|
28.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 217/18 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9389 — Porsche Holding Salzburg/SIVA/Soauto)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 217/08)
1.
Fl-20 ta’ Ġunju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Porsche Holding Gesellschaft m.b.H. (“Porsche Holding Salzburg”, l-Awstrija), sussidjarja indiretta tal-Volkswagen AG u part mill-Volkswagen Group (“VW Group”), |
|
— |
SIVA — Sociedade de Importação de Veículos Automóveis, S.A. (“SIVA”, il-Portugall), |
|
— |
Soauto — SGPS, S.A. (“Soauto”, il-Portugall). |
Porsche Holding Salzburg yakkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ SIVA u Soauto kollha kemm huma.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— Porsche Holding Salzburg: id-distribuzzjoni bl-ingrossa u lill-ħwienet ta’ karozzi tal-passiġġieri, vetturi kummerċjali ħfief u parts relatati kif ukoll servizzi ta’ tiswija f’pajjiżi Ewropej u mhux Ewropej; Il-VW Group huwa attiv madwar id-dinja fl-iżvilupp, il-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta’ karozzi tal-passiġġieri, vetturi kummerċjali ħfief, trakkijiet, karozzi tal-linja, coaches, xażi għall-karozzi tal-linja u magni diżil, muturi, kull settur jinkludi spare parts u aċċessorji, u fid-distribuzzjoni tal-vetturi,
— SIVA: importatur ġenerali tal-biċċa l-kbira tal-marki tal-VW Group fil-Portugall,
— Soauto: bejjiegħ ta’ vetturi u spare parts tal-marki tal-VW Group u fornitur ta’ servizzi relatati ta’ tiswija u manutenzjoni tal-karozzi fil-Portugall.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9389 — Porsche Holding Salzburg/SIVA/Soauto
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 229-64301 |
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).