14.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/4


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9486 — GBL/Webhelp)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 273/05)

1.   

Fis-7 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Groupe Bruxelles Lambert (“GBL”, il-Belġju),

Webhelp SAS u s-sussidjarji tagħha (“Webhelp”, Franza).

GBL takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Webhelp kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   GBL: kumpanija azzjonarja tal-investiment li tinvesti f’kumpaniji dinjija li jaħdmu f’diversi setturi u prinċipalment fl-Ewropa. L-unika sussidjarja li fiha GBL għandha interess ta’ kontroll hija Imerys SA (“Imerys”), kumpanija multinazzjonali Franċiża speċjalizzata fil-produzzjoni u l-ipproċessar ta’ minerali industrijali;

—   Webhelp: Fortinur ta’ servizzi tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni (Information Technology, “IT”) attiv primarjament fil-provvista ta’ servizzi ta’ esternalizzazzjoni tal-proċess tan-negozju. Hija toffri firxa ta’ servizzi ċentrali bħalma hija l-assistenza teknika għal servizzi ta’ lealtà tal-konsumaturi u l-ġestjoni ta’ talbiet, kollezzjonijiet ta’ data ta’ klijenti multikanali, servizzi diġitali u tal-kummerċjalizzazzjoni, servizzi ta’ pagamenti u soluzzjonijiet tal-intrapriża. Webhelp hija prinċipalment attiva fl-Ewropa iżda għandha preżenza mad-dinja kollha.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9486 — GBL/Webhelp

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.