11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/27


Notifika qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9573 — Brookfield/Iridium/Global Borealis)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 382/10)

1.   

Fil-31 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Brookfield Asset Management Inc. (“Brookfield”, il-Kanada),

Iridium Concesiones de Infraestructuras, S.A.D (“Iridium”, Spanja), li tappartjeni għall-grupp Actividades De Construcción Y Servicios, S.A. (Il-grupp ACS, Spanja),

Global Borealis S.L. (“Global Borealis”, Spanja).

Brookfield u Iridium jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Global Borealis kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Brookfield: Tipprovdi mad-dinja kollha servizzi ta’ ġestjoni tal-assi. Iffukata fuq il-proprjetà immobbli, l-infrastruttura, l-enerġija rinnovabbli u l-ekwità privata,

Iridium: attiva mad-dinja kollha fl-iżvilupp, il-ġestjoni u l-manutenzjoni ta’ konċessjonijiet li jinvolvu t-trasport u x-xogħlijiet pubbliċi, parti mill-grupp tal-kostruzzjoni, ACS, tikkontrolla diġà b’mod konġunt lil Global Borealis,

Global Borealis: azzjonarja u ġestjoni ta’ konċessjonijiet fl-infrastruttura tat-trasport u s-settur tal-isptarijiet fi Spanja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9573 — Brookfield/Iridium/Global Borealis

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.