Brussell, 18.1.2019

COM(2019) 7 final

2019/0005(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar it-tiġdid tal-Ftehim fuq kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Il-“Ftehim fuq kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa” 1 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) ġie ffirmat fi Brussell fis-16 ta’ Novembru 2000 u daħal fis-seħħ fl-10 ta’ Mejju 2001. Minn dak iż-żmien ’l hawn u skont l-Artikolu 12, il-Ftehim ġie estiż tliet darbiet fl-2004 2 , fl-2009 3 u fl-2014 4 , għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin kull darba.

Il-Ftehim attwali għandu jiskadi fl-20 ta’ Frar 2019.

Huwa fl-interess tal-UE li testendi dan il-Ftehim sabiex tkompli tiffaċilita l-kooperazzjoni mal-Federazzjoni Russa f’oqsma prijoritarji komuni tax-Xjenza u t-Teknoloġija, li twassal għal benefiċċji għaż-żewġ Partijiet.

Ir-Russja hija l-aktar attur importanti fil-qasam tax-Xjenza, it-Teknoloġija u l-Innovazzjoni (STI) fil-viċinat tal-UE li mhuwiex assoċjat mal-Orizzont 2020. Il-kooperazzjoni fil-qasam tal-STI bejn l-UE u r-Russja tradizzjonalment kienet attiva ħafna, b’mod speċjali fl-oqsma tal-infrastrutturi tar-riċerka, it-trasport u l-ambjent. Madankollu, għalkemm fl-FP7 ir-Russja kienet l-aktar parteċipant attiv fost il-pajjiżi terzi mhux assoċjati, il-livell ta’ kollaborazzjoni fl-Orizzont 2020 huwa ferm aktar baxx mill-potenzjal tiegħu. Fil-biċċa l-kbira, dan huwa minħabba l-bidla fir-regoli ta’ finanzjament tal-Orizzont 2020, fejn l-entitajiet ġuridiċi mir-Russja (flimkien mal-Brażil, l-Indja, iċ-Ċina u l-Messiku) m’għadhomx aktar awtomatikament eliġibbli għal finanzjament mill-UE, iżda wkoll minħabba ċ-ċirkostanzi politiċi.

Fost il-pajjiżi mhux assoċjati kollha, ir-Russja bħalissa tinsab fis-6 post f’termini ta’ parteċipazzjoni fi proġetti kollaborattivi tal-Orizzont 2020. Barra minn hekk, il-Programm ta’ Ħidma Orizzont 2020 tal-2018-2020 għandu l-għan li jintensifika l-kooperazzjoni mar-Russja f’suġġetti ta’ interess reċiproku u benefiċċju komuni. B’mod partikolari, minbarra l-ftuħ ġenerali tal-Orizzont 2020 lejn entitajiet minn madwar id-dinja kollha inkluż ir-Russja, hemm żewġ inizjattivi ta’ kooperazzjoni bilaterali ewlenin mar-Russja, fl-infrastrutturi tar-riċerka u tas-saħħa, u inizjattiva ta’ kooperazzjoni multilaterali ewlenija waħda dwar l-ajrunawtika li għandha fil-mira lir-Russja wkoll.

L-estensjoni tal-Ftehim toqgħod tajjeb mal-approċċ tal-UE li huwa bbażat fuq il-ħames prinċipji gwida għall-ġestjoni tar-relazzjonijiet attwali tal-UE mar-Russja, li ġew miftiehma fil-Kunsill Affarijiet Barranin tal-UE fl-14 ta’ Marzu 2016 u li ġew ikkonfermati fil-Kunsill Affarijiet Barranin tal-UE fis-16 ta’ April 2018. Id-diplomazija xjentifika tista’ tkun għodda b’saħħitha fir-relazzjonijiet tagħna mar-Russja peress li tipprovdi aġenda ta’ kooperazzjoni pożittiva u hija sors tas-“setgħa ta’ persważjoni” li tista’ tkun partikolarment strumentali biex tikkatalizza u tiftaħ il-kanali ta’ komunikazzjoni u tibni l-fiduċja bejn is-soċjetajiet tagħna. Il-Ftehim jipprovdi qafas biex jissaħħu l-kuntatti bejn il-persuni u l-kooperazzjoni fil-qasam tal-STI fl-oqsma tal-interess strateġiku tal-UE fis-snin li ġejjin, u b’hekk imur kontra x-xejra tat-tnaqqis fl-intensità tal-kollaborazzjoni xjentifika bejn il-parteċipanti tal-UE u tar-Russja. Għal dawn ir-raġunijiet huwa utli li jiġġedded il-Ftehim għall-perjodu ta’ ħames snin li jmiss.

Fil-laqgħa tal-Kumitat Konġunt dwar Kooperazzjoni fix-Xjenza u t-Teknoloġija ta’ bejn l-UE u r-Russja stabbilit permezz tal-Ftehim, li seħħet f’Moska fit-28 ta’ Settembru 2018, iż-żewġ Partijiet ħadu nota tal-intenzjoni tagħhom li jġeddu l-Ftehim għal perjodu ieħor ta’ ħames snin, mingħajr l-ebda emenda, filwaqt li rrikonoxxew il-progress li sar biex titjieb il-kooperazzjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni bejn l-UE u r-Russja.

Is-sustanza tal-Ftehim imġedded se tkun identika għal dik tal-Ftehim attwali, kif diskuss u miftiehem mal-kontropartijiet Russi. Mhux se joħloq drittijiet u obbligi ġodda għall-UE, iżda minflok se jestendi r-reġim ġuridiku diġà eżistenti bejn il-Partijiet fil-qasam tal-kooperazzjoni tax-Xjenza u t-Teknoloġija.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

Din l-inizjattiva tikkonforma bis-sħiħ mal-istrateġija tal-UE għall-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni 5 , li fiha r-Russja hija sieħeb strateġiku tal-UE fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni. L-istrateġija tal-UE ssemmi biċ-ċar li l-ftehimiet fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija huma strumenti importanti biex jiġu ddefiniti u implimentati pjanijiet direzzjonali pluriennali għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi li mhumiex membri tal-UE. Il-Ftehim iservi wkoll ta’ mezz biex tiġi implimentata l-istrateġija tal-UE għall-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni, li titlob li r-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE jsiru iktar internazzjonali u jinfetħu iktar.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

L-istrateġija globali tal-UE għall-politika estera u ta’ sigurtà tikkonferma li l-kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka hija aspett importanti tal-politika estera tal-UE, u tqis li l-kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka hija element essenzjali għal rabtiet soċjoekonomiċi iktar b’saħħithom.

L-inizjattiva hija konsistenti mal-prinċipji li jiggwidaw ir-relazzjonijiet attwali bejn l-UE u r-Russja, kif miftiehem fil-Kunsill Affarijiet Barranin tal-UE fl-14 ta’ Marzu 2016, u kkonfermat fil-Kunsill Affarijiet Barranin tal-UE tas-16 ta’ April 2018.

Il-Kummissjoni se tiżgura l-konformità tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim imġedded mal-miżuri restrittivi tal-UE.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Is-setgħa tal-UE li taġixxi fil-livell internazzjonali fil-qasam tar-riċerka u tal-iżvilupp teknoloġiku hija bbażata fuq l-Artikolu 186 tat-TFUE. Il-bażi ġuridika proċedurali ta’ din il-proposta hija l-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tat-TFUE.

Sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklużiva)

L-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom kompetenzi paralleli fil-qasam tar-riċerka u tal-iżvilupp teknoloġiku skont l-Artikolu 4(3) tat-TFUE. Għalhekk, l-azzjonijiet tal-Unjoni ma jistgħux jiġu sostitwiti b’azzjonijiet tal-Istati Membri.

3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Din l-inizjattiva ma tifformax parti mill-aġenda tar-REFIT.

4.IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT

Ir-riżorsi umani u amministrattivi biss huma meħtieġa; dawn huma stabbiliti fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva.

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni titlob lill-Kunsill:

- japprova, f’isem l-Unjoni u bil-kunsens tal-Parlament Ewropew, it-tiġdid tal-“Ftehim fuq kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa” għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin (jiġifieri mill-20.2.2019 sad-19.2.2024);

- jawtorizza lill-President tal-Kunsill jaħtar lill-persuna jew lill-persuni li għandhom is-setgħa jgħarrfu lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li l-Unjoni lestiet il-proċeduri interni tagħha meħtieġa biex jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim imġedded.

2019/0005 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar it-tiġdid tal-Ftehim fuq kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 186, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)Bid-Deċiżjoni 2000/742/KE 6 , il-Kunsill approva l-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa (il-“Ftehim”). Il-Ftehim ġie ffirmat fi Brussell fis-16 ta’ Novembru 2000 u daħal fis-seħħ fl-10 ta’ Mejju 2001.

(2)B’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 12 tal-Ftehim, il-Ftehim – inizjalment konkluż sal-31 ta’ Diċembru 2002 – jista’ jiġġedded bi qbil komuni bejn il-Partijiet għal perjodi addizzjonali ta’ ħames snin.

(3)Permezz tad-Deċiżjonijiet 2003/798/KE 7 , 2009/313/KE 8 u 2014/50/UE 9 , il-Kunsill approva t-tiġdid tal-Ftehim għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin kull darba. Il-Ftehim attwali għandu jiskadi fl-20 ta’ Frar 2019.

(4)Iż-żewġ Partijiet ikkonfermaw li beħsiebhom jġeddu l-Ftehim għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin mingħajr ma jagħmlulu l-ebda emenda. 

(5)L-attivitajiet taħt il-Ftehim għandhom jirrispettaw b’mod strett il-kundizzjonijiet u l-proċeduri stipulati fil-miżuri restrittivi adottati skont l-Artikolu 215 TFUE 10 .

(6)Jenħtieġ li t-tiġdid tal-Ftehim jiġi approvat f’isem l-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa, għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin, huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar lill-persuna jew lill-persuni li għandhom is-setgħa jgħarrfu lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, f’isem l-Unjoni, li l-Unjoni lestiet il-proċeduri interni tagħha meħtieġa biex jiġi mġedded dan il-Ftehim b’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 12 ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.Titlu tal-proposta/inizjattiva

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

1.4.Għan(ijiet)

1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.6.Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Ir-regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet minn terzi

3.3.L-impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.Titlu tal-proposta/inizjattiva

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 11  

L-istrateġija u l-koordinazzjoni tal-politika, b’mod partikolari tad-Direttorati Ġenerali 12 RTD, AGRI, CLIMA, JRC, EAC, ENER, GROW, CNECT, MARE u MOVE.

1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

Il-proposta/l-inizjattiva hi marbuta ma’ azzjoni ġdida 

Il-proposta/l-inizjattiva hi marbuta ma’ azzjoni ġdida wara proġett pilota/azzjoni preparatorja

 Il-proposta/l-inizjattiva hi marbuta mal-estensjoni ta’ azzjoni attwali 

Il-proposta/l-inizjattiva hi marbuta ma’ azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

1.4.Għan(ijiet)

1.4.1.L-għan(ijiet) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Din l-inizjattiva se tippermetti liż-żewġ Partijiet itejbu u jsaħħu l-kooperazzjoni ta’ bejniethom f’oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi ta’ interess komuni.

1.4.2.L-għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi u l-attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

Għan Speċifiku Nru 4.1

Din id-Deċiżjoni se tippermetti liż-żewġ Partijiet itejbu l-kooperazzjoni ta’ bejniethom u jiżviluppaw sħubija iktar strateġika billi jżidu l-iskala u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-kooperazzjoni eżistenti u jittrattaw l-isfidi dinjin billi jippromwovu l-aċċess reċiproku għall-programmi u għall-finanzjament tagħhom.

Attività/attivitajiet ABM/ABB kkonċernata/i

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li għandu jkollha l-proposta/inizjattiva fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Din id-Deċiżjoni se tippermetti kemm lill-Unjoni kif ukoll lir-Russja jiksbu benefiċċji reċiproki mill-progress xjentifiku u tekniku li jinkiseb permezz tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni li jkunu għaddejjin. Id-Deċiżjoni se tippermetti li jiġi skambjat għarfien speċifiku u li jiġi ttrasferit għarfien espert għall-benefiċċju tal-komunità xjentifika, tal-industrija u taċ-ċittadini taż-żewġ Partijiet.

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

Il-Kummissjoni se timmonitorja b’mod regolari l-azzjonijiet kollha li jsiru fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim, inklużi l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni. Fost l-oħrajn, din l-evalwazzjoni se tkopri l-affarijiet li ġejjin:

(a) indikaturi tal-kooperazzjoni — analiżi tal-għadd u t-tip ta’ parteċipazzjoni ta’ entitajiet Russi fi programmi ffinanzjati mill-UE (eż. numru ta’ proposti, numru ta’ ftehimiet ta’ għotjiet iffirmati, rabtiet ta’ kollaborazzjoni prinċipali, temi ewlenin; riżultati ġġenerati) u viċiversa (fejn id-data hija disponibbli);

(b) l-indikaturi tal-prestazzjoni — ir-rata ta’ suċċess tal-entitajiet Russi li jipparteċipaw fi programmi qafas tal-UE meta mqabbla ma’ dik ta’ entitajiet ta’ pajjiżi li mhumiex membri tal-UE u ma’ dik ta’ entitajiet ta’ Stati Membri jew ta’ pajjiżi assoċjati ma’ Programm Qafas għar-Riċerka; analiżi tal-kwalità tal-parteċipazzjoni (pereżempju l-għadd ta’ universitajiet ikklassifikati fl-aqwa postijiet li jkunu qed jieħdu sehem fil-programm u l-għadd ta’ privattivi u ta’ pubblikazzjonijiet li jkunu qed joħorġu mill-proġetti ta’ kollaborazzjoni);

(c) il-ġbir tad-data dwar l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni u r-rabtiet li jmorru lil hinn mill-programmi rispettivi ta’ finanzjament tar-riċerka, kif ukoll il-valutazzjoni tal-impatt ta’ dawk l-attivitajiet, bħall-parteċipazzjoni f’inizjattivi u fi gruppi ta’ ħidma multilaterali.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li għandu/hom jiġi/u ssodisfat(i) fi żmien qasir jew twil

Din id-Deċiżjoni se tippermetti liż-żewġ Partijiet ikomplu jtejbu u jsaħħu l-kooperazzjoni ta’ bejniethom f’oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi ta’ interess reċiproku.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Federazzjoni Russa fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni kompliet tissaħħaħ b’mod kostanti fis-snin li għaddew. L-involviment tal-UE jippermetti li jsiru attivitajiet fuq skala ikbar u b’kamp ta’ applikazzjoni usa’ għall-benefiċċju tal-Istati Membri kollha. It-tiġdid ta’ dan il-Ftehim se jippermetti lill-UE jkollha aċċess iktar faċli għall-għarfien xjentifiku li joħroġ mill-Federazzjoni Russa u tieħu sehem f’iktar attivitajiet ta’ kooperazzjoni, u b’hekk se twassal għal iktar skambju tal-għarfien u tat-teknoloġiji.

1.5.3.Lezzjonijiet miksuba minn esperjenzi simili fil-passat

Abbażi tal-esperjenza li kien hemm s’issa fil-qasam tal-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika, jitqies li huwa ta’ benefiċċju reċiproku li titkompla l-kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka mal-Federazzjoni Russa, bħala sieħeb strateġiku tal-UE fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni.

1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn

It-tiġdid tal-Ftehim mal-Federazzjoni Russa jitqies li huwa konsistenti għalkollox mal-qafas ġenerali tal-politika għall-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni (COM(2012)497 final).

1.6.Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju

 Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata

   Il-proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-20/02/2019 sad-19/02/2024

   Impatt finanzjarju mill-20/02/2019 sad-19/02/2024

 Proposta/inizjattiva ta’ durata mingħajr limitu

Implimentazzjoni b’perjodu inizjali minn SSSS sa SSSS,

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 13  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi li jkunu ħatru;

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

lill-korpi rregolati bil-liġi pubblika;

lill-korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku sa fejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li huma fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE u li huma identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk tindika iżjed minn modalità waħda ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Ir-regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-parteċipazzjoni tal-entitajiet Russi fil-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u f’attivitajiet ta’ kooperazzjoni oħrajn fil-kuntest tal-Ftehim se tiġi segwita b’mod regolari permezz tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 6(a) tal-Ftehim.

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.Riskju/i identifikat(i)

Isiru laqgħat u kuntatti bilaterali b’mod regolari, u dan jippermetti li jkun hemm kondiviżjoni sistematika tal-informazzjoni u kontroll sistematiku. Ma ġie identifikat l-ebda riskju fis-sistema ta’ kontroll.

2.2.2.Informazzjoni dwar is-sistema ta’ kontroll intern li ġiet stabbilita

Mhux applikabbli

2.2.3.Stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni ta’ riskju ta’ żball

Mhux applikabbli

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti.

Meta jkun hemm bżonn jintużaw kuntratturi esterni jew jingħata kontribut finanzjarju lil partijiet terzi biex jiġi implimentat il-programm qafas, il-Kummissjoni se twettaq awditi finanzjarji, meta dan ikun xieraq, b’mod partikolari meta jkollha raġunijiet tiddubita min-natura realistika tax-xogħol imwettaq jew deskritt fir-rapporti dwar l-attività.

L-awditi finanzjarji tal-Unjoni se jsiru jew mill-persunal tagħha stess jew minn esperti fil-kontabbiltà li jkunu ġew approvati skont il-liġi tal-parti li fuqha jkun qed isir l-awditu. L-Unjoni għandha l-libertà li tagħżel lil dawn l-esperti, filwaqt li tevita kull riskju ta’ kunflitt ta’ interess li tista’ tkun indikatilha l-parti li jkun qed isirilha l-awditu. Barra minn hekk, hija u twettaq l-attivitajiet tar-riċerka, il-Kummissjoni se tiżgura li jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi jitwettqu verifiki effettivi u billi jkun hemm miżuri u penali proporzjonati li jservu ta’ deterrent meta jiġu nnotati l-irregolaritajiet.

Sabiex jintlaħaq dan l-għan, ir-regoli dwar il-kontrolli, il-miżuri u l-penali, b’referenza għar-Regolamenti Nru 2988/95, Nru 2185/96 u Nru 883/2013, se jkunu inkorporati fil-kuntratti kollha li jintużaw fl-implimentazzjoni tal-Programm Qafas.

B’mod partikolari, il-kuntratti jridu jipprevedu l-punti li ġejjin:

- iż-żieda ta’ klawżoli speċifiċi fihom sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-UE huma u jitwettqu l-verifiki u l-kontrolli b’rabta max-xogħol imwettaq;

- it-twettiq ta’ kontrolli amministrattivi bħala parti minn miżuri kontra l-frodi, skont ir-Regolamenti Nru 2185/96, Nru 1073/1999 u Nru 1074/1999;

- l-applikazzjoni ta’ penali amministrattivi għal kull irregolarità sew intenzjonata kif ukoll ta’ negliġenza fl-implimentazzjoni tal-kuntratti, skont ir-Regolament Qafas Nru 2988/95, inkluż mekkaniżmu għar-reġistrazzjoni f’listi suwed;

- il-fatt li l-ordnijiet ta’ rkupru li jista’ jkun hemm f’każ ta’ irregolarità jew ta’ frodi jridu jkunu jistgħu jiġu infurzati skont l-Artikolu 299 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Barra minn hekk, il-persunal tad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (id-DĠ Riċerka u Innovazzjoni) responsabbli għal dan se jwettaq, bħala miżura ta’ rutina, programm ta’ verifiki b’rabta mal-aspetti xjentifiċi u baġitarji tal-kooperazzjoni. L-Unità tal-Verifika Interna tad-DĠ Riċerka u Innovazzjoni se twettaq awditu intern u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri se twettaq spezzjonijiet fuq il-post.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja(i) tal-baġit tan-nefqa affettwata(i)

·Linji baġitarji eżistenti 14

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

L-intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

 
Intestatura 1a – Kompetittività għat-tkabbir u għall-impjiegi

Diff./mhux diff. 15

mill-pajjiżi tl-EFTA 16

mill-pajjiżi kandidati 17

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

1a

08.01.05.01

Mhux diff.

IVA

IVA

LE

LE

1a

08.01.05.03

Mhux diff.

IVA

IVA

LE

LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

L-intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[Intestatura………………………………………]

Diff./mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

minn pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[XX.YY.YY.YY]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

L-intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

1a

“Kompetittività għat-tkabbir u għall-impjiegi”

DĠ: RTD

Sena
2019 18

Sena
2020

Sena
2021

Sena
2022

Sena
2023

Sena
2024

TOTAL

• Approprjazzjonijiet operazzjonali

Numru tal-linja baġitarja: 08.01.05.01

Impenji

(1)

0.050

0.060

0.060

0.060

0.060

0.010

0.300

Pagamenti

(2)

0.050

0.060

0.060

0.060

0.060

0.010

0.300

Numru tal-linja baġitarja

Impenji

(1a)

Pagamenti

(2 a)

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 19  

Numru tal-linja baġitarja: 08.01.05.03

(3)

0.010

0.012

0.012

0.012

0.012

0.002

0.060

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ RTD

Impenji

=1+1a +3

0.060

0.072

0.072

0.072

0.072

0.012

0.360

Pagamenti

=2+2a

+3

0.060

0.072

0.072

0.072

0.072

0.012

0.360






TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

0.050

0.060

0.060

0.060

0.060

0.010

0.300

Pagamenti

(5)

0.050

0.060

0.060

0.060

0.060

0.010

0.300

•TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

(6)

0.010

0.012

0.012

0.012

0.012

0.002

0.060

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA <1a>
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

0.06

0.072

0.072

0.072

0.072

0.012

0.360

Pagamenti

=5+ 6

0.06

0.072

0.072

0.072

0.072

0.012

0.360

Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura waħda:

•TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

•TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 4
tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Ammont ta' referenza)

Impenji

=4+ 6

Pagamenti

=5+ 6





L-intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

“Nefqa amministrattiva”

Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

Sena
2022

Sena 2023

Sena 2024

TOTAL

DĠ: RTD

• Riżorsi umani

• Nefqa amministrattiva oħra

TOTAL TAD-DĠ RTD

Approprjazzjonijiet

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)

Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

Sena
2019 20

Sena
2020

Sena
2021

Sena
2022

Sena
2023

Sena
2024

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

0.06

0.072

0.072

0.072

0.072

0.012

0.360

Pagamenti

0.06

0.072

0.072

0.072

0.072

0.012

0.360

3.2.2.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

Approprjazzjonijiet ta' impenn f’miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali)

Indika l-għanijiet u r-riżultati

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

RIŻULTATI

Tip 21

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru Totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 22

- Riżultat

- Riżultat

- Riżultat

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 1

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 …

- Riżultat

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 2

KOST TOTALI

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

Sena
2019 23

Sena
2020

Sena
2021

Sena
2022

Sena
2023

Sena
2024

TOTAL

INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal tal-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Barra mill-INTESTATURA 5 24
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

0.050

0.060

0.060

0.060

0.060

0.010

0.300

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

0.010

0.012

0.012

0.012

0.012

0.002

0.060

Subtotal
barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

0.060

0.072

0.072

0.072

0.072

0.012

0.360

TOTAL

0.060

0.072

0.072

0.072

0.072

0.012

0.360

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal infiq ieħor ta’ natura amministrattiva se jiġu ssodisfati b’approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew intużaw mill-ġdid fid-DĠ, flimkien, jekk dan ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ maniġerjali skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.2.Stima tar-rekwiżiti tar-riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva tirrikjedi l-użu tar-riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Sena
2019

Sena
2020

Sena

2021

Sena

2022

Sena

2023

Sena

2024

• Karigi fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

08 01 05 01 (Riċerka indiretta)

0.4

0.5

0.5

0.5

0.5

0.1

10 01 05 01 (għar-riċerka diretta)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full-Time: FTE) 25

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-Delegazzjonijiet)

XX 01 04 yy  26

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, ENS, INT – Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

0.4

0.5

0.5

0.5

0.5

0.1

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani mitluba għandhom jiġu mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-immaniġġjar tal-azzjoni u/jew ġie riallokat fid-DĠ, jekk ikun meħtieġ, flimkien ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li jimmaniġġja skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Tħejjija u ġestjoni tal-laqgħat tal-Grupp Konġunt Konsultattiv stabbilit bl-Artikolu 6(b) tal-Ftehim, kif ukoll segwitu tal-funzjonament u tal-implimentazzjoni tal-Ftehim.

Il-kalkoli jsiru b’mod proporzjonat skont id-durata tal-Ftehim.

Il-persunal estern

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

   Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali.

Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 għadu jrid jiġi adottat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet minn terzi

Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi.

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

Approprjazzjonijiet TOTALI kofinanzjati



3.3.L-impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/l-inizjattiva ma tħalli l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/inizjattiva

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għad-dħul mixxellanju “assenjat”, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

(1)    ĠU L 299, 28.11.2000, p. 15.
(2)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/798/KE (ĠU L 229, 18.11.2003, p. 20).
(3)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/313/KE (ĠU L 92, 04.04.2009, p. 3).
(4)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/50/UE (ĠU L 32, 1.2.2014, p. 1).
(5)    Intejbu u niffukaw il-kooperazzjoni internazzjonali tal-UE fir-riċerka u l-innovazzjoni: approċċ strateġiku, COM(2012) 497.
(6)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/742/KE tas-16 ta’ Novembru 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa (ĠU L 299, 28.11.2000, p. 14).
(7)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/798/KE tal-5 ta’ Ġunju 2003 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim li għandu l-għan li jġedded il-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa (ĠU L 229, 18.11.2003, p. 20).
(8)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/313/KE tat-30 ta’ Marzu 2009 dwar it-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa (ĠU L 92, 4.4.2009, p. 3).
(9)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/50/UE tal-20 ta’ Jannar 2014 dwar it-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa (ĠU L 32, 1.2.2014, p. 1).
(10)    www.sanctionsmap.eu. Ta’ min jinnota li l-mappa ta’ sanzjonijiet hija għodda tal-IT li telenka r-reġimi ta’ miżuri restrittivi. Il-miżuri restrittivi huma stabbiliti fl-atti legali ppubblikati fil-ĠU. F’każ ta’ diverġenzi, il-ĠU jipprevali.
(11)    ABM: ġestjoni bbażata fuq l-attività; ABB: ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività.
(12)    Meta mqabbel mal-Orizzont 2020, ġew miżjuda d-DĠ CLIMA u d-DĠ MARE, abbażi tal-Proposta tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss (Orizzont tal-Ewropa), li għadu jrid jiġi adottat.
(13)    Dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html
(14)    Approprjazzjonijiet għall-perjodu 2021-2024 (Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027) u l-bażi ġuridika relatata għadhom iridu jiġu adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill u d-DB 2019 għad irid jiġi approvat mill-awtorità baġitarja.
(15)    Diff. = Approprjazzjonijiet Differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet Mhux Differenzjati
(16)    L-EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(17)    Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Punent tal-Balkani.
(18)    Is-sena 2019 hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva. L-ammonti għall-2019 u l-2024 jikkorrispondu għal għaxar xhur u xahrejn rispettivament.
(19)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(20)    Is-sena 2019 hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva. L-ammonti għall-2019 u l-2024 jikkorrispondu għal għaxar xhur u xahrejn rispettivament.
(21)    Ir-riżultati huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (pereż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(22)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi…”
(23)    Is-sena 2019 hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva. L-ammonti għall-2019 u l-2024 jikkorrispondu għal għaxar xhur u xahrejn rispettivament.
(24)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(25)    AC = Persunal Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END= Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenzija; JED= Esperti Żgħażagħ f’Delegazzjonijiet.
(26)    Sottolimitu massimu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).