1.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 39/21 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9265 — Schwarz Gruppe/Nord-Westdeutsche Papierrohstoff/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 39/14)
1.
Fil-25 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
GreenCycle Holding GmbH & Co. KG (“GreenCycle”, il-Ġermanja), li tappartjeni għall-grupp Schwarz, |
— |
Nord-Westdeutsche Papierrohstoff GmbH & Co. (“NWD”, il-Ġermanja), li tappartjeni għall-grupp WEIG, |
— |
impriża konġunta (joint venture) maħluqa ġdida (“il-JV”, il-Ġermanja). |
GreenCycle u NWD jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-JV.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— GreenCycle: hija attiva fil-ġbir, il-kummerċ u l-provvista ta’ materjali riċiklabbli u tappartjeni għall-grupp Schwarz, li huwa prinċipalment attiv fis-settur tal-bejgħ bl-imnut tal-ikel madwar id-dinja permezz tad-diviżjonijiet tiegħu, Lidl u Kauflag,
— NWD: hija attiva fil-ġbir u r-riċiklaġġ ta’ skart tal-karti u tappartjeni għall-grupp internazzjonali WEIG, li jipproduċi tipi differenti ta’ cardboards,
— il-JV: se tħaddem pjattaforma ta’ kummerċ online għal materjali ta’ riċiklaġġ u ta’ skart.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9265 — Schwarz Gruppe/Nord-Westdeutsche Papierrohstoff/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
Faks +32 22964301 |
Indirizz tal-posta: |
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).