Brussell, 17.12.2019

COM(2019) 627 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Rapport strateġiku tal-2019 dwar l-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej


INTRODUZZJONI    

1. KUNTEST TA’ SFIDA U LI QIEGĦED JINBIDEL MALAJR    

2. TWASSIL TA’ INVESTIMENT GĦAL TKABBIR INTELLIĠENTI, SOSTENIBBLI U INKLUŻIV    

2.1. Progress ġenerali    

2.2. Riċerka, żvilupp u innovazzjoni teknoloġiċi, ICT u kompetittività tal-SMEs    

2.3. Ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, it-tibdil fil-klima, l-ambjent, it-trasport u l-enerġija    

2.4. Impjiegi, inklużjoni soċjali, saħħa u edukazzjoni    

3. L-IMPATT TAR-RIFORMI EWLENIN TAL-2014-2020    

3.1. Kontribut tal-Fondi SIE għas-Semestru Ewropew    

3.2. Prerekwiżiti għall-finanzjament: kundizzjonalitajiet ex ante    

3.3. Ir-regola ta’ diżimpenn “N+3”    

3.4. Il-qafas ta’ prestazzjoni    

3.5. Appoġġ ta’ żvilupp territorjali integrat    

3.5.1. Investimenti integrati fl-ibliet    

3.5.2. Implimentazzjoni ta’ strumenti territorjali    

3.5.3. Kooperazzjoni territorjali    

4. ĠESTJONI AĦJAR TAL-PROGRAMM    

4.1. Il-kapaċità tal-awtoritajiet u tal-benefiċjarji    

4.2. Simplifikazzjoni għall-benefiċjarji    

4.3. Ir-rwol tas-sħab fl-implimentazzjoni tal-programmi    

4.4. Implimentazzjoni ta’ prinċipji orizzontali u objettivi tal-politika    

4.5. Komplementarjetajiet aħjar għal aktar impatt    

4.6. Sinteżi tal-evalwazzjoni tal-Fondi SIE    

4.7. Komunikazzjoni dwar il-Fondi SIE    

KONKLUŻJONI    

INTRODUZZJONI

L-għan ewlieni tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej 1 (“Fondi SIE” jew “FSIE”) huwa li jrawmu l-konverġenza soċjoekonomika, ir-reżiljenza u l-koeżjoni territorjali dejjiema. Il-Fondi SIE jagħtu massa kritika ta’ investimenti 2 f’oqsma ta’ prijorità tal-UE permezz ta’ ġestjoni kondiviża bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri. Billi jappoġġaw il-ħolqien tal-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment, it-tisħiħ tas-Suq Uniku, tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-governanza ekonomika, dawn l-investimenti jwieġbu għall-ħtiġijiet tal-ekonomija reali.

Dan it-tieni rapport strateġiku 3 huwa bbażat fuq l-implimentazzjoni u r-rapporti ta’ progress tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tal-programmi FSIE 2014-2020 sa tmiem l-2018 4 . Sa dak iż-żmien, ġew impenjati 72 % tar-riżorsi tal-FSIE disponibbli 5 . Proġetti diġà ffinanzjati qegħdin ikollhom impatt dejjem akbar f’oqsma ta’ politika ewlenin, pereżempju:

·aktar minn 1,6 miljun negozju – inklużi farms – qegħdin jiġu appoġġati;

·300 000 impjieg ġdid qegħdin jinħolqu minn impriżi appoġġati;

·26 miljun persuna rċevew għajnuna għat-taħriġ, l-edukazzjoni jew it-tiftix għal impjieg;

·8,3 miljun dar se jkollhom aċċess għal broadband aħjar;

·aktar minn 3 900 km ta’ linji tal-ferrovija qegħdin jinbnew jew jiġu rikostruwiti;

·60 miljun persuna qegħdin jibbenefikaw minn proġetti li għadhom għaddejjin fis-settur tas-saħħa.

Dan ir-rapport u l-Pjattaforma tad-Data Miftuħa tal-Fondi SIE jagħtu ħarsa ġenerali dettaljata lejn il-progress fl-oqsma tematiċi kollha 6 .

Il-fokus tal-politika attwali u l-qafas adattabbli tagħha qegħdin jippermettu lill-Fondi SIE jagħtu kontribut kbir għal sfidi ġodda u emerġenti. Il-biċċa l-kbira tal-oqsma ta’ finanzjament diġà jappoġġaw l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU, l-azzjonijiet ta’ adattament għat-tibdil fil-klima u ta’ tnaqqis tar-riskju, u dan il-fokus jista’ jingħata spinta fi ħdan il-programmi FSIE kif meħtieġ.



1. KUNTEST TA’ SFIDA U LI QIEGĦED JINBIDEL MALAJR

Fir-rapporti ta’ progress tagħhom tal-2019, l-Istati Membri jirrikonoxxu r-rwol deċiżiv tal-Fondi SIE fl-indirizzar tat-tibdil ambjentali, ekonomiku u soċjali, u fl-għajnuna biex jiġu stabbiliti r-riformi meħtieġa biex jiġi żgurat futur sostenibbli. Wara l-kriżi finanzjarja, il-Fondi SIE kienu strumentali fl-appoġġ tal-investiment u fl-għajnuna biex il-konverġenza ekonomika terġa’ lura fit-triq it-tajba 7 .

Madankollu, bosta Stati Membri jindikaw inugwaljanzi territorjali u reġjonali u esklużjoni soċjali fit-tul, u kwistjonijiet dejjem jiżdiedu marbuta mat-tibdil demografiku. Għadhom jeżistu differenzi bejn ir-reġjuni u fihom u bejn iż-żoni urbani u rurali. Għadd ta’ reġjuni, li tilfu l-vantaġġ kompetittiv tagħhom, qegħdin jesperjenzaw in-“nassa ta’ dħul medju” 8 , u xi wħud għadhom qegħdin jiffaċċjaw rati ta’ qgħad għoljin, speċjalment fost iż-żgħażagħ. Oħrajn huma aktar vulnerabbli għall-effetti tat-tranżizzjoni doppja li tirriżulta mill-azzjoni klimatika u mid-diġitalizzazzjoni, jew mill-konsegwenzi kontinwi tal-kriżi tar-refuġjati u tal-migrazzjoni. Dawn id-diskrepanzi ġeografiċi kienu katalista għal sentiment kontra l-UE 9 .

Il-Fondi SIE, imwassla permezz ta’ ġestjoni kondiviża, jagħtu s-setgħa lill-atturi lokali u reġjonali biex jikkumbattu dawn ix-xejriet billi jappoġġaw il-koeżjoni territorjali, l-investimenti li jżidu t-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi, il-kompetittività tan-negozju, ir-riċerka u l-innovazzjoni (R&I) u l-ekosistemi għall-bidu ta’ negozji, l-azzjonijiet ambjentali, l-adattament għat-tibdil fil-klima u r-reżiljenza għalih, it-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri, l-inklużjoni soċjali u proġetti tas-saħħa u l-edukazzjoni, sabiex tittejjeb il-ħajja u l-UE titqarreb lejn in-nies.

2. TWASSIL TA’ INVESTIMENT GĦAL TKABBIR INTELLIĠENTI, SOSTENIBBLI U INKLUŻIV

2.1. Progress ġenerali

Bl-elementi l-ġodda introdotti fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013, b’mod partikolari l-konċentrazzjoni ta’ investimenti fuq objettivi ewlenin ta’ żvilupp u l-fokus aktar b’saħħtu fuq il-prestazzjoni, il-programmi FSIE huma mmirati lejn il-kisba effettiva u effiċjenti tal-għanijiet tal-UE ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Din it-tendenza ssaħħet aktar bl-approċċ integrat u flessibbli tal-Kummissjoni, b’mod partikolari permezz ta’ modifika tal-programmi, monitoraġġ tal-programmi f’riskju, jew diversi azzjonijiet pilota 10 li pprovdew assistenza mfassla apposta u lezzjonijiet meħuda għall-implimentazzjoni futura.

Investimenti ppjanati totali tal-Fondi SIE (tal-UE u nazzjonali) skont l-objettiv tematiku (EUR biljun) 11

 

Sors: FSIE Data Miftuħa - https://cohesiondata.ec.europa.eu/d/e4v6-qrrq

Meta wieħed iħares lejn iċ-ċifri, il-Fondi SIE kollha meħuda flimkien, l-għażla tal-proġetti (il-finanzjament deċiż) żdied b’aktar mid-doppju mill-ewwel rapport strateġiku fl-2017, li jammonta għal EUR 464 biljun (72 % tal-investiment ippjanat totali). Il-progress huwa evidenti f’setturi bħar-R&I, b’mod partikolari bis-saħħa tal-effett katalistiku tal-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti, tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) u tal-infrastrutturi tat-trasport. L-għażla tal-proġetti aċċellerat ukoll, għalkemm aktar moderatament, f’oqsma bħall-ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u l-impjiegi sostenibbli u ta’ kwalità.

Fir-rigward tal-infiq reali 12 , il-Fondi SIE kollha meħuda flimkien, 27 % tal-baġit disponibbli tħallas lill-Istati Membri sal-aħħar ta’ Diċembru 2018 (36 % sal-aħħar ta’ Ottubru 2019). Dan il-livell ta’ nefqa ddikjarata huwa inqas minn dak ta’ perjodi preċedenti u jissuġġerixxi li għad hemm bżonn ta’ fokus aktar b’saħħtu fuq l-infiq fil-livell tal-Istati Membri 13 .

Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji, l-ammonti tal-programmi f’operazzjonijiet tal-istrumenti finanzjarji magħżula laħqu l-EUR 21,9 biljun, sal-aħħar tal-2018, li jirrappreżentaw madwar 77 % tal-ammonti ppjanati fil-programmi għal dan it-tip ta’ appoġġ. Dan jikkonferma li l-biċċa l-kbira tal-istrumenti finanzjarji qed iwasslu għal riżultati fil-prattika.

2.2. Riċerka, żvilupp u innovazzjoni teknoloġiċi, ICT u kompetittività tal-SMEs

Għal dan il-perjodu ta’ programmazzjoni, l-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni ġie identifikat bħala xprunatur ewlieni tat-tkabbir u tal-konverġenza. L-appoġġ għall-iżvilupp territorjali mmexxi mill-innovazzjoni, b’mod partikolari permezz ta’ strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti, wassal għal żieda qawwija ta’ proġetti magħżula fir-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni (RD&I), l-ICT u l-kompetittività tal-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs). Sal-aħħar tal-2018, l-għażla tal-proġetti laħqet volum totali ta’ aktar minn EUR 117-il biljun mill-EUR 163 biljun disponibbli.

·Fil-qasam tar-RD&I, aktar minn EUR 42,6 biljun ġew allokati għal proġetti marbuta ma’ kważi 20 000 riċerkatur ġdid li kienu qegħdin jiġu appoġġati u qrib it-30 000 kumpanija għenu biex jiddaħħlu prodotti ġodda fis-suq.

·Aktar minn EUR 12,3 biljun ġew allokati għal proġetti fl-ekonomija diġitali, li appoġġaw, inter alia, l-użu tal-broadband, is-servizzi pubbliċi diġitali jew il-kummerċ elettroniku. Din is-somma tinkludi EUR 1,5 biljun fl-appoġġ tal-FAEŻR għall-infrastruttura tal-ICT fiż-żoni rurali. 8,3 miljun unità domestika se jkollhom aċċess għal broadband imtejjeb.

·Aktar minn EUR 62,5 biljun huma allokati għal proġetti magħżula sabiex tingħata spinta lill-kompetittività tal-SMEs u huma marbuta mal-ħolqien tal-maġġoranza tat-300 000 impjieg ġdid li qegħdin jinħolqu taħt il-FEŻR. Fiż-żoni rurali, aktar minn 130 000 farm qegħdin jirċievu appoġġ finanzjarju biex jgħinhom jirristrutturaw u jimmodernizzaw u jiksbu żidiet fil-produttività.

·Is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-Produttività u s-Sostenibbiltà Agrikoli (EIP-AGRI) tappoġġa 7730 proġett ta’ innovazzjoni interattiva. L-għarfien u l-innovazzjoni żviluppati permezz tal-proġetti tal-EIP-AGRI huma kondiviżi permezz ta’ netwerks nazzjonali ta’ innovazzjoni u rurali u n-netwerk tal-EIP-AGRI.

2.3. Ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, it-tibdil fil-klima, l-ambjent, it-trasport u l-enerġija

Għal dan il-perjodu ta’ programmazzjoni, 20 % tal-baġit tal-UE ġie allokat għall-azzjoni klimatika, u l-Kummissjoni pproponiet li tieħu 25 % għall-baġit tal-UE li jmiss 14 . Il-Fondi SIE kellhom rwol ewlieni fit-tiswir ta’ bidla sinifikanti. Bis-saħħa tal-ammonti allokati u l-prekundizzjonijiet għall-investiment, il-Fondi SIE ġabu ingranaġġ politiku ċar għall-azzjoni klimatika u t-tkabbir sostenibbli. Sal-aħħar tal-2018, ġew allokati ’l fuq minn EUR 169 biljun għal proġetti f’reġjuni u bliet li jappoġġaw id-dekarbonizzazzjoni, ir-reżiljenza klimatika u l-prevenzjoni tar-riskju, l-effiċjenza enerġetika jew it-trasport sostenibbli.

·Aktar minn EUR 31,8 biljun ġew impenjati għal proġetti fil-qasam tal-ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, marbuta mat-titjib tal-konsum tal-enerġija f’aktar minn 400 000 unità domestika b’appoġġ mill-FEŻR.

·Ingħataw aktar minn EUR 52 biljun lil proġetti fl-effiċjenza ambjentali u fir-riżorsi, marbuta mat-twassil ta’ kapaċità addizzjonali għar-riċiklaġġ tal-iskart ta’ aktar minn 500 000 tunnellata fis-sena. Għoxrin miljun ruħ se jkollhom aċċess aħjar għat-trattament tal-ilma mormi b’riżultat tal-proġetti deċiżi.

·Fir-rigward tal-azzjonijiet klimatiċi fis-settur agrikolu (pereżempju s-sekwestru tal-karbonju, it-tnaqqis tal-gassijiet b’effett ta’ serra u l-emissjonijiet tal-ammonja), sar progress tajjeb, b’mod partikolari meta l-bdiewa ngħaqdu ma’ skemi agri-ambjent-klima volontarji sabiex jiżviluppaw ġestjoni agrikola li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent. Il-mira hija li jintlaħqu (i) 18 % tal-art agrikola tal-UE li qiegħda tiġi mmaniġġjata għall-bijodiversità, (ii) 15 % għal immaniġġjar aħjar tal-ħamrija, u (iii) 15 % għal immaniġġjar aħjar tal-ilma. Fit-tliet każijiet kollha, aktar minn 85 % tal-miri ntlaħqu.

·L-appoġġ għad-diġitalizzazzjoni u d-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport hija prijorità, b’mod partikolari fiż-żoni urbani. B’aktar minn EUR 56 biljun allokati għan-netwerks tat-trasport u tal-enerġija, il-proġetti deċiżi se jwasslu, fost eżiti oħrajn, aktar minn 3 900 km ta’ linji ferrovjarji ġodda jew rikostruwiti, u aktar minn 400 km ta’ linji ġodda jew imtejba tal-linji tat-tramm jew tal-metro.

·L-EMFF impenja EUR 1,25 biljun għall-promozzjoni ta’ bilanċ sostenibbli bejn il-flotot tas-sajd, ir-riżorsi disponibbli, u l-protezzjoni tal-ekosistemi marini. EUR 428 miljun oħra ġew impenjati għall-appoġġ ta’ akkwakultura sostenibbli, u EUR 625 miljun għall-appoġġ ta’ żviluppi soċjoekonomiċi fis-settur. Il-fond appoġġa aktar minn 34 000 operazzjoni, 2000 minnhom kienu fuq ġestjoni aħjar taż-żoni tan-Natura 2000, u aktar minn 1500 assoċjati ma’ żoni marittimi protetti oħra.

Twassil tal-azzjoni klimatika

Il-Fondi SIE, speċjalment permezz tal-FAEŻR, il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni, jappoġġaw reazzjonijiet fit-tul għall-isfidi li jiffaċċjaw l-Istati Membri u r-reġjuni fit-triq lejn ekonomija newtrali għall-klima. L-implimentazzjoni miexja ’l quddiem: mit-total ta’ EUR 115-il biljun ippjanati għal azzjonijiet dwar it-tibdil fil-klima, EUR 88,1 biljun ġew allokati għal proġetti sal-aħħar tal-2018. Il-kontribuzzjoni tal-FSE għall-objettivi klimatiċi hija ħames darbiet ogħla mill-ammont ippjanat oriġinali, b’mod partikolari permezz ta’ appoġġ ogħla għat-taħriġ u l-miżuri tas-suq tax-xogħol marbuta ma’ impjiegi ekoloġiċi (ara l-Anness 3).

2.4. Impjiegi, inklużjoni soċjali, saħħa u edukazzjoni

F’dawn l-aħħar snin, l-UE tat spinta qawwija lill-aġenda soċjali tagħha, b’mod partikolari bl-adozzjoni fl-2017 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. F’dan il-kuntest, il-Fondi SIE – b’mod partikolari l-FSE – għenu biex ikun hemm riforma strutturali, inkluż il-modernizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi, l-inkoraġġiment tal-impjieg taż-żgħażagħ u t-tnaqqis tal-faqar u l-inugwaljanzi. Sal-aħħar tal-2018, il-proġetti li kienu ntgħażlu kienu jammontaw għal żewġ terzi mill-allokazzjoni totali ppjanata, li tammonta għal kważi EUR 103 biljun.

·Il-proġetti magħżula biex itejbu l-opportunitajiet ta’ impjieg ikopru aktar minn EUR 34 biljun, li jirriżulta fi 23 miljun persuna appoġġata mill-FSE. Sal-aħħar tal-2018, 2,1 miljun persuna kienu sabu impjieg, inkluż bħala persuni li jaħdmu għal rashom.

·Flimkien mal-FSE, l-inizjattiva favur l-impjieg taż-żgħażagħ (YEI) turi progress tajjeb, bi kważi EUR 8,8 biljun allokati għal proġetti magħżula sal-aħħar tal-2018. Sal-istess data, madwar 2,7 miljun żagħżugħ u żagħżugħa ġew inklużi f’miżuri appoġġati mill-YEI:

o820 000 kienu ġew offruti impjieg, edukazzjoni kontinwa, apprendistat jew taħriġ; u

o’il fuq minn 1,1 miljun, li kienu fl-edukazzjoni jew fit-taħriġ, kienu kisbu kwalifika jew kellhom impjieg, inkluż impjieg indipendenti.

·Rigward l-inklużjoni soċjali, li l-FSE huwa l-akbar kontributur għaliha, il-proġetti magħżula s’issa jirrappreżentaw aktar minn EUR 36 biljun fi proġetti. Sal-aħħar tal-2018, 1,8 miljun parteċipant b’diżabilitajiet, 3,6 miljun migrant, parteċipanti bi sfond barrani jew minoranzi u 4,2 miljun persuna żvantaġġjati oħra rċevew għajnuna biex itejbu l-opportunitajiet tagħhom ta’ impjieg u jiżviluppaw il-ħiliet tajbin għas-suq tal-impjiegi. L-FAEŻR appoġġa wkoll aktar minn 60 000 azzjoni għall-inklużjoni soċjali fiż-żoni rurali.

·L-investimenti f’miżuri relatati mas-saħħa wkoll urew progress. S’issa, aktar minn EUR 8 biljun ġew investiti f’aktar minn 7000 proġett relatat mas-saħħa (li jindirizzaw l-inugwaljanzi fil-kura tas-saħħa, riforma tas-sistemi tas-saħħa, promozzjoni tas-saħħa elettronika, riċerka u innovazzjoni). B’mod ġenerali, il-proġetti magħżula għandhom l-għan li jtejbu s-servizzi tas-saħħa għal aktar minn 60 miljun persuna.

·Rigward l-edukazzjoni u t-taħriġ, ġew impenjati EUR 28,3 biljun għal proġetti konkreti. Sal-aħħar tal-2018, permezz tal-appoġġ tal-FSE, ġew megħjuna 11,6 miljun persuna b’livell baxx ta’ ħiliet, 3,4 miljun kisbu kwalifika u 1,2 miljuni kienu fl-edukazzjoni u fit-taħriġ. L-investimenti tal-FEŻR se jirriżultaw f’aktar minn 8 miljun persuna li jibbenefikaw minn faċilitajiet ta’ kura tat-tfal jew edukazzjoni mtejba. Fiż-żoni rurali, aktar minn miljun attività ta’ taħriġ vokazzjonali kienu appoġġati mill-FAEŻR.

3. L-IMPATT TAR-RIFORMI EWLENIN TAL-2014-2020

3.1. Kontribut tal-Fondi SIE għas-Semestru Ewropew

Il-biċċa l-kbira tal-isfidi strutturali u politiċi identifikati permezz tas-Semestru Ewropew huma rilevanti għall-Fondi SIE. Il-programmi attwali diġà qiesu l-isfidi strutturali identifikati fir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi (CSRs) rilevanti għall-investiment. Kif enfasizzat mill-Istati Membri fir-rapporti ta’ progress tagħhom, il-Fondi SIE appoġġaw riformi f’oqsma bħall-protezzjoni tal-impjiegi u l-politiki soċjali, l-ambjent tan-negozju, ir-R&I, l-effiċjenza fl-enerġija u fir-riżorsi, it-telekomunikazzjoni, it-trasport, is-saħħa, l-edukazzjoni u r-riformi amministrattivi.

Peress li s-CSRs rilevanti maħruġa fl-2014-2015 kienu relatati l-aktar ma’ oqsma bi sfidi ta’ żvilupp fit-tul, il-finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE huwa allinjat b’mod qawwi mal-ħtiġijiet ta’ investiment identifikati fis-CSRs tal-2019. Dawn is-CSRs, flimkien mar-Rapporti tal-Pajjiżi ta’ din is-sena, jipprovdu qafas analitiku bir-reqqa biex jiġu identifikati l-prijoritajiet ta’ investiment għall-perjodu 2021-2027.

3.2. Prerekwiżiti għall-finanzjament: kundizzjonalitajiet ex ante

Waħda mir-riformi ewlenin fl-2014-2020 kienet l-introduzzjoni ta’ prekundizzjonijiet speċifiċi, imsejħa “kundizzjonalitajiet ex ante” biex jiġi żgurat użu effettiv u effiċjenti tal-Fondi SIE mill-Istati Membri u mir-reġjuni. Issa tlesta l-proċess għall-kundizzjonalitajiet ex ante tal-2014-2020.

B’mod ġenerali, il-kundizzjonalitajiet ex ante wrew li huma strument ta’ politika utli, b’mod partikolari billi kkontribwew għat-titjib tal-ambjent ta’ investiment fl-UE u inċentivaw il-bidu ta’ diversi riformi strutturali 15 . Għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss, fil-proposta tagħha għal regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni 16 (il-“proposta tas-CPR għall-2021-2027”), il-Kummissjoni tissuġġerixxi li l-mekkaniżmu jitwettaq u jittejjeb billi tiġi introdotta sistema ġdida ta’ kundizzjonijiet ta’ faċilitazzjoni, bi proċeduri amministrattivi aktar sempliċi u rekwiżiti msaħħa ta’ twettiq u segwitu.

3.3. Ir-regola ta’ diżimpenn “N+3”

Ir-regola ta’ diżimpenn “N+3”, fejn fondi impenjati tal-UE li ma jkunux intefqu fi żmien tliet snin jistgħu jintilfu, ġiet introdotta fir-regolament 2014-2020 biex tissostitwixxi r-regola “N+2”. Hija applikat għall-Istati Membri kollha għall-ewwel darba fl-2018.

Filwaqt li din ir-riforma tat aktar żmien lill-awtoritajiet ta’ ġestjoni għall-għażla u l-implimentazzjoni tal-proġetti, hija naqqset il-pressjoni għal implimentazzjoni baġitarja fil-pront. Flimkien mal-kont annwali u l-proċessi ta’ għeluq rikorrenti, li wrew li joħolqu kawtela żejda lejn ir-riskji ta’ korrezzjoni finanzjarja netta, ir-regola “N+3” ikkontribwixxiet b’mod sinifikanti għal-livell baxx ta’ pagamenti mill-baġit tal-UE lill-Istati Membri. Ir-ritorn gradwali għar-regola “N+2”, kif propost mill-Kummissjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027, flimkien mal-miżuri ta’ simplifikazzjoni komprensivi u l-arranġamenti ta’ differiment għall-ġestjoni u l-kontroll, għandu jwassal għal implimentazzjoni aktar rapida għall-benefiċċju taċ-ċittadini Ewropej.

3.4. Il-qafas ta’ prestazzjoni

6 % tal-allokazzjoni tal-Fondi SIE għall-programmi taħt l-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi twarrab bħala r-riżerva ta’ prestazzjoni. Fl-2019, il-Kummissjoni rrevediet il-prestazzjoni tal-programmi (analiżi tal-prestazzjoni) u rrilaxxat ir-riżerva ta’ prestazzjoni għal dawk il-prijoritajiet li laħqu l-istadji ta’ nofs it-terminu fl-aħħar tal-2018.

L-analiżi tal-prestazzjoni wriet li kienet mod tajjeb biex jiġu introdotti inċentivi ta’ prestazzjoni fl-implimentazzjoni tal-politika. Fil-proposta tas-CPR tal-Kummissjoni għall-2021-2027, l-approċċ tal-prestazzjoni għadu preżenti, iżda jħalli aktar lok għall-kunsiderazzjoni tal-politika. L-analiżi se tinkludi valutazzjoni usa’ u aktar kwalitattiva tal-prestazzjoni tal-programmi, filwaqt li jitqiesu l-isfidi identifikati fis-CSRs tal-2024, is-sitwazzjoni soċjoekonomika tal-Istati Membri jew tar-reġjuni, u l-progress fil-kisba tal-istadji ta’ nofs it-terminu tal-programmi. Fil-proposta tal-Kummissjoni għall-2021-2027 dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) 17 , l-orjentazzjoni tal-prestazzjoni tibqa’ b’saħħitha wkoll, bl-eliġibbiltà tan-nefqa marbuta mat-twassil tal-eżiti fil-prattika.

3.5. Appoġġ ta’ żvilupp territorjali integrat

Il-Fondi SIE huma l-istrument ewlieni tal-UE biex jitrawwem żvilupp territorjali integrat fl-Istati Membri u fir-reġjuni. Aktar minn 3800 strateġija territorjali, urbana u lokali jirċievu finanzjament tal-UE. Barra minn hekk, il-Fondi SIE jgħinu lill-Istati Membri jimplimentaw miżuri biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ territorji speċifiċi bħal żoni affettwati mill-faqar jew mill-esklużjoni soċjali, żoni skarsament popolati, reġjuni muntanjużi, gżejjer u r-reġjuni l-aktar imbiegħda. Dan l-approċċ imfassal apposta ssaħħaħ fil-proposta tas-CPR tal-Kummissjoni għall-2021-2027, b’mod partikolari permezz ta’ fokus aktar b’saħħtu fuq it-territorji funzjonali (pereżempju l-baċiri tax-xmajjar, iż-żoni kostali, il-meded tal-muntanji, eċċ.) biex jingħelbu s-sajlos amministrattivi, u fuq l-inizjattivi lokali.

3.5.1. Investimenti integrati fl-ibliet

Il-fokus aktar b’saħħtu fuq kwistjonijiet urbani f’dan il-perjodu ta’ programmazzjoni, flimkien mal-momentum politiku uniku kkawżat mill-Aġenda Urbana għall-UE 18 , taw is-setgħa lill-ibliet biex ifasslu l-istrateġiji urbani integrati tagħhom stess bl-appoġġ tal-FSIE. Mill-EUR 81 biljun investiti f’żoni urbani sal-aħħar tal-2018, l-ibliet għażlu proġetti li jiswew madwar EUR 10,8 biljun, li għandhom jiġu implimentati permezz ta’ aktar minn 900 strateġija urbana integrata. Ta’ min isemmi wkoll is-suċċess tal-inizjattiva għal azzjonijiet innovattivi urbani, li għenet liż-żoni urbani jittestjaw soluzzjonijiet innovattivi għal żvilupp urban sostenibbli permezz ta’ 75 azzjoni 19 .

3.5.2. Implimentazzjoni ta’ strumenti territorjali

Investimenti territorjali integrati (“ITIs”) u l-istrument ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità (“CLLD”) ġew introdotti biex jinkoraġġixxu strateġiji ta’ żvilupp territorjali integrati lil hinn mil-livelli nazzjonali u reġjonali tradizzjonali.

L-ITIs intużaw biex jiġu implimentati ’l fuq minn 200 strateġija urbana u 120 strateġija territorjali, li jimmobilizzaw total ta’ EUR 15,9 biljun fil-finanzjament tal-FSIE. L-istrument CLLD, li joriġina mill-metodu LEADER 20 , għen biex jimmobilizza total ta’ EUR 9,1 biljun f’finanzjament tal-FSIE. S’issa, aktar minn 3000 grupp ta’ azzjoni lokali, responsabbli għall-mobilizzazzjoni tal-komunitajiet lokali u għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji CLLD, ġew stabbiliti madwar l-UE. F’ħafna każijiet, l-ITIs u s-CLLD iffaċċjaw bidu bil-mod minħabba l-ħtieġa li l-ewwel jitħejjew l-istrateġiji globali relatati u d-diffikultajiet biex jiġu kkombinati fondi differenti. Madankollu, ir-rapporti ta’ progress wrew entużjażmu globali għal dawn l-istrumenti: huma għenu biex tingħeleb id-diffikultà li jiġu implimentati miżuri ta’ żvilupp urban f’diversi setturi u biex jiġu indirizzati aħjar il-ħtiġijiet territorjali.

L-approċċ il-ġdid ta’ politika introdott mill-Kummissjoni fil-proposta tas-CPR tagħha għall-2021-2027 jibni fuq l-esperjenzi pożittivi tal-ITIs u s-CLLD, u jagħmel l-investimenti territorjali aktar sempliċi u aktar effiċjenti. Barra minn hekk, fil-proposta tal-Kummissjoni għall-2021-2027 dwar il-pjanijiet strateġiċi tal-PAK, LEADER jibqa’ obbligatorju u tal-anqas 5 % tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR għal dawn il-pjanijiet ikunu riżervati għalih.

3.5.3. Kooperazzjoni territorjali

Il-programmi ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) huma implimentati fuq livell transkonfinali, transnazzjonali u interreġjonali. L-għażla tal-proġetti mxiet ’il quddiem fil-programmi kollha tal-Interreg, b’finanzjament li jammonta għal madwar EUR 9,7 biljun fl-aħħar tal-2018. Is-setturi ewlenin appoġġati huma l-protezzjoni tal-ambjent u l-effiċjenza fir-riżorsi (pereżempju l-prevenzjoni ta’ għargħar, il-protezzjoni kontra n-nirien, il-protezzjoni tan-natura) u r-RD&I (pereżempju raggruppamenti transfruntiera, netwerks ta’ innovazzjoni). F’dawn l-aħħar sentejn, ingħatat ukoll aktar attenzjoni għat-tneħħija tal-ostakoli legali, amministrattivi u istituzzjonali li jxekklu l-investimenti u l-iżvilupp ekonomiku fir-reġjuni tal-fruntieri. Pereżempju, il-Kummissjoni stabbiliet Punt Fokali tal-Fruntieri apposta biex jgħin sabiex jingħelbu dawn l-ostakoli f’oqsma speċifiċi bħat-trasport, is-suq tax-xogħol, is-saħħa u l-edukazzjoni 21 .

Rigward l-istrateġiji makroreġjonali tal-UE, it-tieni rapport tal-Kummissjoni 22 enfasizza l-impatt pożittiv tal-approċċ makroreġjonali, b’mod partikolari biex titqajjem sensibilizzazzjoni dwar sfidi komuni f’żoni funzjonali (pereżempju żoni urbani funzjonali, baċiri tax-xmajjar, żoni kostali, meded muntanjużi, eċċ.). Madankollu, ir-rapport tal-Kummissjoni jidentifika nuqqas ta’ sjieda tal-istrateġiji f’xi Stati Membri parteċipanti, li jwassal għal allokazzjoni insuffiċjenti ta’ riżorsi amministrattivi u tekniċi. Madankollu, ir-rapporti ppreżentati mill-Istati Membri juru integrazzjoni dejjem akbar tal-istrateġiji makroreġjonali fil-programmi FSIE. Sabiex jinżamm il-momentum, il-Kummissjoni rrakkomandat li l-Istati Membri parteċipanti jadottaw il-prijoritajiet tal-istrateġiji makroreġjonali fid-dokumenti ta’ programmazzjoni tal-FSIE għall-perjodu 2021-2027. Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea appoġġa din ir-rakkomandazzjoni.

4. ĠESTJONI AĦJAR TAL-PROGRAMM

4.1. Il-kapaċità tal-awtoritajiet u tal-benefiċjarji

Il-Kummissjoni għamlet disponibbli sett wiesa’ ta’ għodod speċifiċi 23 biex tappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri biex jiżguraw li l-awtoritajiet u l-benefiċjarji tal-programm ikollhom kapaċità amministrattiva suffiċjenti biex jimplimentaw il-Fondi SIE b’mod effettiv. Dan l-appoġġ ivarja mill-indirizzar ta’ ostakoli għal żmien qasir – pereżempju billi jsir titjib fil-ħiliet tal-persunal li jittratta l-akkwist pubbliku u l-għajnuna mill-Istat - għall-iżvilupp ta’ azzjonijiet aktar strateġiċi u mfassla apposta fil-bini tal-kapaċità amministrattiva. Pereżempju, sal-aħħar tal-2018, kien hemm 2600 parteċipant mill-Istati Membri kollha li pparteċipaw f’aktar minn 170 workshop, żjarat ta’ studju u missjonijiet ta’ esperti taħt il-pjattaforma “TAIEX-REGIO Peer2Peer”. Inizjattivi oħra fl-2018 jinkludu t-tnedija ta’ qafas ta’ kompetenza u għodda ta’ awtovalutazzjoni sabiex jgħinu lill-amministrazzjonijiet jidentifikaw u jindirizzaw id-distakki ta’ kompetenza.

Mill-aspett diġitali, in-Netwerk tal-Uffiċċji ta’ Kompetenza fil-Banda Wiesgħa (BCOs) 24 issa qiegħed jaħdem b’mod sħiħ. Dan jiġbor flimkien 113-il awtorità pubblika nazzjonali u reġjonali u korpi li jappoġġaw l-użu tal-broadband madwar l-Istati Membri kollha. Bl-appoġġ tal-Kummissjoni, il-BCOs jiskambjaw l-għarfien, il-prattiki tajba u l-esperjenzi sabiex jingħelbu sfidi komuni fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji u proġetti tal-broadband.

4.2. Simplifikazzjoni għall-benefiċjarji

L-emendi f’għadd ta’ regolamenti tal-Fond SIE 25 f’Lulju 2018 ipprovdew opportunitajiet ġodda biex titnaqqas il-burokrazija fl-implimentazzjoni tal-programmi 2014-2020. L-emendi kienu jinkludu użu usa’ ta’ opzjonijiet relatati mal-kostijiet simplifikati - li jippermettu lill-awtoritajiet jiffokaw aktar fuq ir-riżultati filwaqt li jżidu s-sigurtà legali għall-atturi kollha, aktar possibbiltajiet biex jingħaqdu s-sorsi ta’ finanzjament, u aktar tnaqqis fil-piż tal-awditjar għal operazzjonijiet żgħar billi jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regola ta’ “awditu wieħed biss”.

Fir-rigward tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati b’mod partikolari, wara netwerk transnazzjonali kontinwu li jinsab fid-dominju tal-FSE, f’Novembru 2018 tnediet pjattaforma speċifika għall-awtoritajiet biex jikkondividu l-għarfien u l-prattika tajba fl-użu ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati skont il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni. L-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati skont il-FAEŻR ġew appoġġati bis-sħiħ permezz ta’ attivitajiet ta’ netwerking u ta’ bini tal-kapaċità. Għall-FSE, il-Kummissjoni adottat kostijiet ta’ unita ġodda u somom f’daqqa tliet darbiet minn Awwissu 2018 għal diversi Stati Membri, inkluż għall-ewwel darba l-Bulgarija u l-Portugall.

4.3. Ir-rwol tas-sħab fl-implimentazzjoni tal-programmi

Il-mod kif jiġi implimentat il-prinċipju ta’ sħubija jvarja minn Stat Membru għall-ieħor, skont l-istrutturi amministrattivi u istituzzjonali tagħhom. Madankollu, bħal fl-2017, ir-rapporti ta’ progress juru sforz ġenerali biex is-sħab jiġu involuti, skont il-kodiċi ta’ kondotta dwar is-sħubija. F’ħafna Stati Membri, ir-rapporti ta’ progress ġew diskussi mas-sħab fil-kumitati ta’ monitoraġġ jew fi ħdan fora speċifiċi. L-Istati Membri komplew jinvolvu s-sħab jew permezz ta’ kumitati ta’ monitoraġġ, gruppi konsultattivi, konsultazzjonijiet rigward sejħiet, jew billi organizzaw kampanji ta’ informazzjoni u workshops. Pereżempju, fi 11-il Stat Membru, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kienu qegħdin jimmonitorjaw b’mod attiv iċ-ċiklu sħiħ tal-akkwist u l-implimentazzjoni tal-proġett fil-kuntest ta’ 17-il Patt ta’ Integrità 26 ffinanzjati mill-Kummissjoni bi sħubija ma’ Transparency International. B’mod ġenerali, l-involviment tas-sħab jitqies li għandu impatt pożittiv fuq l-implimentazzjoni tal-programmi.

4.4. Implimentazzjoni ta’ prinċipji orizzontali u objettivi tal-politika

Il-Kummissjoni tkompli tappoġġa lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-objettivi orizzontali inklużi l-objettivi ambjentali u klimatiċi – b’mod partikolari billi tlaqqa’ laqgħat regolari mar-rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali tal-enerġija jew tal-ambjent u l-awtoritajiet ta’ ġestjoni li jittrattaw l-enerġija jew l-ambjent – u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri. F’xi Stati Membri, jiġu offruti inċentivi pożittivi speċifiċi lil promoturi ta’ proġetti li jġibu approċċ innovattiv biex jintegraw il-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi.

4.5. Komplementarjetajiet aħjar għal aktar impatt

Il-qafas regolatorju 2014-2020 saħħaħ il-koordinazzjoni bejn il-Fondi SIE u l-komplementarjetajiet tagħhom ma’ strumenti oħra tal-UE. L-informazzjoni pprovduta fir-rapporti ta’ progress tal-2019 turi li diversi Stati Membri applikaw miżuri bħall-allinjament tar-regoli nazzjonali tal-eliġibbiltà, arranġamenti transettorjali u interministerjali, kumitati konġunti ta’ monitoraġġ jew soluzzjonijiet tal-IT li jkopru l-programmazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ diversi fondi.

Hemm ukoll proġetti ġodda li juru l-komplementarjetà bejn il-Fondi SIE u l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS). Eżempji jinkludu l-ajruport fuq il-Gżira ta’ Reunion, li bbenefika kemm mill-finanzjament tal-FEŻR kif ukoll minn dak tal-FEIS, u ċ-ċentru ta’ simulazzjoni medika tal-Università Medika ta’ Poznań, fejn l-appoġġ li għandu jitħallas lura mill-FEIS kien akkumpanjat minn għotja tal-FSE biex jiġu koperti parti mill-kostijiet tat-tagħmir u t-titjib tal-kompetenzi. Madankollu, ir-rapporti juru wkoll, li l-Istati Membri għadhom fil-proċess li jivvalutaw kif u jekk jużawx l-opzjoni li tinġieb mill-emenda 27 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, sabiex tiġi ffaċilitata l-kombinazzjoni tal-FEIS u tal-FSIE.

Barra minn hekk, il-parteċipanti mill-biċċa l-kbira tal-Istati Membri u bosta Pajjiżi Assoċjati ngħaqdu mal-Komunità ta’ Prattika għall-inizjattiva “Siġill ta’ Eċċellenza”. Din tgħin proġetti innovattivi tal-SMEs li ma setgħux jirċievu finanzjament minn Orizzont 2020 biex ifittxu appoġġ ieħor inkluż mill-FEŻR. Din l-inizjattiva għandha tiġi ffaċilitata fil-kuntest tal-proposta tal-Kummissjoni għall-baġit tal-UE li jmiss, li għandha l-għan li tissimplifika r-regoli tagħha dwar l-għajnuna mill-Istat sabiex tappoġġa aktar il-finanzjament pubbliku ta’ proġetti innovattivi.

Il-Kummissjoni nediet ukoll għadd ta’ inizjattivi biex issaħħaħ is-sinerġiji, b’mod partikolari l-proġett pilota “Triq li twassal għall-eċċellenza” biex tgħin lill-Istati Membri jtejbu s-sistemi ta’ innovazzjoni tagħhom u joħolqu konnessjoni mal-komunitajiet ta’ riċerka f’pajjiżi oħra, biex jiġu ffaċilitati l-applikazzjonijiet għal sejħiet ta’ Orizzont 2020. Madankollu, minkejja l-possibbiltà li jiġu akkumulati l-għotjiet, il-kombinazzjoni tal-finanzjament ta’ Orizzont u FSIE fl-istess proġetti baqgħet okkażjonali 28 .

Is-sħubija Ewropea għall-innovazzjoni dwar il-produttività u s-sostenibbiltà agrikoli (EIP-AGRI) appoġġata mill-FAEŻR hija eżempju ieħor ta’ kif ir-riċerka żviluppata taħt Orizzont 2020 tiġi ttrasferita u applikata fil-prattika. L-EIP-AGRI tiġbor flussi ta’ finanzjament biex tagħti spinta lill-innovazzjoni interattiva sabiex tikkontribwixxi għall-istrateġija tal-UE għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

4.6. Sinteżi tal-evalwazzjoni tal-Fondi SIE

Għall-perjodu 2014-2020 għadd dejjem jikber ta’ evalwazzjonijiet indirizzaw prinċipalment il-proċess ta’ implimentazzjoni u l-progress lejn il-kisba tal-miri stabbiliti. Minkejja l-volum dejjem jikber ta’ proġetti kompluti, għadu kmieni wisq biex jiġu evalwati r-riżultati u l-impatti tal-programmi. Il-bidu tal-evalwazzjonijiet tal-impatt, min-natura tagħhom imwettqa aktar tard fiċ-ċiklu tal-programm, ġie ttardjat minħabba l-bidu tard tal-programmi u r-riperkussjonijiet fuq id-dewmien fit-tlestija ta’ ħafna interventi. Ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet tal-impatt nazzjonali li tlestew s’issa jenfasizzaw il-ħtieġa li tittejjeb il-kwalità tal-evalwazzjonijiet li saru.

Huwa mistenni li jkun hemm aċċellerazzjoni sinifikanti tal-evalwazzjonijiet li tlestew hekk kif resqin lejn tmiem il-perjodu attwali. Madankollu, kważi nofs l-evalwazzjonijiet tal-impatt huma ppjanati li jsiru biss wara l-2020 meta r-riżultati tal-programm huma mistennija li jaslu 29 .

4.7. Komunikazzjoni dwar il-Fondi SIE

L-Istati Membri żiedu l-isforzi tagħhom biex jikkomunikaw dwar il-kisbiet tal-Fondi SIE. Dan kien strumentali biex jintlaħqu livelli ogħla ta’ għarfien pubbliku dwar il-benefiċċji tal-appoġġ tal-UE, kif intwera pereżempju mir-riżultati tal-aħħar stħarriġ tal-Ewrobarometru dwar il-politika reġjonali. Is-sensibilizzazzjoni fl-UE kollha żdiedet b’ħames punti perċentwali għal 40 % mill-aħħar stħarriġ fl-2017 30 .

Fl-2018, il-kampanja ewlenija popolari tal-Kummissjoni #EuinmyRegion irriżultat f’aktar minn 1700 avveniment għall-pubbliku, b’madwar 450 000 parteċipant. Il-ħidma konġunta fil-livelli istituzzjonali kienet deċiżiva wkoll biex jiġu introdotti żewġ kampanji innovattivi: (i) ir-“Road Trip Project” (Proġett ta’ Vjaġġ bit-Triq), immirat għaż-żgħażagħ ta’ bejn it-18 u l-24 sena; u (ii) sensiela ta’ 40 kampanja reġjonali, maħluqa flimkien mar-reġjuni u li juru proġetti lokali ewlenin.

Fir-rigward tal-FAEŻR, diversi attivitajiet ta’ komunikazzjoni bħal fieri agrikoli, jiem miftuħa, konferenzi jew kampanji tal-midja soċjali huma organizzati b’mod regolari sabiex titqajjem sensibilizzazzjoni dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament. In-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali jservi wkoll biex jikkondividi l-informazzjoni u jiskambja prattika tajba dwar l-iżvilupp rurali.

L-Istati Membri u r-reġjuni wkoll għamlu progress sinifikanti fit-tisħiħ tat-trasparenza. Il-programmi kollha ħlief ftit issa laħqu konformità sħiħa mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, bħall-pubblikazzjoni ta’ listi ta’ proġetti, l-għażla ta’ uffiċjali tal-komunikazzjoni jew il-wirja ta’ proġetti li rnexxew fuq is-siti web tagħhom. Barra minn hekk, in-nies kellhom l-opportunità li jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar kwistjonijiet Ewropej, speċjalment dwar prijoritajiet ta’ finanzjament tal-UE, fil-kuntest ta’ aktar minn 400 djalogu organizzati bl-appoġġ tal-Fondi SIE.



KONKLUŻJONI

Il-Fondi SIE qegħdin itejbu l-ħajja ta’ miljuni ta’ Ewropej. Kemm fin-nies kif ukoll fil-ħiliet, fl-intrapriżi, fl-iskejjel, fl-universitajiet, fl-ambjent, fil-klima u fl-infrastruttura, l-investimenti tal-FSIE qegħdin ikollhom rwol kruċjali fl-appoġġ tar-reġjuni, l-ibliet, iż-żoni rurali u l-komunitajiet kostali biex ilaħħqu mal-bidliet li qed iseħħu madwarna u biex ikunu proattivi.

L-ewwel ħames snin ta’ implimentazzjoni poġġew il-programmi fit-triq it-tajba biex jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Sal-aħħar ta’ Settembru 2019, l-Istati Membri rrapportaw li ntagħżlu proġetti b’kost totali ta’ EUR 500 biljun – madwar 77 % tat-total ippjanat – li minnhom ġie rrapportat infiq ta’ aktar minn EUR 210 biljun. Dawn il-proġetti qegħdin ikollhom impatt tanġibbli fuq miljuni ta’ Ewropej, iżda hemm bżonn li jsir aktar. Il-Kummissjoni se tkompli l-ħidma tagħha biex tikseb riżultati b’mod aktar effiċjenti u mmirat. Hija se tkompli titgħallem ukoll it-tagħlimiet meħtieġa sabiex jiġu ssimplifikati aktar il-proċessi u sabiex jiġi żgurat aktar fokus fuq il-kisbiet tal-Fondi SIE.

Permezz tal-proposti tagħha tas-CPR u tal-PAK għall-2021-2027, il-Kummissjoni għandha l-għan li ssaħħaħ il-kontribut tal-Fondi biex jintlaħqu l-miri tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima, biex isir investiment fin-nies, biex ikun hemm innovazzjoni u tingħata setgħa lir-reġjuni, lill-ibliet, liż-żoni rurali u lil dawk kostali biex jimplimentaw l-SDGs. Minkejja li ma ġietx koperta mill-proposta tas-CPR tal-Kummissjoni għall-2021-2027, il-FAEŻR se jibqa’ marbut mill-qrib mal-FEŻR, mal-FSE+, mal-Fond ta’ Koeżjoni u mal-EMFF, pereżempju meta jkunu qegħdin jiġu appoġġati l-inizjattivi lokali permezz tas-CLLD jew strumenti finanzjarji.

Il-ġenerazzjoni li jmiss ta’ programmi, li qegħdin jitħejjew bħalissa, jirrappreżentaw tieqa unika ta’ opportunità sabiex jiġi stabbilit il-pedament għall-futur sostenibbli tal-UE. Dawn il-programmi se jgħinu biex tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta għal kulħadd, flimkien mal-Fond ta’ Tranżizzjoni Ġusta, biex jinħolqu opportunitajiet ġodda u differenti madwar l-Ewropa kollha, u biex ħadd ma jibqa’ lura.

(1)    Il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej huma l-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS).
(2)    Fl-2018, il-baġit għall-Fondi SIE kien jammonta għal madwar EUR 460 biljun, u ’l fuq minn EUR 643 biljun bil-kofinanzjament nazzjonali.
(3)    Mitlub mill-Artikolu 53 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013).
(4)    Il-valuri kollha huma relatati mal-aħħar tal-2018 kif disponibbli fil-5 ta’ Novembru 2019, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.
(5)    Il-proġetti msemmija hawn huma proġetti li ntgħażlu u li qegħdin jiġu implimentati matul dan il-perjodu ta’ programmazzjoni.
(6)    Il-Pjattaforma tad-Data Miftuħa tippreżenta l-aktar ċifri riċenti disponibbli kif iffinalizzat mill-programmi tal-Fondi SIE ( https://cohesiondata.ec.europa.eu ).
(7)    Is-Seba’ Rapport dwar il-Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali, Settembru 2017.     https://ec.europa.eu/regional_policy/mt/information/publications/reports/2017/7th-report-on-economic-social-and-territorial-cohesion
(8)    Fis-Seba’ Rapport dwar il-Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali (2017), il-Kummissjoni Ewropea identifikat l-isfida speċifika li qegħdin jiffaċċjaw għadd ta’ reġjuni b’PDG per capita qrib il-medja tal-UE. Il-kostijiet għoljin flimkien ma’ settur tal-manifattura li qiegħed jiċkien u kapaċitajiet dgħajfa ta’ innovazzjoni u ta’ esportazzjoni għamluhom inqas kompetittivi u reżiljenti għall-globalizzazzjoni minn reġjuni b’PDG per capita aktar baxx u ogħla.
(9)    “The geography of EU discontent” (Il-ġeografija tal-iskuntentizza tal-UE) minn Lewis Dijkstra, Hugo Poelman u Andrés Rodríguez-Pose - Dokument ta’ Ħidma 12/2018 mid-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana.
(10)    B’mod partikolari dwar ir-reġjuni ta’ konverġenza, ir-reġjuni fi tranżizzjoni industrijali, ir-reġjuni tal-faħam, l-investimenti ta’ innovazzjoni interreġjonali u l-inizjattiva tar-Raħal Intelliġenti.
(11)    Ara l-Annessi 1.1 u 1.2 għad-dettalji. Dawn iċ-ċifri fiċ-ċart ta’ hawn fuq ma jinkludux is-sehem allokat għat-temi taħt prijoritajiet multitematiċi, waqt li ċ-ċifri fl-annessi jinkluduhom.
(12)    Talbiet għall-pagamenti rċevuti mill-Istati Membri.
(13)    L-analiżi tal-għażla u l-infiq tal-proġetti skont l-objettiv tematiku u skont l-Istat Membru hija ppreżentata fit-tabelli tal-Annessi 1 u 2.
(14)    Il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 – COM(2018) 322 final.
(15)    Ara, pereżempju: Viță, V 2018, Research for REGI Committee – Conditionalities in Cohesion Policy (Riċerka għall-Kumitat REGI – Kondizzjonalitajiet fil-Politika ta’ Koeżjoni), il-Parlament Ewropew, id-Dipartiment Tematiku għall-Politika Strutturali u ta’ Koeżjoni, Brussell.
(16)    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi – COM(2018) 375 final.
(17)    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li jridu jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika Agrikola Komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill – COM(2018) 392 final.
(18)     https://ec.europa.eu/futurium/en/urban-agenda  
(19)     https://www.uia-initiative.eu/en  
(20)    LEADER huwa metodu ta’ żvilupp lokali minn isfel għal fuq ikkofinanzjat mill-FAEŻR li ġie introdott fl-1991 biex jinvolvi atturi lokali fl-iżvilupp ta’ żoni rurali. Fl-2007, LEADER ġie estiż għall-EMFF, u fl-2014 għall-FEŻR u l-FSE taħt il-forma ta’ CLLD.
(21)    “Boosting growth and cohesion in border regions” (L-għoti ta’ spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri) - COM(2017) 534 final.
(22)    COM(2019) 21 final.
(23)     https://ec.europa.eu/regional_policy/mt/policy/how/improving-investment/  
(24)     https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/broadband-competence-offices  
(25)    Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(26)    Ara n-nota 23 f’qiegħ il-paġna.
(27)    Ara n-nota 25 f’qiegħ il-paġna.
(28)    Pereżempju permezz ta’ Impriżi Konġunti bħal ECSEL u CleanSky li mmobilizzaw, f’reġjuni Taljani u Spanjoli, fondi komplementari tal-FEŻR fil-proġetti tagħhom ta’ Orizzont.
(29)    Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal “Synthesis of the findings of the evaluations of ESIF programmes” (Sinteżi tas-sejbiet tal-evalwazzjonijiet ta’ programmi tal-FSIE).
(30)    L-Ewrobarometru jenfasizza: https://cohesiondata.ec.europa.eu/stories/s/eyh3-tjuv

Brussell, 17.12.2019

COM(2019) 627 final

ANNESSI

tar-

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Rapport strateġiku tal-2019 dwar l-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej


Anness 1.1

Fondi SIE - l-implimentazzjoni finanzjarja kumulattiva skont l-objettiv tematiku rrappurtata skont il-programmi sal-31 ta’ Diċembru 2018 (fil-kost totali, b’għażla u volumi ta’ nefqa)

 

Objettivi Tematiċi

Ammont ippjanat mill-UE

L-ammont totali ppjanat

It-total tal-kost eliġibbli tal-proġetti magħżula

L-infiq totali rrappurtati minn proġetti magħżula

Ir-rata ta’ għażla

Ir-rata ta’ nfiq

(L-UE biss)

(UE u nazzjonali)

f’miljuni ta' EUR

f’miljuni ta' EUR

f’miljuni ta' EUR

f’miljuni ta' EUR

%

%

1

Riċerka u innovazzjoni

40 146,2

59 922,0

42 611,3

11 739,6

71 %

20 %

2

Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni

12 429,8

18 167,3

12 278,7

2 708,7

68 %

15 %

3

Kompetittività tal-SMEs

57 186,8

85 854,0

62 514,5

28 039,9

73 %

33 %

4

Ekonomija b’Livell Baxx ta’ Emissjonijiet ta’ Karbonju

34 576,1

49 228,1

31 770,5

9 144,4

65 %

19 %

5

Adattament għat-Tibdil fil-Klima u l-Prevenzjoni tar-Riskji

26 319,6

38 840,7

29 543,6

18 142,2

76 %

47 %

6

Ħarsien tal-Ambjent u Effiċjenza fir-Riżorsi

52 683,4

73 817,9

52 037,5

25 063,7

70 %

34 %

7

Infrastrutturi tan-Netwerks fit-Trasport u l-Enerġija

54 287,8

65 246,3

56 356,4

19 749,1

86 %

30 %

8

Impjieg Sostenibbli u ta’ Kwalità

36 356,8

49 476,0

34 550,4

15 582,9

70 %

31 %

9

Inklużjoni Soċjali

38 451,9

54 191,0

36 393,8

13 243,6

67 %

24 %

10

Taħriġ Edukattiv u Vokazzjonali

28 149,5

40 874,0

28 340,1

11 026,7

69 %

27 %

11

Amministrazzjoni Pubblika Effiċjenti

4 810,8

6 132,9

4 395,7

1 148,0

72 %

19 %

12

Ultraperiferiċi u Skarsament Popolati

167,7

220,5

161,4

397,9

73 %

180 %

DM

Miżuri Mwaqqfa

121,7

168.3

-

80.8

0 %

48 %

Objettivi Tematiċi Multipli (FEŻR/FK/FSE)

61 803,1

84 293,5

61 753,3

18 858,0

73 %

22 %

AT

Assistenza Teknika

13 612,0

19 016,9

11 701,6

5 004,6

62 %

26 %

 

Total ta’ kollox

461 103,3

645 449,4

464 408,8

179 930,1

72 %

28 %

Sors: Data Miftuħa tal-FSIE - https://cohesiondata.ec.europa.eu/d/99js-gm52 fil-5 ta’ Novembru 2019



Anness 1.2

Fondi SIE - l-implimentazzjoni finanzjarja kumulattiva skont l-objettiv tematiku rrappurtata skont il-programmi sal-30 ta’ Settembru 2019 (fil-kost totali, b’għażla u volumi ta’ nefqa)

Data ta’ koeżjoni mit-30/09/2019 – FAEŻR u data tal-FEMS mill-31/12/2018

 

Objettivi Tematiċi

Ammont ippjanat mill-UE

L-ammont totali ppjanat

It-total tal-kost eliġibbli tal-proġetti magħżula

L-infiq totali rrappurtati minn proġetti magħżula

Ir-rata ta’ għażla

Ir-rata ta’ nfiq

(L-UE biss)

(UE u nazzjonali)

f’miljuni ta' EUR

f’miljuni ta' EUR

f’miljuni ta' EUR

f’miljuni ta' EUR

%

%

1

Riċerka u innovazzjoni

39 987,8

59 665,2

46 645,3

14 399,9

78 %

24 %

2

Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni

12 266,5

17 837,8

13 771,4

3 360,7

77 %

19 %

3

Kompetittività tal-SMEs

57 376,7

85 468,5

64 626,1

33 524,2

76 %

39 %

4

Ekonomija b’Livell Baxx ta’ Emissjonijiet ta’ Karbonju

34 345,0

48 814,0

35 014,0

11 377,2

72 %

23 %

5

Adattament għat-Tibdil fil-Klima u l-Prevenzjoni tar-Riskji

26 321,1

38 433,9

29 717,6

20 396,7

77 %

53 %

6

Ħarsien tal-Ambjent u Effiċjenza fir-Riżorsi

52 765,8

73 445,8

53 936,1

28 647,0

73 %

39 %

7

Infrastrutturi tan-Netwerks fit-Trasport u l-Enerġija

54 210,3

65 146,9

59 843,2

22 992,6

92 %

35 %

8

Impjieg Sostenibbli u ta’ Kwalità

36 269,0

49 308,7

36 966,4

17 137,8

75 %

35 %

9

Inklużjoni Soċjali

38 558,1

54 281,1

39 435,1

16 129,6

73 %

30 %

10

Taħriġ Edukattiv u Vokazzjonali

28 096,7

40 778,0

31 088,8

13 242,7

76 %

32 %

11

Amministrazzjoni Pubblika Effiċjenti

4 797,1

6 116,4

5 017,1

1 419,9

82 %

23 %

12

Ultraperiferiċi u Skarsament Popolati

167,7

220,5

191,6

442,0

87 %

200 %

DM

Miżuri Mwaqqfa

111,9

154,7

-

95,0

0 %

61 %

Objettivi Tematiċi Multipli (FEŻR/FK/FSE)

61 990,5

84 459,2

68 335,6

23 789,7

81 %

28 %

AT

Assistenza Teknika

13 666,6

19 021,4

12 496,1

5 921,8

66 %

31 %

 

Total ta’ kollox

460 930,9

643 152,1

497 084,4

212 876,6

77 %

33 %

Sors: Data Miftuħa tal-FSIE - https://cohesiondata.ec.europa.eu/d/99js-gm52 fil-5 ta’ Novembru 2019



Anness 2.1

L-implimentazzjoni finanzjarja kumulattiva tal-Fondi SIE skont l-Istat Membru rrapportata mill-programmsi sal-31 ta’ Diċembru 2018 (fl-ispiża totali, b’għażla u volumi ta’ nefqa)

Ammont tal-UE allokat

L-ammont totali ppjanat

It-total tal-kost eliġibbli tal-proġetti magħżula

L-infiq totali rrappurtat minn proġetti magħżula

tmiem l-2017

f’miljuni ta' EUR

Rata tal-għażla tal-proġetti

Ir-rata ta’ nfiq

2014-2020

(UE u Nazzjonali)

tmiem l-2017

%

%

f’miljuni ta' EUR

f’miljuni ta' EUR

f’miljuni ta' EUR

Awstrija

4 922,9

10 661,4

7 211,2

4 735,5

68 %

44 %

Il-Belġju

2 741,7

6 088,8

5 033,1

1 558,4

83 %

26 %

Il-Bulgarija

9 876,1

11 726,4

8 027,8

3 156,2

68 %

27 %

Il-Kroazja

10 727,4

12 649,1

8 740,3

2 178,1

69 %

17 %

Ċipru

917,3

1 169,7

986,9

438,8

84 %

38 %

Il-Belġju

23 865,0

33 402,3

21 123,4

8 239,1

63 %

25 %

Id-Danimarka

1 546,8

2 276,5

1 610,5

708,3

71 %

31 %

L-Estonja

4 423,5

5 779,0

4 190,0

1 929,7

73 %

33 %

Il-Finlandja

3 765,0

8 435,2

7 405,8

4 668,0

88 %

55 %

Franza

27 506,2

45 929,2

31 400,5

16 182,6

68 %

35 %

Il-Ġermanja

27 935,0

44 765,4

32 361,1

15 117,4

72 %

34 %

Il-Ġreċja

21 382,0

26 780,4

19 259,3

6 657,1

72 %

25 %

L-Ungerija

25 013,9

29 649,6

31 434,6

7 897,3

106 %

27 %

L-Interreg

9 410,3

12 633,3

9 717,1

2 005,6

77 %

16 %

L-Irlanda

3 361,6

6 139,7

5 728,0

2 963,3

93 %

48 %

L-Italja

44 656,1

75 164,5

49 948,2

17 460,3

66 %

23 %

Il-Latvja

5 633,7

6 907,2

5 583,0

2 118,6

81 %

31 %

Il-Litwanja

8 436,0

9 997,3

6 873,0

3 294,2

69 %

33 %

Il-Lussemburgu

140,1

456,4

309,4

205,2

68 %

45 %

Malta

827,9

1 023,9

908,7

311,4

89 %

30 %

In-Netherlands

1 947,4

3 802,6

3 125,5

1 289,8

82 %

34 %

Il-Polonja

86 111,6

104 916,2

76 918,8

26 879,0

73 %

26 %

Il-Portugall

25 856,1

32 809,5

27 298,8

11 943,6

83 %

36 %

Ir-Rumanija

30 882,6

36 742,0

26 741,5

8 815,7

73 %

24 %

Is-Slovakkja

15 260,4

19 519,9

13 938,7

4 355,0

71 %

22 %

Is-Slovenja

3 930,6

4 958,0

3 793,9

1 348,1

77 %

27 %

Spanja

39 950,9

56 318,0

30 030,6

12 569,5

53 %

22 %

L-Iżvezja

3 626,7

8 053,0

5 909,1

3 101,2

73 %

39 %

Ir-Renju Unit

16 448,4

26 694,8

18 799,9

7 803,1

70 %

29 %

Total Kumplessiv

461 103,3

645 449,4

464 408,8

179 930,1

72 %

28 %

Sors: Data Miftuħa tal-FSIE - https://cohesiondata.ec.europa.eu/d/99js-gm52 fil-5 ta’ Novembru 2019



Anness 2.2

L-implimentazzjoni finanzjarja kumulattiva tal-Fondi SIE skont l-Istat Membru rrapportata mill-programmsi sat-30 ta’ Settembru 2019 (f’kost totali, b’għażla u volumi ta’ nefqa)

Data ta’ koeżjoni mit-30/09/2019 – FAEŻR u data tal-FEMS mill-31/12/2018

Ammont tal-UE allokat

L-ammont totali ppjanat

It-total tal-kost eliġibbli tal-proġetti magħżula

L-infiq totali rrappurtati minn proġetti magħżula

Ħarifa 2018

f’miljuni ta' EUR

Rata tal-għażla tal-proġetti

Ir-rata ta’ nfiq

2014-2020

(UE u Nazzjonali)

Ħarifa 2018

%

%

f’miljuni ta' EUR

f’miljuni ta' EUR

f’miljuni ta' EUR

L-Awstrija

4 922,9

10 660,8

7 657,1

5 210,4

72 %

49 %

Il-Belġju

2 741,7

6 088,8

5 107,1

1 905,2

84 %

31 %

Il-Bulgarija

9 868,8

11 714,0

8 415,8

3 903,9

72 %

33 %

Il-Kroazja

10 727,4

12 649,1

9 808,8

3 105,5

78 %

25 %

Ċipru

917,3

1 169,7

1 060,6

484,6

91 %

41 %

Il-Belġju

23 865,0

32 739,6

23 214,4

10 489,2

71 %

32 %

Id-Danimarka

1 546,8

2 316,6

1 732,5

800,4

75 %

35 %

L-Estonja

4 423,5

5 779,0

4 510,7

2 328,2

78 %

40 %

Il-Finlandja

3 765,0

8 435,2

7 650,3

5 066,4

91 %

60 %

Franza

27 521,6

45 946,5

34 347,1

18 705,6

75 %

41 %

Il-Ġermanja

27 935,0

44 730,6

34 524,6

17 516,3

77 %

39 %

Il-Ġreċja

21 382,0

26 144,3

20 991,0

7 183,4

80 %

27 %

L-Ungerija

25 013,2

29 639,9

32 354,9

10 027,3

109 %

34 %

L-Interreg

9 410,0

12 631,1

10 809,9

2 863,0

86 %

23 %

L-Irlanda

3 361,6

6 139,7

5 762,9

3 124,3

94 %

51 %

L-Italja

44 629,9

75 130,7

50 953,4

20 617,4

68 %

27 %

Il-Latvja

5 633,7

6 907,9

5 876,8

2 640,2

85 %

38 %

Il-Litwanja

8 436,4

9 998,4

7 662,6

3 897,6

77 %

39 %

Il-Lussemburgu

140,1

456,4

309,4

246,6

68 %

54 %

Malta

827,9

1 022,1

941,2

375,2

92 %

37 %

In-Netherlands

1 947,4

3 802,6

3 291,3

1 525,0

87 %

40 %

Il-Polonja

86 108,6

104 912,6

82 582,5

33 745,1

79 %

32 %

Il-Portugall

25 856,1

33 043,1

29 244,2

13 350,1

89 %

40 %

Ir-Rumanija

30 882,6

36 742,0

30 357,6

10 023,2

83 %

27 %

Is-Slovakkja

15 137,2

19 349,4

14 996,5

5 118,7

78 %

26 %

Is-Slovenja

3 928,7

4 955,4

3 793,9

1 430,5

77 %

29 %

Spanja

39 948,8

56 303,7

32 370,3

13 877,3

57 %

25 %

L-Iżvezja

3 626,4

7 099,4

6 044,2

3 586,3

85 %

51 %

Ir-Renju Unit

16 425,1

26 643,5

20 712,7

9 730,1

78 %

37 %

Total Kumplessiv

460 930,9

643 152,1

497 084,4

212 876,6

77 %

33 %

Sors: Data Miftuħa tal-FSIE - https://cohesiondata.ec.europa.eu/d/99js-gm52 fil-5 ta’ Novembru 2019



Anness 3

Fondi SIE - l-ammonti ppjanati għall-objettivi tal-klima u rati tal-għażla sa tmiem l-2018

Il-Fond

Ammont totali tal-UE ppjanat

Ammont totali tat-tibdil fil-klima tal-UE ppjanat

Total magħżul fi tmiem l-2018
(Sehem stmat tal-UE)

Li minnhom allokati għall-azzjoni tat-tibdil fil-klima

Rata tal-għażla tal-azzjonijiet klimatiċi mill-operazzjonijiet kollha magħżula (2018)

EUR biljun

EUR biljun

%

EUR biljun

EUR biljun

%

FK

63,3

17,4

28 %

55,1

15,4

28 %

FAEŻR

100,1

57,5

58 %

63,7

42,9

41.7 %

FEMS

5,7

1,0

17,5 %

2,5

0,44

17,6 %

FEŻR

199,2

38,2

19 %

147,9

23,6

16 %

FSE/YEI

92,8

1,2

1 %

91,9

5,8

8.9 %

Total

461,1

115,3

24,7 %

361,1

88,1

22,4 %

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea