-Regolament Nru 14 tan-NU (Ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza)
|
ECE/TRANS/WP.29/2019/56
|
17
|
Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 09 ta’ emendi għar-Regolament Nru 17 tan-NU (Saħħa tas-sits)
|
ECE/TRANS/WP.29/2019/35
|
24
|
Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament Nru 24 tan-NU (Sustanzi niġġiesa viżibbli, kejl tal-potenza tal-magni tat-tqabbid bil-kompressjoni (duħħan tad-diżil))
|
ECE/TRANS/WP.29/2019/41
|
30
|
Proposta għas-Suppliment 21 tas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament Nru 30 tan-NU (Tajers għall-karozzi tal-passiġġieri u l-karrijiet tagħhom)
|
ECE/TRANS/WP.29/2019/50
|
44
|
Proposta għas-Suppliment 16 tas-serje 04 ta’ emendi għar-Regolament Nru 44 tan-NU (Sistemi ta’ trażżin għat-tfal)
|
ECE/TRANS/WP.29/2019/36
|
51
|
Proposta għar-Rettifika tas-Suppliment 4 tas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament Nru 51 tan-NU (Il-ħoss tal-vetturi tal-kategoriji M u N)
|
ECE/TRANS/WP.29/2019/51
|
64
|
Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 64 (Stepni għal użu temporanju, tajers tat-tip run flat)
|
ECE/TRANS/WP.29/2019/52
|
75
|
Proposta għas-Suppliment 18 tas-serje oriġinali ta’ emendi għar-Regolament Nru 75 tan-NU (Tajers tal-muturi/mopeds)
|
ECE/TRANS/WP.29/2019/53
|
78
|
Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 04 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 78 (Sistemi tal-ibbrejkjar tal-muturi)
|
ECE/TRANS/WP.29/2019/46
|
79
|
Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament Nru 79 tan-NU (Tagħmir tal-istering)
|
ECE/TRANS/WP.29/2019/73
|
83
|
Proposta għas-Suppliment 13 tas-serje 06 ta’ emendi għar-Regolament Nru 83 tan-NU (Emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1)
|
ECE/TRANS/WP.29/2019/42
|
83
|
Proposta għas-Suppliment 9 tas-serje 07 ta’ emendi għar-Regolament Nru 83 tan-NU (Emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1)
|
ECE/TRANS/WP.29/2019/43
|
83
|
Proposta għar-Rettifika 1 tas-Suppliment 8 tas-serje 07 ta’ emendi għar-Regolament Nru 83 tan-NU (Emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1)
|
ECE/TRANS/WP.29/2019/60
|
85
|
Proposta għas-Suppliment 9 tar-Regolament tan-NU Nru 85 (Kejl tal-potenza netta u l-potenza ta’ 30 min.)
|
ECE/TRANS/WP.29/2019/44
|
90
|
Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje 02 ta’ emendi tar-Regolament Nru 90 tan-NU (Sostituzzjoni tal-partijiet tal-brejkijiet)
|
ECE/TRANS/WP.29/2019/47
|
115
|
Proposta għas-Suppliment 8 tar-Regolament Nru 115 tan-NU (Sistemi retroattivi tal-LPG u tas-CNG)
|
ECE/TRANS/WP.29/2019/45
|
117
|
Proposta għas-Suppliment 10 tas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament Nru 117 tan-NU (Ir-reżistenza għad-dawrien tat-tajers, u l-istorbju fid-dawrien u l-irbit tagħhom fuq superfiċe mxarrba)
|
ECE/TRANS/WP.29/2019/54
|
129
|
Proposta għas-Suppliment 9 tas-serje oriġinali ta’ emendi għar-Regolament Nru 129 tan-NU (Sistemi Mtejba ta’ Trażżin għat-Tfal)
|
ECE/TRANS/WP.29/2019/37
|
129
|
Proposta għas-Suppliment 6 tas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 129 tan-NU (Sistemi Mtejba ta’ Trażżin għat-Tfal)
|
ECE/TRANS/WP.29/2019/38
|
129
|
Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament Nru 129 tan-NU (Sistemi Mtejba ta’ Trażżin għat-Tfal)
|
ECE/TRANS/WP.29/2019/39
|
129
|
Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament Nru 129 tan-NU (Sistemi Mtejba ta’ Trażżin għat-Tfal)
|
ECE/TRANS/WP.29/2019/40
|
129
|
Proposta għar-Rettifika 3 tal-verżjoni oriġinali għar-Regolament Nru 129 tan-NU (Sistemi Mtejba ta’ Trażżin għat-Tfal)
|
ECE/TRANS/WP.29/2019/58
|
129
|
Proposta għar-Rettifika 1 tas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament Nru 129 tan-NU (Sistemi Mtejba ta’ Trażżin għat-Tfal)
|
ECE/TRANS/WP.29/2019/59
|
138
|
Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 138 tan-NU (Vetturi kwieti tat-trasport bit-triq)
|
ECE/TRANS/WP.29/2019/55
|
139
|
Proposta għas-Suppliment 2 tar-Regolament Nru 139 tan-NU (BAS)
|
ECE/TRANS/WP.29/2019/48
|
140
|
Proposta għas-Suppliment 3 tar-Regolament Nru 140 tan-NU (ESC)
|
ECE/TRANS/WP.29/2019/49
|
145
|
Proposta għar-Rettifika 1 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament Nru 145 tan-NU (Sistemi ta’ ankraġġ ISOFIX, ankraġġi ISOFIX tal-irbit ta’ fuq u pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size)
|
ECE/TRANS/WP.29/2019/57
|
Regolament ġdid tan-NU
|
Proposta għal Regolament ġdid tan-NU dwar Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-Sistema Avvanzata ta’ Bbrejkjar ta’ Emerġenza (AEBS) għall-vetturi M1 U N1
|
ECE/TRANS/WP.29/2019/61
|
Nru tal-GTR
|
Titolu tal-punt tal-aġenda
|
Referenza tad-dokument
|
15
|
Proposta għall-Emenda 5 għall-GTR Nru 15 tan-NU (Proċeduri ta’ ttestjar armonizzati fuq livell dinji għall-vetturi ħfief (WLTP))
|
ECE/TRANS/WP.29/2019/62
|
15
|
Proposta għar-Rettifika tal-GTR Nru 15 tan-NU (Proċeduri ta’ ttestjar armonizzati fuq livell dinji għall-vetturi ħfief (WLTP)); Test bil-Franċiż biss.
Proposta għar-Rettifika tal-Emenda 1 għall-GTR Nru 15 tan-NU (Proċeduri ta’ ttestjar armonizzati fuq livell dinji għall-vetturi ħfief (WLTP)); Test bil-Franċiż biss.
Proposta għar-Rettifika tal-Emenda 2 għall-GTR Nru 15 tan-NU (Proċeduri ta’ ttestjar armonizzati fuq livell dinji għall-vetturi ħfief (WLTP)); Test bil-Franċiż biss.
Proposta għar-Rettifika tal-Emenda 3 għall-GTR Nru 15 tan-NU (Proċeduri ta’ ttestjar armonizzati fuq livell dinji għall-vetturi ħfief (WLTP)); Test bil-Franċiż biss.
Proposta għar-Rettifika tal-Emenda 4 għall-GTR Nru 15 tan-NU (Proċeduri ta’ ttestjar armonizzati fuq livell dinji għall-vetturi ħfief (WLTP)); Test bil-Franċiż biss.
|
ECE/TRANS/WP.29/2019/66
ECE/TRANS/WP.29/2019/67
ECE/TRANS/WP.29/2019/68
ECE/TRANS/WP.29/2019/69
ECE/TRANS/WP.29/2019/70
|
19
|
Proposta għall-Emenda 2 għall-GTR Nru 19 tan-NU (Proċeduri ta’ ttestjar tal-emissjonijiet evaporattivi għall-Proċeduri ta’ ttestjar armonizzati għall-vetturi ħfief (EVAP WLTP))
|
ECE/TRANS/WP.29/2019/64
|
Nru tar-Riżoluzzjoni Reċiproka
|
Titolu tal-punt tal-aġenda
|
Referenza tad-dokument
|
M.R.2
|
Proposta għall-Emenda 1 għar-Riżoluzzjoni Reċiproka Nru 2 li fiha d-definizzjonijiet tas-sistema tal-propulsjoni tal-vetturi
|
ECE/TRANS/WP.29/2019/71
|
Mixxellanji
|
Titolu tal-punt tal-aġenda
|
Referenza tad-dokument
|
|
Awtorizzazzjoni reveduta għall-iżvilupp tal-Emenda 2 għar-Regolament Tekniku Globali Nru 16 tan-NU (Tajers)
|
ECE/TRANS/WP.29/AC.3/48/Rev.1
|
|
Proposta għall-emendi għall-awtorizzazzjoni għall-iżvilupp tal-GTR tan-NU dwar l-Emissjonijiet Globali tas-Sewqan Reali
|
ECE/TRANS/WP.29/2019/72
|
|
Awtorizzazzjoni għall-iżvilupp ta’ GTR ġdid tan-NU dwar id-determinazzjoni tal-potenza ta’ vettura li taħdem bl-elettriku (DEVP)
|
ECE/TRANS/WP.29/AC.3/53
|