|
5.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 83/12 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9185 — LG Electronics/Lufthansa Technik/JV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 83/11)
1.
Fit-22 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
LG Electronics Inc., (“LGE”, il-Korea t’Isfel), |
|
— |
Lufthansa Technik AG (“LHT”, il-Ġermanja). |
|
— |
Impriża konġunta maħluqa reċentement (joint venture, “JV”, il-Ġermanja). |
LGE u LHT jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ JV.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— LGE: elettronika, apparat ta’ telekomunikazzjonijiet mobbli u apparati domestiċi,
— LHT: magni, komponenti, manutenzjoni, tiswija u reviżjoni ta’ ajruplani. LHT hija attiva wkoll fl-iżvilupp, id-disinn, il-manifattura u l-provvista ta’ sistemi ta’ ġestjoni tal-kabina tal-ajruplani u ta’ sistemi ta’ divertiment matul it-titjira (cabin management system/in-flight entertainment, CMS/IFE) u komponenti tas-CMS/IFE.
— il-JV: id-disinn, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-bejgħ tas-CMS/IFE u sistemi relatati mad-display.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9185 — LG Electronics/Lufthansa Technik/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).