20.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 316/9


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9433 — MEIF 6 Fibre/KCOM Group)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 316/08)

1.   

Fit-13 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

MEIF 6 Fibre Limited (“MEIF 6 Fibre”, ir-Renju Unit), ikkontrollat minn Macquarie Group Limited (“Macquarie”, l-Awstralja),

KCOM Group Public Limited Company (“KCOM Group”, ir-Renju Unit).

MEIF 6 Fibre jakkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-KCOM Group.

Il-konċentrazzjoni ssir permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fit-3 ta’ Ġunju 2019.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal MEIF 6 Fibre: fond ta’ investiment li jappartjeni lil Macquarie. Macquarie huwa grupp finanzjarju diversifikat li stabbilixxa pożizzjonijiet minn ta’ quddiem bħala speċjalista globali f’firxa wiesgħa ta’ setturi, inkluż bħala investitur fl-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni sa mill-bidu tas-snin 2000;

—   għal KCOM Group: fornitur ta’ soluzzjonijiet ta’ IT u komunikazzjoni lill-konsumaturi u n-negozji fir-Renju Unit, primarjament fiż-żona ta’ Hull u East Yorkshire tal-Grigal tal-Ingilterra.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10t’ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha tiġi speċifikata:

M.9433 — MEIF 6 Fibre/KCOM Group

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Jekk jogħġbok uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 122964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).