IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 2.7.2019
COM(2019) 610 final
ABBOZZ TAL-BAĠIT EMENDATORJU Nru 4
GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2019
Tnaqqis tal-approprjazzjonijiet ta' impenji u ħlasijiet f'konformità mal-ħtiġijiet aġġornati tan-nefqa u aġġornament tad-dħul (riżorsi proprji)
Wara li kkunsidrat:
–it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
–ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (…), u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,
–il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, kif adottat fit-12 ta' Diċembru 2018,
–l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 1/2019, adottat fil-15 ta’ April 2019,
–l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 2/2019, adottat fil-15 ta’ Mejju 2019,
–l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 3/2019, adottat fit-22 ta’ Mejju 2019,
Il-Kummissjoni Ewropea b’dan tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju Nru 4 tal-baġit tal-2019.
BIDLIET FIR-RAPPORT TAD-DĦUL U N-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA
Il-bidliet fid-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul u t-taqsimiet individwali (I, III, V u X) huma disponibbli fil-EUR-Lex (
http://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-en.htm
).
WERREJ
Contents
1.
Introduzzjoni
2.
Aġġornament tan-nefqa
2.1.
Tnaqqis ta’ approprjazzjonijiet ta' impenn u pagament
2.1.1
Awtoritajiet superviżjoni finanzjarja (EBA, EIOPA u ESMA)
2.1.2
L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex)
2.1.3
Riformulazzjoni tar-Regolament ta' Dublin III
2.1.4.
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE)
2.1.5.
Il-Fond Soċjali Ewropew — Assistenza teknika operazzjonali
2.1.6.
Strument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza (ESI)
2.1.7.
Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (UCPM)
2.1.8.
Il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE)
2.1.9.
Aġġustament tal-mobilizzazzjoni tal-istrumenti speċjali
2.2.
Posponiment tal-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea: l-impatt fuq l-istituzzjonijiet tal-UE
2.2.1
Il-Parlament Ewropew (PE)
2.2.1
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (ECA)
2.2.3
Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)
2.2.4
Ħarsa ġenerali
3.
Aġġornament tad-dħul
3.1
Impatt ġenerali tal-ABE 4/2019 fuq id-distribuzzjoni tal-pagamenti totali tar-riżorsi proprji bejn l-Istati Membri
3.2
Reviżjoni tal-previżjoni tal-bażijiet tar-RPT, tal-VAT u tal-ING
3.3
Korrezzjoni tar-Renju Unit tal-2018 u tal-2015
3.3.1
Introduzzjoni
3.3.2
Kalkolu tal-korrezzjonijiet
3.3.3
Entrata fl-ABE 4/2019 tal-1 aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit tal-2018 u tal-ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit tal-2015
4.
Tabella sommarja skont l-intestatura tal-QFP
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.Introduzzjoni
L-iskop ta’ Abbozz ta’ Baġit Emendatorju (ABE) Nru 4 għas-sena 2019 huwa li jaġġorna kemm in-naħa tan-nefqa kif ukoll in-naħa tad-dħul tal-baġit biex jitqiesu l-aħħar żviluppi:
–fuq in-naħa tan-nefqa:
–li jiġu rilaxxati l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament tal-linji baġitarji tal-intestaturi 1a Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi, 1b Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali, 3 Sigurtà u Ċittadinanza, 4 Ewropa Globali kif ukoll il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea;
–l-aġġustament tal-baġit 2019 ta’ xi istituzzjonijiet minħabba l-posponiment tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea sal-31 ta’ Ottubru 2019.
–fuq in-naħa tad-dħul, li jirrevedi l-previżjoni tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (jiġifieri dazji doganali u imposti fuq is-settur taz-zokkor), it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), il-bażijiet tal-introjtu nazzjonali gross (ING), u li jibbaġitja l-korrezzjonijiet rilevanti tar-Renju Unit u l-iffinanzjar tagħhom, li kollha jaffettwaw id-distribuzzjoni ta’ kontribuzzjonijiet ta’ riżorsi proprji tal-Istati Membri għall-baġit tal-UE.
2.
Aġġornament tan-nefqa
2.1.
Tnaqqis ta’ approprjazzjonijiet ta' impenn u pagament
2.1.1
Awtoritajiet superviżjoni finanzjarja (EBA, EIOPA u ESMA)
F’Settembru 2017, il-Kummissjoni pproponiet reviżjoni maġġuri tal-mandati tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA), li teħtieġ żieda sostanzjali fir-riżorsi umani u finanzjarji, b’mod partikolari għall-ESMA. Element ewlieni tal-proposta kien ċaqliq lejn mudell ġdid ta’ finanzjament, fejn il-fattur ta’ finanzjament attwali bejn il-kontribuzzjoni tal-baġit tal-UE (40%) u l-kontribuzzjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali (60%), jkun sostitwit b’kombinament ta’ finanzjament ta’ tariffi u kontribuzzjoni ta’ bilanċ mill-baġit tal-UE. B’mod parallel, il-Kummissjoni pproponiet ukoll mandat ġdid għall-ESMA fir-rigward tas-superviżjoni ta’ Kontropartijiet Ċentrali (CCPs), li jirrikjedi żieda fir-riżorsi umani kif ukoll prefinanzjament ta’ dawn l-attivitajiet iffinanzjati mit-tariffi, filwaqt li jitqies iż-żmien meħtieġ biex tiġi stabbilita s-sistema tat-tariffi.
F'Marzu 2019 intlaħaq ftehim politiku dwar dawn il-proposti. Fir-rigward tar-reviżjoni tal-mandati tal-EBA, l-EIOPA u l-ESMA, il-kompromess essenzjalment kien jinvolvi estensjoni aktar limitata tal-ambitu tal-mandati, b’impatt korrispondenti fuq il-ħtiġijiet tar-riżorsi, filwaqt li l-mudell ta’ finanzjament attwali (sehem ta’ 40/60 bejn il-baġit tal-UE u l-awtoritajiet nazzjonali) inżamm. Il-mandat tal-ESMA fir-rigward tas-CCPs se jitnaqqas bi ftit meta mqabbel mal-proposta tal-Kummissjoni. Għaż-żewġ proposti, l-impatt baġitarju se jseħħ b’dewmien ta’ sena. Id-Dikjarazzjoni tal-Estimi għas-sena 2020 diġà tirrifletti l-konsegwenzi baġitarji għall-2020. Huwa propost li f’dan l-ABE jiġi aġġornat il-baġit tal-2019 kemm għar-riżorsi umani kif ukoll għal dawk finanzjarji.
It-tnaqqis propost fil-kontribuzzjoni tal-UE għall-EBA, l-EIOPA u l-ESMA jidher fit-tabella ta’ hawn taħt.
|
EUR
|
|
Linja Baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta' impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
Taqsima III – Il-Kummissjoni
|
|
12 02 04
|
L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA)
|
-2 490 000
|
-2 490 000
|
|
12 02 05
|
L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA)
|
-2 360 000
|
-2 360 000
|
|
12 02 06
|
L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)
|
-13 670 000
|
-13 670 000
|
|
Total
|
-18 520 000
|
-18 520 000
|
Il-pjanijiet ta’ stabbiliment aġġornati tal-EBA (-10 karigi), l-EIOPA (-9 karigi) u l-ESMA (-27 kariga) huma stabbiliti fl-anness baġitarju.
2.1.2
L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex)
F’Settembru 2018
, il-Kummissjoni pproponiet li testendi l-mandat tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) biex toħloq korp permanenti ta’ 10 000 gwardja tal-fruntiera sal-2020. Fl-istennija tal-adozzjoni tal-proposta leġiżlattiva, ammont ta’ EUR 19,3 miljun tpoġġa f’riżerva fil-baġit tal-2019 biex ikopri l-ispejjeż tar-reklutaġġ ippjanat tal-ewwel mewġa ta’ gwardji tal-fruntieri (375 kariga u 375 aġent kuntrattwali) fl-aħħar kwart tal-2019.
F’Marzu 2019 intlaħaq ftehim politiku dwar il-ħolqien gradwali ta’ korp permanenti ta’ 10 000 gwardja tal-fruntiera sal-2027. Meta jitqies id-dħul fis-seħħ mistenni tar-Regolament mill-1 ta’ Novembru 2019, bħala l-punt ta’ tluq formali għar-reklutaġġ attwali tal-korpi permanenti tal-gwardji tal-fruntiera, il-Kummissjoni tqis li huwa prudenti li jinżamm ammont ta’ EUR 7,2 miljun fir-riżerva biex tiġi koperta n-nefqa għas-salarji għall-ewwel reklutaġġi tal-gwardji tal-fruntiera fl-2019. Konsegwentement, l-ammont li jifdal fir-riżerva jista’ jiġi kkanċellat f’dan l-ABE. .
|
EUR
|
|
Linja Baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta' impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
Taqsima III – Il-Kummissjoni
|
|
40 02 41
|
Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għall-artikolu tal-bapit 18 02 03 — Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (FRONTEX)
|
-12 121 000
|
-12 121 000
|
|
Total
|
-12 121 000
|
-12 121 000
|
2.1.3
Riformulazzjoni tar-Regolament ta' Dublin III
Il-baġit ivvutat tal-2019 kien fih EUR 460 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn bħala riżerva relatata mal-proposta tal-Kummissjoni biex jiġi riformulat ir-Regolament Dublin III, sakemm tiġi adottata l-bażi legali. F’każ li l-att legali ma jiġix adottat sal-1 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni tista’ tippreżenta proposta waħda jew aktar għal trasferimenti skont l-Artikolu 31 tar-Regolament Finanzjarju.
L-ewwel ħlas parzjali ta’ EUR 370 miljun ġie rilaxxat f’April 2019. B’mod parallel ma’ dan l-abbozz ta’ baġit emendatorju, il-Kummissjoni tippreżenta t-tieni u l-aħħar talba ta’ trasferiment (DEC 15/2019) li tkopri ammont ta’ EUR 82,8 miljun, li minnhom EUR 62,8 miljun għandhom jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ finanzjament addizzjonali għall-Greċja fl-2019 u EUR 20 miljun biex jitħejja l-eżerċizzju li jmiss ta’ wegħdiet ta’ risistemazzjoni. Abbażi tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-ħtiġijiet relatati ta’ tmiem is-sena f’dan il-qasam, l-ammont li jifdal fir-riżerva jista’ jiġi kkanċellat f’dan l-ABE. Madankollu, il-Kummissjoni se żżomm l-iżviluppi fuq il-post taħt reviżjoni mill-qrib, u tista’ tipproponi miżuri ta’ korrezzjoni ulterjuri kif meħtieġ.
|
EUR
|
|
Linja Baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta' impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
Taqsima III – Il-Kummissjoni
|
|
40 02 41
|
Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għall-artikolu tal-baġit 18 03 01 01 - Tisħiħ u żvilupp tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil u titjib tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabilità bejn l-Istati Membri
|
-7 200 000
|
-7 200 000
|
|
Total
|
-7 200 000
|
-7 200 000
|
2.1.4.
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE)
F’Ottubru 2017, intlaħaq ftehim dwar il-ħolqien tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE)
. Filwaqt li l-istruttura amministrattiva tal-Uffiċċju tinsab fi stat tajjeb, il-ħatra tal-Kap Prosekutur tal-UPPE ħadet aktar żmien, u bħalissa hija mistennija li sseħħ fit-tieni nofs tal-2019. Dan għandu effett indirett fuq ċerti reklutaġġi oħra u xi ftit mill-infiq oriġinarjament ippjanat għall-2019 se jseħħ fl-2020. B’konsegwenza ta’ dan, l-approprjazzjoni inkluża fil-baġit tal-2019 tista’ titnaqqas b’EUR 1 miljun fl-2019. Id-Dikjarazzjoni tal-Estimi għas-sena 2020diġà tirrifletti l-konsegwenzi baġitarji għall-2020.
|
EUR
|
|
Linja Baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta' impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
Taqsima III – Il-Kummissjoni
|
|
33 03 05
|
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE)
|
-1 000 000
|
-1 000 000
|
|
Total
|
-1 000 000
|
-1 000 000
|
2.1.5.
Il-Fond Soċjali Ewropew — Assistenza teknika operazzjonali
Meta titqies l-aħħar valutazzjoni tal-ħtiġijiet attwali f’termini ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-partita tal-baġit 04 02 63 01, EUR 8,3 miljun jistgħu jiġu kkanċellati mingħajr ma tiġi pperikolata l-implimentazzjoni bla xkiel tal-attivitajiet ta’ assistenza teknika taħt il-Fond Soċjali Ewropew.
|
EUR
|
|
Linja Baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta' impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
Taqsima III – Il-Kummissjoni
|
|
04 02 63 01
|
Il-Fond Soċjali Ewropew — Assistenza teknika operazzjonali
|
-8 300 000
|
-
|
|
Total
|
-8 300 000
|
-
|
2.1.6.
Strument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza (ESI)
L-Istrument ta’ Appoġġ ta’ Emerġenza jipprovdi appoġġ ta’ emerġenza bbażat fuq il-ħtiġijiet immirat lejn il-preservazzjoni tal-ħajja, il-prevenzjoni u t-taffija tat-tbatija umana, u ż-żamma tad-dinjità tal-bniedem, li jikkumplimenta r-rispons tal-Istati Membri affettwati. L-ewwel intervent taħt l-ESI beda fl-2016 u bħalissa qed jiġi eliminat gradwalment.
L-allokazzjoni attwali għan-nefqa ta’ appoġġ tal-ESI hija ta’ EUR 250 000. F’konformità mat-tbassir rivedut ta’ approprjazzjonijiet meħtieġa, EUR 120 000 jistgħu jiġu kkanċellati.
|
EUR
|
|
Linja Baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta' impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
Taqsima III – Il-Kummissjoni
|
|
18 01 04 05
|
Nefqa ta’ appoġġ għall-appoġġ ta' emerġenza fi ħdan l-Unjoni
|
-120 000
|
-120 000
|
|
Total
|
-120 000
|
-120 000
|
2.1.7.
Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (UCPM)
Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili għandu l-għan li jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-istati parteċipanti fil-qasam tal-protezzjoni ċivili, bil-għan li jittejbu l-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għad-diżastri.
Id-Deċiżjoni 2019/420 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2019
żiedet il-pakkett finanzjarju 2014–2020 għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili għal EUR 574 miljun. Wara l-qbil politiku bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew u filwaqt li titqies l-adozzjoni aktar tard milli previst tad-deċiżjoni emendatorja msemmija qabel, l-allokazzjonijiet tal-2019 għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili għandhom jitnaqqsu skont dan. L-ammonti fir-riżerva li jaqbżu l-allokazzjonijiet miftiehma għall-2019 jistgħu jiġu kkanċellati.
|
EUR
|
|
Linja Baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta' impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
Taqsima III – Il-Kummissjoni
|
|
40 02 41
|
Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għal partita baġitarja 23 03 01 01 — Prevenzjoni tad-diżastri u preparatezza għalihom fl-Unjoni
|
-35 000 000
|
-26 390 000
|
|
40 02 41
|
Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għal partita tal-baġit 23 03 02 01 — Interventi ta’ rispons ta’ emerġenza rapidi u effiċjenti fil-każ ta’ diżastri kbar fl-Unjoni
|
-
|
-170 514
|
|
40 02 41
|
Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għal partita tal-baġit 23 03 02 02 — Interventi ta’ rispons ta’ emerġenza rapidi u effiċjenti fil-każ ta’ diżastri kbar f’pajjiżi terzi
|
-
|
-2 000 000
|
|
Total
|
-35 000 000
|
-28 560 514
|
2.1.8.
Il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE)
Skont l-Artikolu 4a(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (EUSF), l-ammont totali għall-ħlasijiet bil-quddiem għal kull sena huwa limitat għal EUR 50 miljun kemm f’approprjazzjonijiet ta’ impenn kif ukoll f’approprjazzjonijiet ta’ pagament.
Skont l-Artikolu 12.4 (a) tar-Regolament Finanzjarju, dispożizzjoni ġdida fis-seħħ mill-1 ta’ Awwissu 2018, hemm riport awtomatiku ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn mhux użati għall-FSUE. Fi tmiem l-2018, EUR 29,7 miljun ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-FSUE kienu disponibbli u ġew riportati awtomatikament għall-2019. EUR 50 miljun ġew mobilizzati flimkien mal-baġit tal-2019.
B’riżultat ta’ dan, bħalissa hemm EUR 79,7 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 50 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament disponibbli fl-2019 għal pagamenti bil-quddiem tal-FSUE. Għalhekk qed jiġi propost li jitnaqqsu l-approprjazzjonijiet ta’ impenn inklużi fil-baġit tal-2019 b’EUR 29,7 miljun sabiex il-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn jitnaqqas għal EUR 50 miljun previst fl-att bażiku u għal-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament.
|
EUR
|
|
Linja Baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta' impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
Taqsima III – Il-Kummissjoni
|
|
13 06 01
|
Għajnuna għall-Istati Membri fil-każ ta' diżastru naturali kbir b'riperkussjonijiet serji fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-ambjent naturali jew l-ekonomija
|
-29 748 635
|
-
|
|
Total
|
-29 748 635
|
-
|
2.1.9.
Aġġustament tal-mobilizzazzjoni tal-istrumenti speċjali
Minħabba t-tnaqqis fil-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn tal-intestaturi 1a u 3 inklużi f’dan l-ABE, huwa propost li l-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà tiġi aġġustata kif ġej:
–Għall-intestatura 1a, il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà hija mnaqqsa b’EUR 18,5 miljun;
–Għall-intestatura 3, il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà hija mnaqqsa b’EUR 55,4 miljun.
Id-deċiżjoni proposta dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni (UE) 2019/276 tat-12 ta’ Diċembru 2018 takkumpanja dan l-ABE.
Minħabba t-tnaqqis fil-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn tal-intestatura 1b inkluża f’dan l-ABE, l-użu tal-Marġni Globali għall-Impenji huwa mnaqqas b’EUR 8,3 miljun.
2.2.
Posponiment tal-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea: l-impatt fuq l-istituzzjonijiet tal-UE
Matul it-tħejjija tal-baġit tal-2019, l-Istituzzjonijiet kienu mistiedna jirriflettu fid-dikjarazzjonijiet rispettivi tagħhom tal-estimi tal-impatt tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, inizjalment prevista għad-29 ta’ Marzu 2019, fl-oqsma fejn il-bidliet kienu evidenti (eż. tnaqqis ta’ Kummissarju wieħed, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, aġġustament tan-numru ta’ mħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja, għeluq tar-Rappreżentanza u tal-Uffiċċji Reġjonali fir-Renju Unit, eċċ.).
B’riżultat ta’ dan, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew naqqsu t-talba baġitarja tagħhom b’ammont totali ta’ madwar EUR 11,7 miljun (li minnhom EUR 10,2 miljun għall-Parlament Ewropew). Dan it-tnaqqis kien stmat abbażi tal-fatt li r-Renju Unit huwa Stat Membru għal 3 xhur fl-2019.
Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna żied it-talba baġitarja tiegħu b’EUR 12,3 miljun biex jirrifletti n-nefqa addizzjonali relatata mat-twaqqif ta’ diviżjoni fir-Renju Unit fil-Kwartieri Ġenerali u delegazzjoni tal-UE f’Londra.
Minħabba l-posponiment tal-ħruġ tar-Renju Unit, l-Istituzzjonijiet issa se jkollhom ikopru n-nefqa relatata mar-Renju Unit bħala Stat Membru tal-UE għal massimu ta’ seba’ xhur addizzjonali.
Il-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew se jimmiraw li jkopru l-ħtiġijiet addizzjonali permezz tat-tqassim mill-ġdid tar-riżorsi eżistenti. B’mod partikolari, għall-Qorti tal-Ġustizzja, dan huwa possibbli minħabba d-dewmien persistenti fin-nomina ta’ mħallef minn wieħed mill-Istati Membri, li ġġenera ffrankar suffiċjenti biex ikopri l-ispejjeż addizzjonali biex jitħallsu l-Membri tar-Renju Unit sal-31 ta’ Ottubru 2019.
Min-naħa l-oħra, il-Parlament Ewropew u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri qed jitolbu approprjazzjonijiet addizzjonali għar-raġunijiet deskritti hawn taħt.
2.2.1
Il-Parlament Ewropew (PE)
Wara d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament mill-9 perjodu leġiżlattiv, is-sezzjoni tal-baġit tal-Parlament inkludiet approprjazzjonijiet għal 678 Membri mit-30 ta’ Marzu, u 705 Membri mit-2 ta’ Lulju 2019. L-approprjazzjonijiet tnaqqsu fuq għadd ta’ linji relatati mal-Membri, l-assistenti u r-rappreżentanza istituzzjonali; l-ebda baġit ma kien previst għal kampanja ta’ informazzjoni fir-Renju Unit.
Il-posponiment sal-31 ta’ Ottubru 2019 mhux biss jaffettwa l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew u l-ispiża għall-assistenza parlamentari, iżda wkoll il-ħtieġa li jinżamm l-Uffiċċju ta’ Kollegament tar-Renju Unit, u skatta l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet Ewropej fir-Renju Unit, li kienu jeħtieġu kampanja ta’ informazzjoni kompluta.
L-elementi msemmija hawn fuq, li jikkostitwixxu ċirkostanzi inevitabbli, eċċezzjonali u mhux previsti, jeħtieġu approprjazzjonijiet supplimentari addizzjonali ta’ EUR 15,1 miljun.
2.2.1
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (ECA)
Id-deċiżjoni dwar il-posponiment tal-irtirar tar-Renju Unit b’massimu ta’ seba’ xhur għandha impatt fuq ir-rimunerazzjoni u nfiq ieħor għal Kulleġġ ta’ 28, flok ta’ 27 Membri fil-Qorti tal-Awdituri.
Fid-dawl tal-baġit strett mitlub għall-2019, il-Qorti mhijiex se tkun f’pożizzjoni li ssib ir-riżorsi addizzjonali permezz ta’ riallokazzjoni iżda titlob allokazzjoni addizzjonali ta’ EUR 107 000 biex tkopri s-salarji u allowances oħra kif ukoll spejjeż ta’ missjonijiet u ta’ rappreżentanza. Dan l-ammont huwa nett mit-tqassim mill-ġdid tal-ammont mhux użat ta’ kwoti tranżitorji, li se jiġu trasferiti għal-linja tas-salarji għall-Membru tar-Renju Unit.
2.2.3
Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)
Is-SEAE ngħata approprjazzjonijiet addizzjonali fil-baġit tiegħu għall-2019 bħala konsegwenza diretta tal-ħruġ tar-Renju Unit sabiex:
–jiftaħ u jmexxi Delegazzjoni f’Londra,
–iżomm il-punt attwali tal-preżenza tal-UE fl-Irlanda ta’ Fuq,
–joħloq Diviżjoni ddedikata fil-Kwartieri Ġenerali biex tamministra r-relazzjonijiet mar-Renju Unit bħala pajjiż terz, u
–jkopri l-ispejjeż addizzjonali ta’ rotazzjoni li jirriżultaw mill-ħtieġa li membri tal-persunal b’ċittadinanza tar-Renju Unit jissejħu lura min-netwerk tad-Delegazzjoni qabel l-iskadenza skedata tal-istazzjonar tagħhom.
Dawn l-ammonti ġew stmati fuq is-suppożizzjoni li r-Renju Unit se joħroġ mill-Unjoni Ewropea fid-29 ta’ Marzu 2019. Billi l-perjodu tal-Artikolu 50 ġie estiż, is-SEAE attwalment akkumula eċċessi fil-baġit tiegħu tal-2019.
Minħabba l-inċertezza konsiderevoli attwali relatata mal-proċess tal-Artikolu 50, is-SEAE ser ikollu bżonn iżomm l-ammonti għal kostijiet tal-ftuħ ta’ delegazzjoni ta’ darba u r-rotazzjonijiet addizzjonali msemmija qabel fil-baġit tiegħu tal-2019. Se jkun jeħtieġ ukoll riserva suffiċjenti, f’każ li ż-żewġ partijiet jirratifikaw il-ftehim dwar il-ħruġ qabel il-31 ta’ Ottubru 2019.
Għalhekk is-SEAE ser inaqqas il-baġit tiegħu għall-2019 mill-ispejjeż operazzjonali previsti mill-bidu tas-sena sal-1 ta’ Awwissu għad-Diviżjoni tal-Kwartieri Ġenerali tiegħu u l-punti ta’ preżenza tiegħu fir-Renju Unit (EUR 3 276 000).
Peress li s-sitwazzjoni aktar tard fis-sena tista’ tkun differenti ħafna mix-xenarju attwali, is-SEAE għandu l-intenzjoni li jmur lura għall-Awtorità Baġitarja aktar tard din is-sena u jipproponi aktar aġġustamenti għall-baġit tiegħu tal-2019, kif xieraq fir-rigward tas-sitwazzjoni f’dak iż-żmien.
2.2.4
Ħarsa ġenerali
|
|
(f'EUR)
|
|
Linja Baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta' impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
Taqsima I — Il-Parlament Ewropew
|
|
1 0 0 0
|
Salarji
|
2 420 000
|
2 420 000
|
|
1 0 0 4
|
Spejjeż għall-vjaġġi regolari
|
2 100 000
|
2 100 000
|
|
1 0 0 6
|
Spejjeż għall-vjaġġi regolari
|
1 200 000
|
1 200 000
|
|
1 0 2 0
|
Allowances Tranżitorji
|
-1 800 000
|
-1 800 000
|
|
3 2 2
|
Akkwist tal-informazzjoni u arkivjar
|
80 000
|
80 000
|
|
3 2 4 2
|
Nefqiet għall-pubblikazzjoni, it-tagħrif u l-parteċipazzjoni f’manifestazzjonijiet pubbliċi
|
3 000 000
|
3 000 000
|
|
3 2 4 4
|
L-Organizzazzjoni u l-ospitalità ta' gruppi ta' viżitaturi, il-programm Euroscola u stediniet għall-multiplikaturi tal-opinjoni minn pajjiżi terzi
|
300 000
|
300 000
|
|
3 2 5
|
Nefqa relatata mal-Uffiċċji ta' Kollegament
|
320 000
|
320 000
|
|
4 2 2
|
Nefqa relatata mal-assistenza parlamentari
|
7 490 000
|
7 490 000
|
|
Subtotal tat-Taqsima I
|
15 110 000
|
15 110 000
|
|
Taqsima V - Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri
|
|
1 0 0 0
|
Rimunerazzjoni, gratifiki u pensjonijiet
|
96 000
|
96 000
|
|
1 0 4
|
Missjonijiet
|
6 000
|
6 000
|
|
2 5 2
|
Spejjeż għar-rappreżentazzjoni
|
5 000
|
5 000
|
|
Subtotal tat-Taqsima V
|
107 000
|
107 000
|
|
Taqsima X: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
|
|
1 1 0 0
|
Salarji Bażiċi
|
-564 000
|
-564 000
|
|
1 1 0 2
|
Drittijiet taħt ir-Regolamenti tal-Persunal marbutin maċ-ċirkostanzi personali tal-membru tal-persunal
|
-143 000
|
-143 000
|
|
1 1 0 3
|
Kopertura għas-sigurtà soċjali
|
-22 000
|
-22 000
|
|
1 4 0
|
Missjonijiet
|
-27 000
|
-27 000
|
|
3 0 0 0
|
Rimunerazzjoni u intitolamenti għall-persunal statutorju
|
-747 000
|
-747 000
|
|
3 0 0 1
|
Persunal estern u servizzi minn barra
|
-568 000
|
-568 000
|
|
3 0 0 2
|
Nefqa oħra marbuta mal-persunal
|
-97 000
|
-97 000
|
|
3 0 0 3
|
Binjiet u spejjeż assoċjati
|
-1 070 000
|
-1 070 000
|
|
3 0 0 4
|
Nefqiet amministrattivi oħra
|
-38 000
|
-38 000
|
|
Subtotal tat-Taqsima X
|
-3 276 000
|
-3 276 000
|
|
Total
|
11 941 000
|
11 941 000
|
3.
Aġġornament tad-dħul
3.1
Impatt ġenerali tal-ABE 4/2019 fuq id-distribuzzjoni tal-pagamenti totali tar-riżorsi proprji bejn l-Istati Membri
Wara l-175 laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji (KKRP) tal-24 ta’ Mejju 2019, huma meħtieġa żewġ aġġustamenti fuq in-naħa tad-dħul tal-baġit. l-ewwel aġġornament tal-estimi għar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (RPT) kif ukoll għar-riżorsi proprji bbażati fuq it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) u l-Introjtu Nazzjonali Gross (ING) biex jitqiesu l-previżjonijiet ekonomiċi aktar reċenti, u t-tieni aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit. Dawn iż-żewġ aġġustamenti huma ppreżentati fis-sezzjonijiet 3.2 u 3.3 aktar ’l isfel.
L-impatt globali f’termini tal-aġġustamenti tan-nefqa u tad-dħul ta’ dan l-ABE jidher fit-tabella mqassra hawn taħt. Din it-tabella turi d-distribuzzjoni tal-pagamenti totali tar-riżorsi proprji bejn l-Istati Membri: kif ibbaġitjat fil-baġit tal-2019, kif emendat fil-Baġit Emendatorju Nru 3 (ABE 3/2019), u fl-aħħar nett fl-ABE attwali.
Distribuzzjoni tal-pagamenti totali tar-riżorsi proprji mill-Istati Membri (f’miljuni ta’ EUR)
|
|
Baġit 2019
|
ABE 3/2019
|
ABE 4/2019
|
|
|
|
|
|
|
|
(1)
|
(2)
|
(3)
|
|
BE
|
6 151,1
|
6 108,2
|
6 096,5
|
|
BG
|
565,3
|
560,2
|
605,0
|
|
CZ
|
2 012,3
|
1 993,3
|
2 028,3
|
|
DK
|
2 811,0
|
2 782,1
|
2 801,5
|
|
DE
|
30 494,7
|
30 164,5
|
29 792,7
|
|
EE
|
253,3
|
250,9
|
263,1
|
|
IE
|
2 478,4
|
2 453,9
|
2 485,6
|
|
EL
|
1 746,1
|
1 728,6
|
1 759,2
|
|
ES
|
12 172,1
|
12 056,6
|
12 161,9
|
|
FR
|
22 592,6
|
22 364,4
|
22 592,4
|
|
HR
|
496,6
|
491,8
|
494,6
|
|
IT
|
17 008,2
|
16 840,7
|
16 772,0
|
|
CY
|
202,2
|
200,3
|
206,7
|
|
LV
|
288,5
|
285,7
|
301,3
|
|
LT
|
459,3
|
455,2
|
481,5
|
|
LU
|
376,9
|
373,1
|
382,6
|
|
HU
|
1 285,1
|
1 272,7
|
1 349,3
|
|
MT
|
116,7
|
115,6
|
119,3
|
|
NL
|
7 707,0
|
7 633,3
|
7 668,9
|
|
AT
|
3 437,6
|
3 400,7
|
3 398,3
|
|
PL
|
4 934,2
|
4 888,0
|
5 072,7
|
|
PT
|
1 914,7
|
1 896,0
|
1 932,0
|
|
RO
|
1 916,6
|
1 897,1
|
1 948,8
|
|
SI
|
480,2
|
475,8
|
488,1
|
|
SK
|
868,0
|
859,3
|
873,2
|
|
FI
|
2 186,3
|
2 163,9
|
2 166,7
|
|
SE
|
3 859,3
|
3 815,1
|
3 883,5
|
|
UK
|
17 490,2
|
17 268,1
|
16 614,1
|
|
UE
|
146 304,5
|
144 795,1
|
144 739,5
|
3.2
Reviżjoni tal-previżjoni tal-bażijiet tar-RPT, tal-VAT u tal-ING
Skont il-prassi stabbilita, il-Kummissjoni tipproponi li tirrevedi l-finanzjament tal-baġit abbażi ta’ previżjonijiet ekonomiċi aktar reċenti, maqbula bejn l-Istati Membri fil-laqgħa tal-KKRP.
Ir-reviżjoni tikkonċerna t-tbassir tar-RPT li jridu jitħallsu lill-baġit fl-2019 flimkien mat-tbassir tal-bażijiet tal-VAT u tal-ING tal-2019. Il-previżjoni fil-Baġit tal-2019 ġiet stabbilita fil-172 laqgħa tal-KKRP fit-18 ta’ Mejju 2018. Ir-reviżjoni fl-ABE attwali tikkunsidra l-previżjonijiet maqbula fil-175 laqgħa tal-KKRP tal-24 ta’ Mejju 2019. L-użu ta’ previżjonijiet aġġornati tar-riżorsi proprji jtejjeb il-preċiżjoni tal-previżjonijiet tad-dħul u konsegwentement dik tal-pagamenti li l-Istati Membri huma mitluba jagħmlu fil-baġit tal-UE matul is-sena baġitarja.
Meta mqabbel mal-previżjoni li ntlaħaq qbil dwarha f’Mejju 2018, il-previżjoni għall-2019 ġiet riveduta kif ġej:
–Issa d-dazji doganali netti totali għall-2018 huma previsti li jlaħħqu l-EUR 21 206,0 miljun (wara t-tnaqqis ta’ 20 % fil-kostijiet tal-ġbir), u dan jirrappreżenta tnaqqis ta’ 1,23 % meta mqabbel mal-previżjoni ta’ EUR 21 471,2 miljun inkluża fil-Baġit tal-2019. Il-Kummissjoni qabblet ir-riżultati tal-metodu tat-tbassir tradizzjonali tal-KKRP (ibbażat fuq it-tbassir makroekonomiku tar-rebbiegħa tal-2019) mar-riżultati tal-metodu ta’ estrapolazzjoni bbażat fuq l-aħħar data dwar l-eżitu għad-dazji doganali miġbura (Jannar – April 2019). Bħal fi snin preċedenti, ġie miftiehem li jiġi applikat approċċ konservattiv u li tintuża l-inqas previżjoni tar-RPT sabiex tiġi żgurata ġestjoni soda tal-baġit f’kuntest ta’ inċertezzi ekonomiċi kbar u tfixkil potenzjali fix-xejriet kummerċjali.
–Il-bażi totali tal-VAT mingħajr limitu tal-UE għall-2019 issa hija mbassra għal EUR 7 085 193,6 miljun, u dan jirrappreżenta żieda ta’ 2,30 % meta mqabbel mat-tbassir ta’ Mejju 2018 ta’ EUR 6 925 637,5 miljun. Il-bażi totali tal-VAT
limitata tal-UE għall-2019 hija mbassra għal EUR 7 057 535,1 miljun, u dan jirrappreżenta żieda ta’ 2,20 % meta mqabbel mat-tbassir ta’ Mejju 2018 ta’ EUR 6 905 892,6 miljun.
–Il-bażi totali tal-ING tal-UE għall-2019 hija mbassra għal EUR 16 347 197,8 miljun, jiġifieri tnaqqis (-0,60 %) meta mqabbel mat-tbassir ta’ Mejju 2018 ta’ EUR 16 446 111,0 miljun.
Intużaw ir-rati tal-kambju tal-31 ta' Diċembru 2018 biex tinqaleb il-previżjoni tal-bażijiet tal-VAT u l-ING mill-munita nazzjonali għall-euro (għad-disa’ Stati Membri li mhumiex membri fiż-żona tal-euro). Dan jevita distorsjonijiet għaliex din hija r-rata li tintuża sabiex jinqalbu l-pagamenti bbaġitjati tar-riżorsi proprji minn euro għall-munita nazzjonali meta dawn l-ammonti jinġabru (kif stipulat fl-Artikolu 10a(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 609/2014).
It-tbassir rivedut tar-RPT, tal-bażijiet tal-VAT mhux limitati u tal-bażijiet tal-ING għall-2019, kif adottati fil-175 laqgħa tal-KKRP fl-24 ta’ Mejju 2019, huwa ppreżentat fit-tabella li ġejja:
Previżjonijiet riveduti tar-RPT, tal-bażijiet tal-VAT u tal-ING għall-2019 (f'miljuni ta’ EUR)
|
|
Dazji tad-dwana
(80%)
|
Bażijiet tal-VAT mhux limitati
|
Bażijiet tal-ING
|
Limitati
Bażijiet tal-VAT
|
|
BE
|
2 173,3
|
200 164,5
|
469 186,6
|
200 164,5
|
|
BG
|
104,7
|
27 671,8
|
58 500,4
|
27 671,8
|
|
CZ
|
293,2
|
90 821,9
|
205 917,4
|
90 821,9
|
|
DK
|
357,7
|
119 452,0
|
313 973,3
|
119 452,0
|
|
DE
|
4 133,0
|
1 453 699,2
|
3 551 074,7
|
1 453 699,2
|
|
EE
|
34,9
|
13 074,3
|
26 649,8
|
13 074,3
|
|
IE
|
308,7
|
91 474,4
|
265 877,4
|
91 474,4
|
|
EL
|
185,6
|
75 007,5
|
190 421,6
|
75 007,5
|
|
ES
|
1 573,9
|
572 646,4
|
1 252 795,0
|
572 646,4
|
|
FR
|
1 746,2
|
1 112 113,9
|
2 472 604,4
|
1 112 113,9
|
|
HR
|
39,0
|
33 740,9
|
52 961,9
|
26 481,0
|
|
IT
|
1 901,2
|
718 519,6
|
1 793 427,3
|
718 519,6
|
|
CY
|
25,3
|
14 284,0
|
21 070,6
|
10 535,3
|
|
LV
|
44,8
|
12 079,5
|
31 194,7
|
12 079,5
|
|
LT
|
99,5
|
19 008,6
|
45 938,8
|
19 008,6
|
|
LU
|
17,6
|
30 710,0
|
42 445,3
|
21 222,7
|
|
HU
|
210,4
|
57 991,8
|
135 913,0
|
57 991,8
|
|
MT
|
13,8
|
8 893,3
|
12 257,9
|
6 129,0
|
|
NL
|
2 607,3
|
331 589,2
|
806 725,1
|
331 589,2
|
|
AT
|
217,5
|
180 376,1
|
399 095,3
|
180 376,1
|
|
PL
|
781,4
|
248 536,4
|
502 207,3
|
248 536,4
|
|
PT
|
188,2
|
105 998,5
|
203 200,7
|
101 600,4
|
|
RO
|
194,6
|
76 044,3
|
215 341,6
|
76 044,3
|
|
SI
|
81,0
|
22 413,4
|
47 995,2
|
22 413,4
|
|
SK
|
100,5
|
34 473,4
|
94 317,1
|
34 473,4
|
|
FI
|
150,6
|
102 046,6
|
240 879,6
|
102 046,6
|
|
SE
|
520,7
|
211 575,9
|
491 990,2
|
211 575,9
|
|
UK
|
3 101,4
|
1 120 786,2
|
2 403 235,6
|
1 120 786,2
|
|
UE-28
|
21 206,0
|
7 085 193,6
|
16 347 197,8
|
7 057 535,1
|
3.3
Korrezzjoni tar-Renju Unit tal-2018 u tal-2015
3.3.1
Introduzzjoni
Il-korrezzjoni tal-iżbilanċi tal-baġit favur ir-Renju Unit (il-korrezzjoni tar-Renju Unit), li għandha tkun ibbaġitjata fl-ABE preżenti, tikkonċerna sentejn: L-2015 u l-2018.
Il-korrezzjoni tar-Renju Unit tal-2015 u tal-2018 hija soġġetta għar-regoli tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2014/335/UE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u tad-dokument ta’ ħidma li jakkumpanjaha, il-Metodu ta’ Kalkolu tal-2014
. Skont ir-regoli ta’ din id-Deċiżjoni, id-“dħul mhux ippjanat” nett tar-RPT tar-Renju Unit li jirriżulta miż-żieda, sa mill-2001, fil-perċentwal tar-RPT miżmuma mill-Istati Membri bħala kumpens għall-kostijiet tal-ġbir tagħhom, huma newtralizzati u n-nefqa allokata hija aġġustata permezz tan-nefqa allokata totali fl-Istati Membri li ssieħbu fl-UE wara t-30 ta’ April 2004, ħlief għall-pagamenti diretti agrikoli u n-nefqa relatata mas-suq kif ukoll il-parti tan-nefqa tal-iżvilupp rurali li toriġina mit-Taqsima tal-Garanziji tal-FAEGG.
Barra dan, is-sehem tal-Awstrija, il-Ġermanja, in-Netherlands u l-Iżvezja fl-iffinanzjar tal-korrezzjoni tar-Renju Unit huwa mnaqqas għal kwart tas-sehem normali tagħhom. It-tnaqqis huwa ffinanzjat mill-Istati Membri l-oħra, minbarra r-Renju Unit.
Fl-ABE attwali hemm imniżżla l-kalkolu u l-iffinanzjar tal-1 aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit tal-2018 kif ukoll l-ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit tal-2015.
Id-differenza bejn l-ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2015 u l-ammont ibbaġitjat preċedentament (l-1 aġġornament fil-BE 5/2016) iddaħħlet taħt il-kapitolu 35 (Riżultat tal-kalkolu definittiv tal-finanzjament tal-korrezzjoni tal-iżbilanċi baġitarji għar-Renju Unit) ta’ dan l-ABE.
L-1 aġġornament tal-ammont tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2018 huwa mniżżel fil-kapitolu 15 (Korrezzjoni tal-iżbilanċi baġitarji) ta’ dan l-ABE, u jissostitwixxi l-ammont provviżorju ibbaġitjat preċedentement.
3.3.2
Kalkolu tal-korrezzjonijiet
L-aġġornament tal-korrezzjonijiet għall-2015 u l-2018 jirriżulta prinċipalment mill-aġġornament tal-bażijiet tal-VAT u tal-ING kif ikkomunikat mill-Istati Membri fil-ħarifa tal-2018. Barra minn hekk, l-aġġornament tal-korrezzjoni għall-2018 tqis ukoll in-nefqa allokata tal-2018.
3.3.2.1
Korrezzjoni għar-Renju Unit għall-2018
It-tabella li jmiss tiġbor fil-qosor il-bidliet bejn l-ammont provviżorju tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2018 imdaħħal fil-Baġit tal-2019 u l-1 aġġornament tal-korrezzjoni għar-Renju Unit għall-2017 li jrid jiddaħħal fl-ABE attwali.
|
|
Korrezzjoni għar-Renju Unit għall-2018
|
Korrezzjoni għar-Renju Unit għall-2018
PROVVIŻORJA
Baġit 2019
|
Korrezzjoni għar-Renju Unit għall-2018
L-1 AĠĠORNAMENT
ABE 4/2019
|
Id-differenza
|
|
|
|
(1)
|
(2)
|
(2)-(1)
|
|
(1)
|
Sehem ir-Renju Unit mill-bażi tal-VAT mhux limitata
|
16,1945%
|
15,9617 %
|
-0,2329 %
|
|
(2)
|
Is-sehem tar-Renju Unit min-nefqa totali allokata aġġustata għat-tkabbir
|
7,3577 %
|
6,7300 %
|
-0,6277 %
|
|
(3)
|
= (1) - (2)
|
8,8368%
|
9,2317 %
|
+0,3948 %
|
|
(4)
|
Nefqa totali allokata
|
127 599 039 596
|
129 786 633 964
|
+ 2 187 594 368
|
|
(5)
|
Nefqa relatata mat-tkabbir
= (5a) + (5b)
|
27 076 886 462
|
31 101 300 166
|
+ 4 024 413 704
|
|
(5a)
|
Nefqa ta’ qabel l-adeżjoni
|
0
|
0
|
0
|
|
(5b) Nefqa relatata mal-Art.
|
Nefqa relatata mal-Art. 4(1)(g)
|
27 076 886 462
|
31 101 300 166
|
+ 4 024 413 704
|
|
(6)
|
Nefqa allokata totali aġġustata għat-tkabbir = (4) – (5)
|
100 522 153 134
|
98 685 333 798
|
- 1 836 819 336
|
|
(7)
|
L-ammont oriġinali tal-korrezzjoni tar-Renju Unit = (3) x (6) x 0.66
|
5 862 761 188
|
6 012 789 482
|
+ 150 028 294
|
|
(8)
|
Vantaġġ tar-Renju Unit
|
854 326 562
|
616 616 471
|
- 237 710 091
|
|
(9)
|
Korrezzjoni bażika tar-Renju Unit = (7) - (8)
|
5 008 434 626
|
5 396 173 012
|
+ 387 738 385
|
|
(10)
|
Qligħ mhux mistenni mir-RPT
|
- 15 094 049
|
- 35 957 064
|
- 20 863 015
|
|
(11)
|
Korrezzjoni tar-Renju Unit = (9) - (10)
|
5 023 528 676
|
5 432 130 075
|
+ 408 601 399
|
L-1 aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2018 huwa ta’ madwar EUR 409 miljun aktar meta mqabbel mal-ammont provviżorju tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2018 imdaħħal fil-Baġit tal-2019.
3.3.2.2
Il-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2015
It-tabella li jmiss tiġbor fil-qosor il-bidliet bejn l-1 aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2014 fil-BE 5/2016 u l-ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2015 li għandu jiddaħħal fl-ABE attwali.
|
|
Il-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2015
|
Il-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2015
L-1 AĠĠORNAMENT
BE 5/2016
|
Il-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2015
DEFINITTIV
ABE 4/2019
|
Id-differenza
|
|
|
|
(1)
|
(2)
|
(2)-(1)
|
|
(1)
|
Sehem ir-Renju Unit mill-bażi tal-VAT mhux limitata
|
19,2145 %
|
19,1419 %
|
- 0,0726%
|
|
(2)
|
Is-sehem tar-Renju Unit min-nefqa totali allokata aġġustata għat-tkabbir
|
7,5910 %
|
7,5894 %
|
- 0,0016%
|
|
(3)
|
= (1) - (2)
|
11,6235 %
|
11,5525 %
|
- 0,0710 %
|
|
(4)
|
Nefqa totali allokata
|
129 194 773 448
|
129 135 893 336
|
- 58 880 112
|
|
(5)
|
Nefqa relatata mat-tkabbir
= (5a) + (5b)
|
31 733 179 803
|
31 639 878 296
|
- 93 301 507
|
|
(5a)
|
Nefqa ta’ qabel l-adeżjoni
|
0
|
0
|
0
|
|
(5b) Nefqa relatata mal-Art.
|
Nefqa relatata mal-Art. 4(1)(g)
|
31 733 179 803
|
31 639 878 296
|
- 93 301 507
|
|
(6)
|
Nefqa allokata totali aġġustata għat-tkabbir = (4) – (5)
|
97 461 593 645
|
97 496 015 040
|
+ 34 421 395
|
|
(7)
|
L-ammont oriġinali tal-korrezzjoni tar-Renju Unit = (3) x (6) x 0.66
|
7 476 753 663
|
7 433 724 758
|
- 43 028 905
|
|
(8)
|
Vantaġġ tar-Renju Unit
|
1 496 521 393
|
1 381 345 015
|
- 115 176 378
|
|
(9)
|
Korrezzjoni bażika tar-Renju Unit = (7) - (8)
|
5 980 232 270
|
6 052 379 743
|
+ 72 147 473
|
|
(10)
|
Qligħ mhux mistenni mir-RPT
|
-76 109 576
|
-74 320 246
|
+ 1 789 330
|
|
(11)
|
Korrezzjoni tar-Renju Unit = (9) - (10)
|
6 056 341 847
|
6 126 699 989
|
+70 358 142
|
L-ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2015 huwa ta’ madwar EUR 70 miljun iżjed meta mqabbel mal-1 aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2015 imniżżel fil-BE 5/2016 prinċipalment minħabba l-aġġornamenti tal-VAT u l-ING kif ikkomunikati mill-Istati Membri fil-ħarifa tal-2018.
3.3.3
Entrata fl-ABE 4/2019 tal-1 aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit tal-2018 u tal-ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit tal-2015
3.3.3.1
Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2015 (kapitolu 35)
L-ammont tal-korrezzjoni tar-Renju Unit li jrid jiġi bbaġitjat fil-Kapitolu 35 tal-ABE attwali huwa d-differenza bejn l-ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2015 (jiġifieri EUR 6 126 699 989) u l-1 aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2015 (jiġifieri EUR 6 056 341 847 imdaħħal fil-BE 5/2016), li jammonta għal EUR 70 358 142.
Dan l-ammont se jiġi ffinanzjat skont il-bażijiet riveduti tal-ING tal-2015 kif magħrufa fl-aħħar tal-2018. L-ibbaġitjar ta’ dan l-ammont fil-kapitolu 35 huwa ppreżentat fil-qosor hawn isfel:
|
Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2015 - Kapitolu 35
|
|
BE
|
1 267 154
|
LU
|
866 089
|
|
BG
|
3 148 896
|
HU
|
2 764 651
|
|
CZ
|
4 903 895
|
MT
|
310 080
|
|
DK
|
6 556 672
|
NL
|
-260 138
|
|
DE
|
4 385 985
|
AT
|
1 362 429
|
|
EE
|
303 635
|
PL
|
-9 542 201
|
|
IE
|
20 284 145
|
PT
|
476 355
|
|
EL
|
504 408
|
RO
|
1 609 226
|
|
ES
|
1 272 857
|
SI
|
123 083
|
|
FR
|
5 838 257
|
SK
|
1 555 233
|
|
HR
|
1 207 446
|
FI
|
4 733 265
|
|
IT
|
19 287 491
|
SE
|
-2 400 255
|
|
CY
|
627 536
|
|
|
|
LV
|
-619 579
|
UK
|
- 70 358 142
|
|
LT
|
-208 473
|
Total
|
0
|
3.3.3.2
Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2018 (kapitolu 15)
L-ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2018 jikkorrispondi għal EUR 5 432 130 075 u EUR 408 601 399 ogħla mill-ammont imdaħħal fil-baġit 2019 (EUR 5 023 528 676).
Dan l-ammont għandu jkun iffinanzjat skont il-bażijiet tal-ING riveduti tal-2019 tal-ABE attwali. L-ibbaġitjar ta’ dan l-ammont fil-kapitolu 15 huwa ppreżentat fil-qosor hawn isfel:
|
Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2018 - kapitolu 15
|
|
BE
|
265 533 515
|
LU
|
24 021 679
|
|
BG
|
33 107 972
|
HU
|
76 919 197
|
|
CZ
|
116 537 793
|
MT
|
6 937 290
|
|
DK
|
177 691 422
|
NL
|
78 568 695
|
|
DE
|
345 846 816
|
AT
|
38 868 751
|
|
EE
|
15 082 304
|
PL
|
284 221 395
|
|
IE
|
150 471 818
|
PT
|
115 000 292
|
|
EL
|
107 768 033
|
RO
|
121 871 366
|
|
ES
|
709 012 279
|
SI
|
27 162 613
|
|
FR
|
1 399 356 542
|
SK
|
53 378 232
|
|
HR
|
29 973 489
|
FI
|
136 324 454
|
|
IT
|
1 014 980 086
|
SE
|
47 915 985
|
|
CY
|
11 924 787
|
UK
|
- 5 432 130 075
|
|
LV
|
17 654 465
|
|
|
|
LT
|
25 998 805
|
Total
|
0
|
4.Tabella sommarja skont l-intestatura tal-QFP
|
F’EUR
|
|
Intestatura
|
Baġit 2019
|
Abbozz ta’ Baġit Emendatorju 4/2019
|
Baġit 2019
|
|
|
(inkl. ABE 1-3/2019)
|
|
(inkl. ABE 1-4/2019)
|
|
|
AI
|
AP
|
AI
|
AP
|
AI
|
AP
|
|
1.
|
Tkabbir intelliġenti u inklużiv
|
80 627 449 848
|
67 556 947 173
|
- 26 820 000
|
- 18 520 000
|
80 600 629 848
|
67 538 427 173
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta' Flessibbiltà
|
178 715 475
|
|
- 18 520 000
|
|
160 195 475
|
|
|
Li minnhom taħt il-marġni globali għall-impenji
|
524 734 373
|
|
- 8 300 000
|
|
516 434 373
|
|
|
Limitu massimu
|
79 924 000 000
|
|
|
|
79 924 000 000
|
|
|
Marġni
|
|
|
|
|
|
|
|
1a
|
Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi
|
23 435 449 848
|
20 521 537 455
|
- 18 520 000
|
- 18 520 000
|
23 416 929 848
|
20 503 017 455
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta' Flessibbiltà
|
178 715 475
|
|
- 18 520 000
|
|
160 195 475
|
|
|
Li minnhom taħt il-marġni globali għall-impenji
|
174 734 373
|
|
|
|
174 734 373
|
|
|
Limitu massimu
|
23 082 000 000
|
|
|
|
23 082 000 000
|
|
|
Marġni
|
|
|
|
|
|
|
|
1b
|
Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali
|
57 192 000 000
|
47 035 409 718
|
- 8 300 000
|
|
57 183 700 000
|
47 035 409 718
|
|
Li minnhom taħt il-marġni globali għall-impenji
|
350 000 000
|
|
- 8 300 000
|
|
341 700 000
|
|
|
Limitu massimu
|
56 842 000 000
|
|
|
|
56 842 000 000
|
|
|
Marġni
|
|
|
|
|
|
|
|
2.
|
Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali
|
59 642 077 986
|
57 399 857 331
|
|
|
59 642 077 986
|
57 399 857 331
|
|
Limitu massimu
|
60 344 000 000
|
|
|
|
60 344 000 000
|
|
|
Marġni
|
701 922 014
|
|
|
|
701 922 014
|
|
|
Li minnhom: Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) — Nefqa marbuta mas-suq u pagamenti diretti
|
43 191 947 000
|
43 116 399 417
|
|
|
43 191 947 000
|
43 116 399 417
|
|
Sottolimitu
|
43 881 000 000
|
|
|
|
43 881 000 000
|
|
|
Differenza dovuta għall-arrotondament eskluża mill-kalkolu tal-marġni
|
659 000
|
|
|
|
659 000
|
|
|
Marġni tal-FAEG
|
688 394 000
|
|
|
|
688 394 000
|
|
|
3.
|
Sigurtà u ċittadinanza
|
3 786 629 138
|
3 527 434 894
|
- 55 441 000
|
- 47 001 514
|
3 731 188 138
|
3 480 433 380
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta' Flessibbiltà
|
985 629 138
|
|
- 55 441 000
|
|
930 188 138
|
|
|
Limitu massimu
|
2 801 000 000
|
|
|
|
2 801 000 000
|
|
|
Marġni
|
|
|
|
|
|
|
|
4.
|
Ewropa Globali
|
11 319 265 627
|
9 358 295 603
|
|
- 2 000 000
|
11 319 265 627
|
9 356 295 603
|
|
Li minnhom taħt il-marġni globali għall-impenji
|
1 051 265 627
|
|
|
|
1 051 265 627
|
|
|
Limitu massimu
|
10 268 000 000
|
|
|
|
10 268 000 000
|
|
|
Marġni
|
|
|
|
|
|
|
|
5.
|
Amministrazzjoni
|
9 942 974 723
|
9 944 904 743
|
11 941 000
|
11 941 000
|
9 954 915 723
|
9 956 845 743
|
|
Limitu massimu
|
10 786 000 000
|
|
|
|
10 786 000 000
|
|
|
Li minnhom paċuti mal-Marġni ta’ Kontinġenza
|
- 253 882 156
|
|
|
|
- 253 882 156
|
|
|
Marġni
|
589 143 121
|
|
|
|
577 202 121
|
|
|
Li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet
|
7 747 285 803
|
7 749 215 823
|
|
|
7 747 285 803
|
7 749 215 823
|
|
Sottolimitu
|
8 700 000 000
|
|
|
|
8 700 000 000
|
|
|
Li minnhom paċuti mal-Marġni ta’ Kontinġenza
|
- 253 882 156
|
|
|
|
- 253 882 156
|
|
|
Marġni
|
698 832 041
|
|
|
|
698 832 041
|
|
|
Total
|
165 318 397 322
|
147 787 439 744
|
- 70 320 000
|
- 55 580 514
|
165 248 077 322
|
147 731 859 230
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta' Flessibbiltà
|
1 164 344 613
|
961 862 659
|
- 73 961 000
|
- 37 271 858
|
1 090 383 613
|
924 590 801
|
|
Li minnhom taħt il-marġni globali għall-impenji
|
1 576 000 000
|
|
- 8 300 000
|
|
1 567 700 000
|
|
|
Limitu massimu
|
164 123 000 000
|
166 709 000 000
|
|
|
164 123 000 000
|
166 709 000 000
|
|
Li minnhom paċuti mal-Marġni ta’ Kontinġenza
|
- 253 882 156
|
|
|
|
- 253 882 156
|
|
|
Marġni
|
1 291 065 135
|
19 883 422 915
|
|
|
1 279 124 135
|
19 901 731 571
|
|
|
Strumenti speċjali oħra
|
870 799 794
|
705 051 794
|
- 29 748 635
|
|
841 051 159
|
705 051 794
|
|
Total Finali
|
166 189 197 116
|
148 492 491 538
|
- 100 068 635
|
- 55 580 514
|
166 089 128 481
|
148 436 911 024
|