11.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 416/14


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M. 9629 — Faurecia/SAS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 416/08)

1.   

Fit-3 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Faurecia Automotive GmbH (“Faurecia”, il-Ġermanja), sussidjarja ta’ Faurecia S.A. (Franza) u fl-aħħar nett ikkontrollata minn Peugeot S.A. (Franza), kumpanija prinċipali tal-grupp PSA.

SAS Autosystemtechnik GmbH & Co. KG (“SAS”, il-Ġermanja), bħalissa kkontrollata bi sħab minn Faurecia u Continental Automotive GmbH (“Continental”, il-Ġermanja).

Faurecia takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ SAS kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Faurecia: Faurecia hija sussidjarja ta’ Faurecia S.A., fornitur Franċiż tal-karrozzi attiv fl-iżvilupp, il-manifattura u l-provvista ta’ komponenti għall-karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali. Peugeot S.A. hija manifattur Franċiż tal-karozzi.

SAS: SAS hija negozju kkontrollat bi sħab (proprjetà ta’ Faurecia u Continental, fornitur ieħor tal-komponenti tal-karozzi), li jispeċjalizza fl-assemblaġġ ta’ moduli tal-kabini għall-karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M. 9629 — Faurecia/SAS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks+32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.