|
17.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 21/8 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9268 — Macquarie/JERA Power International/Ørsted InvestCo/Swancor/Formosa I Wind Power)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 21/09)
1.
Fid-9 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Macquarie Corporate Holdings Pty Limited (“Macquarie”, l-Awstralja), |
|
— |
Ørsted InvestCo Ltd (“Ørsted”, id-Danimarka), |
|
— |
Swancor Ind. Co. Ltd (“Swancor”, it-Tajwan), u |
|
— |
JERA Power International B.V. (“JERA”, il-Ġappun), |
|
— |
Formosa I Investment International Co., Ltd (“Formosa I”, it-Tajwan), li tikkontrolla Formosa I Wind Power Co., Ltd u bħalissa hija kkontrollata b’mod konġunt minn Macquarie, Ørsted u Swancor. |
Macquarie, Ørsted, Swancor u JERA jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Formosa I.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Macquarie hija involuta f’firxa wiesgħa ta’ negozji, inkluż l-investiment f’firxa wiesgħa ta’ setturi inklużi r-riżorsi u l-komoditajiet, l-enerġija, l-istituzzjonijiet finanzjarji, l-infrastruttura u l-proprjetà immobbli. |
|
— |
Ørsted hija involuta fl-iżvilupp, il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ parks eoliċi lil hinn mill-kosta, l-impjanti tal-bijoenerġija u soluzzjonijiet innovattivi tal- enerġija mill-iskart, u l-provvista ta’ prodotti tal-enerġija intelliġenti lill-klijenti tagħha. Hija takkwista, tipproduċi, tqassam u tinnegozja prodotti tal-enerġija u prodotti relatati fit-Tramuntana tal-Ewropa. |
|
— |
Swancor hija produttur u distributur ta’ materjali kimiċi speċjali, inklużi reżini kontra l-korrużjoni għall-użu f’tankijiet u pajpijiet f’diversi industriji, ċmieni għall-impjanti tal-enerġija, jottijiet u pixxini u reżini ta’ sistemi epossidiċi għall-blades tat-turbini tar-riħ. |
|
— |
JERA hija attiva fl-investiment fil-karburant upstream, fl-akkwist tal-fjuwil, fil-kummerċ u fl-attivitajiet tat-trasport. Hija involuta wkoll fl-iżvilupp u t-tħaddim tal-impjanti ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija. |
|
— |
Formosa I hija proġett ta’ park eoliku lil hinn mill-kosta li qed jiġi żviluppat, mibni u mħaddem viċin Miaoli, it-Tajwan. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9268 — Macquarie/JERA Power International/Ørsted InvestCo/Swancor/Formosa I Wind Power
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).