29.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 185/23


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9392 — EQT/Parques Reunidos)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 185/13)

1.   

Fit-23 ta’ Mejju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

EQT Fund Management S.à r.l. (“EQT”, il-Lussemburgu),

Parques Reunidos Servicios Centrales S.A. (“Parques Reunidos”, Spanja).

EQT takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Parques Reunidos kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fis-26 ta’ April 2019.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   EQT: investimenti fl-infrastruttura u assi u negozji relatati mal-infrastruttura primarjament fl-Ewropa u fl-Amerika ta’ Fuq;

—   Parques Reunidos: operatur ta’ parks ta’ divertiment (parks b’tema, ġonna żooloġiċi, parks tal-baħar, parks tal-ilma, ċentri ta’ divertiment ġewwa u attrazzjonijiet oħra).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9392 — EQT/Parques Reunidos

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.