|
9.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/10 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9110 — Amerra/Mubadala/Nireus/Selonda)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 6/10)
1.
Fit-18 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Amerra Capital Management LLC (‘Amerra’, l-Istati Uniti tal-Amerika), |
|
— |
MDC Industry Holding Company LLC (‘Mubadala’, l-Emirati Għarab Magħquda), |
|
— |
Andromeda Seafood Limited (‘Andromeda’, il-Greċja), ikkontrollata minn Amerra, |
|
— |
Nireus Aquaculture S.A. (‘Nireus’, il-Greċja), |
|
— |
Selonda Aquaculture S.A. (‘Selonda’, il-Greċja). |
Amerra u Mubadala jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tat-totalità ta’ Andromeda, Nireus u Selonda.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— għal Amerra: ġestjoni tal-assi, privata, alternattiva li tipprovdi kapital strateġiku lil kumpaniji upstream u midstream fin-negozju agrikolu fil-kontinent Amerikan u fl-Ewropa tal-Punent,
— għal Mubadala: investiment dinji u l-ġestjoni ta’ portafoll diversifikat f’setturi ta’ prijorità inkluż in-negozju agrikolu,
— għal Andromeda: il-produzzjoni u l-provvista ta’ ħut imrobbi, friegħ u għalf tal-ħut minn faċilitajiet fil-Greċja u Spanja,
— għal Nireus: il-produzzjoni u l-provvista ta’ ħut imrobbi, friegħ u għalf tal-ħut minn faċilitajiet fil-Greċja u Spanja,
— għal Selonda: il-produzzjoni u l-provvista ta’ ħut imrobbi, friegħ u għalf tal-ħut minn faċilitajiet fil-Greċja.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9110 — Amerra/Mubadala/Nireus/Selonda
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).