10.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 342/35 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9563 — PIC/SKC/SKCCD)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 342/11)
1.
Fit-2 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Petrochemical Industries Company K.S.C. (“PIC”, il-Kuwajt), ikkontrollata mill-Kuwait Petroleum Corporation (il-Kuwajt), |
— |
SKC Co., Ltd (“SKC”, il-Korea t’Isfel), ikkontrollata minn SK Holdings Co., Ltd (il-Korea t’Isfel). |
PIC u SKC jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture, “JV”).
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma u kontribuzzjoni ta’ assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
PIC hija manifattur u kummerċjant dinji ta’ petrokimiċi u li hija bbażata fil-Kuwajt. |
— |
SKC hija kumpanija tal-kimika Koreana kkwotata fil-Borża Koreana u hija attiva fil-kimiċi, fil-pellikoli u oħrajn (materjal tas-semikondutturi u tal-benżen eżaklorur). |
— |
il-JV se tkun tikkonsisti fin-nezjozju attwali tal-kimiċi ta’ SKC u se timmanifattura, tikkummerċjalizza u tbigħ kimiċi, primarjament l-ossidu tal-propilen, il-glikol tal-propilen, l-eter glikol tal-propilen, u l-monomeru tal-istiren. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9563 — PIC/SKC/SKCCD
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).