23.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 177/58


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9328 — Platinum Equity Group/Multi-Color Corporation)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 177/07)

1.   

Fit-8 ta’ Mejju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Platinum Equity Group (l-Istati Uniti tal-Amerka),

Multi-Color Corporation (l-Istati Uniti tal-Amerka).

Platinum Equity Group (“Platinum Equity”), jakkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Multi-Color Corporation (“MCC”) kollha kemm hi l-impriża.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Platinum Equity: il-fużjoni, l-akkwist u t-tħaddim ta’ kumpaniji li jipprovdu servizzi u soluzzjonijiet lill-klijenti f’firxa wiesgħa ta’ negozju, inklużi t-teknoloġija tal-informazzjoni u t-telekomunikazzjonijiet, il-loġistika, is-servizzi, il-manifattura u d-distribuzzjoni tal-metall;

—   MCC: il-manifattura u l-forniment ta’ tikketti lill-klijenti kummerċjali f’firxa ta’ setturi, inklużi: il-kura fid-dar u l-kura personali, l-ikel u x-xorb, il-kura tas-saħħa, l-ispeċjalità, l-oġġetti għall-konsum li jservu fit-tul, u l-inbid u l-ispirti.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9328 — Platinum Equity Group/Multi-Color Corporation

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.