|
26.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 146/11 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9321 — MRG/PMV/SFPI-FPIM/Euroports)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 146/09)
1.
Fis-17 ta’ April 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Monaco Resources Group (“MRG”, Monaco), |
|
— |
Participatie Maatschappij Vlaanderen (“PMV”, il-Belġju), |
|
— |
Société fédérale de participations et d’investissement - Federale participatie -en investeringsmaatschappij (“SFPI-FPIM”, il-Belġju), |
|
— |
Euroports Holdings S.à r.l. (“Euroports”, il-Lussemburgu). |
MRG, PMV u SFPI-FPIM jakkwistaw, fi ħdan it-tifsira tal-Arrtikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tat-totalità ta’ Eurosports.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— għal MRG: grupp internazzjonali u diversifikat ta’ riżorsi naturali attiv fil-metalli u l-minerali, l-agrinegozju, l-enerġija, il-loġistika u t-teknoloġija kif ukoll fil-finanzi u l-investimenti,
— għal PMV: kumpanija ta’ investiment kollha kemm hi proprjetà tar-reġjun Fjamming u attiva l-aktar fl-iffinanzjar għall-imprendituri, negozji ġodda u kumpaniji ta’ tkabbir kif ukoll fl-infrastruttura, il-proprjetà immobbli u l-investimenti fl-enerġija,
— għal SFPI-FPIM: kumpanija ta’ investiment kollha kemm hi proprjetà tal-Istat Belġjan li tinvesti f’impriżi pubbliċi u privati ta’ interess strateġiku għall-Istat Belġjan,
— għal Euroports: tipprovdi operazzjonijiet terminali, spedizjonar u servizzi ta’ valur miżjud bħal ma huma pproċessar, adattat għall-użu, tqegħid f’boroż jew imballaġġ.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jistgħu jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9321 — MRG/PMV/SFPI-FPIM/Euroports
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 122964301 |
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).