|
24.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 320/6 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9532 — Glendower Capital/Investindustrial/HTG/Rotor)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 320/04)
1.
Fl-10 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Glendower Capital Secondary Opportunities Fund IV, LP (“Glendower Capital”, Ir-Renju Unit); |
|
— |
International Emergency Services, S.à r.l. (“IES”, il-Lussemburgu), proprjetà tal-Investindustrial Group; |
|
— |
Health Transportation Group S.L. (“HTG”, Spanja); kif ukoll |
|
— |
Rotor Componentes Tecnológicos, S.L (“Rotor”, Spanja). |
Glendower Capital u IES jakkwistaw il-kontroll konġunt ta’ HTG fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Bħala parti mill-istess konċentrazzjoni, Glendower Capital takkwista l-kontroll ta’ Rotor wkoll fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b).
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— għal Glendower Capital: li tiffoka fuq assi sekondarji ta’ ekwità privata fuq bażi globali, b’investimenti f’kumpaniji attivi fi swieq bħal dawk oftalmoloġiċi, kliniki privati, distribuzzjoni tal-inbid u l-ispirti u l-manifattura tat-trakkijiet;
— għal IES: kumpanija ta’ investiment ġestita b’mod indipendenti, li fl-aħħar mill-aħħar tagħmel parti mill-Investindustrial Group, li min-naħa tagħha tiffoka fuq l-investimenti f’kumpaniji ta’ daqs medju fin-Nofsinhar tal-Ewropa;
— għal HTG: kumpanija ddedikata għat-trasport mediku fuq l-art bl-attivitajiet prinċipali tagħha fi Spanja, għalkemm tipprovdi wkoll xi servizzi fir-Renju Unit, l-aktar għas-Servizz tas-Saħħa Nazzjonali tar-Renju Unit;
— għal Rotor: kumpanija ddedikata għall-manifattura, it-tfassil u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ komponenti tar-roti, attiva b’mod partikolari fil-produzzjoni ta’ komponenti tar-roti, speċifikament ktajjen, arloġġi tal-enerġija u krankijiet; kif ukoll il-bejgħ ta’ komponenti u aċċessorji tar-roti. Rotor hija prinċipalment preżenti fi Spanja, iżda wkoll (għalkemm għalissa b’mod limitat) fl-Ażja, fl-Istati Uniti tal-Amerika u fin-Netherlands.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9532 — Glendower Capital/Investindustrial/HTG/Rotor
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).