15.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 18/42


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9130 — Société Générale/Commerzbank EMC Business)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 18/07)

1.   

Fis-7 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Société Générale SA (“SG”, Franza), li tappartjeni għall-grupp Société Générale,

In-negozju tas-Swieq tal-Ekwità u l-Komoditajiet (“Commerzbank EMC Business”) ta’ Commerzbank AG.

SG takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani tal-Commerzbank EMC Business kollu kemm hu.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ assi u ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

SG hija grupp ta’ servizzi finanzjarji inkorporati skont il-liġijiet ta’ Franza. Hija attiva madwar id-dinja fi tliet negozji ewlenin, jiġifieri, operazzjonijiet bankarji ġenerali u servizzi finanzjarji, ġestjoni u servizzi marbutin ma’ investiment dinji, u operazzjonijiet bankarji korporattivi u ta’ investiment;

Commerzbank EMC Business jikkonsisti f’servizzi ta’ ġestjoni tal-assi mad-dinja kollha, l-istrutturar, il-ħruġ, u l-ġenerazzjoni tas-suq ta’ prodotti tal-investiment strutturati nnegozjati fil-borża u l-istrutturar, il-ħruġ, u l-ġenerazzjoni tas-suq bl-ingrossa ta’ prodotti tal-investiment strutturati.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9130 — Société Générale/Commerzbank EMC Business

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).