28.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 290/4


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9440 — PreZero Recycling Deutschland/Nehlsen/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 290/03)

1.   

Fil-21 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

PreZero Recycling Deutschland GmbH & Co. KG (“PreZero”, il-Ġermanja), li tappartjeni għall-grupp Schwarz,

Nehlsen Aktiengesellschaft (“Nehlsen”, il-Ġermanja).

PreZero u Nehlsen jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ joint venture mwaqqfa ġdida (il-joint venture, “JV”, il-Ġermanja).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   PreZero: intrapriża li tappartjenti għall-grupp internazzjonali Schwarz li taħdem fis-settur tal-bejgħ bl-imnut ta’ prodotti tal-ikel u fis-settur tal-ġbir, tal-kummerċ u tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ materjali riċiklabbli;

—   Nehlsen: intrapriża li taħdem fis-setturi li ġejjin: rimi ta’ skart, ġestjoni ta’ impjanti tal-ġbir, għażla u trasformazzjoni, kif ukoll il-kummerċjalizzazzjoni ta’ materja prima sekondarja u l-forniment ta’ servizzi ta’ sikurezza.

L-objettiv tal-joint venture huwa l-ħolqien u l-ġestjoni ta’ impjant għall-għażla tal-imballaġġi użati u l-attivitajiet marbuta ma’ dan.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9440 — PreZero Recycling Deutschland/Nehlsen/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta, fejn għandhom jintużaw id-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

Europäische Kommission

Generaldirektion Wettbewerb

Registratur Fusionskontrolle

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24 tad-29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.