|
27.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 411/204 |
P8_TA(2019)0046
Emendi tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar emendi għar-Regoli ta' Proċedura li jaffettwaw:il-Kapitoli 1 u 4 tat-Titolu I; il-Kapitolu 3 tat-Titolu V; il-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu VII; il-Kapitolu 1 tat-Titolu VIII; it-Titolu XII: it-Titolu XIV u l-Anness II (2018/2170(REG))
(2020/C 411/29)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 226 u 227 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0462/2018), |
|
1. |
Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt; |
|
2. |
Jiddeċiedi li l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss bl-eċċezzjoni tal-emendi li jdaħħlu t-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3e fl-Artikolu 11 u l-punti 6 u 7 tal-Kodiċi ta' Mġiba Xierqa għall-Membri tal-Parlament Ewropew fil-Qadi ta' Dmirijiethom kif ukoll l-emendi għall-Artikoli 196 u 204, li jidħlu fis-seħħ mal-ftuħ tal-ewwel sessjoni parzjali wara l-elezzjonijiet li jmiss tal-Parlament Ewropew li se jsiru fl-2019; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni. |
Emenda 1
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 11 – titolu
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
Interessi finanzjarji u standards ta' kondotta tal-Membri |
Standards ta' kondotta |
Emenda 2
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 11 – paragrafu 1
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
1. Il-Parlament għandu jistabbilixxi regoli li jirregolaw it-trasparenza tal-interessi finanzjarji tal-Membri tiegħu, taħt forma ta' kodiċi ta' kondotta adottat mill-maġġoranza tal-Membri, u mehmuż ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura bħala anness (4) . |
imħassar |
|
Dawk ir-regoli m'għandhomx joħolqu preġudizzju jew restrizzjoni bi kwalunkwe mod ieħor għall-Membri fl-eżerċizzju tal-mandat tagħhom jew fi kwalunkwe attività politika jew attività oħra relatata. |
|
|
|
Emenda 3
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 11 – paragrafu 2
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
2. Il-Membri għandhom jadottaw il-prattika sistematika li jiltaqgħu biss ma' rappreżentanti ta' gruppi ta' interess li jkunu rreġistrati fir-Reġistru ta' Trasparenza stabbilit permezz tal-Ftehim bejn il-Parlament Ewropej u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-istabbiliment ta' Reġistru ta' Trasparenza (5) . |
imħassar |
Emenda 4
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
Il-kondotta tal-Membri għandha tkun ikkaratterizzata minn rispett reċiproku, għandha tkun ibbażata fuq il-valuri u l-prinċipji stabbiliti fit-Trattati, u b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u għandha tirrispetta d-dinjità tal-Parlament . Barra minn hekk, m'għandhiex tikkomprometti t-tmexxija bla xkiel tal-ħidma parlamentari, iż-żamma tas-sigurtà u tal-ordni fil-bini tal-Parlament jew il-funzjonament tal-apparat tiegħu. |
Il-kondotta tal-Membri għandha tkun ikkaratterizzata minn rispett reċiproku u għandha tkun ibbażata fuq il-valuri u l-prinċipji stabbiliti fit-Trattati, u b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. L-Istati Membri għandhom jirrispettaw id-dinjità tal-Parlament u m'għandhomx jagħmlu ħsara għar-reputazzjoni tiegħu. |
Emenda 5
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
Fid-dibattiti parlamentari, il-Membri m'għandhomx jirrikorru għal lingwaġġ jew imġiba malafamanti, razzisti jew ksenofobiċi, u lanqas ma għandhom jiftħu strixxuni. |
imħassar |
Emenda 6
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 3
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
Il-Membri għandhom jimxu mar-regoli tal-Parlament dwar it-trattament ta' tagħrif kunfidenzjali. |
imħassar |
Emenda 7
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 4
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
In-nuqqas ta' osservanza ta' dawn l-istandards u r-regoli jista' jwassal għall-applikazzjoni tal-miżuri skont l-Artikoli 165, 166 u 167. |
imħassar |
Emenda 8
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 11 – paragrafu 3a (ġdid)
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
|
3a. Il-Membri m'għandhomx jikkompromettu t-tmexxija bla xkiel tal-ħidma parlamentari u m'għandhomx jikkompromettu ż-żamma tas-sigurtà u tal-ordni fil-bini tal-Parlament jew il-funzjonament tal-apparat tiegħu. |
Emenda 9
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 11 – paragrafu 3b (ġdid)
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
|
3b. Il-Membri m'għandhomx ifixklu l-ordni tajba tal-Kamra u għandhom joqogħdu lura minn imġiba mhux xierqa. Huma m'għandhomx juru strixxuni. |
Emenda 10
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 11 – paragrafu 3c (ġdid)
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
|
3c. Fid-dibattiti parlamentari fil-Kamra, il-Membri m'għandhomx jirrikorru għal lingwaġġ offensiv. |
Emenda 11
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 11 – paragrafu 3c (ġdid) – interpretazzjoni
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
|
Il-valutazzjoni ta' jekk il-lingwaġġ użat minn Membru f'dibattitu parlamentari huwiex offensiv jew le għandha tqis, inter alia, l-intenzjonijiet identifikabbli tal-kelliem, il-perċezzjoni tad-dikjarazzjoni mill-pubbliku, il-punt sa fejn dan jikkostitwixxi ħsara għad-dinjità u r-reputazzjoni tal-Parlament, u l-libertà tal-kelma tal-Membru kkonċernat. Pereżempju, lingwaġġ malafamanti, “diskors ta' mibegħda” u inċitament għal diskriminazzjoni bbażata, b'mod partikolari, fuq kwalunkwe kriterju msemmi fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, normalment jikkostitwixxu każijiet ta' “lingwaġġ offensiv” fis-sens ta' dan l-Artikolu. |
Emenda 12
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 11 – paragrafu 3d (ġdid)
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
|
3d. Il-Membri għandhom jimxu mar-regoli tal-Parlament dwar it-trattament ta' tagħrif kunfidenzjali. |
Emenda 13
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 11 – paragrafu 3e (ġdid)
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
|
3e. Il-Membri għandhom iżommu lura minn kull tip ta' fastidju psikoloġiku jew sesswali u għandhom jirrispettaw il-Kodiċi ta' Mġiba Xierqa għall-Membri tal-Parlament Ewropew fil-Qadi ta' Dmirijiethom li huma mehmuża ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura bħala anness (1a) . |
|
|
Il-Membri ma jistgħux jiġu eletti għal kariga fil-Parlament jew f'wieħed mill-korpi tiegħu, jinħatru bħala rapporteur, jew jipparteċipaw f'delegazzjonijiet uffiċjali jew f'negozjati interistituzzjonali, jekk ma jkunux iffirmaw id-dikjarazzjoni relatata ma' dak il-Kodiċi. |
|
|
Emenda 14
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 11 – paragrafu 4
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
4. L-applikazzjoni ta' din ir-Regola m'għandhiex bi kwalunkwe mod ieħor tnaqqas mill-ħeġġa tad-dibattiti parlamentari, u l-anqas m'għandha tippreġudika l-libertà tal-kelma tal-Membri. |
imħassar |
|
Għandha tkun ibbażata fuq rispett sħiħ għall-prerogattivi tal-Membri, kif stipulat fil-liġi primarja tal-Unjoni u l-Istatut tal-Membri. |
|
|
Għandha tkun ibbażata fuq rispett sħiħ għall-prerogattivi tal-Membri, kif stipulat fil-liġi primarja tal-Unjoni u l-Istatut tal-Membri. |
|
Emenda 15
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 11 – paragrafu 5
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
5. Meta persuna impjegata minn Membru, jew persuna oħra li għaliha Membru jkun irranġa biex ikollha aċċess għall-bini jew għal apparat tal-Parlament, ma tikkonformax mal-istandards ta' kondotta stabbiliti fil-paragrafu 3 , is-sanzjonijiet previsti fl-Artikolu 166 jistgħu , fejn ikun xieraq, jiġu imposti fuq il-Membru kkonċernat. |
5. Meta persuna li taħdem għal Membru, jew persuna oħra li għaliha Membru jkun irranġa biex ikollha aċċess għall-bini jew apparat tal-Parlament, ma tikkonformax mal-istandards ta' kondotta stabbiliti f'dan l-Artikolu , din l-imġiba tista' , fejn ikun xieraq, tkun imputabbli lill-Membru kkonċernat. |
Emenda 16
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 11 – paragrafu 5a (ġdid)
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
|
5a. L-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu m'għandhiex bi kwalunkwe mod ieħor tnaqqas mill-ħeġġa tad-dibattiti parlamentari, u l-anqas m'għandha tippreġudika l-libertà tal-kelma tal-Membri. |
Emenda 17
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 11 – paragrafu 5b (ġdid)
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
|
5b. Dan l-Artikolu għandu japplika mutatis mutandis, għal korpi, kumitati u delegazzjonijiet tal-Parlament. |
Emenda 18
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 11 – paragrafu 6
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
6. Il-Kwesturi għandhom jiddeterminaw l-ikbar numru ta' assistenti li jista' jiġi akkreditati. |
imħassar |
Emenda 19
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 11 – paragrafu 7
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
7. Il-kodiċi ta' kondotta u d-drittijiet u l-privileġġi ta' ex Membri għandhom jiġu stabbiliti b'deċiżjoni tal-Bureau. M'għandhiex issir distinzjoni fit-trattament ta' ex Membri. |
imħassar |
Emendi 20 u 75
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 11a (ġdid)
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
|
Artikolu 11a |
|
|
Interessi finanzjarji tal-Membri u Reġistru ta' trasparenza |
|
|
1. Il-Parlament għandu jistabbilixxi regoli li jirregolaw it-trasparenza tal-interessi finanzjarji tal-Membri tiegħu, fil-forma ta' Kodiċi ta' Kondotta adottat mill-maġġoranza tal-Membri tiegħu, u mehmuż ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura bħala anness (1a) . |
|
|
Dawk ir-regoli m'għandhomx joħolqu preġudizzju jew restrizzjoni bi kwalunkwe mod ieħor għall-Membri fl-eżerċizzju tal-mandat tagħhom jew fi kwalunkwe attività politika jew attività oħra relatata. |
|
|
2. Il-Membri għandhom jadottaw il-prattika sistematika li jiltaqgħu biss ma' rappreżentanti ta' gruppi ta' interess li jkunu rreġistrati fir-Reġistru ta' Trasparenza stabbilit permezz tal-Ftehim bejn il-Parlament Ewropej u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-istabbiliment ta' Reġistru ta' Trasparenza (1b) . |
|
|
3. Il-Membri għandhom jippublikaw online il-laqgħat skedati kollha ma' rappreżentanti ta' gruppi ta' interess li jidħlu fl-ambitu tar-Reġistru ta' Trasparenza. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(6) tal-Anness I, ir-rapporteurs, ix-shadow rapporteurs u l-presidenti tal-kumitati għandhom, għal kull rapport, jippubblikaw online il-laqgħat skedati kollha ma' rappreżentanti ta' gruppi ta' interess li jidħlu fl-ambitu tar-reġistru ta' Trasparenza. Il-Bureau għandhu jipprovdi l-infrastruttura meħtieġa fuq il-websajt tal-Parlament. |
|
|
4. Il-Bureau għandu jipprovdi l-infrastruttura meħtieġa fuq il-paġna web tal-Membri fuq il-websajt tal-Parlament għal dawk il-Membri li jixtiequ jippubblikaw awditjar volontarju jew konferma, kif previst fir-regoli applikabbli tal-Istatut tal-Membri u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu, li l-użu minnhom tal-Allowance għall-Ispejjeż Ġenerali jikkonforma mar-regoli applikabbli tal-Istatut tal-Membri u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu. |
|
|
5. Dawn ir-regoli m'għandhomx joħolqu preġudizzju jew restrizzjoni bi kwalunkwe mod ieħor għall-Membri fl-eżerċizzju tal-mandat tagħhom jew fi kwalunkwe attività politika jew attività oħra relatata. |
|
|
6. Il-kodiċi ta' kondotta u d-drittijiet u l-privileġġi ta' ex Membri għandhom jiġu stabbiliti b'deċiżjoni tal-Bureau. M'għandhiex issir distinzjoni fit-trattament ta' ex Membri. |
|
|
Emenda 88
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 32 – paragrafu 5
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
||
|
5. Il-President għandu jkun mgħarraf permezz ta' stqarrija meta jitwaqqaf grupp politiku. Dik l-istqarrija għandha tispeċifika l-isem tal-grupp u l-ismijiet tal-membri tiegħu u tal-membri tal-Bureau tiegħu. Hija għandha tiġi ffirmata mill-Membri kollha tal-grupp. |
5. Il-President għandu jkun mgħarraf permezz ta' stqarrija meta jitwaqqaf grupp politiku. Dik l-istqarrija għandha tispeċifika: |
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
Il-membri kollha tal-grupp għandhom jiddikjaraw bil-miktub f'anness mal-istqarrija li jikkondividu l-istess affinità politika . |
Emenda 21
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 34 – paragrafu 1a (ġdid)
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
|
1a. L-intergruppi kif ukoll gruppi oħra mhux uffiċjali għandhom ikunu trasparenti għalkollox fl-azzjonijiet tagħhom u m'għandhomx jinvolvu ruħhom f'kwalunkwe attività li tista' tirriżulta f'konfużjoni mal-attivitajiet uffiċjali tal-Parlament jew tal-korpi tiegħu. Huma ma jistgħux jorganizzaw avvenimenti f'pajjiżi terzi li jikkoinċidu ma' missjoni ta' korp uffiċjali tal-Parlament, inkluża delegazzjoni uffiċjali għall-osservazzjoni ta' elezzjonijiet. |
Emenda 22
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 34 – paragrafu 2
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
2. Dawn il-gruppi għandhom ikunu trasparenti għalkollox fl-azzjonijiet tagħhom u m'għandhomx jinvolvu ruħhom f'attivitajiet li jistgħu jirriżultaw f'konfużjoni mal-attivitajiet uffiċjali tal-Parlament jew tal-korpi tiegħu. Sakemm il-kundizzjonijiet stipulati fir-regoli adottati mill-Bureau li jirregolaw l-istabbiliment ta' dawn il-gruppi, jiġu rispettati, il-gruppi politiċi jistgħu jiffaċilitaw l-attivitajiet tagħhom billi jipprovdulhom appoġġ loġistiku. |
2. Sakemm il-kundizzjonijiet stipulati fir-regoli interni tal-Parlament li jirregolaw l-istabbiliment ta' dawn il-gruppi jiġu rispettati, grupp politiku jista' jiffaċilita l-attivitajiet ta' tali gruppi billi jipprovdilhom appoġġ loġistiku. |
Emenda 23
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 34 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
|
Gruppi mhux uffiċjali oħra għandhom ikunu wkoll meħtieġa jiddikjaraw, sa tmiem ix-xahar ta' wara, kull appoġġ, kemm jekk ikun fi flus jew in natura, li l-Membri ma jkunux iddikjaraw individwalment b'mod konformi mal-obbligi tagħhom previsti fl-Anness I. |
Emenda 24
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 34 – paragrafu 3a (ġdid)
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
|
3a. Ir-rappreżentanti ta' gruppi ta' interess li huma rreġistrati fir-Reġistru ta' Trasparenza biss jistgħu jipparteċipaw fl-intergrupp jew f'attivitajiet ta' gruppi mhux uffiċjali oħra organizzati fil-bini tal-Parlament, pereżempju billi jattendu laqgħat jew avvenimenti tal-intergrupp jew grupp mhux uffiċjali, billi joffru appoġġ għalih, jew billi jospitaw l-avvenimenti tiegħu b'mod konġunt. |
Emenda 25
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 34 – paragrafu 4
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
4. Il-Kwesturi għandhom iżommu reġistru tad-dikjarazzjonijiet imsemmija fit-tielet paragrafu. Dan ir-reġistru għandu jkun ippubblikat fis-sit web tal-Parlament . Il-Kwesturi għandhom jadottaw regoli dettaljati dwar dawn id-dikjarazzjonijiet u għandhom jiżguraw l-infurzar effettiv ta' dan l-Artikolu . |
4. Il-Kwesturi għandhom iżommu reġistru tad-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 . Il-Kwesturi għandhom jadottaw regoli dettaljati dwar dawn id-dikjarazzjonijiet u l-pubblikazzjoni tagħhom fuq is-sit web tal-Parlament . |
Emenda 26
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 34 – paragrafu 4a (ġdid)
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
|
4a. Il-kwesturi għandhom jiżguraw l-applikazzjoni effettiva ta' dan l-Artikolu. |
Emenda 27
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 128 – paragrafu 4
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
4. Wieħed mill-interpellanti jista' jiżviluppa l-mistoqsija fil-Parlament. Id-destinatarju għandu jwieġeb. |
4. Membru maħtur minn qabel mill-interpellanti għandu jiżviluppa l-mistoqsija fil-Parlament. Jekk dak il-Membru ma jkunx preżenti, il-mistoqsija għandha taqa'. Id-destinatarju għandu jwieġeb. |
Emenda 28
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 130 – paragrafu 1
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
1. Kwalunkwe Membru jista' jagħmel mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà skont kriterji stipulati f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura (27). L-interpellanti għandhom ikunu esklużivament responsabbli għall-kontenut tal-mistoqsijiet. |
1. Kwalunkwe Membru , grupp politiku jew kumitat jista' jagħmel mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà skont kriterji stipulati f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura (27). L-interpellanti għandhom ikunu esklużivament responsabbli għall-kontenut tal-mistoqsijiet. |
Emenda 29
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 130 – paragrafu 2
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
2. Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-President. Kwistjonijiet dwar l-ammissibbiltà ta' mistoqsija għandhom jiġu deċiżi mill-President. Id-deċiżjoni tal-President ma għandhiex tkun ibbażata esklużivament fuq id-dispożizzjonijiet tal-anness imsemmi fil-paragrafu 1 iżda fuq id-dispożizzjonijiet ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura b'mod ġenerali. Id-deċiżjoni motivata tal-President għandha tkun innotifikata lill-persuna li tagħmel il-mistoqsija. |
2. Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-President f'forma elettronika . Kwistjonijiet dwar l-ammissibbiltà ta' mistoqsija għandhom jiġu deċiżi mill-President. Id-deċiżjoni tal-President m'għandhiex tkun ibbażata esklużivament fuq id-dispożizzjonijiet tal-anness imsemmi fil-paragrafu 1 iżda fuq id-dispożizzjonijiet ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura b'mod ġenerali. Id-deċiżjoni motivata tal-President għandha tkun innotifikata lill-persuna li tagħmel il-mistoqsija. |
Emenda 30
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 130 – paragrafu 3
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
3. Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati f'format elettroniku. Kull Membru jista' jippreżenta massimu ta' 20 mistoqsija fuq perjodu ta' tliet xhur konsekuttivi. |
3. Kull Membru, grupp politiku jew kumitat jista' jippreżenta massimu ta' 20 mistoqsija fuq perjodu ta' tliet xhur konsekuttivi. Bħala regola ġenerali, id-destinatarju għandu jwieġeb il-mistoqsijiet fi żmien sitt ġimgħat minn meta jkun irċevihom. Madankollu, kull Membru, grupp politiku jew kumitat jista' kull xahar jinnomina waħda mill-mistoqsijiet tiegħu bħala “mistoqsija ta' prijorità” li d-destinatarju għandu jwieġeb fi żmien tliet ġimgħat minn mindu jkun irċeviha. |
Emenda 31
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 130 – paragrafu 5
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
5. Jekk mistoqsija ma tkunx tista' titwieġeb mid-destinatarju fi żmien tliet ġimgħat (mistoqsija prijoritarja) jew sitt ġimgħat (mistoqsija mhux bi prijorità) minn meta tkun intbagħtet lid-destinatarju, tista' titqiegħed, fuq talba tal-interpellant, fl-aġenda tal-laqgħa ta' wara tal-kumitat responsabbli . |
5. Jekk mistoqsija ma titweġibx mid-destinatarju fi żmien l-iskadenza prevista fil-paragrafu 3, il-kumitat responsabbli jista' jiddeċiedi li titqiegħed fuq l-aġenda għal-laqgħa tiegħu li jmiss . |
Emenda 32
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 130 – paragrafu 6
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
6. Kull Membru jista' jqiegħed fuq il-Mejda mistoqsija prijoritarja waħda fix-xahar. |
imħassar |
Emenda 33
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 130 – paragrafu 7
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
7. Il-mistoqsijiet u kwalunkwe tweġiba , inkluż l-annessi relatati ma' din tal-aħħar, għandhom jiġu ppubblikati fil-websajt tal-Parlament. |
7. Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet , inkluż l-annessi relatati ma' din tal-aħħar, għandhom jiġu ppubblikati fil-websajt tal-Parlament. |
Emenda 34
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 130a
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
Artikolu 130a |
imħassar |
|
Interpellanzi minuri għal tweġiba bil-miktub |
|
|
1. Fl-interpellanzi minuri, li jikkonsistu f'mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub il-Kunsill, il-Kummissjoni jew il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà jistgħu jintalbu minn kumitat, grupp politiku jew mill-anqas ħamsa fil-mija tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament biex jagħtu informazzjoni lill-Parlament dwar kwistjonijiet li jkunu ntgħażlu b'mod speċifiku. |
|
|
Tali mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-President li, sakemm il-mistoqsijiet ikunu skont dawn ir-Regoli ta' Proċedura b'mod ġenerali u jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura (28) , għandu jitlob lid-destinatarju jirrispondi fi żmien ġimgħatejn; il-President jista' jestendi dan il-limitu ta' żmien b'konsultazzjoni mal-persuni interpellanti. |
|
|
2. Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet għandhom jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-Parlament. |
|
|
|
Emenda 35
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 130b – titolu
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
Interpellanzi maġġuri għal tweġiba bil-miktub b'dibattitu |
Interpellanzi maġġuri għal tweġiba bil-miktub |
Emenda 36
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 130b – paragrafu 1
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
1. Fl-interpellanzi maġġuri, li jikkonsistu f'mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub b'dibattitu, dawk il-mistoqsijiet jistgħu jsiru lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà minn kumitat, grupp politiku jew mill-anqas ħamsa fil-mija tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament. Il-mistoqsijiet jistgħu jinkludu stqarrija ta' spjegazzjoni qasira. |
1. L-interpellanzi maġġuri għandhom jikkonsistu f'mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub li jsiru lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà minn grupp politiku. |
|
Tali mistoqsijiet għandhom jitressqu bil-miktub lill-President li, sakemm il-mistoqsijiet ikunu skont dawn ir-Regoli ta' Proċedura b'mod ġenerali u jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura (29) , għandu immedjatament jinforma lid-destinatarju tal-mistoqsija u jitlob lid-destinatarju jiddikjara jekk il-mistoqsija hijiex se tiġi mwieġba u, jekk iva, meta. |
|
Emenda 37
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 130b – paragrafu 1a (ġdid)
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
|
1a. L-interpellanza maġġuri għandha tkun ta' interess ġenerali u għandha tintbagħat bil-miktub lill-President. Din m'għandhiex taqbeż il-500 kelma. Dment li l-interpellanza maġġuri tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regoli ta' Proċedura b'mod ġenerali, il-President għandu minnufih jittrażmettiha lid-destinatarju għal tweġiba bil-miktub. |
Emenda 38
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 130b – paragrafu 1b (ġdid)
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
|
1b. Għandu jkun hemm massimu ta' 30 interpellanza maġġuri kull sena. Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tiżgura distribuzzjoni ġusta ta' dawn l-interpellazzjonijiet fost il-gruppi politiċi, u l-ebda grupp politiku m'għandu jibgħat iktar minn waħda kull xahar. |
Emenda 39
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 130b – paragrafu 1c (ġdid)
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
|
1c. Jekk id-destinatarju jonqos milli jwieġeb għall-interpellanza maġġuri fi żmien sitt ġimgħat minn meta tiġi trażmessa lilu, l-interpellanza għandha, fuq it-talba tal-awtur, titqiegħed fuq l-abbozz tal-aġenda finali skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 149 u soġġetta għall-paragrafu 3a. |
Emenda 40
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 130b – paragrafu 2
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
2. Malli tasal ir-risposta bil-miktub, l-interpellanza maġġuri għandha titqiegħed fuq l-abbozz tal-aġenda tal-Parlament skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 149. Irid isir dibattitu jekk kumitat, grupp politiku jew mill-anqas ħamsa fil-mija tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament jitolbu dan. |
2. Malli tasal it-tweġiba bil-miktub, jekk il-Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju jitolbu dan, l-interpellanza maġġuri għandha titqiegħed fuq l-abbozz tal-aġenda finali tal-Parlament skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 149 u soġġetta għall-paragrafu 3a . |
Emenda 41
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 130b – paragrafu 3
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
3. Jekk id-destinatarju jirrifjuta li jwieġeb il-mistoqsija jew jonqos milli jagħmel dan fi żmien tliet ġimgħat, il-mistoqsija għandha titqiegħed fl-abbozz tal-aġenda. Irid isir dibattitu jekk kumitat, grupp politiku jew mill-anqas ħamsa fil-mija tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament jitolbu dan. Qabel id-dibattitu wieħed mill-interpellanti jista' jitħalla jiddikjara r-raġunijiet supplimentari għal din il-mistoqsija. |
imħassar |
Emenda 42
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 130b – paragrafu 3a
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
|
3a. In-numru ta' interpellanzi maġġuri diskussi matul l-istess sessjoni parzjali m'għandux ikun aktar minn tlieta. Jekk jintalbu dibattiti għal aktar minn tliet interpellanzi maġġuri matul l-istess sessjoni parzjali, il-Konferenza tal-Presidenti għandha tinkludihom fl-abbozz finali tal-aġenda fl-ordni li tkun irċeviet dawk it-talbiet għal dibattitu. |
Emenda 43
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 130b – paragrafu 4
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
4. Wieħed mill-interpellanti jista' jiżviluppa l-mistoqsija fil-Parlament. Membru wieħed tal-istituzzjoni kkonċernata għandu jwieġeb. |
4. Membru nnominat minn qabel mill-awtur, jew minn dawk li jitolbu d-dibattitu skont il-paragrafu 2, għandu jiżviluppa l-interpellanza maġġuri fil-Parlament. Jekk dak il-Membru ma jkunx preżenti, l-interpellanza maġġuri għandha taqa'. Id-destinatarju għandu jwieġeb. |
|
L-Artikolu 123(2) sa ( 5 ) li jikkonċerna t-tqegħid fuq il-Mejda u l-votazzjoni ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet għandu japplika mutatis mutandis. |
L-Artikolu 123(2) sa ( 8 ) li jikkonċerna t-tqegħid fuq il-Mejda u l-votazzjoni ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet għandu japplika mutatis mutandis. |
Emenda 44
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 130b – paragrafu 5
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
5. Tali mistoqsijiet kif ukoll it-tweġibiet għalihom għandhom jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-Parlament. |
5. Tali interpellanzi kif ukoll it-tweġibiet għalihom għandhom jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-Parlament. |
Emenda 45
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 165 – paragrafu 1
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
1. Il-President għandu jsejjaħ għall-ordni kwalunkwe Membru li jisfratta t-tmexxija bla xkiel tal-proċeduri jew li l-imġiba tiegħu tonqos milli tkun konformi mad-dispożizzjonijiet relevanti tal-Artikolu 11 . |
1. Il-President għandu jsejjaħ għall-ordni kwalunkwe Membru li jikser l-istandards ta' kondotta definiti fl-Artikolu 11, paragrafu 3b jew 3c . |
Emenda 46
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 165 – paragrafu 2
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
2. F'każ ta' reċidivita' , il-President għandu jerġa' jsejjaħ lill-Membru għall-ordni għat-tieni darba, u l-fatt għandu jiġi rrapurtat fil-minuti. |
2. F'każ li ksur jiġi ripetut , il-President għandu jerġa' jsejjaħ lill-Membru għall-ordni għat-tieni darba, u l-fatt għandu jiġi rrapurtat fil-minuti. |
Emenda 47
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 165 – paragrafu 3
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
3. Jekk it-tfixkil ikompli, jew f'każ ta' reċidivita' mill-ġdid , il-President jista' jċaħħad lill-Membru kkonċernat mid-dritt li jitkellem u jkeċċih mill-Kamra għall-bqija tas-seduta. F'każijiet ta' serjetà eċċezzjonali, il-President jista' wkoll jirrikorri għal għat-tkeċċija tal-Membru kkonċernat għall-bqija tas-seduta minnufih u mingħajr it-tieni sejħa għall-ordni. Is-Segretarju Ġenerali għandu, mingħajr dewmien, jara li dawn il-miżuri dixxiplinari jitwettqu, bl-għajnuna tal-uxxiera u, jekk ikun meħtieġ, tas-Servizz tas-Sigurtà tal-Parlament. |
3. Jekk il-ksur ikompli, jew f'każ ta' ksur ulterjuri , il-President jista' jċaħħad lill-Membru kkonċernat mid-dritt li jitkellem u jkeċċih mill-Kamra għall-bqija tas-seduta. F'każijiet ta' serjetà eċċezzjonali, il-President jista' wkoll jirrikorri għal għat-tkeċċija tal-Membru kkonċernat għall-bqija tas-seduta minnufih u mingħajr it-tieni sejħa għall-ordni. Is-Segretarju Ġenerali għandu, mingħajr dewmien, jara li dawn il-miżuri dixxiplinari jitwettqu, bl-għajnuna tal-uxxiera u, jekk ikun meħtieġ, tas-Servizz tas-Sigurtà tal-Parlament. |
Emenda 48
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 165 – paragrafu 5
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
5. Il-President jista' jiddeċiedi li jinterrompi x-xandir dirett tas-seduta fil-każ ta' lingwaġġ jew aġir difamatorju , razzist jew ksenofobiku minn Membru. |
5. Il-President jista' jiddeċiedi li jinterrompi x-xandir dirett tas-seduta fil-każ ta' ksur minn Membru tal-Artikolu 11 , paragrafu 3b jew 3c minn Membru. |
Emenda 49
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 165 – paragrafu 6 – subparagrafu 1
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
Il-President jista' jordna t-tħassir mir-rekords awdjoviżivi tal-proċedimenti dawk il-partijiet ta' diskors minn Membru li jkun fihom lingwaġġ difamatorju , razzist jew ksenofobiku . |
Il-President jista' jordna t-tħassir mir-rekords awdjoviżivi tal-proċedimenti ta' dawk il-partijiet ta' diskors minn Membru li jiksru l-Artikolu 11 , paragrafu 3b jew 3c . |
Emenda 50
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 166 – paragrafu 1
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
1. F'każijiet serji ta' diżordni jew sfrattar tal-Parlament bi ksur tal-prinċipji mniżżla fl-Artikolu 11 , il-President għandu jadotta deċiżjoni motivata li tistipula s-sanzjoni xierqa. |
1. F'każijiet serji ta' ksur tal-Artikolu 11, paragrafi 3a sa 5b , il-President għandu jadotta deċiżjoni motivata li timponi fuq il-Membru kkonċernat is-sanzjoni xierqa , skont dan l-Artikolu . |
|
|
Fir-rigward tal-Artikolu 11, paragrafu 3b jew 3c, il-President jista' jadotta deċiżjoni motivata skont dan l-Artikolu irrispettivament minn jekk preċedentement tkunx ġiet imposta jew le miżura immedjata skont it-tifsira tal-Artikolu 165 fuq il-Membru kkonċernat. |
|
|
Fir-rigward tal-Artikolu 11, paragrafu 3e, il-President jista' jadotta biss deċiżjoni motivata skont dan l-Artikolu wara li jiġi stabbilit li seħħ fastidju skont il-proċedura amministrattiva interna applikabbli dwar il-fastidju u l-prevenzjoni tiegħu. |
|
|
Il-President jista' jimponi sanzjoni fuq Membru f'każijiet fejn issir dispożizzoni, minn dawn ir-Regoli ta' Proċedura jew b'deċiżjoni adottata mill-Bureau skont l-Artikolu 25, għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. |
|
Il-Membru kkonċernat għandu jiġi mistieden mill-President jissottometti osservazzjonijiet bil-miktub qabel ma tiġi adottata d-deċiżjoni. F'każijiet eċċezzjonali, il-President jista' jsejjaħ seduta ta' smigħ tal-Membru kkonċernat. |
|
|
Dik id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Membru kkonċernat permezz ta' ittra rreġistrata jew, f'każijiet ta' urġenza, permezz tal-uxxiera. |
|
|
Wara li dik id-deċiżjoni tiġi nnotifikata lill-Membru kkonċernat, kwalunkwe sanzjoni imposta fuq Membru għandha titħabbar mill-President lill-Parlament. L-uffiċjali li jippresiedu l-korpi, il-kumitati u d-delegazzjonijiet li fihom iservi l-Membru, għandhom jiġu infurmati. |
|
|
Ladarba s-sanzjoni ssir finali, hija għandha tiġi ppubblikata b'mod prominenti fuq il-websajt tal-Parlament, u għandha tibqa' hemm għall-bqija tal-leġiżlatura parlamentari. |
|
Emenda 51
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 166 – paragrafu 1a (ġdid)
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
|
1a. Il-Membru kkonċernat għandu jiġi mistieden mill-President jissottometti osservazzjonijiet bil-miktub qabel ma tiġi adottata d-deċiżjoni. Il-President jista' jiddeċiedi li jsejjaħ seduta orali minflok kull meta dan ikun aktar xieraq. |
|
|
Id-deċiżjoni li timponi s-sanzjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Membru kkonċernat permezz ta' ittra rreġistrata jew, f'każijiet ta' urġenza, permezz tal-uxxiera. |
|
|
Wara li dik id-deċiżjoni tiġi nnotifikata lill-Membru kkonċernat, kwalunkwe sanzjoni imposta fuq Membru għandha titħabbar mill-President lill-Parlament. L-uffiċjali li jippresiedu l-korpi, il-kumitati u d-delegazzjonijiet li fihom iservi l-Membru, għandhom jiġu infurmati. |
|
|
Ladarba s-sanzjoni ssir finali, hija għandha tiġi ppubblikata b'mod prominenti fuq il-websajt tal-Parlament, u għandha tibqa' hemm għall-bqija tal-leġiżlatura parlamentari. |
Emenda 52
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 166 – paragrafu 2
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
2. Waqt il-valutazzjoni tal-kondotta osservata għandha titqies in-natura eċċezzjonali, rikorrenti jew permanenti tagħha, u s-serjetà tagħha. |
2. Waqt il-valutazzjoni tal-kondotta osservata għandha titqies in-natura eċċezzjonali, rikorrenti jew permanenti tagħha, u s-serjetà tagħha. Jekk ikun applikabbli għandu jitqies id-dannu possibbli fuq id-dinjità u r-reputazzjoni tal-Parlament. |
|
Għandha ssir distinzjoni bejn azzjonijiet viżivi, li jistgħu jkunu tollerati, dment li ma jkunux offensivi, difamatorji, razzisti jew ksenofobiċi, u jibqgħu f'limiti raġonevoli, u dawk li jisfrattaw b'mod attiv l-attività parlamentari. |
|
Emenda 53
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 166 – paragrafu 4
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
4. Il-miżuri stipulati fil-punti (b) sa (e) tal-paragrafu 3 jistgħu jiġu rduppjati fil-każ ta' offiżi ripetuti , jew jekk il-Membru jirrifjuta li jikkonforma ma' miżura meħuda skont l-Artikolu 165(3). |
4. Il-miżuri stipulati fil-punti (b) sa (e) tal-paragrafu 3 jistgħu jiġu rduppjati fil-każ ta' ksur ripetut , jew jekk il-Membru jirrifjuta li jikkonforma ma' miżura meħuda skont l-Artikolu 165(3). |
Emenda 54
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 174 – paragrafu 7
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
7. Il-President jista' jqiegħed emendi oħra għall-vot b'mod kollettiv meta dawn l-emendi jkunu kumplimentari, sakemm grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx ma jkunux talbu votazzjonijiet separati jew maqsuma. L-awturi ta' emendi ta' dan it-tip jistgħu jipproponu wkoll votazzjonijiet kollettivi meta l-emendi tagħhom ikunu kumplimentari . |
7. Il-President jista' jqiegħed emendi oħra għall-vot b'mod kollettiv meta dawn l-emendi jkunu kumplimentari, sakemm grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx ma jkunux talbu votazzjonijiet separati jew maqsuma. L-awturi ta' emendi jistgħu jipproponu wkoll votazzjonijiet kollettivi fuq l-emendi tagħhom. |
Emenda 55
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 174 – paragrafu 10
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
10. Emendi li għalihom tintalab votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet għandhom jiġu soġġett għal votazzjoni separate . |
10. Emendi li għalihom tintalab votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet għandhom jiġu soġġetti għal votazzjoni separata minn emendi oħra . |
Emenda 56
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 177 – interpretazzjoni
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
Kull ksur ta' dan l-Artikolu jitqies bħala każ serju ta' diżordni kif stipulat fl-Artikolu 166 ( 1 ) u jkollu l-konsegwenzi legali stipulati f'dak l-Artikolu . |
Kull ksur ta' dan l-Artikolu jitqies bħala ksur tal-Artikolu 11 ( 3b ). |
Emenda 57
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 196
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
Artikolu 196 |
Artikolu 196 |
|
Twaqqif ta' Kumitati Permanenti |
Twaqqif ta' Kumitati Permanenti |
|
Il-Parlament għandu, fuq proposta tal-Konferenza tal-Presidenti, iwaqqaf kumitati permanenti. Ir-responsabbiltajiet tagħhom għandhom ikunu stabbiliti f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura (52). Dak l-Anness għandu jiġi adottat minn maġġoranza tal-voti mitfugħa. Il-membri tagħhom għandhom ikunu maħtura fl-ewwel sessjoni parzjali wara l-elezzjoni ta' Parlament ġdid u mill-ġdid sentejn u nofs wara . |
Il-Parlament għandu, fuq proposta tal-Konferenza tal-Presidenti, iwaqqaf kumitati permanenti. Ir-responsabbiltajiet tagħhom għandhom ikunu stabbiliti f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura (52). Dak l-Anness għandu jiġi adottat minn maġġoranza tal-voti mitfugħa. Il-Membri tagħhom għandhom jiġu eletti fl-ewwel sessjoni parzjali wara l-elezzjoni ta' Parlament ġdid. |
|
Ir-responsabbiltajiet tal-kumitati permanenti jistgħu wkoll jiġu stabbiliti f'ħin differenti mill-ħin meta l-kumitat ikun qed jitwaqqaf. |
Ir-responsabbiltajiet tal-kumitati permanenti jistgħu wkoll jiġu definiti mill-ġdid f'ħin differenti mill-ħin meta l-kumitat ikun qed jitwaqqaf. |
Emenda 58
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 204 – paragrafu 1
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
1. Fl-ewwel laqgħa tal-kumitat wara l-ħatra tal-membri tal-kumitat skont l-Artikolu 199, il-kumitat għandu jeleġġi bureau li jkun jikkonsisti fi president u f'viċi presidenti minn fost il-membri sħaħ tiegħu f'votazzjonijiet separati. In-numru ta' viċi presidenti li għandhom jiġu eletti għandu jiġi determinat mill-Parlament fuq proposta mill-Konferenza tal-Presidenti. Id-diversità tal-Parlament trid tiġi riflessa fil-kompożizzjoni tal-bureau ta' kull kumitat; ma għandux ikun permess li jkun hemm bureau kompost minn nisa biss jew minn irġiel biss jew li l-viċi presidenti kollha joriġinaw mill-istess Stat Membru. |
1. Fl-ewwel laqgħa tal-kumitat wara l-ħatra tal-membri tal-kumitat skont l-Artikolu 199, u sussegwentement sentejn u nofs wara, il-kumitat għandu jeleġġi bureau li jkun jikkonsisti fi president u f'viċi presidenti minn fost il-membri sħaħ tiegħu f'votazzjonijiet separati. In-numru ta' viċi presidenti li għandhom jiġu eletti għandu jiġi determinat mill-Parlament fuq proposta mill-Konferenza tal-Presidenti. Id-diversità tal-Parlament trid tiġi riflessa fil-kompożizzjoni tal-bureau ta' kull kumitat; m'għandux ikun permess li jkun hemm bureau kompost minn nisa biss jew minn irġiel biss jew li l-viċi presidenti kollha joriġinaw mill-istess Stat Membru. |
Emenda 59
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 210a – titolu
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
Proċedura għall-eżami minn kumitat ta' informazzjoni kunfidenzjali milqugħa mill-Parlament |
Proċedura għall-eżami minn kumitat ta' informazzjoni kunfidenzjali f'laqgħa tal-kumitat bil-magħluq. |
Emenda 60
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 210a – paragrafu 3 – subparagrafu 1
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
Ladarba l-president tal-kumitat ikun iddikkjara li l-proċedura ta' kunfidenzjalità hija applikata, l-aċċess għal-laqgħa għandu jingħata biss lill-membri tal-kumitat u lill-uffiċjali u l-esperti li jkunu ġew nominati minn qabel mill-president u li l-preżenza tagħhom tkun assolutament meħtieġa . |
Ladarba l-President tal-kumitat ikun iddikkjara li l-proċedura ta' kunfidenzjalità għandha tiġi applikata, il-laqgħa għandha tkun bil-magħluq u l-aċċess għaliha jista' jingħata biss lill-membri tal-kumitat , inklużi membri sostituti. Il-Kumitat jista' jiddeċiedi, f'konformità mal-qafas legali interistituzzjonali applikabbli, li Membri oħra jistgħu jattendu għal-laqgħa skont l-Artikolu 206(3). L-aċċess għal-laqgħa jista' jingħata wkoll lill-persuni li jkunu ġew nominati minn qabel mill-President , li jeħtieġu li jkunu infurmati, b'rispett xieraq ta' kwalunkwe restrizzjoni li tirriżulta mir-regoli applikabbli li jirregolaw it-trattament ta' informazzjoni kunfidenzjali mill-Parlament . Rigward il-konsultazzjoni ta' informazzjoni klassifikata fil-livell ta' CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u ogħla, jew fil-każ ta' limitazzjonijiet speċifiċi ta' aċċess li jirriżultaw mill-qafas legali interistituzzjonali, jistgħu japplikaw restrizzjonijiet addizzjonali. |
Emenda 61
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 210a – paragrafu 4
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
4. Għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju fil-kumitat li jkun applika l-proċedura kunfidenzjali jistgħu jagħmlu talba biex jiġi eżaminat ksur ta' kunfidenzjalità. Din it-talba tista' titqiegħed fuq l-aġenda tal-laqgħa li jmiss tal-kumitat. B'maġġoranza tal-membri tiegħu, il-kumitat jista' jiddeċiedi li jressaq il-kwistjoni quddiem il-President biex jiġi eżaminat skont l-Artikoli 11 u 166. |
4. Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar il-ksur tal-kunfidenzjalità b'mod ġenerali, għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju fil-kumitat li jkun applika l-proċedura kunfidenzjali jistgħu jagħmlu talba biex jiġi eżaminat ksur ta' kunfidenzjalità. Din it-talba tista' titqiegħed fuq l-aġenda tal-laqgħa li jmiss tal-kumitat. B'maġġoranza tal-membri tiegħu, il-kumitat jista' jiddeċiedi li jressaq il-kwistjoni quddiem il-President biex jiġi eżaminat skont l-Artikoli 11 u 166. |
Emenda 62
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 211 – titolu
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
Seduti ta' smigħ pubbliku dwar inizjattivi taċ-ċittadini |
Seduti ta' smigħ pubbliku u dibattiti dwar inizjattivi taċ-ċittadini |
Emenda 63
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 211 – paragrafu 7a (ġdid)
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
|
7a. Il-Parlament għandu jorganizza dibattitu dwar inizjattiva taċ-ċittadini ppubblikata fir-reġistru rilevanti skont il-punt (a) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011, f'sessjoni parzjali wara s-seduta ta' smigħ pubbliku u għandu, meta jqiegħed id-dibattitu fuq l-aġenda tiegħu, jiddeċiedi jekk jagħlaqx id-dibattitu b'riżoluzzjoni jew le. M'għandux jagħlaq id-dibattitu b'riżoluzzjoni jekk rapport fuq l-istess suġġett jew suġġett simili huwa skedat għall-istess seduta parzjali jew f'dik ta' wara, ħlief jekk il-President, għal raġunijiet eċċezzjonali, jipproponi mod ieħor. Jekk il-Parlament jiddeċiedi li jagħlaq id-dibattitu b'riżoluzzjoni, il-kumitat responsabbli jew grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda mozzjoni għal riżoluzzjoni. L-Artikolu 123(3) sa (8) rigward it-tqegħid fuq il-Mejda ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet u l-votazzjoni fuqhom għandu japplika mutatis mutandis. |
Emenda 76
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 211 – paragrafu 8
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
8. Fil-każ li l-Kummissjoni tonqos milli tressaq proposta għal att legali dwar inizjattiva taċ-ċittadini li tkun ġiet riferuta lilha b'suċċess skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 fi żmien perjodu ta' tnax-il xahar wara li tkun ħarġet opinjoni pożittiva dwarha u spjegat f'komunikazzjoni l-azzjoni li għandha l-ħsieb li tieħu , il-kumitat responsabbli għas-suġġett jista' jorganizza seduta ta' smigħ b'konsultazzjoni mal-organizzaturi tal-inizjattiva taċ-ċittadini u , jekk ikun meħtieġ, jattiva l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 46 bil-ħsieb li jeżerċita d-dritt tal-Parlament li jitlob lill-Kummissjoni tressaq proposta xierqa . |
8. Wara l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-konklużjonijiet legali u politiċi tagħha dwar inizjattiva taċ-ċittadini speċifika, il-Parlament għandu jivvaluta l-azzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni bħala riżultat ta' tali komunikazzjoni. Fil-każ li l-Kummissjoni tonqos milli tippreżenta proposta xierqa dwar inizjattiva taċ-ċittadini, il-kumitat responsabbli għas-suġġett jista' jorganizza seduta ta' smigħ b'konsultazzjoni mal-organizzaturi tal-inizjattiva taċ-ċittadini . Barra minn hekk, il-Parlament jista' jiddeċiedi jekk jorganizzax dibattitu plenarju u jekk jagħlaqx dan id-dibattitu b'riżoluzzjoni. Il-proċedura msemmija fl-Artikolu 211(7a) għandha tapplika mutatis mutandis. Il-Parlament jista' wkoll jiddeċiedi li jeżerċita d-dritt mogħti lilu mill-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'hekk jattiva l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 46. |
Emenda 64
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 223a – titolu – nota f'qiegħ il-paġna
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 65
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 223a – paragrafu 2a (ġdid)
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
|
2a. Abbażi tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, grupp ta' mill-inqas 50 ċittadin jista' jissottometti talba motivata fejn jistieden lill-Parlament jitlob il-verifika msemmija fil-paragrafu 2. Dik it-talba motivata m'għandhiex titnieda jew tiġi ffirmata mill-Membri. Għandha tinkludi evidenza fattwali sostanzjali li turi li l-partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea inkwistjoni ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2. |
|
|
Il-President għandu jibgħat talbiet ammissibbli minn gruppi ta' ċittadini lill-kumitat responsabbli għal eżami ulterjuri. |
|
|
Wara dak l-eżami, li għandu jseħħ fi żmien erba' xhur mir-riferiment tal-President, il-kumitat responsabbli jista', permezz ta' maġġoranza tal-membri tiegħu li jirrappreżentaw mill-inqas tliet gruppi politiċi, jippreżenta proposta għas-segwitu tat-talba u jinforma lill-President dwar dan. |
|
|
Il-grupp ta' ċittadini għandu jiġi infurmat dwar l-eżitu tal-eżami tal-kumitat. |
|
|
Malli jirċievi l-proposta tal-kumitat, il-President għandu jikkomunika t-talba lill-Parlament. |
|
|
Wara din il-komunikazzjoni, il-Parlament għandu, b'maġġoranza tal-voti mitfugħa, jiddeċiedi jekk jippreżentax talba lill-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej. |
|
|
Il-kumitat għandu jadotta linji gwida għat-trattament ta' tali talbiet minn gruppi ta' ċittadini. |
Emenda 89/rev
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 228a (ġdid)
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
|
Artikolu 228a Integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri Il-Bureau għandu jadotta pjan ta' azzjoni dwar il-ġeneri li jkollu l-mira li jinkorpora l-perspettiva tal-ġeneri fl-attivitajiet kollha tal-Parlament, f'kull livell u f'kull stadju. Il-pjan ta' azzjoni dwar il-ġeneri għandu jiġi mmonitorjat darbtejn fis-sena u rivedut tal-anqas kull ħames snin. |
Emenda 66
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 229 – paragrafu 3
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
Dawn id-dispożizzjonijiet m'għandhomx japplikaw għal petizzjonijiet u komunikazzjonijiet li ma jeħtiġux deċiżjoni. |
Dawn id-dispożizzjonijiet m'għandhomx japplikaw għal petizzjonijiet , inizjattivi taċ-ċittadini u komunikazzjonijiet li ma jeħtiġux deċiżjoni. |
Emenda 67
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Anness II – titolu
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
KRITERJI GĦALL-MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB SKONT L-ARTIKOLI 130, 130A, 130B, 131 U 131A |
KRITERJI GĦALL-MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB SKONT L-ARTIKOLI 130, 131 U 131A |
(4) Ara l-Anness II
(5) Ftehim tas-16 ta' April 2014 bejn il-Parlament Ewropej u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-istabbiliment ta' Reġistru ta' Trasparenza għall-organizzazzjonijiet u l-persuni li jaħdmu għal rashom li huma involuti fl-abbozzar u fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 277, 19.9.2014, p. 11).
(1a) Il-Kodiċi ta' Mġiba Xierqa għall-Membri tal-Parlament Ewropew fil-Qadi ta' Dmirijiethom, adottat mill-Bureau fit-2 ta' Lulju 2018, għandu jsir anness ma' dawn ir-Regoli.
(1a) Ara l-Anness I.
(1b) Ftehim tas-16 ta' April 2014 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea dwar ir-reġistru tat-trasparenza għal organizzazzjonijiet u individwi li jaħdmu għal rashom involuti fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE (ĠU L 277, 19.9.2014, p. 11).
(27) Ara l-Anness II
(27) Ara l-Anness II
(28) Ara l-Anness II
(29) Ara l-Anness II
(52) Ara l-Anness V.
(52) Ara l-Anness V.