25.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/5


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9584 — Hutchinson/PFW Aerospace)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 398/04)

1.   

Fil-15 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Hutchinson Holding GmbH (“Hutchinson”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn TOTAL S.A. (Franza),

PFW Aerospace GmbH, (“PFW”, il-Ġermanja).

Hutchinson takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet, il-kontroll ta’ PFW kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Hutchinson: provvista mad-dinja kollha ta’ prodotti tal-primjum elastomeru, inklużi soluzzjonijiet ta’ ssiġillar, vibrazzjoni, akustika u insulazzjoni termaliu sistemo ta’ trasferiment tal-fluwidu għall-industrija tal-ajruspazju.

PFW: il-provvista mad-dinja kollha ta’ tubi u ducts għall-industrija tal-ajruspazju, kif ukoll komponenti tal-ajrustruttura.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9584 – Hutchinson/PFW Aerospace

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks:+32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).