4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/10


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9286 — SEGRO/PSPIB/Is-Sit ta’ Wroclaw)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 79/06)

1.   

Fil-25 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

SEGRO plc (“SEGRO”, ir-Renju Unit),

Public Sector Pension Investment Board (“PSPIB”, il-Kanada)

SEGRO u PSPIB jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tas-Sit ta’ Wroclaw kollu kemm hu.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   SEGRO: is-sjieda, il-ġestjoni tal-assi u l-iżvilupp ta’ mħażen moderni u proprjetajiet industrijali ħfief li jinsabu madwar konurbazzjonijiet ewlenin u f’ċentri ewlenin tat-trasport f’għadd ta’ pajjiżi tal-UE,

—   PSPIB: investiment tal-kontribuzzjonijiet netti tal-fondi tal-pensjonijiet tas-Servizz Pubbliku federali, tal-Forzi Armati Kanadiżi, tal-Pulizija tal-Kavallerija Rjali tal-Kanada u tal-Forza ta’ Riżerva. PSPIB tiġġestixxi portafoll dinji diversifikat inklużi ishma, bonds u titoli oħra bi dħul fiss, kif ukoll investimenti f’ekwità privata, proprjetà immobbli, infrastruttura, riżorsi naturali u dejn privat,

—   is-Sit ta’ Wroclaw: maħżen parzjalment mikri minn qabel li jinsab fi Wroclaw, il-Polonja, li qed jiġi żviluppat bħalissa.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9286 — SEGRO/PSPIB/Is-Sit ta’ Wroclaw

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 229-64301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.