26.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/10


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9341 — First State Investment International/Iren Mercato/OLT Offshore LNG Toscana)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 146/08)

1.   

Fil-15 ta’ April 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

First State Investments International Limited (“FSI”, ir-Renju Unit), ikkontrollata mill-Commonwealth Bank of Awstralja,

Iren Mercato S.p.A. (“Iren Mercato”, l-Italja), li tappartjeni għall-grupp Iren,

OLT Offshore LNG Toscana S.p.A. (“OLT”, l-Italja), li hija attwalment ikkontrollata b’mod konġunt minn Iren Mercato u Uniper Global Commodities SE (“Uniper”, il-Ġermanja).

FSI u Iren Mercato jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-OLT.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal FSI: twettaq ġestjoni ta’ investimenti fuq terminu twil f’kumpaniji ta’ infrastruttura prinċipali fl-Ewropa f’isem bosta klijenti,

—   għal Iren Mercato: attiva fil-forniment tal-gass, l-elettriku u t-tisħin fl-Italja,

—   għal OLT: proprjetarja tat-terminal tal-LNG OLT lil hinn mill-kosta tal-Italja, u twettaq ġestjoni tiegħu.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9341 — First State Investment International/Iren Mercato/OLT Offshore LNG Toscana

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew bil-posta. Jekk jogħġbok uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.