29.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 364/31


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9421 —Triton/Corendon)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 364/11)

1.   

Fil-21 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Triton Group (“Triton”, il-Lussemburgu),

Corendon Holding B.V. (“Corendon”, in-Netherlands).

Triton takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Corendon kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Triton: hija ditta tal-investiment li tinvesti primarjament f’negozji ta’ daqs medju bi kwartieri ġenerali fl-Ewropa ta’ Fuq, b’enfasi partikulari fuq negozji fi tliet setturi ċentrali: Servizzi kummerċjali, Industrijali u Konsumatur/Saħħa. Triton hija proprjetarja ta’ Sunweb, operatur Ewropew online tal-vjaġġġi bbażata fin-Netherlands li tipprovdi pakketti ta’ vaganzi primarjament lejn destinazzjonijiet tax-xemx madwar l-Ewropa u l-Mediterran.

Corendon: tipprovdi servizzi tal-ħin ħieles u li hija bbażat fin-Netherlands u li taħdem bħla operatur tal-vjaġġ waqt il-ħin ħieles permezz tal-website tagħha stess, iċ-ċentru ta’ kuntatt bit-telefon tagħhm u permezz ta’ kanali ta’ terzi persuni (aġenziji tal-ivvjaġġar fit-toroq prinċipali u online). Corendon tħaddem ukoll linja tal-ajru żgħira.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9421 — Triton/Corendon

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).