16.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/74


P9_TA(2019)0062

Nomina ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri – François-Roger Cazala

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2019 dwar il-ħatra proposta ta' François-Roger Cazala bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C9-0121/2019 – 2019/0814(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2021/C 232/17)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0121/2019),

wara li kkunsidra l-Artikolu 129 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0031/2019),

A.

billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

B.

billi waqt il-laqgħa tiegħu tat-12 ta' Novembru 2019, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema' lill-kandidat propost mill-Kunsill bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' François-Roger Cazala bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.