Brussell, 10.4.2019

COM(2019) 171 final

2019/0090(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (għall-2019 sal-2024)


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau daħal fis-seħħ fil-15 ta’ April 2008. L-aħħar Protokoll tal-Ftehim daħal fis-seħħ fl-24 ta’ Novembru 2014 u skada fit-23 ta’ Novembru 2017.

Abbażi tad-Direttivi tan-negozjati rilevanti 1 , il-Kummissjoni nnegozjat mal-Gvern tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau bil-ħsieb li tikkonkludi Protokoll ġdid tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau 2 . Wara dawn in-negozjati, fil-15 ta’ Novembru 2018 ġie inizjalat Protokoll ġdid. Il-Protokoll ikopri perjodu ta’ ħames snin mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tiegħu, jiġifieri mid-data tal-iffirmar tiegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 16 tiegħu.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Skont il-prijoritajiet tar-riforma tal-politika tas-sajd 3 , il-Protokoll il-ġdid joffri opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Guinea-Bissau skont l-aqwa parir xjentifiku disponibbli u filwaqt li jħares ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (l-ICCAT). Dan il-Protokoll il-ġdid iqis ir-riżultati ta’ evalwazzjoni tal-aħħar Protokoll (tal-2014 sal-2017) u ta’ evalwazzjoni li tħares lejn il-ġejjieni dwar jekk għandux jiġi konkluż Protokoll ġdid. Dawn iż-żewġ evalwazzjonijiet saru minn esperti esterni. Il-Protokoll se jippermetti wkoll lill-Unjoni Ewropea u lir-Repubblika tal-Guinea-Bissau jaħdmu aktar mill-qrib bejniethom biex jippromwovu l-użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet tal-Guinea-Bissau u biex jappoġġaw l-isforzi tal-Guinea-Bissau biex tiżviluppa l-ekonomija l-blu tagħha, fl-interess taż-żewġ partijiet.

Il-Protokoll jipprevedi opportunitajiet tas-sajd fil-kategoriji li ġejjin:

(a)il-bastimenti tat-tkarkir għall-gambli mgħammra bi friża;

(b)il-bastimenti tat-tkarkir għall-ħut u għaċ-ċefalopodi mgħammra bi friża;

(c)il-bastimenti tat-tkarkir għall-ħut pelaġiku ż-żgħir;

(d)il-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni mgħammra bi friża u l-bastimenti tas-sajd bil-konz;

(e)il-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasba.

Fil-każ tal-ewwel tliet kategoriji, l-opportunitajiet tas-sajd jingħataw f’termini tal-isforz tas-sajd (f’tunnellati grossi rreġistrati) għall-ewwel sentejn u f’termini tal-limitu tal-qbid (f’qabdiet totali permissibbli) għall-aħħar tliet snin.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

In-negozjar ta’ Protokoll ġdid tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd mal-Guinea-Bissau jidħol fil-qafas tal-azzjoni esterna tal-UE mal-pajjiżi AKP, u jqis b’mod partikulari l-għanijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-ħarsien tal-prinċipji demokratiċi u tad-drittijiet tal-bniedem.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika magħżula hija t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li l-Artikolu 43(2) tiegħu jistabbilixxi l-politika komuni tas-sajd u l-Artikolu 218(6)(a)(v) tiegħu jistabbilixxi l-istadju kkonċernat tal-proċedura ta’ negozjar u ta’ konklużjoni tal-ftehimiet bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-proposta tidħol fl-ambitu tal-kompetenza esklużiva tal-Unjoni Ewropea.

Proporzjonalità

Il-proposta hija proporzjonata mal-għan li jiġi stabbilit qafas ta’ governanza ġuridiku, ambjentali, ekonomiku u soċjali għall-attivitajiet tas-sajd li l-bastimenti tal-Unjoni jwettqu fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi, kif stabbilit fl-Artikolu 31 tar-Regolament li jistabbilixxi l-politika komuni tas-sajd. Hija tikkonforma ma’ dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll mad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna finanzjarja lil pajjiżi terzi stabbiliti fl-Artikolu 32 ta’ dak ir-Regolament.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Fl-2016, il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni ex post tal-Protokoll attwali tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u l-Guinea-Bissau, kif ukoll evalwazzjoni ex ante tat-tiġdid potenzjali tal-Protokoll. Il-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni huma ppreżentati f’dokument ta’ ħidma separat 4 .

Mill-evalwazzjoni ħareġ li s-settur tas-sajd għat-tonn tal-UE huwa interessat ferm fis-sajd fil-Guinea-Bissau u li t-tiġdid tal-Protokoll jikkontribwixxi biex jissaħħu l-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza u biex tittejjeb il-governanza tas-sajd fir-reġjun.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

L-Istati Membri, ir-rappreżentanti tas-settur, l-organizzazzjonijiet internazzjonali tas-soċjetà ċivili kif ukoll l-amministrazzjoni tas-sajd u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili tal-Guinea-Bissau ġew ikkonsultati fil-kuntest tal-evalwazzjoni. Saru wkoll konsultazzjonijiet fil-qafas tal-Kunsill Konsultattiv għall-Flotta ta’ Distanzi Twal.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-Kummissjoni użat konsulent indipendenti għall-evalwazzjonijiet ex post u ex ante, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 31(10) tar-Regolament li jistabbilixxi l-politika komuni tas-sajd.

4.IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali tal-Unjoni Ewropea hija ta’ EUR 15 600 000, abbażi ta’:

(a) ammont annwali għall-aċċess tal-kategoriji previsti fil-Protokoll għar-riżorsi tas-sajd ta’ EUR 11 600 000 fis-sena għall-perjodu kollu tal-Protokoll;

(b) appoġġ għall-iżvilupp tal-politika settorjali tas-sajd u tal-ekonomija l-blu tal-Guinea-Bissau ta’ EUR 4 000 000 fis-sena għall-perjodu kollu tal-Protokoll. Dan l-appoġġ jilħaq l-għanijiet tal-politika nazzjonali b’rabta mal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd kontinentali u tal-baħar għall-perjodu kollu tal-Protokoll.

L-ammont annwali għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament huwa stabbilit fil-proċedura baġitarja annwali, fosthom għal-linja ta’ riżerva għall-protokolli li jkun għadhom ma daħlux fis-seħħ fil-bidu tas-sena 5 .

2019/0090 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (għall-2019 sal-2024)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43(2) flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v) u mal-Artikolu 218(7) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew 6 ,

Billi:

(1)Fis-17 ta’ Marzu 2008, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 241/2008 7 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) 8 , li daħal fis-seħħ fil-15 ta’ April 2008 u li wara ġġedded b’mod taċitu u għadu fis-seħħ.

(2)L-aħħar Protokoll tal-Ftehim skada fit-23 ta’ Novembru 2017.

(3)Il-Kummissjoni nnegozjat Protokoll ġdid dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”) f’isem l-Unjoni Ewropea. Il-Protokoll ġie inizjalat fil-15 ta’ Novembru 2018 wara li ntemmu dawn in-negozjati.

(4)Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2019/.../UE 9 , il-Protokoll ġie ffirmat fil-[daħħal id-data meta ġie ffirmat].

(5)Il-Protokoll japplika fuq bażi provviżorja mid-data tal-iffirmar tiegħu.

(6)L-għan tal-Protokoll huwa li jippermetti lill-Unjoni Ewropea u lir-Repubblika tal-Guinea-Bissau jaħdmu aktar mill-qrib bejniethom biex jippromwovu politika tas-sajd sostenibbli, l-użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet tal-Guinea-Bissau u l-isforzi tal-Guinea-Bissau biex tiżviluppa ekonomija blu.

(7)Jenħtieġ li l-Protokoll jiġi approvat f’isem l-Unjoni.

(8)L-Artikolu 10 tal-Ftehim jistabbilixxi l-Kumitat Konġunt inkarigat mill-kontroll tal-applikazzjoni tiegħu. Barra minn hekk, f’ċerti każijiet il-Kumitat Konġunt jista’ japprova xi emendi tal-Protokoll. Sabiex tiġi ffaċilitata l-approvazzjoni ta’ dawn l-emendi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tapprovahom bi proċedura ssimplifikata, b’ċerti kundizzjonijiet,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (għall-2019 sal-2024) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”) huwa approvat f’isem l-Unjoni.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni bħala l-Anness I.

Artikolu 2

Skont id-dispożizzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha s-setgħa tapprova l-emendi tal-Protokoll li jadotta l-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 10 tal-Ftehim f’isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar lill-persuna jew lill-persuni li għandhom is-setgħa jagħmlu n-notifiki previsti fl-Artikolu 17 tal-Protokoll f’isem l-Unjoni sabiex jesprimu l-kunsens tal-Unjoni li tintrabat bil-Protokoll.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    Li l-Kunsill Ambjent adotta fit-28 ta’ Frar 2017.
(2)    ĠU L 342, 27.12.2007, p. 5.
(3)    ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.
(4)    SWD(2017) 19 final, 18.1.2017.
(5)    Skont il-Ftehim interistituzzjonali dwar il-kooperazzjoni f’materji tal-baġit (bin-numru ta’ referenza 2013/C 373/01).
(6)    ĠU C , , p. .
(7)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 241/2008 tas-17 ta’ Marzu 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (ĠU L 75, 18.3.2008, p. 49).
(8)    ĠU L 342, 27.12.2007, p. 5.

Brussell, 10.4.2019

COM(2019) 171 final

ANNESSI

tal-Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (għall-2019 sal-2024)


ANNESS 1
PROTOKOLL DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-FTEHIM TA’ SĦUBIJA DWAR IS-SAJD BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U R-REPUBBLIKA TAL-GUINEA-BISSAU

(GĦALL-2019 SAL-2024)

Artikolu 1
Perjodu ta’ applikazzjoni u opportunitajiet tas-sajd

L-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd għandhom ikunu kif ġej:

1.fl-ewwel u fit-tieni sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jingħataw f’termini tal-isforz tas-sajd (f’tunnellati grossi rreġistrati (TGR)) skont il-proċeduri li ġejjin:

għall-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ (il-krustaċji, iċ-ċefalopodi u l-ħut) u għall-ħut pelaġiku ż-żgħir:

(a)fil-każ tal-bastimenti tat-tkarkir għall-gambli mgħammra bi friża: 3 700 TGR fis-sena;

(b)fil-każ tal-bastimenti tat-tkarkir għall-ħut u għaċ-ċefalopodi mgħammra bi friża: 3 500 TGR fis-sena;

(c)fil-każ tal-bastimenti tat-tkarkir għall-ħut pelaġiku ż-żgħir: 15 000 TGR fis-sena;

għall-ispeċijiet ta’ ħut li jpassi ħafna (l-ispeċijiet imniżżlin fl-Anness 1 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1982 dwar il-Liġi tal-Baħar), ħlief għall-familja tal-Alopiidae u għall-familja tal-iSphyrnidae, kif ukoll għall-ispeċijiet li ġejjin: Cethorinus maximus, Rhincodon typus, Carcharodon carcharias, Carcharinus falciformis u Carcharinus longimanus:

(a)fil-każ tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni mgħammra bi friża u tal-bastimenti tas-sajd bil-konz: 28 bastiment;

(b)fil-każ tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasba: 13-il bastiment;

2.mit-tielet sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jingħataw f’termini tal-limiti tal-qbid għal kull speċi (f’qabdiet totali permissibbli (TACs)) skont il-proċeduri li ġejjin:

għall-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ (il-krustaċji, iċ-ċefalopodi u l-ħut) u għall-ħut pelaġiku ż-żgħir:

(a)fil-każ tal-bastimenti tat-tkarkir għall-gambli mgħammra bi friża: 2 500 tunnellata fis-sena;

(b)fil-każ tal-bastimenti tat-tkarkir għall-ħut mgħammra bi friża: 11 000 tunnellata fis-sena;

(c)fil-każ tal-bastimenti tat-tkarkir għaċ-ċefalopodi mgħammra bi friża: 1 500 tunnellata fis-sena;

(d)fil-każ tal-bastimenti tat-tkarkir għall-ħut pelaġiku ż-żgħir: 18 000 tunnellata fis-sena;

għall-ispeċijiet ta’ ħut li jpassi ħafna (l-ispeċijiet imniżżlin fl-Anness 1 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1982 dwar il-Liġi tal-Baħar), ħlief għall-familja tal-Alopiidae u għall-familja tal-iSphyrnidae, kif ukoll għall-ispeċijiet li ġejjin: Cethorinus maximus, Rhincodon typus, Carcharodon carcharias, Carcharinus falciformis u Carcharinus longimanus:

(a)fil-każ tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni mgħammra bi friża u tal-bastimenti tas-sajd bil-konz: 28 bastiment;

(b)fil-każ tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasba: 13-il bastiment.

3.Il-bidla minn sistema ta’ ġestjoni bbażata fuq l-isforz (f’TGR) għal sistema bbażata fuq il-limiti tal-qbid (f’TACs) għandha ssir flimkien mal-implimentazzjoni tas-sistema ta’ dikjarazzjoni elettronika tal-qabdiet (is-sistema elettronika tar-rappurtar (l-ERS)) u tal-ipproċessar tad-data dwar il-qabdiet mibgħuta b’dan il-mod. Għal dan il-għan, qabel it-tielet sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll, il-Kumitat Konġunt għandu jfassal linji gwida għall-applikazzjoni uniformi ta’ din is-sistema għall-flotot industrijali kollha.

4.Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 8 u 9 ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 2
Durata

Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom japplikaw għal perjodu ta’ ħames snin li jibda mill-ewwel jum tal-applikazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 16, sakemm il-Protokoll ma jiġix itterminat kif previst fl-Artikolu 15.

Artikolu 3
Prinċipji

1.Iż-żewġ Partijiet għandhom jintrabtu li jippromwovu s-sajd responsabbli fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau abbażi tal-prinċipju tan-nuqqas ta’ diskriminazzjoni. Il-Guinea-Bissau għandha tintrabat li ma tagħtix kundizzjonijiet tekniċi iktar favorevoli minn dawk previsti f’dan il-Protokoll lil flotot barranin oħrajn li jistadu fiż-żona tas-sajd tagħha li jkollhom l-istess karatteristiċi u li jistadu għall-istess speċijiet.

2.Il-Partijiet għandhom jintrabtu li jiżguraw li dan il-Protokoll jiġi implimentat skont l-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Cotonou dwar l-elementi essenzjali marbutin mad-drittijiet tal-bniedem, mal-prinċipji demokratiċi u mal-istat tad-dritt u dwar l-element fundamentali marbut mal-amministrazzjoni t-tajba, mal-iżvilupp sostenibbli u mal-ġestjoni ambjentali sostenibbli u b’saħħitha.

3.Il-Partijiet għandhom jintrabtu li jippubblikaw l-informazzjoni dwar kull ftehim li jippermetti lill-bastimenti barranin jidħlu fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau u dwar l-isforz tas-sajd marbut miegħu, b’mod partikulari l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet li jkunu nħarġu u l-qabdiet li jkunu saru, u li jaqsmu din l-informazzjoni bejniethom.

4.Skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim, il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jistgħu jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa fil-kuntest ta’ dan il-Protokoll skont il-proċeduri deskritti fl-Anness tiegħu.

Artikolu 4
Kontribuzzjoni finanzjarja

1.Għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1 tal-Protokoll, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd għandha tkun ta’ EUR 15 600 000 fis-sena.

2.Il-kontribuzzjoni finanzjarja tinkludi:

(a)ammont annwali għall-aċċess għar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau ta’ EUR 11 600 000; u

(b)ammont speċifiku ta’ EUR 4 000 000 fis-sena għall-appoġġ għall-politika settorjali tas-sajd tal-Guinea-Bissau.

3.Huwa stmat li l-ammont li jikkorrispondi għall-imposti li s-sidien tal-bastimenti jridu jħallsu għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd maħruġin huwa u jiġi applikat l-Artikolu 4 tal-Ftehim u skont il-proċeduri previsti fil-Kapitolu II huwa ta’ madwar EUR 4 000 000.

4.Il-paragrafu 1 għandu japplika suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 8, 9, 14, 15 u 16 ta’ dan il-Protokoll.

5.Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja skont il-paragrafu 2(a) u (b) ta’ hawn fuq għandu jsir mhux aktar tard minn 90 jum mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll fl-ewwel sena u mhux aktar tard minn 30 jum mid-data tal-anniversarju tal-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll fis-snin ta’ wara.

6.L-awtoritajiet tal-Guinea-Bissau għandhom il-kompetenza esklużiva jiddeċiedu kif se tintuża l-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2(a).

7.Il-ħlasijiet previsti f’dan l-Artikolu għandhom isiru f’kont wieħed tat-Teżor Pubbliku miftuħ mal-Bank Ċentrali tal-Guinea-Bissau li d-dettalji tiegħu għandhom jintbagħtu kull sena mill-Ministeru għas-Sajd. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2(b), maħsuba għall-appoġġ settorjali, għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Guinea-Bissau f’kont tat-Teżor Pubbliku. Kull sena, l-awtoritajiet tal-Guinea-Bissau għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni Ewropea bin-numri tal-kontijiet rilevanti.

Artikolu 5
Appoġġ settorjali

1.L-appoġġ settorjali mogħti fil-kuntest ta’ dan il-Protokoll għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali għas-sajd u għall-ekonomija l-blu. L-għan tiegħu hu li jkun hemm ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd u li jiġi żviluppat is-settur, l-iktar permezz tal-affarijiet li ġejjin:

it-tisħiħ tal-monitoraġġ, tal-kontroll u tas-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd (fosthom permezz tal-istallazzjoni tal-ERS u tat-tħaddim tagħha);

it-tisħiħ tal-ġbir u tal-ipproċessar tad-data għall-finijiet xjentifiċi u tal-kapaċità ta’ analiżi u ta’ evalwazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u tal-attivitajiet tas-sajd;

it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-partijiet involuti fis-settur tas-sajd;

l-appoġġ għas-sajd fuq skala żgħira;

it-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali;

it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-esportazzjoni tal-prodotti tas-sajd u l-promozzjoni tal-investiment fis-settur;

l-iżvilupp tal-infrastruttura rilevanti għas-sajd;

l-appoġġ għall-ekonomija l-blu u l-iżvilupp tal-akkwakultura.

2.Sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll jew wara l-applikazzjoni provviżorja tiegħu, jekk ikun il-każ, il-Kumitat Konġunt għandu jadotta programm settorjali pluriennali u r-regoli għall-implimentazzjoni tiegħu, b’mod partikulari dan li ġej:

(a)il-linji gwida annwali u pluriennali għall-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 4(2)(b);

(b)il-miri annwali u pluriennali li għandhom jintlaħqu sabiex jiġi promoss is-sajd sostenibbli u responsabbli, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet li l-Guinea-Bissau esprimiet fil-politika nazzjonali tas-sajd tagħha u f’politiki rilevanti oħrajn, b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam mal-appoġġ għas-sajd fuq skala żgħira u mas-sorveljanza, mal-kontroll u mal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (is-sajd IUU), kif ukoll il-prijoritajiet b’rabta mat-tisħiħ tal-kapaċitajiet xjentifiċi tal-Guinea-Bissau fis-settur tas-sajd;

(c)il-kriterji u l-proċeduri li għandhom jintużaw biex jiġu evalwati r-riżultati miksubin fuq bażi annwali, fosthom, jekk ikun il-każ, l-indikaturi baġitarji u finanzjarji.

3.Kull emenda tal-programm settorjali pluriennali li tiġi proposta jridu japprovawha l-Partijiet fil-Kumitat Konġunt.

4.Kull sena, il-Guinea-Bissau għandha tibgħat rapport dwar il-progress li jkun sar fuq il-proġetti implimentati permezz tal-fondi għall-appoġġ settorjali li għandu jeżaminah il-Kumitat Konġunt. Qabel ma jiskadi l-Protokoll, il-Guinea-Bissau għandha tibgħat ukoll rapport finali.

5.L-Unjoni Ewropea tista’ tirrevedi jew tissospendi, parzjalment jew totalment, il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fl-Artikolu 4(2)(b) ta’ dan il-Protokoll f’każ li ma tiġix eżegwita din il-kontribuzzjoni finanzjarja jew f’każ li evalwazzjoni mwettqa mill-Kumitat Konġunt turi li r-riżultati miksubin ma jkunux konformi mal-ipprogrammar.

6.Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jibda mill-ġdid wara konsultazzjoni bejn iż-żewġ Partijiet u ftehim bejniethom, malli r-riżultati tal-implimentazzjoni jkunu jiġġustifikaw dan. Madankollu, il-ħlas ta’ din il-kontribuzzjoni finanzjarja ma jistax isir wara perjodu ta’ sitt xhur minn meta jiskadi l-Protokoll.

7.Il-Partijiet għandhom jiżguraw il-viżibbiltà tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-appoġġ settorjali.

Artikolu 6
Kooperazzjoni xjentifika għal sajd responsabbli 

1.Iż-żewġ Partijiet għandhom jintrabtu li jippromwovu s-sajd responsabbli u li jiġġieldu kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (is-sajd IUU) fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau, abbażi tal-prinċipju tan-nuqqas ta’ diskriminazzjoni bejn il-flotot differenti li jistadu f’dawn l-ilmijiet u abbażi tal-prinċipji ta’ ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd u tal-ekosistemi tal-baħar.

2.Fil-perjodu kopert minn dan il-Protokoll, l-Unjoni Ewropea u l-Guinea-Bissau għandhom jikkooperaw bejniethom biex jimmonitorjaw l-evoluzzjoni tal-istat tar-riżorsi u tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau.

3.Iż-żewġ Partijiet għandhom jintrabtu li jippromwovu l-ħarsien tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (l-ICCAT) u tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (is-CECAF), kif ukoll il-kooperazzjoni fil-livell sottoreġjonali b’rabta mal-ġestjoni responsabbli tas-sajd, b’mod partikulari fil-kuntest tal-Kummissjoni Sottoreġjonali tas-Sajd (is-CSRP).

4.Iż-żewġ Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-Kumitat Konġunt sabiex jadottaw miżuri ġodda favur il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd jekk ikun hemm bżonn, bi ftehim reċiproku bejniethom.

Artikolu 7
Kumitat xjentifiku konġunt

1.Il-Kumitat xjentifiku konġunt huwa magħmul minn xjenzati li kull waħda miż-żewġ Partijiet taħtar f’numri ndaqs. B’deċiżjoni taż-żewġ Partijiet, fil-Kumitat xjentifiku konġunt jistgħu jitħallew jieħdu sehem osservaturi, b’mod partikulari rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd bħas-CECAF.

2.Il-Kumitat xjentifiku konġunt għandu jiltaqa’ tal-inqas darba fis-sena, skont l-Artikolu 4(1) tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd. Fil-prinċipju, il-laqgħat għandhom isiru darba fil-Guinea-Bissau u darba fl-Unjoni Ewropea. Fuq talba ta’ xi waħda mill-Partijiet, jistgħu jiġu organizzati wkoll laqgħat oħrajn. Il-laqgħat għandhom jippreseduhom darba waħda mill-Partijiet u darba l-Parti l-oħra.

3.Xogħol il-Kumitat xjentifiku konġunt għandu x’jaqsam b’mod partikulari mal-attivitajiet li ġejjin:

(a)mal-ġbir tad-data dwar l-isforzi tas-sajd u dwar il-qabdiet tal-flotot nazzjonali u ta’ dawk barranin li jkunu qed jaħdmu fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau u li jkunu qed jistadu għall-ispeċijiet koperti minn dan il-Protokoll;

(b)mat-tfassil ta’ proposti, mal-monitoraġġ u mal-analiżi tal-istħarriġ annwali li jikkontribwixxi għall-proċess tal-evalwazzjoni tal-istokkijiet u li jippermetti li jiġu stabbiliti l-opportunitajiet tas-sajd u l-għażliet tal-użu li jiżguraw il-konservazzjoni tar-riżorsi u tal-ekosistema tagħhom;

(c)mat-tfassil ta’ rapport xjentifiku annwali abbażi ta’ dan dwar is-sajd li għalih japplika dan il-Ftehim;

(d)mat-tfassil ta’ pariri xjentifiċi marbutin mal-miżuri ta’ ġestjoni li se jitqiesu li huma meħtieġa għall-użu sostenibbli tal-istokkijiet u tas-sajd li għalihom japplika dan il-Ftehim, fuq inizjattiva tiegħu stess jew bi tweġiba għal talba tal-Kumitat Konġunt jew ta’ xi waħda mill-Partijiet.

4.Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet u tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-ICCAT u fid-dawl tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli, bħal dak tas-CECAF, u tal-konklużjonijiet tal-Kumitat xjentifiku konġunt, jekk ikun il-każ, il-Kumitat Konġunt għandu jadotta miżuri favur il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd koperti minn dan il-Protokoll li jolqtu l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni.

Artikolu 8
Reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd u tal-miżuri tekniċi

1.F’każ li l-Guinea-Bissau tiddeċiedi, abbażi ta’ parir tal-Kumitat xjentifiku konġunt, li tagħlaq ċertu żoni għal ċertu tip ta’ sajd jew li tistabbilixxi staġuni magħluqa għalih bħala parti minn miżura ta’ konservazzjoni tar-riżorsi, il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’ biex janalizza r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni, biex jevalwa l-impatt ta’ dan l-għeluq fuq l-attivitajiet tal-bastimenti tal-UE fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim u biex jiddeċiedi dwar il-miżuri korrettivi li jistgħu jittieħdu.

2.Fil-każijiet previsti fil-paragrafu 1, il-Kumitat Konġunt għandu jaqbel fuq tnaqqis proporzjonat tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Ftehim li l-Unjoni Ewropea trid tħallas u, jekk ikun hemm bżonn, fuq il-kumpens li s-sidien tal-bastimenti jridu jingħataw.

3.Kull għeluq li l-Guinea-Bissau tiddeċiedi dwaru abbażi ta’ parir xjentifiku għandu japplika mingħajr diskriminazzjoni għall-bastimenti kollha involuti f’dak it-tip ta’ sajd, inklużi l-bastimenti nazzjonali u dawk li jtajru l-bandiera ta’ pajjiż terz.

4.Il-Kumitat Konġunt jista’ jirrevedi l-opportunitajiet tas-sajd imsemmijin fl-Artikolu 1 bi ftehim reċiproku abbażi ta’ rakkomandazzjoni tal-Kumitat xjentifiku konġunt. F’dan il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 4(2)(a) għandha tiġi aġġustata b’mod proporzjonat u pro rata temporis u dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom jiġu emendati kif xieraq.

5.Jekk ikun hemm bżonn, il-Kumitat Konġunt jista’ jeżamina u jadatta, bi ftehim reċiproku, id-dispożizzjonijiet marbutin mal-kundizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd u r-regoli għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll u tal-Annessi tiegħu, fosthom l-arranġamenti dwar il-monitoraġġ tal-appoġġ settorjali.

Artikolu 9
Sajd sperimentali u opportunitajiet ġodda tas-sajd

1.F’każ li l-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jkunu interessati jwettqu attivitajiet tas-sajd li mhumiex previsti fl-Artikolu 1 u sabiex tiġi ttestjata l-fattibbiltà teknika u l-vijabbiltà ekonomika ta’ tipi ġodda ta’ sajd, jistgħu jingħataw awtorizzazzjonijiet biex dawn l-attivitajiet jitwettqu fuq bażi sperimentali skont il-leġiżlazzjoni tal-Guinea-Bissau li tkun fis-seħħ. Meta jkun possibbli, it-tali sajd sperimentali għandu jsir bl-użu tal-għarfien espert xjentifiku u tekniku lokali disponibbli. Il-vjaġġi tas-sajd sperimentali jsiru bil-għan li jiġu ttestjati l-fattibbiltà teknika u l-vijabbiltà ekonomika ta’ tipi ġodda ta’ sajd.

2.Għal dan il-għan, il-Kummissjoni Ewropea għandha tgħarraf lill-awtoritajiet tal-Guinea-Bissau bit-talbiet għal-liċenzji tas-sajd sperimentali abbażi ta’ fajl tekniku li jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a)l-ispeċijiet fil-mira;

(b)l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-bastiment;

(c)l-esperjenza tal-uffiċjali tal-bastiment b’rabta mal-attivitajiet tas-sajd ikkonċernati;

(d)il-parametri tekniċi proposti għall-vjaġġ (id-durata, l-irkaptu tas-sajd, ir-reġjuni li se jiġu esplorati, eċċ.);

(e)it-tip ta’ data miġbura biex ikun żgurat monitoraġġ xjentifiku tal-impatt ta’ dawn l-attivitajiet tas-sajd fuq ir-riżorsi u fuq l-ekosistemi.

3.L-awtorizzazzjonijiet għas-sajd sperimentali għandhom jingħataw għal perjodu massimu ta’ sitt xhur. Biex jingħataw, għandha titħallas imposta stabbilita mill-awtoritajiet tal-Guinea-Bissau.

4.Matul il-vjaġġ kollu, għandu jkun hemm osservatur xjentifiku mill-Istat tal-bandiera u osservatur magħżul mill-Guinea-Bissau abbord.

5.L-awtoritajiet tal-Guinea-Bissau għandhom jistabbilixxu l-qabdiet awtorizzati fil-kuntest tal-vjaġġ tas-sajd sperimentali. Il-qabdiet li jsiru fil-kuntest tal-vjaġġ tas-sajd sperimentali u matulu jibqgħu l-proprjetà ta’ sid il-bastiment. Il-ħut ta’ daqs li ma jkunx skont il-liġi jew il-ħut li ma jkunx jista’ jiġi mistad skont il-leġiżlazzjoni tal-Guinea-Bissau li tkun fis-seħħ ma jistax jinżamm abbord jew jiġi kkummerċjalizzat.

6.Ir-riżultati ddettaljati tal-vjaġġ għandhom jintbagħtu lill-Kumitat Konġunt u lill-Kumitat xjentifiku konġunt biex dawn janalizzawhom.

7.F’każ li l-bastimenti tas-sajd Ewropej ikunu interessati jwettqu attivitajiet tas-sajd li mhumiex imniżżlin fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Protokoll, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lill-Kumitat xjentifiku konġunt. Il-Partijiet għandhom jiftehmu bejniethom dwar il-kundizzjonijiet li japplikaw għal dawn l-opportunitajiet il-ġodda tas-sajd u għandhom jemendaw dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu kif xieraq sa ma jiskadi dan il-Protokoll. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 4(2)(a) ta’ dan il-Protokoll għandha tiżdied kif xieraq. L-imposti u l-kundizzjonijiet l-oħrajn previsti fl-Anness li japplikaw għas-sidien tal-bastimenti għandhom jiġu emendati kif xieraq.

Artikolu 10
Integrazzjoni ekonomika tal-operaturi tal-Unjoni Ewropea fis-settur tas-sajd tal-Guinea-Bissau

1.Iż-żewġ Partijiet għandhom jintrabtu li jippromwovu l-integrazzjoni ekonomika tal-operaturi Ewropej fis-settur kollu tas-sajd tal-Guinea-Bissau, b’mod partikulari billi jistabbilixxu impriżi konġunti u billi joħolqu l-infrastruttura rilevanti.

2.Iż-żewġ Partijiet għandhom jikkooperaw bejniethom sabiex joħolqu għarfien fost l-operaturi Ewropej tas-settur privat dwar l-opportunitajiet kummerċjali u industrijali li jeżistu fis-settur kollu tas-sajd tal-Guinea-Bissau, b’mod partikulari b’rabta mal-investimenti diretti.

3.Għal dan il-għan, il-Guinea-Bissau tista’ tagħti wkoll inċentivi lill-operaturi li jwettqu t-tali investimenti.

4.Iż-żewġ Partijiet għandhom jikkooperaw bejniethom sabiex jidentifikaw l-opportunitajiet tal-investiment u l-istrumenti ta’ finanzjament għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet jew tal-proġetti identifikati.

5.Kull sena, il-Kumitat Konġunt għandu jevalwa l-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 11
Skambju tal-informazzjoni

1.Il-Partijiet għandhom jintrabtu li jagħtu preferenza lis-sistemi elettroniċi għall-iskambju tal-informazzjoni u tad-dokumenti marbutin mal-implimentazzjoni tal-Protokoll.

2.Il-verżjoni elettronika tad-dokumenti previsti f’dan il-Protokoll għandha titqies li hija ekwivalenti għalkollox għall-verżjoni stampata tagħhom.

3.Il-Partijiet għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin b’kull ħsara fis-sistema kompjuterizzata. F’dan il-każ, l-informazzjoni u d-dokumenti marbutin mal-implimentazzjoni tal-Ftehim għandhom jiġu sostitwiti b’mod awtomatiku bil-verżjoni stampata tagħhom skont il-proċeduri speċifikati fl-Anness.

Artikolu 12
Kunfidenzjalità tad-data

1.Il-Partijiet għandhom jintrabtu li jittrattaw f’kull ħin id-data personali kollha marbuta mal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea u mal-attivitajiet tas-sajd tagħhom miksuba fil-kuntest tal-Ftehim strettament skont il-prinċipji tal-kunfidenzjalità u tal-protezzjoni tad-data.

2.Il-Partijiet għandhom jiżguraw li d-data aggregata marbuta mal-attivitajiet tas-sajd tal-flotta tal-Unjoni Ewropea fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau biss tiġi ppubblikata, skont id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-ICCAT u ta’ organizzazzjonijiet reġjonali u sottoreġjonali oħrajn tas-sajd.

3.Id-data li tista’ titqies bħala kunfidenzjali għandha tintuża mill-awtoritajiet kompetenti biss għall-implimentazzjoni tal-Ftehim u għall-finijiet tal-ġestjoni, tal-monitoraġġ, tal-kontroll u tas-sorveljanza tas-sajd.

4.F’dak li għandu x’jaqsam mad-data personali li tibgħat l-Unjoni Ewropea, il-Kumitat Konġunt jista’ jistabbilixxi s-salvagwardji x-xierqa u r-rimedji legali skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data.

Artikolu 13
Leġiżlazzjoni applikabbli

1.Il-liġijiet applikabbli tal-Guinea-Bissau għandhom jirregolaw l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea li jkunu qed jistadu fl-ilmijiet tal-Guinea-Bissau, sakemm il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd jew dan il-Protokoll flimkien mal-Anness u mal-Appendiċijiet tiegħu ma jipprevedux mod ieħor.

2.Il-Partijiet għandhom jgħarrfu lil xulxin bil-miktub b’kull bidla fil-politika tagħhom tas-sajd u fil-leġiżlazzjoni tagħhom f’dan il-qasam. Dan it-tibdil regolatorju li jkollu impatt tekniku fuq l-attivitajiet tas-sajd għandu jibda japplika għall-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fi tmiem perjodu ta’ tliet xhur minn meta ssir in-notifika uffiċjali dwaru.

Artikolu 14
Sospensjoni tal-implimentazzjoni tal-Protokoll

1.L-implimentazzjoni tal-Protokoll, fosthom il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 4(2)(a) u (b), tista’ tiġi sospiża wara konsultazzjonijiet fil-Kumitat Konġunt, jekk tintlaħaq waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin jew iktar:

(a)jekk ikun hemm ċirkustanzi mhux tas-soltu, minbarra fenomeni naturali, li minħabba fihom ma jkunux jistgħu jitwettqu l-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau;

(b)jekk ikun hemm tibdil sinifikanti fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika tas-sajd ta’ waħda miż-żewġ Partijiet li jaffettwa d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll;

(c)jekk jinbdew il-mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni previsti fl-Artikolu 96 tal-Ftehim ta’ Cotonou b’rabta ma’ ksur tal-elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem kif iddefiniti fl-Artikolu 9 ta’ dak il-Ftehim;

(d)jekk l-Unjoni Ewropea tonqos milli tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 4(2)(a) għal raġunijiet oħrajn minbarra dawk previsti fil-punt (c) ta’ dan il-paragrafu;

(e)jekk ikun hemm tilwima serja mhux solvuta bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ftehim u ta’ dan il-Protokoll.

2.Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jibda mill-ġdid wara konsultazzjoni bejn iż-żewġ Partijiet u ftehim bejniethom malli s-sitwazzjoni terġa’ lura għal li kienet qabel ma seħħew l-avvenimenti msemmijin fil-paragrafu 1. Madankollu, il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fl-Artikolu 4(2)(b) ma jistax isir wara perjodu ta’ sitt xhur minn meta jiskadi l-Protokoll.

3.L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti Ewropej jistgħu jiġu sospiżi meta jiġi sospiż il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 4(2)(a). F’każ li titneħħa din is-sospensjoni, il-perjodu ta’ validità ta’ dawn l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandu jittawwal b’perjodu li jkun daqs dak tas-sospensjoni tal-attivitajiet tas-sajd. Matul il-perjodu ta’ sospensjoni għandhom jieqfu l-attivitajiet kollha tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau.

4.Biex l-applikazzjoni tal-Protokoll tiġi sospiża, il-Parti kkonċernata għandha tgħarraf bil-miktub li hija jkun beħsiebha tagħmel dan mill-inqas tliet xhur qabel id-data li fiha tkun se tidħol fis-seħħ din is-sospensjoni, ħlief fil-każ previst fil-paragrafu 1(c), li għandu jwassal għal sospensjoni immedjata. Fil-frattemp, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-Kumitat Konġunt.

5.F’każ ta’ sospensjoni, il-Partijiet għandhom ikomplu għaddejjin bil-konsultazzjonijiet sabiex isibu soluzzjoni amikevoli għat-tilwim ta’ bejniethom. Meta tinstab it-tali soluzzjoni, il-Protokoll għandu jerġa’ jibda jiġi applikat u l-ammont tal-kumpens finanzjarju għandu jitnaqqas b’mod proporzjonat u pro rata temporis skont it-tul ta’ żmien li matulu kienet sospiża l-applikazzjoni tal-Protokoll.

Artikolu 15
Terminazzjoni

1.F’każ ta’ terminazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-Parti kkonċernata għandha tgħarraf bil-miktub lill-Parti l-oħra li hija jkun beħsiebha tagħmel dan mill-inqas sitt xhur qabel id-data li fiha tkun se tidħol fis-seħħ din it-terminazzjoni.

2.L-għoti tan-notifika kif imsemmi fil-paragrafu ta’ qabel għandha tagħti bidu għall-konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet.

Artikolu 16
Applikazzjoni provviżorja

Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom japplikaw b’mod provviżorju mid-data tal-iffirmar tagħhom.

Artikolu 17
Dħul fis-seħħ

Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jgħarrfu lil xulxin li lestew il-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan.



ANNESS

IL-KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ATTIVITAJIET TAS-SAJD TAL-BASTIMENTI TAL-UNJONI EWROPEA FIŻ-ŻONA TAS-SAJD TAL-GUINEA-BISSAU

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1.Ħatra tal-awtorità kompetenti

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness u sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, kull referenza għall-Unjoni Ewropea (l-UE) jew għall-Guinea-Bissau bħala awtorità kompetenti għandha tfisser:

għall-UE: il-Kummissjoni Ewropea, jekk ikun hemm bżonn permezz tad-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea;

għall-Guinea-Bissau: id-dipartiment tal-gvern responsabbli għas-sajd.

2.Żona tas-sajd awtorizzata

Iż-żona tas-sajd awtorizzata li fiha l-bastimenti tal-Unjoni Ewropea huma awtorizzati jistadu għandha tikkorrispondi għaż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau, fosthom dik il-parti li tikkorrispondi għaż-żona komuni ta’ bejn il-Guinea-Bissau u s-Senegal, skont il-liġijiet tal-Guinea-Bissau u skont il-konvenzjonijiet internazzjonali applikabbli li l-Guinea-Bissau hija Parti tagħhom.

Il-linji bażi huma ddefiniti fil-liġijiet nazzjonali.

3.Ħatra ta’ aġent lokali

Minbarra l-bastimenti tas-sajd għat-tonn, il-bastimenti kollha tal-Unjoni Ewropea li jkunu jixtiequ jiksbu awtorizzazzjoni tas-sajd fil-kuntest ta’ dan il-Protokoll iridu jkunu rrappreżentati minn aġent li jkun residenti fil-Guinea-Bissau.

4.Kont bankarju

Qabel ma jidħol fis-seħħ il-Protokoll, il-Guinea-Bissau għandha tibgħat lill-Unjoni Ewropea d-dettalji tal-kont jew tal-kontijiet bankarji li fihom għandhom jitħallsu l-ammonti finanzjarji li l-bastimenti tas-sajd għandhom iħallsu skont il-Ftehim. L-ammonti li jridu jitħallsu b’rabta mat-trasferimenti bankarji għandhom iħallsuhom is-sidien tal-bastimenti.

5.    Punti ta’ kuntatt

Iż-żewġ Partijiet għandhom jgħarrfu lil xulxin bil-punti ta’ kuntatt rispettivi tagħhom li jippermettu li tiġi skambjata l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Protokoll, b’mod partikulari dwar il-kwistjonijiet marbutin mal-iskambju tad-data aggregata dwar il-qabdiet u dwar l-isforz tas-sajd, dwar il-proċeduri marbutin mal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd u dwar l-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali.



KAPITOLU II

AWTORIZZAZZJONIJIET TAS-SAJD

Taqsima 1: Proċeduri applikabbli

1.Prerekwiżit biex tinkiseb awtorizzazzjoni tas-sajd — il-bastimenti eliġibbli

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd imsemmijin fl-Artikolu 6 tal-Ftehim għandhom jinħarġu bil-kundizzjoni li l-bastiment ikun imniżżel fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea u li dan ikun konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2017/2403 dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-flotot tas-sajd esterni. Iridu jkunu ntlaħqu l-obbligi preċedenti kollha marbutin ma’ sid il-bastiment, mal-kaptan jew mal-bastiment innifsu li jkunu ġejjin mill-attivitajiet tas-sajd tagħhom fil-Guinea-Bissau skont il-Ftehim.

2.Talba għal awtorizzazzjoni tas-sajd

L-Unjoni Ewropea għandha tibgħat lill-Guinea-Bissau talba għal awtorizzazzjoni tas-sajd għal kull bastiment li jkun jixtieq jistad skont il-Ftehim, mill-inqas 40 jum qabel jibda l-perjodu ta’ validità mitlub, billi tuża l-formola mogħtija fl-Appendiċi.

Għal kull talba inizjali għal awtorizzazzjoni tas-sajd skont il-Protokoll fis-seħħ jew wara li l-bastiment ikkonċernat issirlu bidla teknika, flimkien mat-talba jridu jintbagħtu l-affarijiet li ġejjin:

(a)il-prova li tħallset l-imposta b’rata fissa għall-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd mitluba;

(b)l-isem u l-indirizz tal-aġent lokali tal-bastiment, jekk ikun hemm wieħed;

(c)fil-każ tal-bastimenti tat-tkarkir, il-prova tal-ħlas bil-quddiem tal-kontribuzzjoni b’rata fissa għall-ispejjeż marbutin mal-osservatur;

(d)fil-każ tal-bastimenti tat-tkarkir, iċ-ċertifikat tat-tunnellaġġ tal-bastiment maħruġ mill-Istat tal-bandiera.

Għat-tiġdid ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd skont il-Protokoll fis-seħħ għal bastiment li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu ma jkunux inbidlu, it-talba għat-tiġdid għandu jkollha magħha biss il-prova li tħallset l-imposta u, jekk ikun il-każ, il-prova li tħallset il-kontribuzzjoni b’rata fissa għall-ispejjeż marbutin mal-osservatur.

3.Ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd

Il-Guinea-Bissau għandha toħroġ l-awtorizzazzjoni oriġinali tas-sajd f’perjodu massimu ta’ 25 jum minn meta tirċievi l-fajl komplut tat-talba u mill-inqas 15-il jum qabel jibda l-perjodu tas-sajd. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinbagħat lis-sidien tal-bastimenti:

fil-każ tal-bastimenti tat-tkarkir, permezz tal-aġenti, u għandha tintbagħat kopja tagħha wkoll lill-Unjoni Ewropea; u

fil-każ tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn, permezz tad-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Guinea-Bissau.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-bastimenti tas-sajd għat-tonn, kopja ta’ din l-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tintbagħat mill-ewwel lill-awtorità kompetenti ta’ sid il-bastiment b’mod elettroniku u wkoll lir-rappreżentant lokali tiegħu, jekk ikun il-każ, u kopja tagħha għandha tintbagħat ukoll lill-Unjoni Ewropea. Din il-kopja ma għandhiex tibqa’ valida malli tasal l-awtorizzazzjoni oriġinali tas-sajd. Din il-kopja, li għandha tinżamm abbord il-bastimenti tas-sajd għat-tonn, għandha tkun valida għal perjodu ta’ 40 jum li matulu titqies li hija ekwivalenti għall-awtorizzazzjoni oriġinali.

F’każ li awtorizzazzjoni tas-sajd tiġġedded matul il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-Protokoll, l-awtorizzazzjoni tas-sajd il-ġdida jrid ikun fiha referenza ċara għall-awtorizzazzjoni tas-sajd oriġinali.

L-Unjoni Ewropea għandha tibgħat l-awtorizzazzjoni tas-sajd lil sid il-bastiment jew lill-aġent. Jekk l-uffiċċji tal-Unjoni Ewropea jkunu magħluqin, il-Guinea-Bissau tista’ tibgħat l-awtorizzazzjoni tas-sajd direttament lil sid il-bastiment jew lill-aġent tiegħu u tibgħat kopja lill-Unjoni Ewropea.

4.Lista tal-bastimenti li huma awtorizzati jistadu

Malli toħroġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd, il-Guinea-Bissau għandha tistabbilixxi mingħajr dewmien, għal kull kategorija ta’ bastimenti, il-lista finali tal-bastimenti li huma awtorizzati jistadu fiż-żona tas-sajd tagħha. Din il-lista għandha tintbagħat minnufih lill-awtorità nazzjonali responsabbli għall-kontroll tas-sajd u lill-Unjoni Ewropea b’mod elettroniku.

5.Perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinħarġu għal perjodu ta’ tliet xhur, ta’ sitt xhur jew ta’ sena.

Sabiex jiġi stabbilit meta jibda l-perjodu ta’ validità, “perjodu ta’ sena” għandha tfisser:

(a)matul l-ewwel sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll, il-perjodu bejn id-data tal-applikazzjoni provviżorja tiegħu u l-31 ta’ Diċembru tal-istess sena;

(b)fis-snin ta’ wara, kull sena kalendarja sħiħa; u

(c)fl-aħħar sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll, il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u d-data meta jiskadi l-Protokoll.

Perjodu ta’ validità ta’ tliet xhur jew ta’ sitt xhur għandu jibda fl-1 tax-xahar ta’ kull xahar. Madankollu, l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd ma jistgħux jibqgħu validi wara l-31 ta’ Diċembru tas-sena li fihom jinħarġu.

6.Żamma abbord tal-awtorizzazzjoni tas-sajd

L-awtorizzazzjoni tas-sajd trid tinżamm dejjem abbord il-bastiment.

Madankollu, il-bastimenti tas-sajd għat-tonn u l-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ jistgħu jibdew jistadu malli jiddaħħlu fil-lista provviżorja msemmija hawn fuq. Abbord dawn il-bastimenti trid tinżamm dejjem il-lista provviżorja sa ma tinħarġilhom l-awtorizzazzjoni tas-sajd tagħhom.

7.Trasferiment tal-awtorizzazzjoni tas-sajd

L-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinħareġ għal bastiment speċifiku u ma tistax tiġi ttrasferita.

Madankollu, f’każ ta’ forza maġġuri u fuq talba tal-Unjoni Ewropea, l-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinbidel b’awtorizzazzjoni ġdida maħruġa f’isem bastiment ieħor li jkun simili għal dak li għandu jinbidel.

It-trasferiment għandu jsir billi sid il-bastiment jew l-aġent tiegħu jagħti lura lill-Guinea-Bissau l-awtorizzazzjoni tas-sajd li għandha tinbidel u billi l-Guinea-Bissau tistabbilixxi mingħajr dewmien l-awtorizzazzjoni ta’ sostituzzjoni. L-awtorizzazzjoni ta’ sostituzzjoni għandha tingħata mingħajr dewmien lil sid il-bastiment jew lill-aġent tiegħu meta tingħata lura l-awtorizzazzjoni li għandha tinbidel, ladarba ssir l-ispezzjoni teknika skont il-punt 9 ta’ dan il-Kapitolu. L-awtorizzazzjoni ta’ sostituzzjoni tibda tgħodd dakinhar li tingħata lura l-awtorizzazzjoni li għandha tinbidel.

Fil-każ tal-bastimenti tat-tkarkir, jekk it-tunnellaġġ tal-bastiment ta’ sostituzzjoni jkun ikbar minn dak tal-bastiment li għandu jinbidel, l-imposta addizzjonali għandha tiġi kkalkulata b’mod proporzjonat skont id-differenza fit-tunnellaġġ u l-perjodu ta’ validità li jkun għad fadal. Sid il-bastiment għandu jħallas din l-imposta addizzjonali meta tiġi ttrasferita l-awtorizzazzjoni tas-sajd.

Il-Guinea-Bissau għandha taġġorna mingħajr dewmien il-lista tal-bastimenti li huma awtorizzati jistadu. Il-lista l-ġdida għandha tintbagħat minnufih lill-awtorità nazzjonali responsabbli għall-kontroll tas-sajd u lill-Unjoni Ewropea.

8.Bastimenti ta’ appoġġ

Fuq talba tal-Unjoni Ewropea, il-Guinea-Bissau għandha tawtorizza lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd jiġu megħjuna minn bastimenti ta’ appoġġ. Il-bastimenti ta’ appoġġ iridu jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew ikunu ta’ kumpanija tal-Unjoni Ewropea, u ma jistgħux ikunu mgħammra għas-sajd.

Il-Guinea-Bissau għandha tistabbilixxi l-lista tal-bastimenti ta’ appoġġ awtorizzati u tibgħatha mingħajr dewmien lill-awtorità nazzjonali responsabbli għall-kontroll tas-sajd u lill-Unjoni Ewropea.

Il-bastimenti ta’ appoġġ irid ikollhom awtorizzazzjoni għal dan maħruġa skont il-liġijiet tal-Guinea-Bissau u għandhom iħallsu imposta annwali għal dan.

9.Spezzjoni teknika tal-bastimenti tat-tkarkir

Darba fis-sena jew wara li jinbidel it-tunnellaġġ tal-bastiment, jew meta l-użu ta’ rkaptu ieħor tas-sajd iwassal għal bidla fil-kategorija tas-sajd, kull bastiment tat-tkarkir tal-Unjoni Ewropea għandu jidħol fil-port ta’ Bissau biex issirlu spezzjoni teknika skont il-leġiżlazzjoni tal-Guinea-Bissau li hija fis-seħħ.

L-għan tal-ispezzjoni teknika huwa li tivverifika l-konformità tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-bastiment u tal-irkaptu tas-sajd li jkun hemm abbord, kif ukoll il-ħarsien tar-regoli sanitarji u tar-regoli marbutin mal-imbark tal-baħrin nazzjonali.

Il-Guinea-Bissau hija obbligata twettaq l-ispezzjoni teknika f’perjodu massimu ta’ 48 siegħa minn meta l-bastiment tat-tkarkir jasal fil-port dejjem jekk tkun ġiet avżata minn qabel dwar il-wasla tiegħu.

Wara l-ispezzjoni teknika, il-Guinea-Bissau għandha tagħti ċertifikat tal-konformità lill-kaptan tal-bastiment mingħajr dewmien.

Iċ-ċertifikat tal-konformità jkun validu għal sena. Madankollu, f’każ ta’ bidla fl-attivitajiet tas-sajd mill-kategorija tas-sajd tal-gambli jew lejn din il-kategorija, ikun hemm bżonn ta’ ċertifikat ġdid tal-konformità. Barra minn hekk, f’każ li l-bastiment joħroġ miż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau għal perjodu ta’ iktar minn 45 jum, ukoll ikun hemm bżonn ta’ ċertifikat ġdid tal-konformità.

Iċ-ċertifikat tal-konformità għandu jinżamm dejjem abbord il-bastiment.

L-ispejjeż marbutin mal-ispezzjoni teknika għandu jħallashom sid il-bastiment u għandhom ikunu ta’ ammont stabbilit skont l-iskala mogħtija fil-liġijiet tal-Guinea-Bissau. Dawn l-ispejjeż ma jistgħux jaqbżu l-ammonti li jħallsu l-bastimenti nazzjonali jew il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ pajjiż terz għall-istess servizzi.

Taqsima 2: Imposti u ħlasijiet bil-quddiem

L-ammont tal-imposta b’rata fissa huwa stabbilit fl-iskedi tekniċi mogħtija fl-Appendiċi ta’ dan l-Anness għal kull kategorija tal-bastimenti. Dan jinkludi t-taxxi nazzjonali u lokali kollha minbarra t-taxxi tal-portijiet u l-ispejjeż għall-provvista tas-servizzi.

Meta l-awtorizzazzjoni tas-sajd tkun valida għal inqas minn sena, l-ammont tal-imposta b’rata fissa għandu jiġi adattat b’mod proporzjonat skont il-perjodu ta’ validità mitlub. Jekk ikun hemm bżonn, dan għandu jiżdied bl-ammont dovut għall-perjodu ta’ tliet xhur jew ta’ sitt xhur skont l-iskali stabbiliti fl-iskedi tekniċi korrispondenti.



KAPITOLU III

MIŻURI TEKNIĊI TA’ KONSERVAZZJONI

Il-miżuri tekniċi li japplikaw għall-bastimenti li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd, marbutin maż-żona, mal-irkaptu tas-sajd u mal-livell tal-qabdiet inċidentali, huma ddefiniti fl-iskedi tekniċi mogħtija fl-Appendiċi ta’ dan l-Anness għal kull kategorija tas-sajd.

Il-bastimenti tas-sajd għat-tonn u l-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ għandhom iħarsu r-rakkomandazzjonijiet kollha adottati mill-ICCAT.

KAPITOLU IV

DIKJARAZZJONI TAL-QABDIET

1.Ġurnal ta’ abbord tas-sajd

Il-kaptan ta’ bastiment tal-Unjoni Ewropea li jkun qed jistad skont il-Ftehim għandu jżomm ġurnal ta’ abbord tas-sajd. F’dak li għandu x’jaqsam mal-bastimenti tas-sajd għat-tonn, il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandu jkun konformi mar-riżoluzzjonijiet tal-ICCAT applikabbli dwar il-ġbir u t-trażmissjoni tad-data marbuta mal-attivitajiet tas-sajd.

Kuljum, il-kaptan għandu jniżżel fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd il-kwantità ta’ kull speċi maqbuda u miżmuma abbord, identifikata bil-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha u mogħtija f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun hemm bżonn, fl-għadd ta’ ħut individwali. Għal kull speċi ewlenija, il-kaptan għandu jniżżel ukoll meta ma jinqabad xejn minnha.

Jekk ikun il-każ, kuljum, il-kaptan għandu jniżżel ukoll fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd il-kwantitajiet ta’ kull speċi mormija lura l-baħar, mogħtija f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun hemm bżonn, fl-għadd ta’ ħut individwali.

Il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandu jimtela b’ittri kbar b’mod li jkun jista’ jinqara u għandu jiġi ffirmat mill-kaptan.

Il-kaptan għandu jkun responsabbli għall-preċiżjoni tad-data rreġistrata fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd.

2.Dikjarazzjoni tal-qabdiet

2.1.L-ewwel u t-tieni sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll bis-sistema ta’ ġestjoni bbażata fuq l-isforz tas-sajd

Il-kaptan għandu jiddikjara l-qabdiet tal-bastiment billi jagħti lill-Guinea-Bissau l-ġurnali ta’ abbord tas-sajd tiegħu marbutin mal-perjodu li matulu kien jinsab fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau.

Il-kaptan għandu jibgħat il-ġurnali ta’ abbord tas-sajd lill-Guinea-Bissau fl-indirizz tal-posta elettronika li jkun ingħata għal dan il-għan. Il-Guinea-Bissau għandha tikkonferma li tkun irċeviethom billi tibgħat messaġġ ta’ ritorn bil-posta elettronika mingħajr dewmien dwar dan.

B’mod alternattiv, il-ġurnali ta’ abbord tas-sajd jistgħu jintbagħtu wkoll skont il-proċeduri li ġejjin:

(a)f’każ li l-bastiment ikun se jgħaddi minn port tal-Guinea-Bissau, kull ġurnal ta’ abbord tas-sajd oriġinali għandu jingħata lir-rappreżentant tad-Direttorat Ġenerali għas-Sajd Industrijali, li għandu jikkonferma bil-miktub li jkun irċevihom;

(b)f’każ li l-bastiment ikun se joħroġ miż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau mingħajr ma jgħaddi minn port tal-Guinea-Bissau qabel, kull ġurnal ta’ abbord tas-sajd oriġinali għandu jintbagħat bil-posta fi żmien 14-il jum mill-wasla fi kwalunkwe port ieħor u, fi kwalunkwe każ, fi żmien 30 jum minn meta joħroġ miż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau.

Il-kaptan għandu jibgħat kopja tal-ġurnali kollha ta’ abbord tas-sajd lill-Unjoni Ewropea. Fil-każ tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn u tal-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ, il-kaptan għandu jibgħat ukoll kopja tal-ġurnali kollha ta’ abbord tas-sajd tiegħu lil wieħed mill-istituti xjentifiċi li ġejjin:

(a)lill-IRD (Institut de recherche pour le développement — l-Istitut tar-riċerka għall-iżvilupp);

(b)lill-IEO (Instituto Español de Oceanografía — l-Istitut Spanjol tal-Oċeanografija); jew

(c)lill-IPMA (Instituto Português do Mar e da Atmosfera — l-Istitut Portugiż għall-kwistjonijiet tal-baħar u tal-meteoroloġija).

Jekk bastiment jerġa’ lura fiż-żona tal-Guinea-Bissau matul il-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu, irid jibgħat dikjarazzjoni ġdida tal-attivitajiet u tal-qabdiet.

F’każ li ma jitħarsux id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, il-Guinea-Bissau tista’ tissospendi l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment ikkonċernat sakemm issir id-dikjarazzjoni tal-qabdiet li tkun nieqsa u tista’ tippenalizza lil sid il-bastiment skont id-dispożizzjonijiet previsti għal dan il-għan fil-leġiżlazzjoni nazzjonali li tkun fis-seħħ. Jekk ir-reat jiġi ripetut, il-Guinea-Bissau tista’ tirrifjuta li ġġedded l-awtorizzazzjoni tas-sajd. Il-Guinea-Bissau għandha tgħarraf lill-Unjoni Ewropea minnufih b’kull piena li tiġi applikata f’dan il-kuntest.

2.2.Mit-tielet sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll bis-sistema ta’ ġestjoni bbażata fuq il-kwoti

1.Il-kaptan ta’ bastiment tal-Unjoni Ewropea li jkun qed jistad skont il-Ftehim għandu jżomm ġurnal ta’ abbord tas-sajd skont ir-riżoluzzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT applikabbli. Il-kaptan għandu jkun responsabbli għall-preċiżjoni tad-data rreġistrata fil-ġurnal elettroniku ta’ abbord tas-sajd.

2.Kull bastiment tas-sajd tal-Unjoni li jkollu liċenzja maħruġa skont dan il-Protokoll irid ikun mgħammar b’sistema elettronika (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-ERS”) li tkun kapaċi tirreġistra u tibgħat data marbuta mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment (minn hawn ’il quddiem imsejħa “data tal-ERS”).

3.L-informazzjoni dwar il-qabdiet għandha tintbagħat kif ġej:

(a)il-kaptani tal-bastimenti kollha li jkunu qed jistadu fl-ilmijiet tal-Guinea-Bissau fil-kuntest ta’ dan il-Protokoll għandhom jimlew il-ġurnal elettroniku ta’ abbord tas-sajd kuljum u jibagħtuh permezz tal-ERS (l-Appendiċi 4) jew bil-posta elettronika, f’każ li din is-sistema jkollha l-ħsara, liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u liċ-ĊMS tal-Guinea-Bissau fi żmien sebat ijiem minn meta joħorġu miż-żona tas-sajd;

(b)fil-ġurnal elettroniku ta’ abbord tas-sajd trid tiġi speċifikata l-kwantità ta’ kull speċi maqbuda u miżmuma abbord, identifikata bil-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha u mogħtija f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun hemm bżonn, fl-għadd ta’ ħut individwali. Għal kull speċi ewlenija, il-kaptan għandu jniżżel ukoll meta ma jinqabad xejn minnha. Il-kaptan għandu jniżżel ukoll il-kwantitajiet ta’ kull speċi mormija lura l-baħar, mogħtija f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun hemm bżonn, fl-għadd ta’ ħut individwali.

4.Il-bastiment għandu jibgħat id-data tal-ERS lill-Istat tal-bandiera tiegħu, li għandu jiżgura li din titqiegħed b’mod awtomatiku għad-dispożizzjoni tal-Guinea-Bissau. L-Istat tal-bandiera għandu jiżgura li din id-data tasal u tiġi rreġistrata f’bażi tad-data elettronika li tippermetti li din id-data tinżamm b’mod sigur għal mill-inqas 36 xahar.

5.L-Istat tal-bandiera u l-Guinea-Bissau għandhom jiżguraw li huma jkollhom it-tagħmir tal-informatika u s-softwer meħtieġa għat-trażmissjoni awtomatika tad-data tal-ERS fil-format speċifikat fil-punt 3 tal-Appendiċi 4.

6.It-trażmissjoni tad-data tal-ERS trid issir bl-użu tal-mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni mmaniġġjati mill-Kummissjoni Ewropea għall-iskambji standardizzati tad-data dwar is-sajd.

7.F’każ li ma jitħarsux id-dispożizzjonijiet dwar id-dikjarazzjoni tal-qabdiet, il-Guinea-Bissau tista’ tissospendi l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment ikkonċernat sakemm tinkiseb id-dikjarazzjoni tal-qabdiet li tkun nieqsa u tista’ tippenalizza lil sid il-bastiment skont id-dispożizzjonijiet previsti għal dan il-għan fil-leġiżlazzjoni nazzjonali li tkun fis-seħħ. Jekk ir-reat jiġi ripetut, il-Guinea-Bissau tista’ tirrifjuta li ġġedded l-awtorizzazzjoni tas-sajd. Il-Guinea-Bissau għandha tgħarraf lill-Unjoni Ewropea minnufih b’kull piena li tiġi applikata f’dan il-kuntest.

8.L-Istat tal-bandiera u l-Guinea-Bissau għandhom jagħżlu korrispondent tal-ERS kull wieħed li għandu jservi bħala l-punt ta’ kuntatt għall-kwistjonijiet marbutin mal-implimentazzjoni tal-Appendiċi 4. L-Istat tal-bandiera u l-Guinea-Bissau għandhom jibagħtu lil xulxin id-dettalji ta’ kuntatt tal-korrispondent tal-ERS rispettiv tagħhom u, jekk ikun hemm bżonn, għandhom jaġġornaw dik l-informazzjoni mingħajr dewmien.

3.Bidla lejn sistema elettronika

Iż-żewġ Partijiet għandhom jiftehmu fil-Kumitat Konġunt dwar il-proċeduri għall-bidla lejn is-sistema ta’ dikjarazzjoni elettronika tal-qabdiet (l-ERS), li permezz tagħha l-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jkollhom jirreġistraw u jibagħtu d-data dwar il-ħidmiet tas-sajd li jkunu wettqu fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim b’mod elettroniku lill-Guinea-Bissau skont id-dispożizzjonijiet mogħtija fl-Appendiċi ta’ dan l-Anness.

Il-bidla trid titlesta sa mhux aktar tard mill-bidu tat-tielet sena tal-Protokoll.

4.Kalkolu finali tal-imposti fil-każ tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn u tal-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ

Abbażi tad-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet tiegħu, għal kull bastiment tas-sajd għat-tonn u bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ, l-Unjoni Ewropea għandha tistabbilixxi kalkolu finali tal-imposti li jridu jitħallsu mill-bastiment għall-istaġun annwali tiegħu għas-sena kalendarja ta’ qabel.

L-Unjoni Ewropea għandha tavża lill-Guinea-Bissau u lil sid il-bastiment b’dan il-kalkolu finali qabel il-31 ta’ Mejju tas-sena ta’ wara dik li matulha jkunu saru l-qabdiet.

Meta l-kalkolu finali jkun ikbar mill-imposta b’rata fissa li tkun tħallset biex inkisbet l-awtorizzazzjoni tas-sajd, sid il-bastiment għandu jħallas il-bilanċ pendenti lill-Guinea-Bissau mingħajr dewmien. Meta l-kalkolu finali jkun inqas mill-imposta b’rata fissa, sid il-bastiment ma jkunx jista’ jirkupra l-ammont li jifdal.

KAPITOLU V

ĦATT L-ART U TRAŻBORD

1. Ħatt l-art jew trażbord tal-qabdiet

Il-kaptan ta’ bastiment tal-Unjoni Ewropea li jkun jixtieq iħott il-ħut l-art fil-port ta’ Bissau jew jittrażborda ħut li jkun qabad fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau għandu jibgħat lir-rappreżentant tad-Direttorat Ġenerali għas-Sajd Industrijali, mill-inqas 24 siegħa qabel il-ħatt l-art jew it-trażbord, l-affarijiet li ġejjin:

(a)isem il-bastiment tas-sajd li għandu jħott il-ħut l-art jew jittrażborda l-qabdiet;

(b)il-port tal-ħatt l-art jew tat-trażbord;

(c)id-data u l-ħin previsti għall-ħatt l-art jew għat-trażbord;

(d)il-kwantità (mogħtija f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun hemm bżonn, fl-għadd ta’ ħut individwali) ta’ kull speċi li għandha tinħatt l-art jew tiġi ttrażbordata (identifikata bil-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha);

(e)fil-każ tat-trażbord, isem il-bastiment li jkun qed jirċievi l-ħut.

Fil-każ tat-trażbord, il-kaptan irid jiżgura li l-bastiment li jkun qed jirċievi l-ħut ikollu awtorizzazzjoni għat-tali ħidma maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti.

It-trażbord irid isir fil-port ta’ Bissau, li l-koordinati ġeografiċi tiegħu għandhom jgħadduhom lill-kaptan u lill-aġent tal-bastiment l-awtoritajiet kompetenti. It-trażbord fuq il-baħar huwa pprojbit.

In-nuqqas ta’ ħarsien ta’ dawn id-dispożizzjonijiet għandu jwassal biex jiġu applikati l-pieni previsti għal dan il-għan fil-leġiżlazzjoni tal-Guinea-Bissau.

2. Kontribuzzjoni in natura għas-sigurtà alimentari

Il-bastimenti tat-tkarkir huma obbligati jħottu l-art parti mill-qabdiet tagħhom fil-Guinea-Bissau għall-finijiet tas-sigurtà alimentari ta’ dan il-pajjiż. Il-ħatt l-art għandu jsir skont il-proċeduri li ġejjin:

2,5 tunnellati għal kull perjodu ta’ tliet xhur u għal kull bastiment fil-każ tal-bastimenti tat-tkarkir għall-ħut u għaċ-ċefalopodi;

1,25 tunnellata għal kull perjodu ta’ tliet xhur u għal kull bastiment fil-każ tal-bastimenti tat-tkarkir għall-gambli.

Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ din il-miżura, il-kontribuzzjonijiet mingħand kull bastiment jistgħu jingħataw għal diversi bastimenti f’daqqa u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni b’mod akkumulat għal diversi perjodi ta’ tliet xhur. Il-ħatt l-art għandu jsir fil-port ta’ Bissau u l-ħut għandu jingħata lir-rappreżentant tad-Direttorat Ġenerali għas-Sajd Industrijali.

Id-Direttorat Ġenerali għas-Sajd Industrijali għandu jfassal u jiffirma b’mod sistematiku formola li tikkonferma li waslu dawn il-kontribuzzjonijiet in natura, li mbagħad għandha tingħadda lill-kaptan.

Dan il-ħatt l-art jista’ jsir skont proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti bi ftehim reċiproku bejn il-Partijiet.

KAPITOLU VI

KONTROLL U SPEZZJONI

1.Dħul fiż-żona tas-sajd u ħruġ minnha

Il-Guinea-Bissau trid tiġi mgħarrfa b’kull dħul fiż-żona tas-sajd tagħha u ħruġ minnha min-naħa ta’ bastiment tal-Unjoni Ewropea li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd fi żmien 24 siegħa qabel dan id-dħul jew dan il-ħruġ. Dan il-perjodu għandu jitnaqqas għal erba’ sigħat fil-każ tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn u tal-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ.

Meta tkun qed issir in-notifika tad-dħul jew tal-ħruġ tal-bastiment, għandha tintbagħat b’mod partikulari l-informazzjoni li ġejja:

(a)id-data, il-ħin u l-punt ta’ qsim tal-fruntiera previsti;    

(b)il-kwantità ta’ kull speċi miżmuma abbord, identifikata bil-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha u mogħtija f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun hemm bżonn, fl-għadd ta’ ħut individwali;

(c)il-preżentazzjoni tal-prodotti.

In-notifika għandha tintbagħat bħala prijorità bil-posta elettronika, jew, jekk dan ma jkunx possibbli, bil-faks jew bir-radju, fl-indirizz tal-posta elettronika, fin-numru tat-telefown jew fil-frekwenza pprovduti mill-Guinea-Bissau. Il-Guinea-Bissau għandha tgħarraf minnufih lill-bastimenti kkonċernati u lill-Unjoni Ewropea b’kull bidla fl-indirizzi tal-posta elettronika, fin-numru tat-telefown jew fil-frekwenza tat-trażmissjonijiet.

Kull bastiment li jinqabad jistad fiż-żona tal-Guinea-Bissau mingħajr ma jkun innotifika l-preżenza tiegħu minn qabel jitqies bħala bastiment li jkun qed jistad mingħajr awtorizzazzjoni.

2.Messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti — il-VMS

Meta jkunu fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau, il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jridu jkunu mgħammra b’sistema ta’ monitoraġġ bis-satellita (Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti — VMS) li tiżgura l-komunikazzjoni awtomatika u kontinwa tal-pożizzjoni tagħhom, kull siegħa, liċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd (iċ-ĊMS) tal-Istat tal-bandiera tagħhom.

Huwa pprojbit li wieħed iċaqlaq, jitfi, jeqred, jagħmel ħsara jew jiddiżattiva s-sistema ta’ monitoraġġ kontinwu tal-pożizzjoni permezz tal-komunikazzjoni bis-satellita li tkun abbord il-bastiment għat-trażmissjoni tad-data, jew li wieħed jibdel bi ħsieb, ibagħbas jew jiffalsifika d-data li din is-sistema tittrażmetti jew tirreġistra.

In-notifiki tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni u dwar il-qabdiet għandhom jintbagħtu bħala prijorità permezz tal-VMS jew tal-ERS jew, jekk din ikollha l-ħsara, bil-posta elettronika, bil-faks jew bir-radju. Il-Guinea-Bissau għandha tgħarraf minnufih lill-bastimenti kkonċernati u lill-Unjoni b’kull bidla fl-indirizz tal-posta elettronika, fin-numru tat-telefown jew fil-frekwenza tat-trażmissjonijiet.

Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni jrid ikun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a)l-identifikazzjoni tal-bastiment;

(b)il-pożizzjoni ġeografika l-iżjed riċenti tal-bastiment (il-lonġitudni u l-latitudni), b’marġni ta’ żball tal-pożizzjoni ta’ inqas minn 500 metru, u b’intervall ta’ kunfidenza ta’ 99 %;

(c)    id-data u l-ħin li fihom tkun ġiet irreġistrata l-pożizzjoni;

(d)il-veloċità tal-bastiment u d-direzzjoni li fiha jkun qed jivvjaġġa;

(e)u jrid ikun ikkonfigurat skont il-format mogħti fl-Appendiċi 3.

Kull bastiment li jinqabad jistad fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau mingħajr ma jkun innotifika l-preżenza tiegħu minn qabel jitqies bħala bastiment li jkun qed jikser il-liġi.

3.Spezzjoni fuq il-baħar jew fil-port

L-ispezzjoni fuq il-baħar fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau jew fil-port tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandha ssir minn bastimenti u spetturi tal-Guinea-Bissau li jkunu identifikati b’mod ċar bħala bastimenti u spetturi maħturin sabiex iwettqu verifiki tas-sajd.

Qabel ma jitilgħu abbord, l-ispetturi tal-Guinea-Bissau għandhom javżaw lill-bastiment tal-Unjoni Ewropea bid-deċiżjoni tagħhom li jwettqu spezzjoni. L-ispezzjoni għandha ssir minn mhux iktar minn żewġ spetturi, li jridu jipprovdu prova tal-identità u tal-pożizzjoni uffiċjali tagħhom bħala spetturi qabel ma jwettqu l-ispezzjoni. Jekk ikun hemm bżonn, magħhom jista’ jkun hemm rappreżentanti tal-forzi nazzjonali tas-sigurtà tal-Guinea-Bissau skont id-dritt internazzjonali tal-baħar.

L-ispetturi tal-Guinea-Bissau għandhom jibqgħu abbord il-bastiment tal-Unjoni Ewropea għall-ħin meħtieġ sabiex iwettqu l-kompiti marbutin mal-ispezzjoni biss. Huma għandhom iwettqu l-ispezzjoni b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt tagħha fuq il-bastiment u fuq l-attività tas-sajd u l-merkanzija tiegħu.

Il-Guinea-Bissau tista’ tawtorizza lil spetturi akkreditati mill-Unjoni Ewropea jieħdu sehem fl-ispezzjoni bħala osservaturi.

Il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni Ewropea għandu jiffaċilita l-imbark tal-ispetturi tal-Guinea-Bissau u għandu jiffaċilitalhom xogħolhom.

Fi tmiem kull spezzjoni, l-ispetturi tal-Guinea-Bissau għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni għandu d-dritt iżid il-kummenti tiegħu fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat mill-ispettur li jkun fasslu u mill-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni.

L-ispetturi tal-Guinea-Bissau għandhom jagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni qabel ma jinżlu minn fuq il-bastiment. Il-Guinea-Bissau għandha tibgħat kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-Unjoni fi żmien tmint ijiem mill-ispezzjoni.

4.Kontroll tal-qabdiet

Fl-ewwel sentejn tal-Protokoll, li matulhom tintuża s-sistema ta’ ġestjoni bbażata fuq it-TGR, il-kontrolli għandhom isiru billi jittieħdu kampjuni minn terz tal-bastimenti tat-tkarkir Ewropej li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd f’kull perjodu ta’ tliet xhur, abbażi ta’ sistema ta’ rotazzjoni, bil-għan li tiġi analizzata l-konformità tal-qabdiet mal-informazzjoni ddikjarata fil-ġurnali ta’ abbord tas-sajd.

Kull kontroll għandu jsir fi tmiem il-vjaġġ wara li jingħata avviż minn qabel 24 siegħa qabel u ma għandux idum aktar minn erba’ sigħat.

Dawn il-kontrolli għandhom isiru f’post li l-koordinati ġeografiċi tiegħu jridu jgħadduhom lill-kaptan u lill-aġent tal-bastiment l-awtoritajiet kompetenti.

Mit-tielet sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll, meta tibda tintuża s-sistema ta’ ġestjoni bbażata fuq il-kwoti (it-TACs), se tiġi riveduta l-frekwenza li biha jiġu ċċekkjati l-qabdiet biex titqies l-introduzzjoni tal-verifika tad-data dwar il-qabdiet permezz tal-ERS.

KAPITOLU VII

KSUR TAR-REGOLI

1.Trattament tal-ksur

Kull ksur imwettaq minn bastiment tal-UE li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd li jkun marbut mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness irid jissemma f’rapport tal-ispezzjoni.

L-iffirmar tar-rapport tal-ispezzjoni min-naħa tal-kaptan għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ sid il-bastiment li jiddefendi ruħu mill-akkuża tal-ksur.

2.Detenzjoni ta’ bastiment — laqgħa ta’ informazzjoni

Meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali tkun tipprevedi dan b’rabta mal-ksur allegat, kull bastiment tal-UE li jkun wettaq ksur jista’ jiġi mġiegħel iwaqqaf l-attività tas-sajd tiegħu u jirritorna lejn port tal-Guinea-Bissau f’każ li jkun qed ibaħħar.

Il-Guinea-Bissau għandha tavża lill-Unjoni Ewropea fi żmien 48 siegħa b’kull detenzjoni ta’ bastiment tal-Unjoni Ewropea li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd. Ma’ din in-notifika għandha tintbagħat l-evidenza tal-ksur allegat.

Qabel ma tieħu kwalunkwe miżura kontra l-bastiment, il-kaptan jew il-merkanzija, ħlief għal miżuri mmirati għall-ħarsien tal-evidenza, il-Guinea-Bissau għandha torganizza, fuq talba tal-Unjoni Ewropea, fi żmien jum tax-xogħol min-notifika tad-detenzjoni tal-bastiment, laqgħa ta’ informazzjoni sabiex jiġu ċċarati l-fatti li wasslu għad-detenzjoni tal-bastiment u sabiex jiġi spjegat x’azzjoni oħra tista’ tittieħed. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment jista’ jattendi din il-laqgħa ta’ informazzjoni.

3.Pieni għall-ksur — proċedura ta’ kompromess

Il-Guinea-Bissau għandha tistabbilixxi l-piena għall-ksur allegat skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha li tkun fis-seħħ.

Meta s-soluzzjoni għall-ksur tkun tinvolvi proċedimenti legali, qabel jingħata bidu għalihom, għandha tinbeda proċedura ta’ kompromess bejn il-Guinea-Bissau u l-Unjoni Ewropea sabiex jiġu stabbiliti t-termini tal-piena u l-livell tagħha. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment jista’ jieħu sehem f’din il-proċedura ta’ kompromess. Il-proċedura ta’ kompromess għandha tintemm sa mhux iktar tard minn erbat ijiem min-notifika tad-detenzjoni tal-bastiment.

4.Proċedimenti legali — garanzija bankarja

Jekk il-proċedura ta’ kompromess tfalli u l-ksur jitressaq quddiem il-qorti kompetenti, sid il-bastiment li jkun wettaq il-ksur għandu jiddepożita garanzija bankarja f’bank magħżul mill-Guinea-Bissau, li l-ammont tagħha, kif stabbilit mill-Guinea-Bissau, għandu jkun ikopri l-ispejjeż marbutin mad-detenzjoni tal-bastiment, il-multa stmata u kwalunkwe kumpens li jista’ jkun hemm ’il quddiem. Il-garanzija bankarja ma tistax tiġi rkuprata qabel ma jkunu ġew konklużi l-proċedimenti legali.

Il-garanzija bankarja għandha tiġi rrilaxxata u tingħata lura lil sid il-bastiment mingħajr dewmien wara li tinqata’ s-sentenza:

(a)kollha kemm hi, jekk ma tkun ġiet imposta l-ebda piena;

(b)skont l-ammont tal-bilanċ li jkun għad fadal, jekk il-piena tkun multa li tkun iżjed baxxa mill-ammont tal-garanzija bankarja.

Il-Guinea-Bissau għandha tgħarraf lill-Unjoni Ewropea bir-riżultat tal-proċedimenti legali fi żmien tmint ijiem minn meta tingħata s-sentenza.

5.Rilaxx tal-bastiment

Il-bastiment u l-kaptan tiegħu għandhom jiġu awtorizzati jħallu l-port ladarba l-multa tkun tħallset fi proċedura ta’ kompromess, jew ladarba l-garanzija bankarja tkun ġiet iddepożitata.

KAPITOLU VIII

IMBARK TAL-BAĦRIN

1.Għadd ta’ baħrin li għandhom jittellgħu abbord

Matul il-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu, kull bastiment tat-tkarkir tal-Unjoni Ewropea għandu jtella’ abbord baħrin mill-Guinea-Bissau fil-limiti li ġejjin:

(a)ħames baħrin jekk ikollu kapaċità ta’ inqas minn 250 TGR;

(b)sitt baħrin jekk ikollu kapaċità ta’ bejn 250 u 400 TGR;

(c)seba’ baħrin jekk ikollu kapaċità ta’ bejn 400 u 650 TGR;

(d)tmien baħrin jekk ikollu kapaċità ta’ iktar minn 650 TGR.

Is-sidien tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandhom jagħmlu ħilithom biex itellgħu abbord iktar baħrin nazzjonali.

2.Għażla tal-baħrin

L-awtoritajiet kompetenti tal-Guinea-Bissau għandhom jistabbilixxu lista indikattiva tal-baħrin li huma kkwalifikati u li għandhom, b’mod partikulari, iċ-ċertifikazzjoni tat-taħriġ dwar is-sigurtà fuq il-baħar (skont l-istandards tal-STCW) li jistgħu jittellgħu abbord il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea, u għandhom iżommu din il-lista aġġornata. Din il-lista u l-aġġornamenti regolari tagħha għandhom jintbagħtu lill-Unjoni Ewropea.

Il-lista titfassal abbażi ta’ kriterji li jippermettu li jingħażlu baħrin kompetenti u kkwalifikati. Il-baħri:

(a)għandu jkollu passaport validu tal-Guinea-Bissau;

(b)għandu jkollu ktejjeb validu tar-reġistrazzjoni tal-baħħara li jiċċertifika li huwa rċieva taħriġ bażiku dwar is-sigurtà fuq il-baħar għall-persunal tal-bastimenti tas-sajd skont l-istandards internazzjonali li jkunu fis-seħħ;

(c)għandu jkollu esperjenza ddokumentata tax-xogħol fuq bastimenti tas-sajd industrijali;

(d)għandu jkollu ċertifikat mediku validu li jiċċertifika li huwa kapaċi jwettaq dmirijietu abbord il-bastimenti tas-sajd.

Sid il-bastiment, jew l-aġent tiegħu, jistgħu jagħżlu lill-baħrin li għandhom itellgħu abbord minn fost dawk imniżżlin f’dik il-lista. Huma għandhom jgħarrfu lill-Guinea-Bissau li dawn ikunu żdiedu mal-ekwipaġġ tagħhom.

3.Kuntratti tal-baħrin

Il-kuntratti tax-xogħol tal-baħrin għandhom jitfasslu minn sid il-bastiment jew l-aġent tiegħu u l-baħrin involuti, li jistgħu jkunu rrappreżentati mit-trejdjunjins tagħhom jekk ikun hemm bżonn, flimkien mal-Guinea-Bissau. Il-kuntratti għandhom jistipulaw, b’mod partikulari, id-data u l-port tal-imbark.

Għall-baħrin, dawn il-kuntratti għandhom jiżguraw il-kopertura fis-sistema tas-sigurtà soċjali applikabbli għalihom fil-Guinea-Bissau. Dawn il-kuntratti għandhom jinkludu assigurazzjoni fuq il-ħajja u assigurazzjoni fuq il-mard u fuq l-inċidenti.

Il-firmatarji tal-kuntratt għandhom jingħataw kopja tiegħu.

Il-baħrin mill-Guinea-Bissau għandhom jingħataw id-drittijiet fundamentali tax-xogħol stabbiliti fid-dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (l-ILO). Dawn id-drittijiet għandhom x’jaqsmu l-iktar mal-libertà tal-assoċjazzjoni, mar-rikonoxximent effettiv tad-dritt għan-negozjar kollettiv u mat-tneħħija tad-diskriminazzjoni marbuta mal-impjiegi u max-xogħol.

4.Paga tal-baħrin

Sid il-bastiment għandu jħallas il-paga tal-baħrin mill-Guinea-Bissau. Din il-paga għandha tiġi stabbilita bi ftehim reċiproku bejn sid il-bastiment jew l-aġent tiegħu u l-Guinea-Bissau qabel ma tinħareġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd.

Il-paga ma għandhiex tkun iktar baxxa minn dik tal-ekwipaġġi tal-bastimenti tal-Guinea-Bissau jew mil-livell stabbilit mill-ILO.

5.Obbligi tal-baħrin

Il-baħri għandu jirrapporta lill-kaptan tal-bastiment li għalih ikun ingħażel lejlet id-data tal-imbark imniżżla fil-kuntratt tiegħu. Il-kaptan għandu javża lill-baħri bid-data u l-ħin tal-imbark. Jekk il-baħri ma jitfaċċax fid-data u fil-ħin previsti għall-imbark, jew jekk il-kwalifiki tiegħu ma jkunux jikkorrispondu għall-aspettattivi tal-kaptan, il-kuntratt tiegħu għandu jitqies li mhuwiex validu. Postu għandu jieħdu baħri ieħor mill-Guinea-Bissau, iżda dan ma għandux iwassal għal dewmien fit-tluq tal-bastiment.

KAPITOLU IX

OSSERVATURI

1.Osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd

Il-bastimenti li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom ikunu suġġetti għal skema ta’ osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd tagħhom imwettqin fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim.

Fil-każ tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn u tal-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ, iż-żewġ Partijiet għandhom jikkonsultaw malajr kemm jista’ jkun lill-pajjiżi kkonċernati b’rabta mal-istabbiliment ta’ sistema ta’ osservaturi reġjonali u mal-għażla tal-organizzazzjoni kompetenti tas-sajd.

Fil-każ tal-bastimenti tas-sajd l-oħrajn, fuqhom għandu jittella’ osservatur magħżul mill-Guinea-Bissau. Jekk l-osservatur ma jitfaċċax fil-ħin u fil-post maqbulin, postu għandu jieħdu xi ħadd ieħor sabiex il-bastiment ikun jista’ jibda l-attivitajiet tiegħu mingħajr dewmien.

2.Bastimenti u osservaturi magħżulin

Meta toħroġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd, il-Guinea-Bissau għandha tgħarraf lill-Unjoni Ewropea u lil sid il-bastiment, jew lill-aġent tiegħu, bil-bastimenti u bl-osservaturi magħżulin, kif ukoll bil-ħin li matulu l-osservatur ikun se jkun abbord kull bastiment. Il-Guinea-Bissau għandha tgħarraf minnufih lill-Unjoni Ewropea u lil sid il-bastiment, jew lill-aġent tiegħu, b’kull bidla fil-bastimenti u fl-osservaturi magħżulin.

L-osservaturi ma għandhomx iqattgħu iżjed ħin abbord il-bastiment milli għandhom bżonn biex iwettqu dmirijiethom.

3.Kontribuzzjoni finanzjarja b’rata fissa

Meta jħallas l-imposta, sid il-bastiment għandu jħallas lill-Guinea-Bissau ammont b’rata fissa ta’ EUR 8 000 fis-sena għal kull bastiment tat-tkarkir, adattat pro rata temporis skont it-tul ta’ żmien tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment ikkonċernat.

4.Paga tal-osservatur

Il-Guinea-Bissau għandha tħallas il-paga u l-kontribuzzjonijiet soċjali tal-osservatur.

5.Kundizzjonijiet tal-imbark

Meta jkun abbord, l-osservatur għandu jiġi ttrattat bħala uffiċjal. Madankollu, l-ilqugħ tal-osservatur abbord għandu jqis l-istruttura teknika tal-bastiment.

Sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel tal-osservatur abbord il-bastiment.

Il-kaptan għandu jieħu l-miżuri kollha li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu sabiex jiżgura s-sigurtà fiżika u l-benesseri ġenerali tal-osservatur.

L-osservatur għandu jingħata l-faċilitajiet kollha meħtieġa biex iwettaq dmirijietu. Huwa għandu jkollu aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni, għad-dokumenti marbutin mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, b’mod partikulari għall-ġurnal ta’ abbord tas-sajd u għall-ġurnal tan-navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment li huma marbutin b’mod dirett ma’ dmirijietu.

6.Obbligi tal-osservatur

Waqt li jkun abbord l-osservatur għandu:

(e)jieħu l-miżuri x-xierqa kollha sabiex ma jinterrompix jew ifixkel il-ħidmiet tas-sajd;

(f)iħares il-proprjetà u t-tagħmir li jkun hemm abbord;

(g)iħares in-natura kunfidenzjali ta’ kull dokument tal-bastiment.

7.Imbark u żbark tal-osservatur

Sid il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jgħarraf lill-Guinea-Bissau, tal-inqas għaxart ijiem qabel l-imbark, bid-data, bil-ħin u bil-port tal-imbark tal-osservatur. Jekk l-osservatur jittella’ abbord f’pajjiż barrani, sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħu lejn il-port tal-imbark.

Meta l-osservatur ma jitniżżilx f’port tal-Guinea-Bissau, sid il-bastiment għandu jiżgura r-ritorn tal-osservatur lura lejn il-Guinea-Bissau mill-aktar fis possibbli, u għandu jagħmel dan bi spejjeż tiegħu.

8.Kompiti tal-osservatur

L-osservatur għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a)huwa għandu josserva l-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment;

(b)għandu jivverifika l-pożizzjoni tal-bastiment waqt il-ħidmiet tas-sajd tiegħu;

(c)għandu jwettaq ħidmiet fil-kuntest ta’ programmi xjentifiċi, fosthom it-teħid ta’ kampjuni bijoloġiċi;

(d)għandu jieħu nota tal-irkaptu tas-sajd użat;

(e)għandu jivverifika d-data dwar il-qabdiet li jkunu saru fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau li tkun irrappurtata fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd;

(f)għandu jivverifika l-perċentwali tal-qabdiet inċidentali abbażi ta’ dak li huwa ddefinit fl-iskedi għal kull kategorija u jagħti stima tal-qabdiet skartati;

(g)għandu jibgħat l-osservazzjonijiet tiegħu darba kuljum fil-kuntest tat-twettiq ta’ dmirijietu, fosthom il-kwantità ta’ qabdiet ewlenin u inċidentali abbord.

9.Rapport tal-osservatur

Qabel ma jinżel minn fuq il-bastiment, l-osservatur għandu jagħti rapport tal-osservazzjonijiet tiegħu lill-kaptan tal-bastiment. Il-kaptan tal-bastiment għandu d-dritt iżid il-kummenti tiegħu fir-rapport tal-osservatur. Ir-rapport għandu jiġi ffirmat mill-osservatur u mill-kaptan. Il-kaptan għandu jirċievi kopja tar-rapport tal-osservatur.

L-osservatur għandu jibgħat ir-rapport tiegħu lill-Guinea-Bissau. Id-data dwar il-qabdiet u dwar il-qabdiet skartati għandha tintbagħat lill-istitut xjentifiku tal-Guinea-Bissau (is-CIPA) li, wara li jipproċessaha u janalizzaha, għandu jibgħatha lill-Kumitat xjentifiku konġunt iddefinit fl-Artikolu 7 ta’ dan il-Protokoll. Kopja tar-rapport tal-osservatur għandha tintbagħat b’mod elettroniku lill-Unjoni Ewropea.



Appendiċijiet

Appendiċi 1        Formola tat-talba għal awtorizzazzjoni tas-sajd

Appendiċi 2        Skedi tekniċi għal kull kategorija

Appendiċi 3        Sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS)

Appendiċi 4    Implimentazzjoni tas-sistema elettronika għar-reġistrazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd (l-ERS)



Appendiċi 1

Formola tat-talba għal awtorizzazzjoni tas-sajd

FTEHIM DWAR IS-SAJD BEJN IL-GUINEA-BISSAU U L-UNJONI EWROPEA

I.    L-APPLIKANT

1.    Isem l-applikant:    

2.    Isem l-organizzazzjoni tal-produtturi jew sid il-bastiment:    

3.    Indirizz tal-organizzazzjoni tal-produtturi jew ta’ sid il-bastiment:    

4.    Numru tat-telefown:    Numru tal-faks:    Indirizz tal-posta elettronika:    

5.    Isem il-kaptan:    Nazzjonalità:    Indirizz tal-posta elettronika:    

6.    Isem l-aġent lokali u l-indirizz tiegħu:    

II.     L-IDENTIFIKAZZJONI TAL-BASTIMENT

7.    Isem il-bastiment:    

8.    Stat tal-bandiera:    Port tar-reġistrazzjoni:    

9.    Immarkar estern:     MMSI:    Numru tal-OMI:    

10.    Data tar-reġistrazzjoni tal-bandiera attwali (JJ/XX/SSSS): …/…/…

Il-bandiera ta’ qabel (jekk kien hemm):    

11.    Post tal-kostruzzjoni: Data (JJ/XX/SSSS): …/…/…

12.    Frekwenza tas-sejħa bir-radju: HF:    VHF:    

13.    Numru tat-telefown bis-satellita:    Sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju (IRCS):    

III.    KARATTERISTIĊI TEKNIĊI TAL-BASTIMENT

14.    Tul totali tal-bastiment (f’metri):    Wisa’ totali (f’metri):    

Tunnellaġġ (mogħti f’TG skont il-konvenzjoni ta’ Londra):    

15.    Tip ta’ magna:    Qawwa tal-magna (f’kW):    

16.    Għadd ta’ membri tal-ekwipaġġ:    

17.    Metodu ta’ konservazzjoni abbord: [ ]    Bis-silġ    [ ] Żamma fil-friġġ    [ ] Metodu mħallat    [ ] Żamma fil-friża

18.    Kapaċità ta’ pproċessar kuljum (fuq 24 siegħa) f’tunnellati:    

Għadd ta’ stivi għall-ħut:     Kapaċità totali tal-istivi għall-ħut (f’m3):         

19.    VMS – dettalji dwar l-istrument għall-monitoraġġ awtomatiku tal-pożizzjoni:

Manifattur:    Mudell:    Numru tas-serje:    

Verżjoni tas-softwer:    Operatur tas-satellita (MCSP):    

IV.    ATTIVITÀ TAS-SAJD

20.    Irkaptu tas-sajd awtorizzat:    [ ] tartaruni tal-borża    [ ] konzijiet    [ ] qasab

21.    Post fejn jinħattu l-art il-qabdiet:    

22.    Liċenzja mitluba għall-perjodu minn (JJ/XX/SSSS) …/…/… sa (JJ/XX/SSSS) …/…/…

Jien, il-firmatarju t’hawn taħt, niċċertifika li t-tagħrif mogħti f’din il-formola huwa veru u korrett u ġenwin.

Magħmul fi , nhar il-.../.../

Firma tal-applikant:    



SKEDA 1

IL-KATEGORIJA TAS-SAJD NUMRU 1 — IL-BASTIMENTI TAT-TKARKIR GĦALL-ĦUT U GĦAĊ-ĊEFALOPODI MGĦAMMRA BI FRIŻA

1.    Żona tas-sajd

Lil hinn minn 12-il mil nawtiku mil-linja bażi, fosthom iż-żona ta’ ġestjoni komuni ta’ bejn il-Guinea-Bissau u s-Senegal, li tasal sal-angolu ażimut ta’ 268° fit-Tramuntana.

2.    Irkaptu awtorizzat

2.1    Huma awtorizzati x-xbieki standard tat-tkarkir bid-diriġenti u l-irkaptu selettiv l-ieħor.

2.2    It-tanguni huma awtorizzati.

2.3    Fil-każ tat-tipi kollha tal-irkaptu tas-sajd, huwa pprojbit l-użu ta’ kull mezz jew tagħmir li jimblokka l-malji tax-xbieki jew li jnaqqas l-azzjoni selettiva tagħhom. Madankollu, sabiex jiġi evitat li x-xbieki jitherrew jew jiċċarrtu, man-naħa ta’ taħt tal-manka ta’ xibka tat-tkarkir tal-qiegħ biss jistgħu jitwaħħlu sottovesti ta’ protezzjoni magħmulin mix-xbiek jew minn xi drapp ieħor. It-tali sottovesti jridu jitwaħħlu biss mat-truf ta’ quddiem u tal-ġnub tal-manka tax-xibka tat-tkarkir. Għan-naħa ta’ fuq tax-xibka tat-tkarkir jista’ jintuża tagħmir ta’ protezzjoni, iżda dan irid ikun magħmul minn biċċa waħda tax-xibka li tkun magħmula mill-istess materjal tal-manka u li l-malji tagħha jkunu ta’ mill-inqas 300 millimetru meta d-drapp ikun stirat.

2.4    Huwa pprojbit li wieħed jirdoppja r-raden, sempliċi jew immaljat, tal-manka.

3.    Daqs minimu tal-malja awtorizzat

70 mm

4.    Qabdiet inċidentali

Fl-ewwel sentejn tal-applikazzjoni tal-Protokoll, fi tmiem kull vjaġġ, il-bastimenti ma jistax ikollhom abbord iktar minn 5 % mill-qabdiet kollha li jkunu għamlu fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau li jkunu krustaċji.

Mit-tielet sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll:

fi tmiem kull vjaġġ, il-bastimenti tat-tkarkir għall-ħut ma jistax ikollhom abbord iktar minn 5 % mill-qabdiet kollha li jkunu għamlu fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau li jkunu krustaċji u iktar minn 15 % minnhom li jkunu ċefalopodi. Il-qabdiet tat-totlu (Todarodes sagittatus u Todaropsis eblanae) huma awtorizzati u jingħaddu mal-ispeċijiet fil-mira;

fi tmiem kull vjaġġ, il-bastimenti tat-tkarkir għaċ-ċefalopodi ma jistax ikollhom abbord iktar minn 60 % mill-qabdiet kollha li jkunu għamlu fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau li jkunu ħut u iktar minn 5 % minnhom li jkunu krustaċji.

Kull qbiż tal-perċentwali tal-qabdiet inċidentali awtorizzati għandu jiġi ppenalizzat skont il-liġijiet tal-Guinea-Bissau.

Iż-żewġ Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-Kumitat Konġunt sabiex jadattaw ir-rata awtorizzata abbażi ta’ rakkomandazzjoni tal-Kumitat xjentifiku konġunt.

5.    Tunnellaġġ awtorizzat u imposti

5.1    It-tunnellaġġ awtorizzat fl-ewwel sentejn tal-Protokoll (f’TGR)

3 500 TGR fis-sena

5.2    L-imposti f’Euro għal kull TGR fl-ewwel sentejn tal-Protokoll

EUR 282 għal kull TGR fis-sena

Fil-każ tal-liċenzji għal perjodu ta’ tliet xhur jew ta’ sitt xhur, l-imposti għandhom jiġu kkalkulati pro rata temporis u jiżdiedu b’4 % jew bi 2,5 % rispettivament.

5.3    It-tunnellaġġ awtorizzat mit-tielet sena tal-Protokoll sa tmiemu (f’TAC)

11 000 tunnellata fis-sena għall-ħut tal-qiegħ

1 500 tunnellata fis-sena għaċ-ċefalopodi

5.4    L-imposti f’Euro għal kull tunnellata mit-tielet sena tal-Protokoll sa tmiemu

EUR 90 għal kull tunnellata għall-ħut tal-qiegħ

EUR 270 għal kull tunnellata għaċ-ċefalopodi



SKEDA 2

IL-KATEGORIJA TAS-SAJD NUMRU 2 — IL-BASTIMENTI TAT-TKARKIR GĦALL-GAMBLI

1.    Żona tas-sajd

Lil hinn minn 12-il mil nawtiku mil-linja bażi, fosthom iż-żona ta’ ġestjoni komuni ta’ bejn il-Guinea-Bissau u s-Senegal, li tasal sal-angolu ażimut ta’ 268° fit-Tramuntana.

2.    Irkaptu awtorizzat

2.1    Huma awtorizzati x-xbieki standard tat-tkarkir bid-diriġenti u l-irkaptu selettiv l-ieħor.

2.2    It-tanguni huma awtorizzati.

2.3    Fil-każ tat-tipi kollha tal-irkaptu tas-sajd, huwa pprojbit l-użu ta’ kull mezz jew tagħmir li jimblokka l-malji tax-xbieki jew li jnaqqas l-azzjoni selettiva tagħhom. Madankollu, sabiex jiġi evitat li x-xbieki jitherrew jew jiċċarrtu, man-naħa ta’ taħt tal-manka ta’ xibka tat-tkarkir tal-qiegħ biss jistgħu jitwaħħlu sottovesti ta’ protezzjoni magħmulin mix-xbiek jew minn xi drapp ieħor. It-tali sottovesti jridu jitwaħħlu biss mat-truf ta’ quddiem u tal-ġnub tal-manka tax-xibka tat-tkarkir. Għan-naħa ta’ fuq tax-xibka tat-tkarkir jista’ jintuża tagħmir ta’ protezzjoni, iżda dan irid ikun magħmul minn biċċa waħda tax-xibka li tkun magħmula mill-istess materjal tal-manka u li l-malji tagħha jkunu ta’ mill-inqas 300 millimetru meta d-drapp ikun stirat.

2.4    Huwa pprojbit li wieħed jirdoppja r-raden, sempliċi jew immaljat, tal-manka.

3.    Daqs minimu tal-malja awtorizzat

50 mm

4.    Qabdiet inċidentali

4.1    Fi tmiem kull vjaġġ, il-bastimenti tat-tkarkir għall-gambli ma jistax ikollhom abbord iktar minn 15 % mill-qabdiet kollha li jkunu għamlu fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau li jkunu ċefalopodi u iktar minn 70 % minnhom li jkunu ħut.

4.2    Kull qbiż tal-perċentwali tal-qabdiet inċidentali awtorizzati għandu jiġi ppenalizzat skont il-liġijiet tal-Guinea-Bissau.

4.3    Iż-żewġ Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-Kumitat Konġunt sabiex jadattaw ir-rata awtorizzata abbażi ta’ rakkomandazzjoni tal-Kumitat xjentifiku konġunt.

5.    Tunnellaġġ awtorizzat u imposti

5.1    It-tunnellaġġ awtorizzat fl-ewwel sentejn tal-Protokoll (f’TGR)

3 700 TGR fis-sena

5.2    L-imposti f’Euro għal kull TGR fl-ewwel sentejn tal-Protokoll

EUR 395 għal kull TGR fis-sena

Fil-każ tal-liċenzji għal perjodu ta’ tliet xhur jew ta’ sitt xhur, l-imposti għandhom jiġu kkalkulati pro rata temporis u jiżdiedu b’4 % jew bi 2,5 % rispettivament.

5.3    It-tunnellaġġ awtorizzat mit-tielet sena tal-Protokoll sa tmiemu (f’TAC)

2 500 tunnellata fis-sena

5.4    L-imposti f’Euro għal kull tunnellata mit-tielet sena tal-Protokoll sa tmiemu

EUR 280 għal kull tunnellata








SKEDA 3

IL-KATEGORIJA TAS-SAJD NUMRU 3 — IL-BASTIMENTI TAS-SAJD GĦAT-TONN BIL-QASBA

1.    Żona tas-sajd

1.1    Lil hinn minn 12-il mil nawtiku mil-linja bażi, fosthom iż-żona ta’ ġestjoni komuni ta’ bejn il-Guinea-Bissau u s-Senegal, li tasal sal-angolu ażimut ta’ 268° fit-Tramuntana.

1.2    Il-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasba huma awtorizzati jistadu għal-lixka ħajja sabiex iwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau.

2.    Irkaptu awtorizzat

2.1    Il-qasab

2.2    It-tartaruni tal-borża bil-lixka ħajja: 16-il mm

3.    Qabdiet inċidentali 

3.1    Is-sajd għall-gabdoll (Cetorhinus maximus), għall-kelb il-baħar l-abjad (Carcharodon carcharias), għall-pixxivolpi għajnu kbira (Alopias superciliosus), għall-kurazzi tal-familja tal-iSphyrnidae (ħlief għall-kurazza tiburo), għall-kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku (Carcharhinus longimanus) u għall-kelb il-baħar ħariri (Carcharhinus falciformis) huwa pprojbit skont il-Konvenzjoni dwar l-ispeċijiet tal-ħut li jpassi u skont ir-riżoluzzjonijiet tal-ICCAT. Is-sajd għat-tawru (Carcharias taurus) u għall-kelb il-baħar (Galeorhinus galeus) huwa pprojbit.

3.2    Iż-żewġ Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-Kumitat Konġunt sabiex jaġġornaw din il-lista abbażi tar-rakkomandazzjonijiet xjentifiċi.

4.    Tunnellaġġ awtorizzat u imposti

4.1    L-ammont annwali b’rata fissa bil-quddiem

EUR 2 500 għal 45,5 tunnellata għal kull bastiment

4.2    L-imposta addizzjonali għal kull tunnellata mistada

EUR 55 għal kull tunnellata

4.3    L-għadd ta’ bastimenti li huma awtorizzati jistadu

13-il bastiment





SKEDA 4



IL-KATEGORIJA TAS-SAJD NUMRU 4 — IL-BASTIMENTI TAS-SAJD GĦAT-TONN BIT-TARTARUNI MGĦAMMRA BI FRIŻA U L-BASTIMENTI TAS-SAJD BIL-KONZ

.    Żona tas-sajd

Lil hinn minn 12-il mil nawtiku mil-linja bażi, fosthom iż-żona ta’ ġestjoni komuni ta’ bejn il-Guinea-Bissau u s-Senegal, li tasal sal-angolu ażimut ta’ 268° fit-Tramuntana.

2.    Irkaptu awtorizzat

It-tartaruni u l-konzijiet tal-wiċċ

3.    Qabdiet inċidentali

Is-sajd għall-gabdoll (Cetorhinus maximus), għall-kelb il-baħar l-abjad (Carcharodon carcharias), għall-pixxivolpi għajnu kbira (Alopias superciliosus), għall-kurazzi tal-familja tal-iSphyrnidae (ħlief għall-kurazza tiburo), għall-kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku (Carcharhinus longimanus) u għall-kelb il-baħar ħariri (Carcharhinus falciformis) huwa pprojbit skont il-Konvenzjoni dwar l-ispeċijiet tal-ħut li jpassi u skont ir-riżoluzzjonijiet tal-ICCAT. Is-sajd għat-tawru (Carcharias taurus) u għall-kelb il-baħar (Galeorhinus galeus) huwa pprojbit.

Iż-żewġ Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-Kumitat Konġunt sabiex jaġġornaw din il-lista abbażi tar-rakkomandazzjonijiet xjentifiċi.

4.    Tunnellaġġ awtorizzat u imposti

4.1    L-ammont annwali b’rata fissa bil-quddiem

EUR 4 500 għal 64,3 tunnellata għal kull bastiment tas-sajd bit-tartaruni

EUR 3 000 għal 54,5 tunnellata għal kull bastiment tas-sajd bil-konz

4.2    L-imposta addizzjonali għal kull tunnellata maqbuda

EUR 70 għal kull tunnellata għall-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni

EUR 55 għal kull tunnellata għall-bastimenti tas-sajd bil-konz

4.3    L-imposta li tapplika għall-bastimenti ta’ appoġġ

EUR 3 000 fis-sena għal kull bastiment

4.4    L-għadd ta’ bastimenti li huma awtorizzati jistadu

28 bastiment



SKEDA 5

IL-KATEGORIJA TAS-SAJD NUMRU 5 — IL-BASTIMENTI TAS-SAJD GĦALL-ĦUT PELAĠIKU Ż-ŻGĦIR

1.    Żona tas-sajd

Lil hinn minn 12-il mil nawtiku mil-linja bażi, fosthom iż-żona ta’ ġestjoni komuni ta’ bejn il-Guinea-Bissau u s-Senegal, li tasal sal-angolu ażimut ta’ 268° fit-Tramuntana.

2.    Bastimenti u rkaptu awtorizzati

Il-bastimenti b’kapaċità ta’ 5 000 TG jew inqas biss huma awtorizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Guinea-Bissau.

L-irkaptu awtorizzat huwa x-xbieki tat-tkarkir pelaġiku u t-tartaruni tal-borża għas-sajd industrijali.

3.    Daqs minimu tal-malja awtorizzat

70 mm għax-xbieki tat-tkarkir

4.    Qabdiet inċidentali

4.1    Fi tmiem kull vjaġġ, il-bastimenti tat-tkarkir ma jistax ikollhom abbord iktar minn 10 % mill-qabdiet kollha li jkunu għamlu fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau li jkunu ħut mhux pelaġiku, iktar minn 10 % minnhom li jkunu ċefalopodi u iktar minn 5 % minnhom li jkunu krustaċji.

4.2    Kull qbiż tal-perċentwali tal-qabdiet inċidentali awtorizzati għandu jiġi ppenalizzat skont il-liġijiet tal-Guinea-Bissau.

4.3    Iż-żewġ Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-Kumitat Konġunt sabiex jadattaw ir-rata awtorizzata abbażi ta’ rakkomandazzjoni tal-Kumitat xjentifiku konġunt.

5.    Tunnellaġġ awtorizzat u imposti

5.1    It-tunnellaġġ awtorizzat fl-ewwel sentejn tal-Protokoll (f’TGR)

15 000 TGR fis-sena

5.2    L-imposti f’Euro għal kull TGR fl-ewwel sentejn tal-Protokoll

EUR 250 għal kull TGR fis-sena

Fil-każ tal-liċenzji għal perjodu ta’ tliet xhur jew ta’ sitt xhur, l-imposti għandhom jiġu kkalkulati pro rata temporis u jiżdiedu b’4 % jew bi 2,5 % rispettivament.

5.3    It-tunnellaġġ awtorizzat mit-tielet sena tal-Protokoll sa tmiemu (f’TAC)

18 000 tunnellata fis-sena

5.4    L-imposti f’Euro għal kull tunnellata mit-tielet sena tal-Protokoll sa tmiemu

EUR 100 għal kull tunnellata (għall-bastimenti ta’ iktar minn 1 000 TG)

EUR 75 għal kull tunnellata (għall-bastimenti ta’ 1 000 TG jew inqas)



Il-kunċett ta’ vjaġġ:

Għall-finijiet ta’ dan l-Appendiċi, it-tul ta’ vjaġġ ta’ bastiment Ewropew huwa ddefinit kif ġej:

- jew il-perjodu ta’ bejn id-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau u l-ħruġ minnha;

- jew il-perjodu ta’ bejn id-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau u t-trażbord;

- jew il-perjodu ta’ bejn id-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau u l-ħatt l-art f’dan il-pajjiż.

Appendiċi 3

SISTEMA TA’ MONITORAĠĠ TAL-BASTIMENTI (VMS)

1.    Messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti — il-VMS

L-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara d-dħul fiż-żona tal-Guinea-Bissau għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “ENT”. Il-pożizzjonijiet kollha ta’ wara għandhom jiġu identifikati bil-kodiċi “POS”, ħlief għall-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara l-ħruġ miż-żona tal-Guinea-Bissau, li għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “EXI”.

Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jiżgura l-ipproċessar awtomatiku u, jekk ikun hemm bżonn, it-trażmissjoni elettronika tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni. Il-messaġġi dwar il-pożizzjoni għandhom jiġu rreġistrati b’mod sigur u għandhom jinżammu għal perjodu ta’ tliet snin.

2.    Trażmissjoni min-naħa tal-bastiment f’każ ta’ ħsara fil-VMS

Il-kaptan għandu jiżgura f’kull ħin li l-VMS tal-bastiment tiegħu tkun qed taħdem bis-sħiħ u li l-messaġġi dwar il-pożizzjoni jkunu qed jiġu trażmessi b’mod korrett liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera.

F’każ ta’ ħsara fil-VMS tal-bastiment, din is-sistema għandha tissewwa jew tinbidel fi żmien 30 jum. Wara dak il-perjodu, il-bastiment ma jibqax awtorizzat jistad fiż-żona tal-Guinea-Bissau.

Il-bastimenti li jkunu qed jistadu fiż-żona tal-Guinea-Bissau b’VMS difettuża għandhom jibagħtu l-messaġġi dwar il-pożizzjoni tagħhom permezz ta’ ittra elettronika, bir-radju jew permezz ta’ faks liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, mill-inqas kull erba’ sigħat, u għandhom jipprovdu l-informazzjoni obbligatorja kollha.

3.    Komunikazzjoni sigura tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni lill-Guinea-Bissau

Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat awtomatikament il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti kkonċernati liċ-ĊMS tal-Guinea-Bissau. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS tal-Guinea-Bissau għandhom jiskambjaw l-indirizzi elettroniċi ta’ kuntatt tagħhom u għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin b’kull bidla f’dawn l-indirizzi.

It-trażmissjoni tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bejn iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS tal-Guinea-Bissau għandha ssir b’mod elettroniku bl-użu ta’ sistema sigura tal-komunikazzjoni.

Iċ-ĊMS tal-Guinea-Bissau għandu jgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni minnufih b’kull interruzzjoni fil-wasla tal-messaġġi konsekuttivi dwar il-pożizzjoni ta’ bastiment li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd, meta l-bastiment ikkonċernat ma jkunx innotifika l-ħruġ tiegħu miż-żona.

4.    Ħsara fis-sistema ta’ komunikazzjoni

Il-Guinea-Bissau għandha tiżgura li t-tagħmir elettroniku tagħha jkun kompatibbli ma’ dak taċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u għandha tgħarraf lill-Unjoni minnufih b’kull ħsara fil-komunikazzjoni u fil-wasla tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bil-għan li tinstab soluzzjoni teknika mill-aktar fis possibbli. Il-Kumitat Konġunt għandu jipprova jsolvi kwalunkwe tilwim li jista’ jirriżulta minn dan.

Il-kaptan għandu jitqies bħala responsabbli għal kull manipulazzjoni ppruvata tal-VMS tal-bastiment li jkollha l-għan li tfixkel l-operat ta’ din is-sistema jew li tiffalsifika l-messaġġi tagħha dwar il-pożizzjoni tal-bastiment. Kull ksur għandu jkun suġġett għall-pieni previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Guinea-Bissau li tkun fis-seħħ.

5.    Bidla fil-frekwenza tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni

Abbażi ta’ evidenza ddokumentata li tipprova ksur, il-Guinea-Bissau tista’ tistaqsi liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, filwaqt li tibgħat kopja wkoll lill-Unjoni, inaqqas l-intervall biex il-bastiment jibgħat il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tiegħu għal kull nofsiegħa għal perjodu partikulari tal-investigazzjoni. Il-Guinea-Bissau għandha tibgħat din l-evidenza ddokumentata liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibda jibgħat minnufih il-messaġġi dwar il-pożizzjoni lill-Guinea-Bissau bil-frekwenza l-ġdida.

Fi tmiem il-perjodu partikulari tal-investigazzjoni, il-Guinea-Bissau għandha tgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni b’kull monitoraġġ li jista’ jkun meħtieġ.

6.    Komunikazzjoni tal-messaġġi tal-VMS lill-Guinea-Bissau

Element tad-data

Kodiċi

Obbligatorju/Fakultattiv

Kontenut

Bidu tar-reġistrazzjoni

SR

O

Dettall dwar is-sistema li jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni

Destinatarju

AD

O

Dettall dwar il-messaġġ – Il-kodiċi alfa-3 tal-pajjiż destinatarju (ISO-3166)

Speditur

FR

O

Dettall dwar il-messaġġ – Il-kodiċi alfa-3 tal-pajjiż li jkun qed jibgħat il-messaġġ (ISO-3166)

Stat tal-bandiera

FS

O

Dettall dwar il-messaġġ – Il-kodiċi alfa-3 tal-Istat tal-bandiera (ISO-3166)

Tip ta’ messaġġ

TM

O

Dettall dwar il-messaġġ – It-tip ta’ messaġġ (ENT, POS, EXI, MAN)

Sinjal tas-sejħa bir-radju (l-IRCS)

RC

O

Dettall dwar il-bastiment – Is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju tal-bastiment (l-IRCS)

Numru ta’ referenza intern tal-parti kontraenti

IR

Dettall dwar il-bastiment – In-numru uniku tal-parti kontraenti, mogħti bħala l-kodiċi alfa-3 (ISO-3166) segwit min-numru

Numru tar-reġistrazzjoni estern

XR

O

Dettall dwar il-bastiment – In-numru mmarkat fuq il-ġenb tal-bastiment (ISO 8859.1)

Latitudni

LT

O

Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – Il-pożizzjoni fi gradi u fi gradi deċimali N/S GG.ggg (WGS84)

Lonġitudni

LG

O

Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – Il-pożizzjoni fi gradi u fi gradi deċimali E/W GG.ggg (WGS84)

Rotta

CO

O

Ir-rotta tal-bastiment fuq skala ta’ 360°grad

Veloċità

SP

O

Il-veloċità tal-bastiment f’wieħed minn kull għaxar mili nawtiċi

Data

DA

O

Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – Id-data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f’UTC (SSSSXXJJ)

Ħin

TI

O

Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – Il-ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f’UTC (SSMM)

Tmiem ir-reġistrazzjoni

ER

O

Dettall dwar is-sistema li jindika tmiem ir-reġistrazzjoni

Mat-trażmissjoni trid tintbagħat l-informazzjoni li ġejja sabiex is-CSCP tal-Guinea-Bissau jkun jista’ jidentifika s-CSCP li jkun bagħat l-informazzjoni:

l-indirizz IP tas-server CSCP u/jew ir-referenzi tad-DNS;

iċ-ċertifikat tal-SSL (il-katina sħiħa tal-awtoritajiet taċ-ċertifikazzjoni).

It-trażmissjoni tad-data hija strutturata kif ġej:

il-karattri użati jridu jkunu konformi mal-istandard tal-ISO 8859.1;

linja mmejla doppja (//) u l-kodiċi “SR” jindikaw il-bidu tal-messaġġ;

kull element tad-data jiġi identifikat mill-kodiċi tiegħu u jingħażel mill-elementi l-oħrajn tad-data permezz ta’ linja mmejla doppja (//);

linja mmejla waħda (/) tissepara l-kodiċi minn mad-data;

il-kodiċi “ER” segwit minn linja mmejla doppja (//) jindika tmiem il-messaġġ.



Appendiċi 4

Implimentazzjoni tas-sistema elettronika għar-reġistrazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd (l-ERS)

Reġistrazzjoni tad-data dwar is-sajd u trażmissjoni tad-dikjarazzjonijiet permezz tal-ERS

(1)    Meta jkun fiż-żona tas-sajd, il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni li jkollu liċenzja maħruġa skont dan il-Protokoll irid jagħmel dan li ġej:

(a)    jirreġistra kull dħul fiż-żona tas-sajd u kull ħruġ minnha permezz ta’ messaġġ speċifiku li jkun fih il-kwantitajiet ta’ kull speċi li jkunu qed jinżammu abbord fil-mument tat-tali dħul fiż-żona tas-sajd jew tat-tali ħruġ minnha, kif ukoll id-data, il-ħin u l-pożizzjoni li fihom ikun se jsir dak id-dħul jew dak il-ħruġ. Dan il-messaġġ għandu jintbagħat liċ-ĊMS tal-Guinea-Bissau permezz tal-ERS jew b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni sa sagħtejn qabel dan id-dħul jew dan il-ħruġ;

(b)    jirreġistra l-pożizzjoni tal-bastiment kuljum f’nofsinhar jekk ma jkun sar l-ebda sajd;

(c)    għal kull ħidma tas-sajd li tkun twettqet, jirreġistra l-pożizzjoni fejn din tkun twettqet, it-tip ta’ rkaptu li jkun intuża u l-kwantitajiet ta’ kull speċi maqbuda, u jagħmel distinzjoni bejn il-qabdiet li jkunu nżammu abbord u dawk li jkunu ġew skartati. Kull speċi trid tiġi identifikata bil-kodiċi alfa-3 tal-FAO tagħha, waqt li l-kwantitajiet iridu jingħataw f’kilogrammi ta’ piż ħaj, jew jekk ikun meħtieġ, fl-għadd ta’ ħut individwali;

(d)    jibgħat lill-Istat tal-bandiera tiegħu, kuljum u sa mhux iktar tard minn nofs il-lejl, id-data li tkun ġiet irreġistrata fil-ġurnal elettroniku ta’ abbord tas-sajd. Din id-data trid tintbagħat għal kull jum li l-bastiment iqatta’ fiż-żona tas-sajd, anke jekk ma tkun saret l-ebda qabda. Trid tintbagħat ukoll qabel ma l-bastiment joħroġ miż-żona tas-sajd.

(2)    Il-kaptan huwa responsabbli għall-preċiżjoni tad-data rreġistrata u mibgħuta.

(3)    Skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV tal-Anness ta’ dan il-Protokoll, l-Istat tal-bandiera għandu jqiegħed id-data tal-ERS għad-dispożizzjoni taċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd (iċ-ĊMS) tal-Guinea-Bissau. 

Id-data bil-format UN/CEFACT għandha tiġi trażmessa permezz tan-netwerk FLUX li l-Kummissjoni Ewropea tqiegħed għad-dispożizzjoni.

Jekk dan ma jkunx possibbli, sa tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, id-data għandha tiġi trażmessa permezz tad-DEH (id-“Data Exchange Highway”) fil-format EU-ERS (fil-verżjoni 3.1 tiegħu).

Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat awtomatikament u mingħajr dewmien il-messaġġi istantanji li jkun qed jibgħat il-bastiment (il-messaġġi COE, COX u PNO) liċ-ĊMS tal-Guinea-Bissau. It-tipi ta’ messaġġi l-oħrajn ukoll għandhom jintbagħtu awtomatikament darba kuljum mid-data meta jibda jintuża b’mod effettiv il-format UN-CEFACT jew, sa ma jseħħ dan, għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni taċ-ĊMS tal-Guinea-Bissau mingħajr dewmien meta ssir talba awtomatika għalihom liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera permezz tan-nodu ċentrali tal-Kummissjoni Ewropea. Minn meta jiġi implimentat b’mod effettiv il-format il-ġdid, dan il-mod ta’ trażmissjoni msemmi l-aħħar għandu jintuża biss għal talbiet speċifiċi għal data storika.

(4)    Iċ-ĊMS tal-Guinea-Bissau għandu jikkonferma li rċieva d-data istantanja tal-ERS li tkun intbagħtitlu billi jibgħat messaġġ ta’ ritorn li fih jikkonferma l-wasla tad-data u l-validità tal-messaġġ li huwa rċieva. Ma għandha tintbagħat l-ebda konferma tal-wasla fil-każ tad-data li l-Guinea-Bissau tirċievi bi tweġiba għal talba li tkun għamlet hija stess. Il-Guinea-Bissau għandha tittratta d-data kollha tal-ERS b’mod kunfidenzjali.

Falliment tas-sistema ta’ trażmissjoni elettronika abbord il-bastiment jew tas-sistema ta’ komunikazzjoni

(5)    Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS tal-Guinea-Bissau għandhom jgħarrfu lil xulxin mingħajr dewmien b’kull avveniment li jista’ jaffettwa t-trażmissjoni tad-data tal-ERS ta’ bastiment wieħed jew iktar.

(6)    Jekk iċ-ĊMS tal-Guinea-Bissau ma jirċevix id-data li bastiment suppost jibgħat, għandu jgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera mingħajr dewmien b’dan. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jipprova jara malajr kemm jista’ jkun għalfejn dan ma rċeviex din id-data tal-ERS u għandu jgħarraf liċ-ĊMS tal-Guinea-Bissau bir-riżultat ta’ dawn l-investigazzjonijiet.

(7)    Meta t-trażmissjoni bejn bastiment u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera tfalli, dan iċ-ĊMS għandu jgħarraf lill-kaptan jew lill-operatur tal-bastiment jew lir-rappreżentant jew lir-rappreżentanti tagħhom mingħajr dewmien b’dan. Malli jirċievi din in-notifika, il-kaptan tal-bastiment għandu jibgħat id-data li tkun nieqsa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-bandiera b’kull mezz xieraq ta’ telekomunikazzjoni kuljum sa mhux iktar tard minn nofs il-lejl.

(8)    F’każ ta’ ħsara fis-sistema ta’ trażmissjoni elettronika installata abbord il-bastiment, il-kaptan jew l-operatur tal-bastiment għandhom jiżguraw li l-ħsara tissewwa jew li l-ERS tinbidel fi żmien għaxart ijiem minn meta jindunaw bil-ħsara. Ladarba jgħaddi dak il-perjodu, il-bastiment ma jibqax awtorizzat jistad fiż-żona tas-sajd u jkollu joħroġ minn din iż-żona jew jidħol f’port tal-Guinea-Bissau fi żmien 24 siegħa. Il-bastiment għandu jkun jista’ jitlaq minn dak il-port jew jerġa’ jidħol fiż-żona tas-sajd biss meta ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera tiegħu jkun aċċerta ruħu li l-ERS qed terġa’ taħdem kif suppost.

(9)    Jekk il-Guinea-Bissau ma tkunx irċeviet id-data tal-ERS minħabba ħsara fis-sistemi elettroniċi li jkunu taħt il-kontroll tal-Parti Ewropea jew taħt il-kontroll tagħha, il-Parti kkonċernata għandha tieħu mill-ewwel il-miżuri kollha meħtieġa biex issolvi l-ħsara mill-aktar fis possibbli. Il-Parti l-oħra għandha tiġi mgħarrfa mill-ewwel malli tissolva l-problema.

(10)    Kull 24 siegħa, iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat id-data kollha tal-ERS li l-Istat tal-bandiera jkun irċieva mill-aħħar trażmissjoni liċ-ĊMS tal-Guinea-Bissau b’kull mezz ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli. L-istess proċedura tista’ tintuża fuq talba tal-Guinea-Bissau f’każ ta’ ħidma ta’ manutenzjoni ta’ iktar minn 24 siegħa li taffettwa s-sistemi li jkunu taħt il-kontroll tal-Parti Ewropea. Il-Guinea-Bissau għandha tavża lis-servizzi ta’ kontroll kompetenti tagħha sabiex il-bastimenti tal-Unjoni ma jitqisux li qed jonqsu milli jħarsu l-obbligu tagħhom li jibagħtu d-data tal-ERS tagħhom. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jiżgura li jdaħħal id-data li tkun nieqsa fil-bażi tad-data elettronika tiegħu skont il-punt 3.

ANNESS II

Ambitu tas-setgħat mogħtija u l-proċedura biex tiġi stabbilita l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt

1.Il-Kummissjoni hija awtorizzata tinnegozja mar-Repubblika tal-Guinea-Bissau u tapprova l-emendi tal-Protokoll marbutin mal-kwistjonijiet li ġejjin f’isem l-Unjoni meta dan ikun xieraq u sakemm tħares il-punt 3 u l-punti ta’ warajh ta’ dan l-Anness:

(a)ir-reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd u, b’hekk, tal-kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 8(2) u (4) tal-Protokoll;

(b)l-adattament tar-regoli għall-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll;

(c)l-adattament tal-miżuri ta’ ġestjoni li jidħlu fil-kompetenza tal-Kumitat Konġunt skont l-Artikoli 6(4) u 7(4), kif ukoll l-adattament tad-dispożizzjonijiet marbutin mal-kundizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd skont l-Artikolu 8(5) tal-Protokoll.

2.Fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim ta’ Sħubija, l-Unjoni għandha:

(a)taġixxi skont l-għanijiet li hija ssegwi fil-qafas tal-politika komuni tas-sajd;

(b)tippromwovi t-teħid ta’ pożizzjonijiet li jkunu kompatibbli mar-regoli rilevanti adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd u li jkunu jqisu l-ġestjoni konġunta min-naħa tal-Istati kostali.

3.Meta jkun previst li tiġi adottata deċiżjoni dwar l-emendi tal-Protokoll imsemmijin fil-punt 1. waqt laqgħa tal-Kumitat Konġunt, għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex il-pożizzjoni li tintqal f’isem l-Unjoni tkun tqis id-data tal-istatistika, bijoloġika u dwar aspetti oħrajn l-iktar riċenti mibgħuta lill-Kummissjoni.

4.Għal dan il-għan u abbażi ta’ din id-data, is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jibagħtu lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu, biżżejjed żmien qabel il-laqgħa rilevanti tal-Kumitat Konġunt, dokument ta’ tħejjija li jispjega fid-dettall l-elementi speċifiċi tal-pożizzjoni proposta tal-Unjoni, għall-analiżi u għall-approvazzjoni tiegħu.

5.Il-pożizzjoni prevista tal-Unjoni mogħtija fid-dokument ta’ tħejjija għandha titqies li tkun ġiet approvata sakemm għadd ta’ Stati Membri li jkun daqs minoranza li timblokka ma joġġezzjonax għaliha waqt laqgħa tal-korp preparatorju tal-Kunsill jew fi żmien għoxrin jum minn meta jasal id-dokument ta’ tħejjija, skont liema minnhom jiġi l-ewwel. F’każ li jkun hemm xi oġġezzjoni, il-kwistjoni għandha tintbagħat lill-Kunsill.

6.Jekk, matul laqgħat ulterjuri tal-Kumitat Konġunt, inkluż dawk fuq il-post, ma jkunx jista’ jintlaħaq qbil, il-kwistjoni għandha terġa’ tintbagħat lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu skont il-proċedura prevista fil-punti 4 u 5, sabiex il-pożizzjoni tal-Unjoni tkun tqis elementi ġodda.

7.Il-Kummissjoni hija mistiedna tieħu, fiż-żmien dovut, il-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura s-segwitu tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, inkluż, meta dan ikun xieraq, il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni rilevanti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-komunikazzjoni ta’ kull proposta meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-deċiżjoni.