|
31.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 116/18 |
P8_TA(2019)0332
L-ebda oġġezzjoni għal att delegat: data li fiha l-obbligu tal-ikklirjar jidħol fis-seħħ għal ċerti tipi ta' kuntratti
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-28 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2205, ir-Regolament Delegat (UE) 2016/592 u r-Regolament Delegat (UE) 2016/1178 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data li fiha l-obbligu tal-ikklirjar jidħol fis-seħħ għal ċerti tipi ta' kuntratti (C(2019)02533 – 2019/2680(DEA))
(2021/C 116/08)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (C(2019)02533), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-28 ta' Marzu 2019, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-1 ta' April 2019 lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(2) u 82(6) tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/396 tat-19 ta' Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2205, ir-Regolament Delegat (UE) 2016/592 u r-Regolament Delegat (UE) 2016/1178 li jissupplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data li fiha l-obbligu tal-ikklirjar jidħol fis-seħħ għal ċerti tipi ta' kuntratti (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fl-4 ta' April 2019, |
|
A. |
billi skont l-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/396, ir-regolament għandu japplika mid-data ta' wara dik li fiha t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għal u fir-Renju Unit skont l-Artikolu 50(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), sakemm ma jkunx daħal fis-seħħ ftehim ta' ħruġ sa dik id-data jew il-perjodu ta' sentejn imsemmi fl-Artikolu 50(3) tat-TUE ma jkunx ġie estiż; |
|
B. |
billi fit-22 ta' Marzu 2019 il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/476 (3) li testendi l-perjodu skont l-Artikolu 50(3) tat-TUE bi ftehim mar-Renju Unit, u billi, konsegwentement, it-tieni kundizzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2019/396, jiġifieri li l-perjodu ta' sentejn imsemmi fl-Artikolu 50(3) tat-TUE ma ġiex estiż, mhux se tkun issodisfata; |
|
C. |
billi r-raġunijiet sottostanti għar-Regolament Delegat (UE) 2019/396 se jibqgħu validi, irrispettivament minn kwalunkwe estensjoni tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 50(3) tat-TUE, u billi l-Parlament fit-13 ta' Frar 2019 iddikjara li ma kellu l-ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat (UE) 2019/396; |
|
D. |
billi l-Parlament xorta jaqbel dwar l-importanza għall-awtoritajiet kompetenti u s-swieq finanzjarji li jeżentaw ċerti tranżazzjonijiet li jirriżultaw minn novazzjoni, għal perjodu limitat ta' 12-il xahar, jekk il-kontroparti stabbilita fir-Renju Unit tinbidel għal kontroparti fl-UE-27, u f'dan il-kuntest jilqa' r-Regolament Delegat tat-28 ta' Marzu 2019 li jindirizza l-iżvilupp ġdid tal-estensjoni tal-perjodu skont l-Artikolu 50(3) tat-TUE bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/476; |
|
1. |
Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.
(2) ĠU L 71, 13.3.2019, p. 11.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/476 meħuda bi qbil mar-Renju Unit, tat-22 ta' Marzu 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) tat-TUE (ĠU L 80 I, 22.3.2019, p. 1).