|
26.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 400/17 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9622 — EUROVIA Industrie/ASA-Bau/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 400/12)
1.
Fil-15 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
EUROVIA Industrie GmbH (“EVI”, il-Ġermanja), |
|
— |
ASA-Bau GmbH (“ASA”, il-Ġermanja), |
|
— |
Hanse-Asphaltmischwerke GmbH (“HANSE”, il-Ġermanja). |
EVI u ASA jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ HANSE.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
EVI: Il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ taħlit tal-asfalt, inġinerija ċivili (inklużi xogħlijiet fit-toroq) f’diversi stati federali Ġermaniżi, il-produzzjoni ta’ aggregati u l-produzzjoni ta’ bitumen. EVI tappartjeni għall-grupp VINCI S.A. (Franza). |
|
— |
ASA: il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ taħlit tal-asfalt, inġinerija ċivili (inklużi xogħlijiet fit-toroq) fil-Grigal tal-Ġermanja. ASA hija kkontrollata minn Arkil Holding A/S (id-Danimarka). |
|
— |
HANSE: il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ taħlit tal-asfalt fil-Grigal tal-Ġermanja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9622 — EUROVIA Industrie/ASA-Bau/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permez tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks: +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).