11.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/5


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9196 — Marsh & Mclennan Companies/Jardine Lloyd Thompson Group)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 53/05)

1.   

Fl-1 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Marsh & McLaennan Companies Inc. (“MMC”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Jardin Lloyd Thompson plc (“JLT”, ir-Renju Unit),

MMC takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ JLT kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fit-18 ta’ Settembru 2018.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   MMC: MMC hija ditta dinjija tas-servizzi professjonali li toffri lill-klijenti pariri u soluzzjonijiet fl-oqsma tar-riskju, tal-istrateġija u tal-persuni. MMC tikkonsisti f’erba’ linji ewlenin ta’ negozju mħaddma mill-entitajiet li ġejjin (i) Marsh, attiva fis-senserija tal-assigurazzjoni u soluzzjonijiet għall-ġestjoni tar-riskju; (ii) Guy Carpenter, attiva fl-istrateġiji tar-riassikurazzjoni u strateġiji kapitali; (iii) Mercer, attiva fil-konsulenza dwar is-saħħa, il-ġid u l-karriera; u (iv) Oliver Wyman, konsulenza dwar strateġija, konsulenza ekonomika u kummerċjali.

—   JLT: JLT hija kumpanija kkwotata fil-borża inkorporata fl-1997. JLT toffri ġestjoni tar-riskju, senserija tal-assigurazzjoni u soluzzjonijiet ta’ benefiċċji tal-impjegati madwar id-dinja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9196 — Marsh & Mclennan Companies/Jardine Lloyd Thompson Group

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).