IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 8.10.2019
COM(2019) 454 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar ikel u ingredjenti tal-ikel ittrattati b'radjazzjoni jonizzanti għas-snin 2016-2017
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 8.10.2019
COM(2019) 454 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar ikel u ingredjenti tal-ikel ittrattati b'radjazzjoni jonizzanti għas-snin 2016-2017
WERREJ
Kontenut
1.Sommarju
2.Kuntest
3.Faċilitajiet approvati ta’ irradjazzjoni
4.Ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa fil-faċilitajiet tal-irradjazzjoni fl-2016-2017
5.Ir-riżultati tal-kontrolli fil-fażi tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti
1.Sommarju
Skont l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti tal-ikel trattati b’radjazzjoni li tijonizza 1 , l-Istati Membri kull sena se jibagħtu lill-Kummissjoni:
–ir-riżultati tal-kontrolli li jwettqu fil-faċilitajiet tar-radjazzjoni jonizzanti li jinkludu, b’mod partikolari, il-kategoriji u l-kwantitajiet tal-ikel li jiġi ttrattat bir-radjazzjoni jonizzanti u d-dożi li jkunu ngħatawlu, u
–r-riżultati tal-kontrolli li jitwettqu fil-fażi tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.
L-Artikolu 7(4) tad-Direttiva jistipula li l-Kummissjoni għandha tippubblika, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea:
–id-dettalji tal-faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati fl-Istati Membri, kif ukoll kull bidla fl-istatus tagħhom;
–rapport ibbażat fuq l-informazzjoni pprovduta kull sena mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza.
Dan ir-rapport ikopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2017. Hu jinkludi l-informazzjoni li ntbagħtet lill-Kummissjoni Ewropea minn 28 Stat Membru fl-2016 u minn 27 Stat Membru fl-2017. Malta ma ssottomettiet l-ebda data għas-sena 2017.
Perjodu: 01/01/2016 – 31/12/2017
Il-pajjiżi kkonċernati: L-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi tal-EFTA
Sors: 28 Stat Membru u n-Norveġja
Il-faċilitajiet tal-irradjazzjoni:
–L-għadd ta’ pajjiżi li għandhom it-tagħmir: 14-il Stat Membru u n-Norveġja
–L-għadd ta’ faċilitajiet approvati: 24
–L-għadd ta’ faċilitajiet magħluqa: 2
–L-għadd ta’ pajjiżi li jużaw ir-radjazzjoni: 10 Stati Membri u n-Norveġja
Id-data tat-trattamenti:
–Il-kwantità ta’ prodotti ttrattati:
10 211 tunnellata (-11,4%) meta mqabbel mal-2015, bħala medja
–Il-prodotti ewlenin li ġew ittrattati:
Riġlejn iż-żrinġijiet (57 %) u ħxejjex aromatiċi mnixxfa, ħwawar u
ħwawar għall-ħxejjex (20,77 %)
–Il-post ewlieni tal-irradjazzjoni: Il-Belġju (68 %) u n-Netherlands (13 %)
Il-kontrolli fil-fażi tal-kummerċjalizzazzjoni:
–L-għadd ta’ kampjuni analizzati: 11 162
–L-għadd ta’ kampjuni mhux konformi: 87 (0,8%)
–Il-prodotti ewlenin li ġew analizzati:
Ħxejjex aromatiċi u ħwawar (42 %)
Ċereali, żrieragħ, ħxejjex, frott u
l-prodotti tagħhom (22%)
2.Kuntest
L-irradjazzjoni tal-ikel hija t-trattament tal-oġġetti tal-ikel permezz ta’ ċertu tip ta’ enerġija magħrufa bħala radjazzjoni jonizzanti. L-enerġija radjanti għandha tul ta’ mewġ u gradi ta’ potenza differenti u tisparixxi meta jitneħħa s-sors tal-enerġija. L-irradjazzjoni tintuża għal skopijiet fitosanitarji biex toqtol il-batterji (bħal Salmonella, Campylobacter u E. coli) li jistgħu jikkawżaw l-avvelenament mill-ikel u biex telimina organiżmi li huma ta’ ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti bħal insetti u pesti oħra. L-irradjazzjoni tintuża biex tittardja l-maturazzjoni tal-frott, biex jitwaqqaf it-tnibbit u l-ġerminazzjoni fil-ħaxix (bħall-basal u l-patata) u biex fl-aħħar mill-aħħar tiġi estiża l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-ikel. L-irradjazzjoni tal-ikel ma tistax tissostitwixxi l-immaniġġar xieraq tal-ikel u l-ikel irradjat xorta jeħtieġ refriġerazzjoni xierqa u li jissajjar qabel ma jiġi kkunsmat meta dan ikun meħtieġ.
Il-qafas regolatorju tal-UE għall-irradjazzjoni tal-ikel (“id-direttivi dwar l-irradjazzjoni tal-ikel”) għalhekk jikkonsisti minn:
–Id-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti tal-ikel trattati b’radjazzjoni li tijonizza Din tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni u l-importazzjoni ta’ ikel u ingredjenti tal-ikel ittrattati.
–Id-Direttiva 1999/3/KE (Direttiva ta’ Implimentazzjoni) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ ikel u ta’ ingredjenti tal-ikel ittrattati bir-radjazzjoni jonizzanti 2 . Din il-lista bħalissa tinkludi kategorija waħda ta’ ikel: il-ħxejjex aromatiċi mnixxfin, il-ħwawar u l-ħwawar għall-ħxejjex. Lista ta’ awtorizzazzjonijiet nazzjonali ta’ ikel u ingredjenti tal-ikel li jistgħu jiġu ttrattati bir-radjazzjoni jonizzanti hija ppubblikata mill-Kummissjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea 3 .
L-ikel u l-ingredjenti tal-ikel jistgħu jiġu trattati bir-radjazzjoni biss f’faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati. Għall-faċilitajiet fl-UE, l-approvazzjoni tingħata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. L-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 1999/2/KE jistipula li l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-lista tal-faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati tagħhom.
Kwalunkwe ikel irradjat jew li fih ingredjenti rradjati jrid ikun ġie ttrattat (irradjat) f’faċilitajiet approvati biss. Il-lista tal-faċilitajiet tal-irradjazzjoni awtorizzati fl-Istati Membri ġiet ippubblikata mill-Kummissjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea 4 .
Skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 1999/2/KE, kull ikel irradjat jew kull ingredjent tal-ikel irradjat ta’ ikel kompost għandu jiġi ttikkettjat bil-kliem “irradjati” jew “trattati b’radjazzjoni li tijonizza”.
Sabiex jiġi infurzat it-tikkettar korrett jew biex jiġu individwati prodotti mhux awtorizzati, ġew standardizzati bosta metodi analitiċi mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), wara mandat mogħti lilu mill-Kummissjoni Ewropea.
3.Faċilitajiet approvati ta’ irradjazzjoni
Issa hemm 24 faċilità ta’ irradjazzjoni fl-UE. Fl-2015 ingħalqu żewġ faċilitajiet tal-irradjazzjoni li qabel kienu approvati.
Il-faċilitajiet jinsabu f’14-il Stat Membru: ħamsa fi Franza, erbgħa fil-Ġermanja, tnejn fil-Bulgarija, fin-Netherlands u fi Spanja, u waħda fil-Belġju, fir-Repubblika Ċeka, fil-Kroazja, fl-Estonja, fl-Italja, fl-Ungerija, fil-Polonja, fir-Rumanija u fir-Renju Unit.
Minn dawk l-14-il Stat Membru mgħammra b’faċilitajiet tal-irradjazzjoni, il-Bulgarija, l-Italja, ir-Rumanija u r-Renju Unit ma rradjaw l-ebda oġġett ta’ ikel fil-perjodu kopert minn dan ir-rapport.
4.Ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa fil-faċilitajiet tal-irradjazzjoni fl-2016-2017
Kwantità totali ta’ 10 211 tunnellata ta’ prodotti ġew trattati bl-irradjazzjoni jonizzanti fl-Istati Membri tal-UE waqt is-snin 2016 u 2017. It-trattament sar prinċipalment f’żewġ Stati Membri: Il-Belġju, li tratta żewġ terzi tal-ikel irradjat tal-UE (68 %), u n-Netherlands (13%).
Iż-żewġ prodotti ewlenin ittrattati bir-radjazzjoni fl-UE huma riġlejn iż-żrinġijiet (ca 57 %) u l-ħxejjex aromatiċi mnixxfin, il-ħwawar u l-ħwawar għall-ħxejjex (ca 21 %). Il-Figura 1 turi d-distribuzzjoni tal-prodotti rradjati f’faċilitajiet approvati fl-Istati Membri tal-UE fl-2016 u l-2017.
Il-Figura 1 — Id-distribuzzjoni, skont il-kategorija, tal-oġġetti tal-ikel ittrattati bir-radjazzjoni fl-UE fl-2016-2017
Il-kwantitajiet ta’ oġġetti tal-ikel (f’tunnellati) ittrattati bir-radjazzjoni jonizzanti fl-UE qed jonqsu sa mill-2010 kif muri fil-Figura 2.
Il-Figura 2 — Kwantitajiet ta’ oġġetti tal-ikel ittrattati bir-radjazzjoni jonizzanti fi stabbilimenti approvati fl-Unjoni Ewropea sa mill-2010.
5.Ir-riżultati tal-kontrolli fil-fażi tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti
Għall-perjodu 2016–2017, 11 162 kampjun ġew analizzati minn 24-il Stat Membru, jiġifieri b’mod ġenerali 7,02 % inqas mill-medja fl-2015. Id-data għal kull Stat Membru hija disponibbli fl-Anness II u spjegata fil-qosor fil-Figura 3.
Il-Figura 3 — Il-kampjuni analizzati fil-fażi tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti f’kull Stat Membru fl-2016-2017
Ħames pajjiżi (erba’ Stati Membri u n-Norveġja) ma wettqu l-ebda kontrolli analitiċi fl-istadju tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott fl-2016–2017 minħabba restrizzjonijiet baġitarji (il-Kroazja (2016), id-Danimarka (2017) u n-Norveġja (2016 u 2017)), in-nuqqas ta’ kapaċità tal-laboratorji (l-Estonja u Ċipru (2016, 2017) jew prijoritajiet oħra ta’ kontroll (l-Iżvezja (2016, 2017). Malta ma rrappurtat l-ebda kampjun fl-2017.
Minn total ta’ 11 162 kampjun, 87 ma kinux konformi (0,8 %) u 113 kampjun (1 %) ma wasslux għal riżultati konklużivi. In-nonkonformità osservata kienet tikkonsisti f’tikkettar skorrett u irradjazzjoni pprojbita. Il-perċentwal ta’ nuqqas ta’ konformità kien inqas minn dak tar-rapport preċedenti.
Fl-istadju tal-kummerċjalizzazzjoni, kif muri fil-Figura 4, il-maġġoranza tal-prodotti analizzati kienu “ħxejjex aromatiċi u ħwawar” (42 %) u “ċereali, żrieragħ, ħxejjex, frott u l-prodotti tagħhom” (22 %). Taħt il-kategorija “Oħrajn” (supplimenti tal-ikel u soppa u zlazi) il-perċentwal kien ta’ 17 %.
Il-Figura 4 — Il-kategorija tal-Oġġetti tal-ikel analizzati fil-fażi tal-kummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni Ewropea fl-2016-17.
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 8.10.2019
COM(2019) 454 final
ANNESSI
għar-
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar ikel u ingredjenti tal-ikel ittrattati b'radjazzjoni jonizzanti għas-snin 2016-2107
ANNESS I
Il-kwantitajiet ta’ oġġetti tal-ikel (tunnellati) ittrattati bir-radjazzjoni jonizzanti f’faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati (fl-UE u fil-pajjiżi tal-EFTA)
|
Pajjiż |
Kwantità ttrattata
|
|
Il-Belġju |
6949,30 |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
44,00 |
|
Il-Ġermanja |
76,20 |
|
L-Estonja |
86,60 |
|
Spanja |
746,60 |
|
Franza |
724,10 |
|
Il-Kroazja |
33,80 |
|
L-Ungerija |
155,50 |
|
In-Netherlands |
1333,10 |
|
Il-Polonja |
62,27 |
|
Total UE: |
10211,40 |
|
In-Norveġja |
15,23 |
|
Total UE-EFTA |
10226,63 |
ANNESS II
Il-kampjuni analizzati u r-riżultati li nkisbu għall-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-EFTA:
|
Pajjiż |
Konformi |
Riżultati mhux konklużivi |
Mhux konformi |
L-għadd totali tal-kampjuni |
Il-perċentwal tal-kampjuni totali tal-UE |
|
Il-Belġju |
219 |
36 |
1 |
256 |
2,3% |
|
Il-Bulgarija |
6 |
0 |
0 |
6 |
0,1 % |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
52 |
8 |
2 |
62 |
0,6 % |
|
Id-Danimarka |
35 |
0 |
0 |
35 |
0,3 % |
|
Il-Ġermanja |
6 146 |
34 |
35 |
6 215 |
55,7 % |
|
L-Estonja |
NCP |
NCP |
NCP |
NCP |
NCP |
|
L-Irlanda |
82 |
0 |
7 |
89 |
0,8 % |
|
Il-Greċja |
15 |
0 |
0 |
15 |
0,1 % |
|
Spanja |
304 |
0 |
0 |
304 |
2,7 % |
|
Franza |
305 |
4 |
8 |
317 |
2,8 % |
|
Il-Kroazja |
38 |
0 |
0 |
38 |
0,3 % |
|
L-Italja |
1 068 |
0 |
5 |
1 073 |
9,6 % |
|
Ċipru |
NCP |
NCP |
NCP |
NCP |
NCP |
|
Il-Latvja |
30 |
0 |
2 |
32 |
0,3 % |
|
Il-Litwanja |
138 |
0 |
0 |
138 |
1,2 % |
|
Il-Lussemburgu |
56 |
0 |
1 |
57 |
0,5 % |
|
L-Ungerija |
116 |
0 |
1 |
117 |
1,0 % |
|
Malta |
55 |
0 |
0 |
55 |
0,5 % |
|
In-Netherlands |
175 |
0 |
0 |
175 |
1,6 % |
|
L-Awstrija |
155 |
0 |
0 |
155 |
1,4 % |
|
Il-Polonja |
606 |
15 |
9 |
630 |
5,6 % |
|
Il-Portugall |
44 |
2 |
0 |
46 |
0,4 % |
|
Ir-Rumanija |
795 |
0 |
5 |
800 |
7,2 % |
|
Is-Slovenja |
40 |
1 |
0 |
41 |
0,4 % |
|
Is-Slovakkja |
48 |
0 |
0 |
48 |
0,4 % |
|
Il-Finlandja |
375 |
2 |
7 |
384 |
3,4 % |
|
L-Iżvezja |
NCP |
NCP |
NCP |
NCP |
NCP |
|
Ir-Renju Unit |
59 |
11 |
4 |
74 |
0,7 % |
|
Total UE |
10 962 |
113 |
87 |
11 162 |
100 % |
|
98,2 % |
1 % |
0,8 % |
100 % |
||
|
In-Norveġja |
NCP |
NCP |
NCP |
NCP |
NCP |
NCP: Ma sarux kontrolli
ANNESS III
Il-kategoriji tal-prodotti ttrattati bir-radjazzjoni u dożi rispettivi li jużaw il-pajjiżi
|
Pajjiż |
Oġġetti tal-ikel |
Doża assorbita (f’kGy) |
|
Il-Belġju |
Demm, plażma u koagulati tad-demm iddeidratati |
5,03 - 6,6 |
|
Riġlejn iż-żrinġijiet iffriżati |
4,5 - 5,4 |
|
|
Tjur |
3,7 - 4,1 |
|
|
Il-Kroazja |
Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin) |
10 |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin) |
4 - 9,3 |
|
L-Estonja |
Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin) |
10 |
|
Franza |
Riġlejn iż-żrinġijiet iffriżati |
1 - 10 |
|
Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin) |
5 - 10 |
|
|
Frott u ħxejjex imnixxfin |
1 - 10 |
|
|
Gomma Arabika |
1 - 10 |
|
|
Il-Ġermanja |
Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin) |
4 - 9,31 |
|
L-Ungerija |
Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin) |
2 - 10 |
|
In-Netherlands |
Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin) |
2 - 15 |
|
Frott u ħxejjex imnixxfin |
2 - 15 |
|
|
Il-Polonja |
Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin) |
5 - 10 |
|
Spanja |
Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin) |
8,4 - 9,6 |
|
In-Norveġja |
Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin) |
10 |