30.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 158/49 |
P8_TA(2019)0364
Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri – Viorel Ștefan
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2019 dwar il-ħatra proposta ta' Viorel Ştefan bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C8-0049/2019 – 2019/0802(NLE))
(Konsultazzjoni)
(2021/C 158/13)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0049/2019), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 121 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0194/2019), |
A. |
billi, bl-ittra tal-14 ta' Frar 2019, il-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament Ewropew dwar il-ħatra ta' Viorel Ștefan għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri; |
B. |
billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
C. |
billi waqt il-laqgħa tiegħu tat-8 ta' April 2019, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema' lill-kandidat innominat mill-Kunsill bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri; |
1. |
Jagħti opinjoni mhux favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' Viorel Ştefan bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri. |