Brussell, 27.9.2019

COM(2019) 433 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

dwar l-eżerċizzju tas-setgħa kkonferita lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008, ir-Regolament (UE) 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007


Werrej

1.    Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005    

1.1.    Introduzzjoni    

1.2.    Bażi Ġuridika    

1.3.    Eżerċizzju tad-Delega    

1.4.    Konklużjonijiet    

2.    Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nr 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008    

2.1.    Introduzzjoni    

2.2.    Bażi Ġuridika    

2.3.    Eżerċizzju tad-Delega    

2.4.    Konklużjonijiet    

3.    Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009    

3.1.    Introduzzjoni    

3.2.    Bażi Ġuridika    

3.3.    Eżerċizzju tad-Delega    

3.4.    Konklużjonijiet    

4.    Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007    

4.1.    Introduzzjoni    

4.2.    Bażi Ġuridika    

4.3.    Eżerċizzju tad-Delega    

4.4.    Konklużjonijiet    

1.Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005

1.1.Introduzzjoni

Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1 jistabbilixxi regoli li jirregolaw l-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali, iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (“il-FAEŻR”) u stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u jikkomplementa r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 2 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dan ir-rigward.

L-Artikolu 2(3) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati dwar il-kundizzjonijiet li taħthom persuna ġuridika tista’ titqies bħala “bidwi żagħżugħ”, u t-twaqqif ta’ perjodu ta’ grazzja għall-akkwist ta’ ħiliet okkupazzjonali.

L-Artikolu 14(5) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati dwar it-tul ta’ żmien u l-kontenut tal-iskemi ta’ skambju ta’ azjendi agrikoli u ta’ foresti u ż-żjarat f’azjendi agrikoli u f’foresti sabiex jiġi żgurat li jkunu demarkati b’mod ċar fir-rigward ta’ azzjonijiet simili taħt skemi oħra tal-Unjoni.

L-Artikolu 16(5) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati dwar l-iskemi speċifiċi tal-kwalità tal-Unjoni u l-karatteristiċi ta’ gruppi ta’ produtturi u t-tipi ta’ azzjonijiet li jistgħu jirċievu appoġġ skont il-paragrafu 2, it-twaqqif ta’ kundizzjonijiet għall-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni kontra ċerti prodotti; u t-twaqqif ta’ kundizzjonijiet li abbażi tagħhom ditti kummerċjali għandhom jiġu esklużi mill-appoġġ.

L-Artikolu 19(8) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati li jistabbilixxu l-kontenut minimu tal-pjanijiet tan-negozju u l-kriterji li għandhom jintużaw mill-Istati Membri biex jiġu stabbiliti l-limiti msemmija fil-paragrafu 4.

L-Artikolu 22(3) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati dwar id-definizzjoni tar-rekwiżiti ambjentali minimi msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

L-Artikolu 28(10) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati dwar li ġej:

(a)il-kundizzjonijiet applikabbli għall-impenji għall-estensifikazzjoni tat-trobbija tal-bhejjem;

(b)il-kundizzjonijiet applikabbli għall-impenji għat-trobbija ta’ razez lokali li huma fil-periklu li jintilfu minħabba skopijiet agrikoli jew għall-preservazzjoni ta’ riżorsi ġenetiċi tal-pjanti li huma mhedda mill-erożjoni ġenetika, u

(c)id-definizzjoni ta’ operazzjonijiet eliġibbli skont il-paragrafu 9.

L-Artikoli 28(11), 29(6) u 30(8) jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati fir-rigward tal-pagamenti agroambjentali klimatiċi, l-agrikoltura organika u skont Natura 2000 u d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma li jistabbilixxu l-metodu ta’ kalkolu li għandu jintuża sabiex jiġi eskluż finanzjament doppju tal-prattiki msemmija fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

L-Artikolu 33(4) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati dwar id-definizzjoni tal-oqsma li fihom l-impenji dwar it-trattament xieraq tal-annimali għandhom jipprovdu standards imtejba tal-metodi ta’ produzzjoni sabiex jiġi żgurat li l-impenji dwar it-trattament xieraq tal-annimali jkunu konformi mal-politika ġenerali tal-Unjoni f’dan il-qasam.

L-Artikolu 34(5) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati dwar it-tipi ta’ operazzjonijiet eliġibbli għall-appoġġ ipprovdut lil entitajiet pubbliċi u privati għall-konservazzjoni u l-promozzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-foresti għal operazzjonijiet li mhumiex koperti mill-paragrafi 1, 2 u 3 tal-Artikolu 34.

L-Artikolu 35(10) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati dwar l-ispeċifikazzjoni ulterjuri tal-karatteristiċi ta’ proġetti pilota, raggruppamenti, netwerks, ktajjen tal-provvista qosra u swieq lokali li se jkunu eliġibbli għall-appoġġ, kif ukoll dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ għajnuna lil operazzjonijiet ta’ kooperazzjoni.

L-Artikolu 36(5) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati dwar it-tul ta’ żmien minimu u massimu tas-self kummerċjali għal fondi mutwi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 38(3) u fl-Artikolu 39(4).

L-Artikolu 45(6) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li taħthom kostijiet oħra marbuta ma’ kuntratti ta’ lokazzjoni u ma’ tagħmir użat jistgħu jitqiesu bħala nefqa eliġibbli u jispeċifikaw it-tipi ta’ infrastruttura tal-enerġija rinnovabbli li għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ.

L-Artikolu 47(6) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati li jistabbilixxu kundizzjonijiet applikabbli għall-konverżjoni jew għall-aġġustament tal-impenji skont il-miżuri msemmija fl-Artikoli 28, 29, 33 u 34 u, li jispeċifikaw sitwazzjonijiet oħra li fihom ma jkunx meħtieġ ir-rimborż tal-għajnuna.

L-Artikolu 58(7) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati biex tirrevedi l-limiti massimi stabbiliti fl-Anness I sabiex tqis l-iżviluppi relatati mat-tqassim annwali u biex tagħmel aġġustamenti tekniċi mingħajr ma tibdel l-allokazzjonijiet ġenerali; jew li tqis kwalunkwe tibdil ieħor previst minn att leġislattiv wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

L-Artikolu 89 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li taħthom l-appoġġ approvat mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jista’ jiġi integrat f’appoġġ previst skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, inkluż għall-għajnuna teknika u għall-evalwazzjonijiet ex-post, kif ukoll il-kundizzjonijiet għat-tranżizzjoni mill-appoġġ għall-iżvilupp rurali għall-Kroazja skont ir-Regolament (KE) Nru 1085/2006 għall-appoġġ previst skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

1.2.Bażi Ġuridika

Ir-rapport huwa meħtieġ skont l-Artikolu 83(2). Skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(3), l-Artikolu 14(5), l-Artikolu 16(5), l-Artikolu 19(8), l-Artikolu 22(3), l-Artikolu 28(10) u (11), l-Artikolu 29(6), l-Artikolu 30(8), l-Artikolu 33(4), l-Artikolu 34(5), l-Artikolu 35(10), l-Artikolu 36(5), l-Artikolu 45(6), l-Artikolu 47(6), l-Artikolu 58(7) u l-Artikolu 89 għal perjodu ta’ seba’ snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħat mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ seba’ snin. Id-delega tas-setgħa tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi tal-istess tul ta’ żmien, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

1.3.Eżerċizzju tad-Delega

F’dan l-istadju, il-Kummissjoni adottat disa’ atti delegati skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

(A)    Il-Kummissjoni adottat sitt atti delegati li jemendaw l-Anness I biex tirrevedi l-limiti massimi stabbiliti fl-Anness I abbażi tal-Artikolu 58(7): Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 994/2014 3 , ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1378/2014 4 , ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/791 5 , ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/142 6 , ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/162 7 u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/71 8 . Dawn l-atti delegati, ħlief għar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/791, irrevedew il-waqfien tal-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali għall-Istati Membri u s-snin abbażi tal-użu mill-Istati Membri tal-possibbiltà ta’ flessibbiltà finanzjarja bejn il-pilastri kif previst fir-Regolament (KE) Nru 73/2009 9 u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 10 (Ara f’dan ir-rigward il-punt 3.3). Wara r-reviżjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 311/2013 11 permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/523 12 , ir-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/791 irreveda l-Anness I u, għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, ittrasferixxa l-allokazzjonijiet korrispondenti mhux użati tal-2014 f’limiti massimi ta’ nfiq għall-2015 u għall-2016.

Skont il-fehim komuni dwar l-atti delegati 13 , l-esperti tal-Istati Membri ġew ikkonsultati fil-Grupp ta’ Esperti għall-Pagamenti Diretti u fil-Grupp ta’ Esperti għall-Iżvilupp Rurali dwar dawn l-Atti Delegati kollha. Ir-Regolamenti ġew notifikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. La l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma ħarġu xi oġġezzjoni għal xi wieħed mir-Regolamenti Delegati.

(B)        Minbarra dawn is-sitt atti delegati abbażi tal-Artikolu 58(7), il-Kummissjoni adottat att delegat wieħed li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li introduċa dispożizzjonijiet tranżizzjonali abbażi tal-Artikolu 2(3), l-Artikolu 14(5), l-Artikolu 16(5), l-Artikolu 19(8), l-Artikolu 22(3), l-Artikolu 28(10) u (11), l-Artikolu 29(6), l-Artikolu 30(8), l-Artikolu 33(4), l-Artikolu 34(5), l-Artikolu 35(10), l-Artikolu 36(5), l-Artikolu 45(6), l-Artikolu 47(6) u l-Artikolu 89: Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2014 14 .

Dan l-att delegat ippreveda l-kundizzjonijiet li taħthom persuna ġuridika tista’ titqies bħala “bidwi żagħżugħ” u t-twaqqif ta’ perjodu ta’ grazzja għall-akkwist ta’ ħiliet okkupazzjonali, dispożizzjonijiet dwar it-tul ta’ żmien u l-kontenut ta’ skemi ta’ skambju ta’ azjendi agrikoli u ta’ foresti u żjarat f’azjendi agrikoli u foresti, dispożizzjonijiet dwar l-iskemi speċifiċi ta’ kwalità tal-Unjoni, il-karatteristiċi ta’ gruppi ta’ produtturi, u tipi ta’ azzjonijiet li jistgħu jirċievu appoġġ, regoli dwar il-kontenut ta’ pjanijiet tan-negozju u l-kriterji li l-Istati Membri għandhom jużaw għall-għoti ta’ appoġġ għall-iżvilupp ta’ azjendi agrikoli u tan-negozju, ir-rekwiżiti ambjentali minimi fil-kuntest tal-miżura għall-afforestazzjoni u l-ħolqien ta’ msaġar, il-kundizzjonijiet għal razez lokali u għal varjetajiet ta’ pjanti fil-periklu li jintilfu minħabba l-biedja u l-konservazzjoni ta’ riżorsi ġenetiċi mhedda mill-erożjoni ġenetika u d-definizzjoni ta’ operazzjonijiet eliġibbli, il-metodi ta’ kalkolu li għandhom jintużaw biex jiġi żgurat li l-finanzjament doppju jiġi eskluż meta jingħataw il-pagamenti agroambjentali-klimatiċi, għall-agrikoltura organika u skont Natura 2000 u d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, id-definizzjoni taż-żoni li fihom l-impenji għat-trattament xieraq tal-annimali għandhom jipprovdu standards aġġornati tal-metodi ta’ produzzjoni, it-tipi ta’ operazzjonijiet eliġibbli għall-appoġġ fil-qasam tas-servizzi ambjentali u klimatiċi b’rabta mal-foresti u għall-konservazzjoni tal-foresti, l-ispeċifikazzjoni tal-karatteristiċi ta’ proġetti pilota, raggruppamenti, netwerks, ktajjen qosra tal-provvista, u swieq lokali, eliġibbli għall-appoġġ skont il-miżura ta’ Kooperazzjoni, kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ appoġġ, it-tul ta’ żmien minimu u massimu tas-self kummerċjali għal fondi mutwi, il-kundizzjonijiet, li taħthom l-ispejjeż relatati ma’ kuntratti ta’ lokazzjoni u ta’ tagħmir użat jistgħu jitqiesu bħala nefqa eliġibbli, l-ispeċifikazzjonijiet tat-tipi ta’ infrastruttura tal-enerġija rinnovabbli eliġibbli għall-appoġġ, il-kundizzjonijiet applikabbli għall-konverżjoni jew għall-aġġustamenti tal-impenji taħt miżuri definiti fl-Artikoli 28, 29, 33, u 34 kif ukoll speċifikazzjonijiet ta’ sitwazzjonijiet oħra fejn ir-rimborż tal-għajnuna ma għandux ikun rikjest, kif ukoll dispożizzjonijiet tranżizzjonali fir-rigward tal-appoġġ approvat mill-Kummissjoni taħt ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u taħt ir-Regolament (KE) Nru 1085/2006.

Mill-adozzjoni tiegħu, dan l-att delegat ġie emendat darbtejn. L-ewwel darba abbażi tal-Artikolu 89 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1367 15 dwar dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-programmi ta’ żvilupp rurali għall-2007-2013. It-tieni darba abbażi tal-Artikoli 2(3), 36(5) u 45(6) permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/94 16 fir-rigward tal-kundizzjonijiet li taħthom persuna ġuridika tista’ titqies bħala “bidwi żagħżugħ”, it-tul ta’ żmien minimu u massimu ta’ self kummerċjali għal fondi mutwi u fir-rigward ta’ korrezzjoni marbuta ma’ kuntratti ta’ lokazzjoni u tagħmir użat.

Skont il-fehim komuni dwar l-atti delegati 17 , l-esperti tal-Istati Membri ġew ikkonsultati fil-Grupp ta’ Esperti għall-Iżvilupp Rurali dwar dawn it-tliet Atti Delegati. Ir-Regolamenti ġew notifikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. La l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma ħarġu xi oġġezzjoni għal xi wieħed mir-Regolamenti Delegati.

Permezz ta’ dawn l-atti delegati, il-Kummissjoni użat is-setgħat delegati tagħha kollha previsti fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

1.4.Konklużjonijiet

Il-Kummissjoni eżerċitat is-setgħat delegati tagħha b’mod korrett. Ma jistax jiġi eskluż li fil-futur se jkunu meħtieġa l-awtorizzazzjonijiet.

2.Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008

2.1.Introduzzjoni

Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 18 jistabbilixxi regoli dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni. Għalhekk ikopri fost oħrajn l-aspetti finanzjarji u ta’ monitoraġġ tal-oqsma koperti mir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, Nru 1307/2013 u Nru 1308/2013.

Fir-rigward tar-regoli għall-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri u ta’ korpi oħra:

L-Artikolu 8 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati dwar:

(a)il-kundizzjonijiet minimi għall-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti u tal-korpi ta’ koordinazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 7(2) u fl-Artikolu 7(4), rispettivament;

(b)l-obbligi tal-aġenziji tal-pagamenti fir-rigward tal-intervent pubbliku, kif ukoll ir-regoli dwar il-kontenut tar-responsabbiltajiet ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tagħhom.

Fir-rigward tal-ġestjoni finanzjarja tal-fondi:

L-Artikolu 20(2) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati dwar:

(a)

it-tip ta’ miżuri li huma eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni u l-kundizzjonijiet għar-rimborż; u

(b)

il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà u l-metodi tal-kalkolu abbażi tal-informazzjoni li l-aġenziji tal-pagamenti jkunu osservaw fir-realtà jew abbażi ta’ rati fissi stabbiliti mill-Kummissjoni, jew abbażi ta’ ammonti b’rata fissa jew b’rata mhux fissa previsti fil-leġiżlazzjoni settorjali għall-agrikoltura.

L-Artikolu 20(3) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati li jistabbilixxu regoli dwar il-valutazzjoni tal-operazzjonijiet marbuta mal-intervent pubbliku, il-miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ li jkun hemm prodotti li jintilfu jew li jiddeterjoraw taħt l-intervent pubbliku, u dwar id-determinazzjoni tal-ammonti li għandhom jiġu ffinanzjati.

L-Artikolu 40 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati li jistabbilixxu regoli sabiex, f’ċerti każijiet eliġibbli għall-finanzjament mill-Unjoni, in-nefqa ssir qabel l-aktar data bikrija possibbli ta’ pagament jew wara l-aktar data tard possibbli ta’ pagament.

L-Artikolu 46(1) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati dwar il-kundizzjonijiet li taħthom għandhom jiġu kkumpensati ċerti tipi ta’ nfiq u dħul taħt il-Fondi.

L-Artikolu 46(2) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex f’każ li l-baġit tal-Unjoni ma jkunx ġie adottat sal-bidu tas-sena finanzjarja jew jekk l-ammont totali tal-impenji skedati jaqbeż il-limitu stabbilit fl-Artikolu 170(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, tadotta atti delegati dwar il-metodu applikabbli għall-impenji u l-pagament tal-ammonti.

L-Artikolu 46(3) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex, f’każ li l-Istati Membri ma jirrispettawx l-obbligu li jinnotifikaw lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 102, tadotta atti delegati dwar il-posponiment tal-pagamenti ta’ kull xahar lill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 42 fir-rigward tal-infiq taħt il-FAEG u li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom tnaqqas jew tissospendi l-pagamenti interim lill-Istati Membri taħt il-FAEŻR imsemmija f’dak l-Artikolu.

Fir-rigward tas-sospensjoni ta’ pagamenti fil-każ ta’ sottomissjoni tard, l-Artikolu 46(4) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati li jirrigwardaw regoli dwar:

(a)il-lista ta’ miżuri koperti mill-Artikolu 42;

(b)ir-rata ta’ sospensjoni ta’ pagamenti msemmija f’dak l-Artikolu.

L-Artikolu 50(1) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati li jissupplimentaw l-obbligi speċifiċi li għandhom jiġu osservati mill-Istati Membri taħt dan il-Kapitolu IV dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta u effiċjenti tad-dispożizzjonijiet relatati mal-kontrolli fuq il-post u l-aċċess għad-dokumenti u għall-informazzjoni.

L-Artikolu 53(3) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati dwar il-kriterji u l-metodoloġija għall-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet.

L-Artikolu 57(1) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati dwar l-obbligi speċifiċi li għandhom jiġu osservati mill-Istati Membri biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta u effiċjenti tad-dispożizzjonijiet relatati mal-kundizzjonijiet għall-irkupru ta’ pagamenti mhux dovuti u l-imgħax fuqhom.

Fir-rigward ta’ sistemi ta’ kontroll u penali:

L-Artikolu 62(1) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati li jistabbilixxu, fejn il-ġestjoni xierqa tas-sistema hekk teħtieġ, rekwiżiti addizzjonali fir-rigward ta’ proċeduri doganali, u b’mod partikolari dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġi żgurat li l-verifiki jitwettqu korrettament u b’mod effiċjenti u li l-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà jiġu verifikati b’mod effiċjenti, koerenti u mhux diskriminatorju li jipproteġi l-interess finanzjarju tal-Unjoni.

L-Artikolu 63(4) jipprovdi li l-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-irtirar parzjali jew totali tal-għajnuna f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet tal-għajnuna jew tal-appoġġ, kif previst fil-leġiżlazzjoni agrikola settorjali.

L-Artikolu 64(6) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati:

(a)li jidentifikaw għal kull skema ta’ għajnuna jew miżura ta’ appoġġ u persuna kkonċernata kif imsemmija fil-paragrafu 3, mil-lista mogħtija fil-paragrafu 4 u fil-limiti stabbiliti fil-paragrafu 5, il-penali amministrattiva u li jiddeterminaw ir-rata speċifika li għandha tiġi imposta mill-Istati Membri, inkluż f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mhux kwantifikabbli;

(b)li jidentifikaw il-każijiet li fihom il-penali amministrattivi ma għandhomx jiġu imposti, kif imsemmi fil-punt (f) tal-paragrafu 2.

L-Artikolu 65(2) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati dwar il-miżuri tas-suq li jaqgħu taħt is-sospensjoni u r-rata u l-perjodu ta’ sospensjoni tal-pagamenti msemmija fil-paragrafu 1 sabiex jiġi żgurat ir-rispett tal-prinċipju tal-proporzjonalità fl-applikazzjoni tal-paragrafu 1.

L-Artikolu 66(3) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati li jistabbilixxu regoli li jiżguraw trattament mhux diskriminatorju, ekwità u rispett tal-proporzjonalità waqt id-depożitu ta’ garanzija, u:

(a)jispeċifikaw il-parti responsabbli jekk obbligu ma jitħarisx;

(b)jistabbilixxu s-sitwazzjonijiet speċifiċi li fihom l-awtorità kompetenti tista’ tirrinunzja għar-rekwiżit ta’ garanzija;

(c)jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li japplikaw għall-garanzija li għandha tiġi depożitata u għall-garanti u l-kundizzjonijiet għad-depożitu u għar-rilaxx ta’ dik il-garanzija;

(d)jistabbilixxu l-kundizzjonijiet speċifiċi relatati mal-garanzija depożitata b’rabta ma’ pagamenti bil-quddiem;

(e)jistabbilixxu l-konsegwenzi tal-ksur tal-obbligi li għalihom tiġi depożitata garanzija, kif previst fil-paragrafu 1, inkluż it-telf tal-garanziji, ir-rata ta’ tnaqqis li għandha tiġi applikata mar-rilaxx tal-garanziji għal rifużjonijiet, liċenzji, offerti, offerti wara sejħa għalihom jew applikazzjonijiet speċifiċi u meta obbligu kopert minn dik il-garanzija ma jkunx tħares għal kollox jew parzjalment, b’kont meħud tan-natura tal-obbligu, il-kwantità li għaliha l-obbligu jkun inkiser, il-perjodu li jaqbeż il-limitu ta’ żmien sa meta l-obbligu kellu jintlaħaq u ż-żmien sa meta għandha tingħata l-evidenza li dak l-obbligu jkun intlaħaq.

L-Artikolu 72(5) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati dwar regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta’ żmien fejn id-data finali għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet jew ta’ emendi ta’ applikazzjoni għall-għajnuna, ta’ talba għal pagament jew ta’ kwalunkwe dokument ta’ sostenn tkun btala pubblika, is-Sibt jew il-Ħadd.

L-Artikolu 76(1) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati dwar:

(a)definizzjonijiet speċifiċi meħtieġa biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni armonizzata tas-sistema integrata, flimkien ma’ dawk previsti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

(b)fir-rigward tal-Artikoli 67 sa 75, regoli dwar miżuri oħrajn meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti ta’ kontroll stipulati f’dan ir-Regolament jew fil-leġislazzjoni agrikola settorjali li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri fir-rigward ta’ produtturi, servizzi, korpi, organizzazzjonijiet jew operaturi oħrajn, bħal biċċeriji jew assoċjazzjonijiet involuti fil-proċedura għall-għoti tal-għajnuna, fejn dan ir-Regolament ma jipprevedix penali amministrattivi rilevanti; dawn il-miżuri għandhom kemm jista’ jkun, isegwu, mutatis mutandis, id-dispożizzjonijiet dwar il-penali stabbiliti fil-paragrafi (1) sa (5) tal-Artikolu 77.

L-Artikolu 76(2) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati dwar

(a)il-karatteristiċi bażiċi, ir-regoli tekniċi, inkluż għall-aġġornament tal-irqajja’ ta’ referenza, il-marġnijiet ta’ tolleranza adatti b’kont meħud tal-parametru u l-kundizzjoni tal-art, u inkluż regoli dwar l-inklużjoni ta’ karatteristiċi tal-pajsaġġ li jinsab ħdejn il-biċċa art, u rekwiżiti tal-kwalità għas-sistema ta’ identifikazzjoni għal biċċiet ta’ raba’ prevista fl-Artikolu 70 u għall-identifikazzjoni tal-benefiċjarji kif previst fl-Artikolu 73;

(b)il-karatteristiċi bażiċi, ir-regoli tekniċi u r-rekwiżiti ta’ kwalità tas-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ drittijiet għall-pagamenti msemmija fl-Artikolu 71;

(c)ir-regoli biex tiġi stabbilita d-definizzjoni tal-bażi għall-kalkolu tal-għajnuna, inklużi regoli dwar kif jiġu trattati ċerti każijiet fejn iż-żoni eliġibbli jkun fihom karatteristiċi ta’ pajsaġġ jew siġar; dawn ir-regoli għandhom jippermettu li għal żoni b’bur permanenti, l-Istati Membri jikkunsidraw il-possibbiltà ta’ karatteristiċi ta’ pajsaġġ u siġar mifruxa maż-żona, li l-erja totali tagħhom ma taqbiżx ċertu perċentwal tal-art ta’ referenza, li jkunu awtomatikament parti miż-żona eliġibbli mingħajr il-ħtieġa li jiġu mmappjati għal dak il-għan.

L-Artikolu 77(7) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati dwar penali amministrattivi:

(a)li jidentifikaw, għal kull skema ta’ għajnuna jew miżura ta’ appoġġ u persuna kkonċernata kif imsemmija fil-paragrafu 3 mil-lista stabbilita fil-paragrafu 4 u fil-limiti stabbiliti fil-paragrafi 5 u 6, il-penali amministrattiva u jiddeterminaw ir-rata speċifika li għandha tiġi imposta mill-Istati Membri, inkluż f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mhux kwantifikabbli;

(b)li jidentifikaw il-każijiet li fihom il-penali amministrattivi ma għandhomx jiġu imposti, kif imsemmi fil-punt (f) tal-paragrafu 2.

Fil-każ ta’ miżuri li mhumiex koperti mis-sistema integrata msemmija fil-Kapitolu II ta’ dan it-Titolu, l-Artikolu 79(2) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati li jistabbilixxu lista ta’ miżuri li, minħabba r-rekwiżiti ta’ disinn u ta’ kontroll tagħhom, mhumiex adattati għal kontrolli ex-post addizzjonali permezz tal-iskrutinju tad-dokumenti kummerċjali u, għalhekk, ma għandhomx ikunu soġġetti għal dan l-iskrutinju skont dan il-Kapitolu.

L-Artikolu 84(6) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati li jimmodifikaw il-limitu ta’ EUR 40 000 li taħtu l-impriżi jiġu skrutinizzati biss għal raġunijiet speċifiċi li għandhom jiġu indikati mill-Istati Membri fil-programm annwali tagħhom imsemmi fil-paragrafu 1 jew mill-Kummissjoni fi kwalunkwe emenda proposta għal dak il-programm.

Fir-rigward tal-kontrolli u l-penali dwar l-identità, il-provenjenza u l-kwalità tal-inbid tal-Unjoni l-Artikolu 89(5) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati relatati ma’:

(a)it-twaqqif ta’ bank tad-data analitiku ta’ data isotopika biex jgħin fl-identifikazzjoni ta’ frodi, li għandu jinbena abbażi ta’ kampjuni miġbura mill-Istati Membri;

(b)regoli dwar il-korpi ta’ kontroll u l-assistenza reċiproka bejniethom;

(c)regoli dwar l-użu komuni tas-sejbiet tal-Istati Membri.

Fir-rigward tal-kundizzjonalità

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 93(4) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati li jistabbilixxu r-regoli dwar iż-żamma ta’ mergħat permanenti, b’mod partikolari biex jiġi żgurat li jittieħdu miżuri biex l-art tinżamm taħt mergħa permanenti fil-livell tal-bdiewa, inklużi obbligi individwali li għandhom jiġu rispettati bħall-obbligu li ż-żoni jerġgħu jinbidlu f’mergħat permanenti fejn jiġi stabbilit li l-proporzjon ta’ art taħt mergħa permanenti qed jonqos. Fir-rigward taż-żamma ta’ mergħat permanenti, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 93(4) jagħti wkoll is-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati biex tistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-metodi għad-determinazzjoni tal-proporzjon ta’ mergħat permanenti u ta’ art agrikola li għandu jinżamm.



L-Artikolu 101(1) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati:

(a)li jistabbilixxu bażi armonizzata għall-kalkolu ta’ penali amministrattivi minħabba l-kundizzjonalità msemmija fl-Artikolu 99, b’kont meħud tat-tnaqqis minħabba d-dixxiplina finanzjarja;

(b)li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni u għall-kalkolu tal-penali amministrattivi minħabba l-kundizzjonalità, inkluż fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità li jista’ jiġi attribwit direttament lill-benefiċjarju kkonċernat.

Fir-rigward tar-rata tal-kambju u l-prattiki monetarji:

L-Artikolu 106(5) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati li fihom regoli dwar l-ispeċifikazzjoni ta’ avvenimenti operattivi għar-rata tal-kambju u r-rata tal-kambju li għandha tintuża, filwaqt li jitqiesu ċerti kriterji.

L-Artikolu 106(6) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati li jistabbilixxu regoli dwar ir-rata tal-kambju applikabbli meta jitħejjew dikjarazzjonijiet ta’ nfiq u meta l-operazzjonijiet ta’ ħżin pubbliku jiġu rreġistrati fil-kontijiet tal-aġenzija tal-pagamenti.

Fejn prattiki monetarji eċċezzjonali dwar munita nazzjonali jistgħu jipperikolaw l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, l-Artikolu 107(2) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati li jidderogaw minn din it-Taqsima, b’mod partikolari fejn pajjiż juża tekniki anormali ta’ kambju bħal diversi rati tal-kambju jew jopera ftehimiet ta’ tpartit jew fejn pajjiżi jkollhom muniti li mhumiex ikkwotati fi swieq tal-kambju uffiċjali jew fejn ix-xejra f’tali muniti tista’ toħloq distorsjoni fil-kummerċ.

Fir-rigward tal-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni:

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 110(1) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati dwar il-kontenut u l-kostruzzjoni tal-qafas komuni għall-monitoraġġ u għall-valutazzjoni li jkejjel il-prestazzjoni tal-PAK.

Fir-rigward ta’ Miżuri tranżizzjonali:

L-Artikolu 120 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati dwar il-każijiet li fihom jistgħu japplikaw derogi mir-regoli previsti f’dan ir-Regolament u ż-żidiet magħhom, sabiex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bla xkiel mill-arranġamenti previsti fir-Regolamenti mħassra (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 għal dawk stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

2.2.Bażi Ġuridika

Ir-rapport huwa meħtieġ skont l-Artikolu 115(2). Skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 8, 20, 40, 46, 50, 53, 57, 62, 63, 64, 65, 66, 72, 76, 77, 79, 84, 89, 93, 101, 106, 107, 110 u 120 għal perjodu ta’ seba’ snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħat mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ seba’ snin. Id-delega tas-setgħa tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi tal-istess tul ta’ żmien, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

2.3.Eżerċizzju tad-Delega

F’dan l-istadju, il-Kummissjoni adottat wieħed u għoxrin att delegat skont ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

(A) Erbgħa minn dawn l-atti delegati ġew adottati fl-2014 u fl-2015 u qed jissupplimentaw ir-regoli tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013:

a) Il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 19 abbażi tal-Artikoli 8(1), 40, 46(1), 46(2), 46(3), 46(4), 53(3), 57(1), 66(3), 79(2), 106(5) u (6) u 120. Dan jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro.

Dan l-att delegat jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti u tal-korpi ta’ koordinazzjoni; l-obbligi tal-aġenzija tal-pagamenti fir-rigward ta’ interventi pubbliċi; regoli dwar in-nuqqas ta’ konformità mal-aħħar data possibbli għall-pagament u dik l-aktar bikrija; regoli dwar il-kumpens mill-aġenziji tal-pagamenti; regoli f’każ ta’ adozzjoni tard tal-baġit tal-Unjoni; il-possibbiltà li l-Kummissjoni tiddeferixxi l-pagamenti ta’ kull xahar u tissospendi l-pagamenti f’każ ta’ sottomissjoni tard; il-kriterji u l-metodoloġija għall-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet fil-qafas tal-approvazzjoni tal-konformità; l-obbligi tal-Istati Membri wara proċeduri ta’ rkupru; regoli dwar id-depożitu ta’ garanzija biex jiġu żgurati l-pagamenti; l-esklużjoni ta’ ċerti miżuri fis-settur tal-inbid mir-regoli dwar l-iskrutinju tat-tranżazzjonijiet; ir-rata tal-kambju applikabbli għat-tfassil ta’ dikjarazzjonijiet tal-infiq; id-determinazzjoni tal-avvenimenti operattivi għar-rata tal-kambju fil-qasam tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni u l-kummerċ ma’ pajjiżi terzi, għar-rifużjonijiet fuq il-produzzjoni, għall-għajnuna mogħtija skont il-kwantità ta’ prodott kummerċjalizzat jew prodott li għandu jintuża b’mod speċifiku, għall-għajnuna għall-ħżin privat, għall-għajnuna li tingħata fis-settur tal-inbid, tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u dak taz-zokkor, għall-għajnuna li tingħata fil-qasam tal-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel, għall-ammonti marbuta mal-awtorizzazzjoni għall-għoti ta’ assistenza finanzjarja nazzjonali lil organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, għal ħlasijiet bil-quddiem u garanziji kif ukoll għal ammonti jew prezzijiet oħra; id-determinazzjoni tar-rata tal-kambju li għandha tintuża, dispożizzjonijiet dwar it-tranżizzjoni minn regoli qodma għal dawk ġodda.

Il-Kummissjoni emendat dan l-att delegat tliet darbiet: Fl-2015 abbażi tal-Artikoli 40 u 53 permezz tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/160 20  fir-rigward tal-iskadenzi għall-pagamenti u l-korrezzjonijiet fil-qafas tal-approvazzjoni tal-konformità, fl-2017 abbażi tal-Artikolu 64(6)(a) u 106(5) permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/40 21 fir-rigward tal-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju fil-qasam tal-Iskema tal-Iskejjel (ara wkoll il-punt 4.3) u fl-2018 abbażi tal-Artikolu 40 u l-Artikolu 106(6) permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/967 22  fir-rigward tan-nuqqas ta’ konformità mal-iskadenzi għall-pagamenti u r-rata tal-kambju applikabbli għad-dikjarazzjonijiet tal-infiq.

Skont il-fehim komuni dwar l-atti delegati 23 , l-esperti tal-Istati Membri ġew ikkonsultati fil-Grupp ta’ Esperti dwar kwistjonijiet orizzontali dwar il-PAK – is-simplifikazzjoni tas-sottogruppi. Ir-Regolamenti ġew notifikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. La l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma ħarġu xi oġġezzjoni għal xi wieħed mir-Regolamenti Delegati.

b) Il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 24 abbażi tal-Artikoli 63(4), 64(6) 72(5), 76, l-Artikoli 77(7), 93(4) 101(1), u l-Artikolu 120. Dan jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll u l-kundizzjonijiet għar-rifjut jew l-irtirar ta’ pagamenti u l-penali amministrattivi applikabbli għal pagamenti diretti, l-appoġġ għall-iżvilupp rurali u l-kundizzjonalità.

Dan l-att delegat jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet għar-rifjut jew għall-irtirar parzjali jew totali tal-għajnuna jew tal-appoġġ; dispożizzjonijiet li jidentifikaw il-penali amministrattiva u li jiddeterminaw ir-rata speċifika li għandha tiġi imposta; dispożizzjonijiet li jidentifikaw il-każijiet fejn il-penali amministrattiva ma tiġix applikata; regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta’ żmien fejn id-data finali għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet jew ta’ emendi tkun btala pubblika, is-Sibt jew il-Ħadd; definizzjonijiet speċifiċi meħtieġa sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni armonizzata tas-sistema integrata; karatteristiċi bażiċi u regoli tekniċi għas-sistema ta’ identifikazzjoni għall-irqajja’ tar-raba’ u l-identifikazzjoni tal-benefiċjarji; il-karatteristiċi bażiċi, ir-regoli tekniċi u r-rekwiżiti marbuta mal-kwalità għas-sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni ta’ drittijiet għal pagamenti; il-bażi għall-kalkolu tal-għajnuna, inklużi regoli dwar kif jiġu trattati ċerti każijiet fejn iż-żoni eliġibbli jkun fihom karatteristiċi tal-pajsaġġ jew siġar; regoli addizzjonali għall-intermedjarji bħal servizzi, korpi u organizzazzjonijiet, li huma involuti fil-proċedura għall-għoti ta’ għajnuna jew ta’ appoġġ; iż-żamma ta’ bwar permanenti fir-rigward tal-kundizzjonalità; bażi armonizzata għall-kalkolu tal-penali amministrattivi relatati mal-kundizzjonalità; il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni u għall-kalkolu tal-penali amministrattivi relatati mal-kundizzjonalità; żieda mar-regoli previsti fir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel mir-regoli mħassra għar-regoli l-ġodda.

Il-Kummissjoni emendat dan l-att delegat darbtejn: Fl-2016 abbażi tal-istess Artikoli li fuq il-bażi tagħhom ġie adottat l-att emendat, permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1393 25 u fl-2017 permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/723 26 abbażi tal-Artikolu 77(7).

Skont il-fehim komuni dwar l-atti delegati 27 , l-esperti tal-Istati Membri ġew ikkonsultati fil-Grupp ta’ Esperti dwar Kwistjonijiet Orizzontali dwar il-PAK, fis-sottogrupp dwar il-Kundizzjonalità u l-FAS, fil-Grupp ta’ Esperti dwar il-Pagamenti Diretti u fil-Grupp ta’ Esperti dwar l-Iżvilupp Rurali. Ir-Regolamenti ġew notifikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. La l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma ħarġu xi oġġezzjoni għal xi wieħed mir-Regolamenti Delegati.

   c) Il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 906/2014 28 abbażi tal-Artikolu 20(2) u (3). Dan jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tal-infiq b’intervent pubbliku.

Dan l-att delegat jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u r-regoli applikabbli għall-finanzjament mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) tan-nefqa fuq miżuri ta’ intervent relatati mal-ħżin pubbliku.

Skont il-fehim komuni dwar l-atti delegati 29 , l-esperti tal-Istati Membri ġew ikkonsultati fil-Grupp ta’ Esperti dwar Kwistjonijiet Orizzontali dwar il-PAK. Ir-Regolamenti ġew notifikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. La l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma ħarġu xi oġġezzjoni għal xi wieħed mir-Regolamenti Delegati.

     d) Il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1971 30 abbażi tal-Artikolu 50(1). Jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 b’dispożizzjonijiet speċifiċi dwar ir-rapportar tal-irregolaritajiet li jikkonċernaw il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali.

L-att delegat jiddetermina liema irregolaritajiet għandhom jiġu rrapportati u jistabbilixxi liema data l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni.

Skont il-fehim komuni dwar l-atti delegati 31 , l-esperti tal-Istati Membri ġew ikkonsultati fil-Grupp ta’ Esperti dwar ir-Rapportar u l-Analiżi tal-COCOLAF (Kumitat Konsultattiv għall-Prevenzjoni tal-Frodi) u fil-Grupp ta’ Esperti dwar Kwistjonijiet Orizzontali dwar il-PAK. Ir-Regolamenti ġew notifikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. La l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma ħarġu xi oġġezzjoni għal xi wieħed mir-Regolamenti Delegati.

(B) Peress li r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 ikopri fost oħrajn l-aspetti finanzjarji u ta’ monitoraġġ tal-oqsma koperti mir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, Nru 1307/2013 u Nru 1308/2013, uħud mill-atti delegati adottati taħt ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 huma atti li huma adottati wkoll taħt ir-Regolament Nru 1308/2013. Għalhekk dawn l-atti delegati huma bbażati fuq atti bażiċi differenti. Id-dispożizzjonijiet ewlenin tagħhom jitqiesu fir-rigward tar-Regolament Nru 1308/2013 (f’dan ir-rigward ara l-punt 4.3). L-aspetti finanzjarji u ta’ monitoraġġ jitqiesu abbażi tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

Dawn l-atti delegati huma l-atti li ġejjin:

1)Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 499/2014 32 adottat abbażi tal-Artikolu 64(6) jistabbilixxi l-penali għan-nuqqas ta’ rispett tal-kriterji tar-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

2)Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/560 33 adottat abbażi tal-Artikolu 64(6) stabbilixxa l-penali u r-regoli għall-irkupru tal-kostijiet għall-produtturi li ma jikkonformawx mal-obbligu li jaqilgħu żoni mħawlin bid-dwieli mingħajr awtorizzazzjoni. Dan ir-Regolament ma għadux fis-seħħ. Tħassar u ġie sostitwit bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 (ara hawn taħt).

3)Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1366 34 adottat abbażi tal-Artikolu 106(5) jistabbilixxi l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għall-ammonti mħallsa bħala għajnuna fis-settur tal-apikultura skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

4)Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1829 35  adottat abbażi tal-Artikolu 64(6)(a) u l-Artikolu 66(3)(d) jistabbilixxi l-penali amministrattivi għall-organizzazzjonijiet li jissottomettu proposta għal programm ta’ informazzjoni u promozzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014. 

5)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1149 36 adottat abbażi tal-Artikolu 63(4) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-irtirar parzjali jew totali tal-għajnuna fis-settur tal-inbid.

6)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1237 37   adottat abbażi tal-Artikolu 66(3)(c) u (e) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal garanzija u għar-rilaxx u t-telf tagħha relatati mal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli. 

7)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1238 38 adottat abbażi tal-Artikolu 64(6) u 66(3)(c) u (e) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal garanzija u għar-rilaxx u t-telf tagħha relatati ma’ intervent pubbliku u għajnuna għall-ħżin privat.

8)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1612 39 adottat abbażi tal-Artikolu 106(5) stabbilixxa l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju fir-rigward tal-għajnuna eċċezzjonali mħallsa skont dan ir-Regolament lill-applikanti eliġibbli li jnaqqsu l-kunsinni tal-ħalib tal-baqar.

9)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1613 40 adottat abbażi tal-Artikolu 106(5) stabbilixxa l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju fir-rigward tal-għajnuna ta’ aġġustament eċċezzjonali mħallsa skont dan ir-Regolament lill-produtturi tal-ħalib u lill-bdiewa f’setturi tal-bhejjem oħrajn.

10)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/247 41 adottat abbażi tal-Artikolu 64(6) stabbilixxa l-penali fil-każ ta’ pagamenti irregolari li mhumiex dovuti minħabba żbalji ovvji u f’każ ta’ frodi jew negliġenza serja li għalihom l-applikant huwa responsabbli f’dak li jirrigwarda l-għajnuna tal-Unjoni għall-provvista u d-distribuzzjoni ta’ frott u ħxejjex, ta’ frott u ħxejjex ipproċessati u ta’ prodotti tal-banana fil-qafas tal-iskema tal-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel. Dan ir-Regolament ma għadux fis-seħħ. Ġie revokat u sostitwit bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/40 (ara l-punt li jmiss).

11)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/40 42 adottat abbażi tal-Artikoli 64(6)(a) u 106(5) jistabbilixxi l-penali amministrattivi f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità relatati mal-implimentazzjoni tal-iskema tal-iskejjel imsemmija fit-Taqsima I tal-Kapitolu II tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Fl-istess ħin jemenda wkoll ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (ara l-punt 2.3 A) fir-rigward tal-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għal din l-għajnuna.

12)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891 43 adottat abbażi tal-Artikoli 62(1) u 64(6)(a) jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tal-penali li għandhom jiġu applikati fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u dak tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati.

13)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 44 adottat abbażi tal-Artikoli 64(6) u 89(5) jistabbilixxi regoli għall-identifikazzjoni tar-rata speċifika proporzjonata u gradwata għall-penali amministrattiva li għandha tiġi imposta mill-Istati Membri fir-rigward tal-iskema ta’ awtorizzazzjoni għat-tħawwil tad-dwieli, biex jiġu identifikati l-każijiet fejn il-penali amministrattivi ma għandhomx jiġu imposti. Jistabbilixxi wkoll bank tad-data analitika ta’ data isotopika biex tgħin biex jiġu identifikati każijiet ta’ frodi li għandu jinbena abbażi ta’ kampjuni miġbura mill-Istati Membri u jipprevedi r-regoli għall-korpi ta’ kontroll u regoli dwar l-użu komuni tas-sejbiet tal-Istati Membri.

F’konformità mal-fehim komuni dwar l-atti delegati 45 , l-esperti tal-Istati Membri ġew ikkonsultati fil-Grupp ta’ Esperti għal Mistoqsijiet Orizzontali dwar il-PAK u fil-Grupp ta’ Esperti għas-Swieq Agrikoli, b’mod partikolari dwar aspetti li jaqgħu taħt ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS. Ir-Regolamenti ġew notifikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. La l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma ħarġu xi oġġezzjoni għal xi wieħed mir-Regolamenti Delegati.

Il-Kummissjoni ma adottat l-ebda att delegat skont l-Artikoli 65, 84, 107 u 110, minħabba li l-Kummissjoni ma identifikat l-ebda ħtieġa f’dan ir-rigward.

2.4.Konklużjonijiet

Il-Kummissjoni eżerċitat is-setgħat delegati tagħha b’mod korrett. Ma jistax jiġi eskluż li fil-futur se jkunu meħtieġa l-awtorizzazzjonijiet.

3.Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009

3.1.Introduzzjoni

Ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 46 jistabbilixxi regoli dwar il-pagamenti li jingħataw direttament lill-bdiewa taħt l-iskemi ta’ appoġġ elenkati fl-Anness I (“pagamenti diretti”).

L-Artikolu 2 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati li jemendaw il-lista ta’ skemi ta’ appoġġ elenkati fl-Anness I, sa fejn meħtieġ biex jittieħed kont ta’ kwalunkwe att leġiżlattiv ġdid dwar l-iskemi ta’ appoġġ li jista’ jiġi adottat wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

L-Artikolu 4(3) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati li jistabbilixxu:

(a)il-qafas li fih l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kriterji li għandhom jiġu rispettati mill-bdiewa sabiex jissodisfaw l-obbligu biex iżommu żona agrikola fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni, kif imsemmi fil-punt (c)(ii) tal-paragrafu 1;

(b)il-qafas li fih l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-attività minima li trid titwettaq f’żoni agrikoli miżmuma b’mod naturali fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni, kif imsemmi fil-punt (c)(iii) tal-paragrafu 1;

(c)il-kriterji għad-determinazzjoni tal-predominanza ta’ ħaxix u ta’ foraġġ erbaċew ieħor u l-kriterji għad-determinazzjoni tal-prattiki lokali stabbiliti msemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 1.

L-Artikolu 6(3) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati li jadattaw il-limiti massimi nazzjonali stabbiliti fl-Anness II sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi relatati mal-ammonti massimi totali ta’ pagamenti diretti li jistgħu jingħataw.

L-Artikolu 7(3) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati li jadattaw il-limiti massimi netti stabbiliti fl-Anness III sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi relatati mal-ammonti massimi totali ta’ pagamenti diretti li jistgħu jingħataw.

L-Artikolu 8(3) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati li jistabbilixxu regoli abbażi tal-kalkolu tat-tnaqqis li għandu jiġi applikat mill-Istati Membri għall-bdiewa skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-aġġustamenti ta’ pagamenti diretti fir-rigward tad-dixxiplina finanzjarja.

L-Artikolu 9(5) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati li jistabbilixxu:

(a)il-kriterji biex jiġu determinati l-każijiet fejn żona agrikola ta’ bidwi għandha titqies bħala żona prinċipalment miżmuma b’mod naturali fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni;

(b)il-kriterji biex tiġi stabbilita d-distinzjoni bejn riċevuti li jirriżultaw minn attivitajiet agrikoli u dawk mhux agrikoli;

(c)il-kriterji biex jiġu stabbiliti l-ammonti ta’ pagamenti diretti msemmija fil-paragrafi 2 u 4, speċjalment fir-rigward ta’ pagamenti diretti fl-ewwel sena tal-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti fejn il-valur tad-drittijiet għall-pagamenti ma jkunx għadu stabbilit b’mod definittiv, kif ukoll fir-rigward ta’ pagamenti diretti għall-bdiewa ġodda;

(d)il-kriterji li l-bdiewa għandhom jissodisfaw sabiex, għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3, juru li l-attivitajiet agrikoli tagħhom mhumiex insinifikanti u li l-objettivi prinċipali tan-negozju jew tal-kumpanija tagħhom jikkonsistu fl-eżerċitar ta’ attività agrikola.

L-Artikolu 20(6) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati li jadattaw l-ammonti stabbiliti fl-Anness VI sabiex jittieħed kont tal-konsegwenzi ta’ meta art li minnha jkunu tneħħew il-mini terġa’ tibda tintuża għall-attivitajiet agrikoli kif notifikat mill-Kroazja.

L-Artikolu 35(1) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati dwar:

(a)ir-regoli dwar l-eliġibbiltà u l-aċċess fir-rigward tal-iskema ta’ pagament bażiku tal-bdiewa, f’każ ta’ wirt u wirt antiċipat, ta’ wirt taħt kirja, tibdil fl-istatus legali jew fid-denominazzjoni, trasferiment ta’ drittijiet għall-pagament, fużjoni jew qasma tal-impriża, u l-applikazzjoni tal-klawżola tal-kuntratt imsemmija fl-Artikolu 24(8);

(b)ir-regoli dwar il-kalkolu tal-valur u n-numru jew dwar iż-żieda jew it-tnaqqis fil-valur tad-drittijiet għall-pagament b’rabta mal-allokazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament taħt kull dispożizzjoni ta’ dan it-Titolu, inklużi regoli:

(I)dwar il-possibbiltà li valur u numru provviżorji jew żieda provviżorja tad-drittijiet għall-pagament jiġu allokati abbażi tal-applikazzjoni mill-bidwi,

(II)dwar il-kundizzjonijiet biex jiġi stabbilit il-valur u n-numru provviżorji u definittivi tad-drittijiet għall-pagament,

(III)dwar il-każijiet fejn kuntratt ta’ bejgħ jew ta’ lokazzjoni jista’ jaffettwa l-allokazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament.

(c)ir-regoli dwar l-istabbiliment u l-kalkolu tal-valur u n-numru ta’ drittijiet għall-pagament riċevuti mir-riżerva nazzjonali jew mir-riżervi reġjonali;

(d)ir-regoli dwar il-modifika tal-valur tal-unità tad-drittijiet għall-pagament fil-każ ta’ frazzjonijiet ta’ drittijiet għall-pagament u fil-każ tat-trasferiment tad-drittijiet għall-pagament imsemmi fl-Artikolu 34(4);

(e)il-kriterji għall-applikazzjoni tal-għażliet taħt il-punti (a), (b) u (c) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 24(1);

(f)il-kriterji għall-applikazzjoni ta’ limitazzjonijiet fuq in-numru ta’ drittijiet għall-pagament li għandhom jiġu allokati skont l-Artikolu 24(4) sa (7);

(g)il-kriterji għall-allokazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament skont l-Artikolu 30(6) u (7);

(h)il-kriterji għall-istabbiliment tal-koeffiċjent ta’ tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 32(5).

L-Artikolu 35(2) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati li jistabbilixxu regoli dwar il-kontenut tad-dikjarazzjoni u r-rekwiżiti għall-attivazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament.

L-Artikolu 35(3) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati li jistabbilixxu regoli li jagħmlu l-għoti ta’ pagamenti soġġett għall-kundizzjoni ta’ użu ta’ żrieragħ iċċertifikati ta’ ċerti varjetajiet ta’ qanneb u l-proċedura għad-determinazzjoni tal-varjetajiet tal-qanneb u l-verifika tal-kontenut ta’ tetraidrokannabinol tagħhom imsemmi fl-Artikolu 32(6).

L-Artikolu 36(6) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati dwar ir-regoli dwar l-eliġibbiltà u l-aċċess tal-bdiewa għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja.

L-Artikolu 39(3) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati li jistabbilixxu regoli addizzjonali dwar l-introduzzjoni tal-iskema ta’ pagament bażiku fl-Istati Membri li applikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja.

L-Artikolu 43(12) tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati:

(a)li jżidu prattiki ekwivalenti mal-lista li tinsab fl-Anness IX;

(b)li jistabbilixxu rekwiżiti adatti applikabbli għall-iskemi ta’ ċertifikazzjoni nazzjonali jew reġjonali msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, inkluż il-livell ta’ aċċertament li għandu jingħata minn dawk l-iskemi;

(c)li jistabbilixxu regoli dettaljati għall-kalkolu tal-ammont imsemmi fl-Artikolu 28(6) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għall-prattiki msemmija fil-punti 3 u 4 tat-Taqsima I u fil-punt 7 tat-Taqsima III tal-Anness IX ta’ dan ir-Regolament, u kwalunkwe prattika ekwivalenti oħra li tiżdied ma’ dak l-Anness skont il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu li għaliha jenħtieġ kalkolu speċifiku sabiex jiġi evitat finanzjament doppju.

L-Artikolu 44(5) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati:

(a)li jirrikonoxxu tipi oħra ta’ ġeneri u speċi għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu; u

(b)li jistabbilixxu r-regoli dwar l-applikazzjoni tal-kalkolu preċiż tal-ishma ta’ għelejjel differenti.

L-Artikolu 45(5) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar iż-żamma ta’ bwar permanenti.

L-Artikolu 45(6) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati skont l-Artikolu 70:

(a)li jistabbilixxu l-qafas għad-denominazzjoni ta’ aktar żoni sensittivi msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;

(b)li jistabbilixxu metodi dettaljati għad-determinazzjoni tal-proporzjon tal-bwar permanenti u tal-erja agrikola totali li għandu jinżamm skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;

(c)li jiddefinixxu l-perjodu fil-passat imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

L-Artikolu 46(9) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati:

(a)li jistabbilixxu kriterji addizzjonali għat-tipi ta’ erjas imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu biex jikkwalifikaw bħala erja b’fokus ekoloġiku;

(b)li jżidu tipi oħrajn ta’ erjas differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 2 li jistgħu jiġu kkunsidrati sabiex jiġi rispettat il-perċentwal imsemmi fil-paragrafu 1;

(c)li jadattaw l-Anness X sabiex jiġu stabbiliti l-fatturi ta’ konverżjoni u ta’ ponderazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 u sabiex jittieħed kont tal-kriterji u/jew tat-tipi ta’ erjas li għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni skont il-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu;

(d)li jistabbilixxu regoli għall-implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 5 u 6, inklużi r-rekwiżiti minimi dwar din l-implimentazzjoni;

(e)li jistabbilixxu l-qafas li fih l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-kriterji li l-impriżi għandhom jissodisfaw sabiex jitqiesu bħala qrib sewwa ta’ xulxin għall-finijiet tal-paragrafu 6;

(f)li jistabbilixxu l-metodi għad-determinazzjoni tal-perċentwal tal-erja totali tal-art koperta minn foresta u l-proporzjon ta’ art forestali għal art agrikola msemmija fil-paragrafu 7.

L-Artikolu 50(11) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati dwar il-kundizzjonijiet li taħthom persuna ġuridika tista’ titqies bħala eliġibbli biex tirċievi l-pagament għal bdiewa żgħażagħ.

L-Artikolu 52(9) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati li jistabbilixxu:

(a) il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ appoġġ akkoppjat;

(b)regoli dwar il-konsistenza ma’ miżuri oħra tal-Unjoni u dwar l-akkumulazzjoni tal-appoġġ.

L-Artikolu 52(10) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati li jissupplimentaw dan ir-Regolament fir-rigward ta’ miżuri ta’ appoġġ akkoppjat volontarju sabiex jiġi evitat li l-benefiċjarji ta’ appoġġ akkoppjat volontarju jbatu minn żbilanċi strutturali tas-suq f’settur.

L-Artikolu 57(3) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati dwar ir-regoli u l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-art u tal-varjetajiet għall-finijiet tal-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton.

L-Artikolu 58(5) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati dwar ir-regoli dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ dak il-pagament, dwar ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà u dwar il-prattiki agronomiċi.

L-Artikolu 59(3) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati li jistabbilixxu:

(a)il-kriterji għall-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet interprofessjonali;

(b)l-obbligi għall-produtturi;

(c)ir-regoli li jirregolaw is-sitwazzjoni fejn l-organizzazzjoni interprofessjonali approvata ma tissodisfax il-kriterji msemmija fil-punt (a).

L-Artikolu 64(5) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fl-iskema għall-bdiewa żgħar meta s-sitwazzjoni tal-bidwi parteċipanti tkun inbidlet.

L-Artikolu 67(1) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati dwar il-miżuri meħtieġa fir-rigward tan-notifiki li għandhom isiru mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għall-fini tal-verifika, tal-kontroll, tal-monitoraġġ, tal-valutazzjoni u tal-awditjar ta’ pagamenti diretti jew għall-fini tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fi ftehimiet internazzjonali li ġew konklużi b’Deċiżjoni tal-Kunsill, inklużi r-rekwiżiti ta’ notifika skont dawk il-ftehimiet. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tqis il-ħtiġijiet tad-data u s-sinerġiji bejn is-sorsi potenzjali tad-data.

L-Artikolu 67(2) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati fit-twaqqif ta’ regoli addizzjonali dwar:

(a)in-natura u t-tip tal-informazzjoni li għandha tiġi notifikata;

(b)il-kategoriji ta’ data li għandhom jiġu pproċessati u l-perjodi massimi ta’ żamma;

(c)id-drittijiet ta’ aċċess għall-informazzjoni jew għas-sistemi ta’ informazzjoni magħmulin disponibbli;

(d)il-kundizzjonijiet għall-pubblikazzjoni tal-informazzjoni.

L-Artikolu 73 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati dwar il-miżuri meħtieġa biex jiġi protetti kwalunkwe drittijiet miksuba u aspettattivi leġittimi tal-bdiewa sabiex tiġi żgurata transizzjoni bla xkiel mill-arranġamenti previsti fir-Regolament (KE) Nru 73/2009 għal dawk stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

3.2.Bażi Ġuridika

Ir-rapport huwa meħtieġ skont l-Artikolu 70(2). Skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 2, 44, 6, 7, 8, 9, 20, 35, 36, 39, 43, 44, 45, 46, fl-Artikolu 50, fl-Artikolu 52, 57, 58, 59, 64, 67 u fl-Artikolu 73 għal perjodu ta’ seba’ snin mill-1 ta’ Jannar 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħat mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ seba’ snin. Id-delega tas-setgħa tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi tal-istess tul ta’ żmien, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.3.Eżerċizzju tad-Delega

F’dan l-istadju, il-Kummissjoni adottat ħmistax-il att delegat skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

A)Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 502/2014 47 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-bażi ta’ kalkolu ta’ tnaqqis li għandu jiġi applikat lill-bdiewa mill-Istati Membri minħabba t-tnaqqis lineari ta’ pagamenti fl-2014 u d-dixxiplina finanzjarja għas-sena kalendarja 2014.

Skont il-fehim komuni dwar l-atti delegati 48 , l-esperti tal-Istati Membri ġew ikkonsultati fil-Grupp ta’ Esperti dwar il-Pagamenti Diretti. Ir-Regolamenti ġew notifikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. La l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma ħarġu xi oġġezzjoni għal xi wieħed mir-Regolamenti Delegati.

B)Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 49 adottat abbażi tal-Artikoli 4(3), 8(3), 9(5), 35(1), (2) u (3), 36(6), 39(3), 43(12), 44(5), 45(5) u (6), 46(9), 50(11), 52(9), 57(3), 58(5), 59(3), 67(1) u (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Jiddefinixxi l-qafas għall-kriterji dwar iż-żamma taż-żona agrikola fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni, il-qafas għall-attivitajiet minimi fuq żoni agrikoli miżmuma b’mod naturali fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni, il-predominanza ta’ ħaxix u ta’ foraġġ erbaċew ieħor fil-każ ta’ bwar permanenti u l-prattiki lokali stabbiliti fil-każ ta’ bwar permanenti. Jistabbilixxi l-bażi tal-kalkolu għat-tnaqqis li għandu jiġi applikat għall-bdiewa mill-Istati Membri minħabba d-dixxiplina finanzjarja. Jiddefinixxi l-każijiet fejn żoni agrikoli huma prinċipalment żoni miżmuma b’mod naturali fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni, irċevuti miksuba minn attivitajiet mhux agrikoli, l-ammont ta’ pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 9(2) u (4) tar-Regolament 1307/2013 u fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament 639/2014, il-kriterji biex jiġi ppruvat li l-attivitajiet agrikoli mhumiex insinifikanti u li l-miri prinċipali tan-negozju jew tal-kumpanija jikkonsistu fl-eżerċitar ta’ attività agrikola. Jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament bażiku prevista fit-Taqsimiet 1, 2, 3 u 5 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u tal-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja prevista fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. Jipprevedi regoli għall-pagament għal prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u għall-ambjent (“ekoloġizzazzjoni”), b’mod partikolari relatati mal-ekwivalenza, id-diversifikazzjoni tal-għelejjel, iż-żamma ta’ bwar permanenti u l-proporzjon ta’ bwar permanenti, il-kriterji għall-kwalifika bħala erja b’fokus ekoloġiku u jadatta l-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 billi jistabbilixxi l-fatturi ta’ konverżjoni u ta’ ponderazzjoni msemmija fl-Artikolu 46(3) ta’ dak ir-Regolament għat-tipi differenti ta’ erjas b’fokus ekoloġiku. Jistabbilixxi regoli għall-aċċess ta’ persuni ġuridiċi u għal gruppi ta’ persuni fiżiċi għall-pagamenti ta’ bdiewa żgħażagħ; kundizzjonijiet dettaljati għall-għoti ta’ appoġġ akkoppjat; l-obbligi u l-possibiltajiet għall-Istati Membri fir-rigward tal-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton u regoli dettaljati dwar in-notifiki li għandhom isiru mill-Istati Membri.

Il-Kummissjoni emendat dan l-att delegat ħames darbiet:

Fl-2015 permezz tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1383 50 abbażi tal-Artikolu 52(9) fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ identifikazzjoni u ta’ reġistrazzjoni għall-annimali għall-appoġġ akkoppjat.

Fl-2016 permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/141 51 abbażi tal-Artikolu 50(11) u 52(9) u l-Artikolu 67(1) u (2) fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet dwar il-pagament għall-bdiewa żgħażagħ u dwar l-appoġġ akkoppjat volontarju u li jidderoga mill-Artikolu 53(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Fl-2017 permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1155 52 abbażi tal-Artikolu 35(2) u (3), l-Artikoli 44(5)(b) u 46(9)(a) u (c), l-Artikolu 50(11), l-Artikolu 52(9)(a) u l-Artikolu 67(1) u (2)(a) fir-rigward tal-miżuri ta’ kontroll relatati mal-kultivazzjoni tal-qanneb, ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ekoloġizzazzjoni (speċjalment fir-rigward tal-Erjasb’Fokus Ekoloġiku), li jirriflettu r-riżultati tar-reviżjoni tal-ekoloġizzazzjoni wara sena ta’ implimentazzjoni, il-pagament għall-bdiewa żgħażagħ fil-kontroll ta’ persuna ġuridika, il-kalkolu tal-ammont għal kull unità fil-qafas tal-appoġġ akkoppjat volontarju, il-frazzjonijiet ta’ intitolament għal pagament u ċerti rekwiżiti ta’ notifika relatati mal-iskema ta’ pagament unika skont l-erja u mal-appoġġ akkoppjat volontarju, u li jemenda l-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 dwar il-fatturi ta’ konverżjoni u ta’ ponderazzjoni.

Fl-2018 permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/707 53 abbażi tal-Artikoli 35(3), 52(9) u 67(1) u (2) fir-rigward tal-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-appoġġ għall-qanneb taħt l-iskema ta’ pagament bażiku u ċerti rekwiżiti fir-rigward tal-appoġġ akkoppjat volontarju u permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1784 54 abbażi tal-Artikoli 45(6)(b) u 46(9)(a) fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet dwar il-prattiki tal-ekoloġizzazzjoni stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 wara l-emendi introdotti bir-Regolament (UE) 2017/2393 55 .

Skont il-fehim komuni dwar l-atti delegati 56 , l-esperti tal-Istati Membri ġew ikkonsultati dwar dawn l-atti delegati kollha fil-Grupp ta’ Esperti dwar il-Pagamenti Diretti. Ir-Regolamenti ġew notifikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. La l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma ħarġu xi oġġezzjoni għal xi wieħed mir-Regolamenti Delegati.

C)Minbarra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1155 (imsemmi hawn fuq fil-punt B) li jemenda l-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-Kummissjoni adottat l-atti delegati li ġejjin sabiex tadatta l-Annessi tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013:

1)Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 994/2014 57 li jemenda, abbażi tal-Artikoli 6(3), 7(3) u 20(6), l-Anness II dwar il-limiti massimi nazzjonali, l-Anness III dwar il-limiti massimi netti u l-Anness VI dwar id-dispożizzjonijiet finanzjarji li japplikaw għall-Kroazja tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

2)Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2014 58 li jemenda, abbażi tal-Artikolu 46(9)(c), l-Anness X dwar il-fatturi ta’ konverżjoni u ta’ ponderazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni

3)Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1378/2014 59 li jemenda, abbażi tal-Artikoli 6(3) u 7(3), l-Anness II dwar il-limiti massimi nazzjonali u l-Anness III dwar il-limiti massimi netti tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

4)Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/851 60 li jemenda, abbażi tal-Artikoli 6(3), 7(3) u 20(6), l-Anness II dwar il-limiti massimi nazzjonali, l-Anness III dwar il-limiti massimi netti u l-Anness VI dwar id-dispożizzjonijiet finanzjarji li japplikaw għall-Kroazja tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

5)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/142 61 li jemenda, abbażi tal-Artikolu 7(3), l-Anness III dwar il-limiti massimi netti tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

6)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2018/162 62 li jemenda, abbażi tal-Artikoli 6(3) u 7(3), l-Anness II dwar il-limiti massimi nazzjonali u l-Anness III dwar il-limiti massimi netti tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

7)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/71 63 li jemenda, abbażi tal-Artikolu 7(3), l-Anness III dwar il-limiti massimi netti tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

Uħud minn dawn l-atti delegati fl-istess ħin emendaw l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Għalhekk jissemmew ukoll fil-punt 1.3 ta’ dan ir-rapport.

Skont il-fehim komuni dwar l-atti delegati 64 , l-esperti tal-Istati Membri ġew ikkonsultati fil-Grupp ta’ Esperti dwar il-Pagamenti Diretti u fil-Grupp ta’ Esperti dwar l-Iżvilupp Rurali meta l-att ġie adottat ukoll skont ir-Regolament (UE) 1305/2013. Ir-Regolamenti ġew notifikat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. La l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma ħarġu xi oġġezzjoni għal xi wieħed mir-Regolamenti Delegati.

D)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1183 65 adottat abbażi tal-Artikolu 67(2) jissupplimenta r-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 (f’dan ir-rigward ara wkoll il-punt 4.3) fir-rigward tan-notifiki ta’ informazzjoni u ta’ dokumenti lill-Kummissjoni. Joħloq qafas legali li b’mod partikolari jitlob lill-Istati Membri jaħtru korp ta’ kollegament uniku responsabbli biex iwettaq ċerti kompiti.

Skont il-fehim komuni dwar l-atti delegati 66 , l-esperti tal-Istati Membri ġew ikkonsultati fil-Grupp ta’ Esperti għall-Pagamenti Diretti u fil-Grupp ta’ Esperti dwar Kwistjonijiet Orizzontali dwar il-PAK. Ir-Regolamenti ġew notifikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. La l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma ħarġu xi oġġezzjoni għar-Regolamenti Delegati.

Il-Kummissjoni ma adottat l-ebda att delegat skont l-Artikoli 43(12)(a), 44(5)(a), 46(9)(b), 52(10), 64(5) u 73.

L-Artikolu 43(12)(a) jittratta ż-żieda ta’ prattiki ekwivalenti għall-prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u għall-ambjent. Abbażi tal-esperjenza miksuba b’‘miżuri standard ta’ ekoloġizzazzjoni’ u l-applikazzjoni tal-prattiki ekwivalenti abbażi tal-lista fl-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-Kummissjoni ma identifikatx il-ħtieġa li testendi l-lista billi żżid prattika ġdida.

L-Artikolu 44(5)(a) jittratta r-rikonoxximent ta’ tipi ta’ ġeneri u speċi minbarra dawk definiti fir-regolament għall-fini tal-obbligu ta’ diversifikazzjoni tal-għelejjel. L-esperjenza tal-Kummissjoni bl-implimentazzjoni bbażata fuq il-kategorizzazzjoni eżistenti tal-għelejjel uriet li offriet biżżejjed flessibilità lill-bdiewa filwaqt li hemm ir-riskju li kriterji ulterjuri jistgħu jdgħajfu l-obbligu.

L-Artikolu 46(9)(b) jittratta ż-żieda ta’ tipi ta’ Erjas b’fokus ekoloġiku (EFA) għajr dawk stabbiliti fir-Regolament. Il-konklużjoni dwar l-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ EFA kemm fi ħdan ir-‘Reviżjoni tal-Ekoloġizzazzjoni wara sena ta’ implimentazzjoni’ tal-2016 kif ukoll ir-rapport iddedikat dwar l-EFA tal-2017 ma pprovdewx evidenza li turi li tali żieda kienet neċessarja.

L-Artikolu 52(10) jittratta l-appoġġ akkoppjat volontarju f’każ ta’ żbilanċi strutturali tas-suq. Il-kundizzjoni tal-iżbilanċi strutturali tas-suq ma ġietx sodisfatta minn mindu ngħatat is-setgħa 67 .

L-Artikolu 64(5) jikkonċerna l-iskema għall-bdiewa żgħar u jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fl-iskema meta s-sitwazzjoni tal-bidwi parteċipanti tkun inbidlet. Peress li l-bdiewa jistgħu jidħlu fl-iskema darba biss fl-2015 (bl-eċċezzjoni tkun biss każijiet ta’ wirt) u meta jitqies li l-bdiewa jistgħu jirtiraw mill-iskema fi kwalunkwe sena, il-Kummissjoni ma identifikatx ħtieġa għall-eżerċitar ta’ din is-setgħa.

L-Artikolu 73 jittratta miżuri tranżizzjonali. Dawn ġew adottati permezz tar-Regolament (UE) Nru 1310/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 68 . Għalhekk, l-għoti tas-setgħa ma ntużax mill-Kummissjoni.

3.4.Konklużjonijiet

Il-Kummissjoni eżerċitat is-setgħat delegati tagħha b’mod korrett. Ma jistax jiġi eskluż li fil-futur se jkunu meħtieġa l-awtorizzazzjonijiet.

4.Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007

4.1.Introduzzjoni

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 69 jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli. Jistabbilixxi regoli għal setturi differenti ta’ prodotti agrikoli.

L-Artikolu 3(4) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex taġġorna d-definizzjonijiet dwar is-settur tar-ross stabbilit fil-Parti I tal-Anness II.

L-Artikolu 4 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex taġġusta d-deskrizzjoni tal-prodotti u r-referenzi f’dan ir-Regolament skont l-intestaturi jew is-subintestaturi tan-nomenklatura magħquda.

L-Artikolu 18 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom tista’ tiddeċiedi li tagħti għajnuna għall-ħżin privat għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 17.

L-Artikolu 19(1) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tipprevedi regoli fir-rigward tar-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti minn prodotti mixtrija skont intervent pubbliku.

L-Artikolu 19(2) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tipprevedi regoli fir-rigward tal-kriterji tal-kwalità kemm għax-xiri sfurzat kif ukoll għall-bejgħ ta’ qamħ komuni, qamħ durum, xgħir, qamħirrum u ross bil-ħliefa.

L-Artikolu 19(3) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tipprevedi regoli fir-rigward tal-kapaċità xierqa ta’ ħżin u l-effiċjenza tas-sistema ta’ intervent pubbliku f’termini ta’ kosteffettività, distribuzzjoni u aċċess għall-operatur.

L-Artikolu 19(4) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tipprevedi ċerti kundizzjonijiet għall-ħżin privat.

L-Artikolu 19(5) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tipprevedi ċerti regoli għall-funzjonament xieraq tas-sistemi ta’ intervent pubbliku u ta’ ħżin privat.

L-Artikolu 19(6) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-karkassi.

L-Artikolu 24 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tipprevedi regoli differenti fir-rigward tal-Għajnuna għall-provvista tal-frott u l-ħxejjex kif ukoll tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib fi stabbilimenti edukattivi

L-Artikolu 30 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tipprevedi regoli differenti fir-rigward tal-għajnuna fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda

L-Artikolu 37 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tipprevedi regoli differenti fir-rigward tal-għajnuna fis-settur tal-frott u l-ħxejjex.

L-Artikolu 53 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tipprevedi regoli differenti fir-rigward tal-programmi ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid.

L-Artikolu 56 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tipprevedi regoli differenti fir-rigward tal-għajnuna fis-settur tal-apikultura.

L-Artikolu 59 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tipprevedi regoli differenti fir-rigward tal-għajnuna fis-settur tal-ħops.

L-Artikolu 69 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tipprevedi regoli differenti fir-rigward tal-iskema ta’ awtorizzazzjoni għat-tħawwil tad-dwieli.

L-Artikolu 75(2) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta regoli dwar standards tal-kummerċjalizzazzjoni minn setturi jew prodotti, fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, kif ukoll derogi u eżenzjonijiet minn dawn l-istandards sabiex jadattaw għall-kundizzjonijiet tas-suq li jinbidlu b’mod kostanti, għall-eżiġenzi evolventi tal-konsumatur, għall-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti u sabiex jiġi evitat li jinħolqu ostakli għall-innovazzjoni ta’ prodotti.

L-Artikolu 75(6) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex timmodifika l-lista tas-setturi fil-paragrafu 1 li għaliha jistgħu japplikaw l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni.

L-Artikolu 76(4) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta derogi speċifiċi għal rekwiżiti addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti fis-settur tal-frott u tal-ħxejjex.

L-Artikolu 77(5) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tistabbilixxi derogi għall-obbligu ta’ ċertifikazzjoni għall-ħops.

L-Artikolu 78(3) u (4) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni fir-rigward tal-modifiki, id-derogi jew l-eżenzjonijiet għad-definizzjonijiet u għad-deskrizzjonijiet tal-bejgħ previsti fl-Anness VII, kif ukoll dwar ir-regoli dwar l-ispeċifikazzjoni u l-applikazzjoni tagħhom.

L-Artikolu 78(5) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tispeċifika l-prodotti tal-ħalib li fir-rigward tagħhom għandha tiġi ddikjarata l-ispeċi tal-annimali li minnha joriġina l-ħalib, jekk mhijiex bovina, u li tistabbilixxi r-regoli meħtieġa.

L-Artikolu 79 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tistabbilixxi regoli dwar it-tolleranza għal standard speċifiku wieħed jew aktar li ’l fuq minnu l-lott kollu tal-prodotti għandu jitqies li ma jkunx osserva dak l-istandard.

L-Artikolu 80(4) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ regoli dwar il-proċeduri nazzjonali għal prodotti tal-inbid mhux kummerċjabbli, u derogi minnhom fir-rigward tal-irtirar jew il-qerda ta’ prodotti tal-inbid li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti.

L-Artikolu 83(4) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għar-regoli nazzjonali għax-xaħam li jista’ jiddellek u għall-prodotti tal-inbid, kif ukoll il-kundizzjonijiet għaż-żamma, iċ-ċirkolazzjoni u l-użu tal-prodotti li jinkisbu mill-prattiki sperimentali.

L-Artikoli 86, 87(2) u 88(3) jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni fir-rigward tat-termini riżervati fakultattivi.

L-Artikolu 89 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istandards tal-Kummerċjalizzazzjoni relatati mal-importazzjoni u mal-esportazzjoni.

L-Artikoli 100(3) u 109 jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ ċerti regoli relatati mad-denominazzjoni tal-oriġini u mal-indikazzjonijiet ġeografiċi fis-settur tal-inbid.

L-Artikolu 114 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ ċerti regoli relatati ma’ termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid.

L-Artikolu 122 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ ċerti regoli relatati mat-tikkettar u l-preżentazzjoni fis-settur tal-inbid.

L-Artikoli 125(4), 132, 140(2) u 143 jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ ċerti regoli għas-settur taz-Zokkor.

L-Artikolu 145(4) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni fir-rigward tar-regoli dwar ir-reġistru tad-dwieli u l-obbligi relatati għall-operaturi fis-settur tal-inbid.

L-Artikolu 166 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni fir-rigward tar-regoli għall-organizzazzjonijiet u għall-assoċjazzjonijiet tal-produtturi u għall-organizzazzjonijiet interprofessjonali.

L-Artikoli 177, 181(2), 185, 186, 190(3), 192(4), u 202 jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni fir-rigward tal-kummerċ ma’ pajjiżi terzi.

L-Artikolu 219(1) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta Miżuri kontra theddid ta’ disturb fis-suq ikkawżat minn żidiet jew tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet fis-swieq interni jew esterni jew avvenimenti u ċirkostanzi oħra li jfixklu jew li jheddu li jfixklu s-suq b’mod sinifikanti, fejn dik is-sitwazzjoni, jew l-effetti tagħha fuq is-suq, x’aktarx sejra tkompli jew tmur għall-agħar. Meta r-raġunijiet imperattivi ta’ każijiet ta’ theddid ta’ tfixkil fis-suq ikunu jirrikjedu dan, għandha tapplika l-proċedura ta’ urġenza kif previst fl-Artikolu 228.

L-Artikolu 223 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tistabbilixxi regoli dwar il-miżuri neċessarji fir-rigward tal-komunikazzjonijiet li għandhom isiru mill-impriżi, mill-Istati Membri u minn pajjiżi terzi.

L-Artikolu 231 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni fir-rigward tar-regoli tranżizzjonali meħtieġa biex jiġu protetti d-drittijiet miksuba u l-aspettattivi leġittimi tal-impriżi.

4.2.Bażi Ġuridika

Ir-rapport huwa meħtieġ skont l-Artikolu 227(2). Skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta l-atti delegati msemmija fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għal perjodu ta’ seba’ snin mill-20 ta’ Diċembru 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħat mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ seba’ snin. Id-delega tas-setgħa tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi tal-istess tul ta’ żmien, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

4.3.Eżerċizzju tad-Delega

F’dan l-istadju, il-Kummissjoni adottat tnejn u sittin att delegat skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

A)Atti delegati li jissupplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 1308/201

Ġew adottati erbgħin att delegat biex jissupplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, b’mod partikolari fir-rigward tas-setturi differenti:

Fir-rigward tal-ħżin privat:

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 501/2014 70 adottat abbażi tal-Artikolu 19(1) u l-Artikolu 19(4)(a) issupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi emenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 826/2008 fir-rigward ta’ ċertu rekwiżiti relatati mal-prodotti agrikoli li jgawdu għajnuna għall-ħżin privat. Dan l-att delegat tħassar permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1238.

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1238 71 adottat abbażi tal-Artikoli 19(1), (2), (3), (4)(a) u (5) u 223(2)(a) jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tal-intervent pubbliku u l-għajnuna għall-ħżin privat (ara wkoll il-punt 2.3 B)).

Dan l-att delegat ġie emendat permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/149 72 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-kompożizzjoni u mal-karatteristiċi tal-kwalità tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib li huma eliġibbli għall-intervent pubbliku u għall-għajnuna għall-ħżin privat.

Fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-karkassi taċ-ċanga, tal-majjal u tan-nagħaġ:

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1182 73 adottat abbażi tal-Artikolu 19(6)(a) sa (d), l-Artikolu 223(1) u l-Artikolu 223(2)(a) jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tal-iskali tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi taċ-ċanga, tal-majjal u tan-nagħaġ u dwar ir-rapportar tal-prezzijiet tas-suq ta’ ċerti kategoriji ta’ karkassi u annimali ħajjin.

Fir-rigward tal-għajnuna għall-provvista ta’ frott u ħxejjex kif ukoll ta’ ħalib u ta’ prodotti tal-ħalib fi stabbilimenti edukattivi:

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 500/2014 74 adottat abbażi tal-Artikolu 24(1)(c) u (2)(b) issupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 billi emenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 288/2009 fir-rigward tal-għoti ta’ għajnuna għall-miżuri ta’ akkumpanjament fil-qafas tal-Iskema tal-Frott u l-Ħxejjex għall-Iskejjel Dan l-att delegat tħassir permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/247 (ara hawn taħt).

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1047/2014 75 adottat abbażi tal-Artikolu 27(1)(b) issupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tal-istrateġija nazzjonali jew reġjonali li l-Istati Membri għandhom ifasslu għall-finijiet tal-iskema ta’ ħalib għall-iskejjel Dan l-att delegat tħassir permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/40 (ara hawn taħt).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/247 76 adottat abbażi tal-Artikolu 24 jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 f’dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuna tal-Unjoni għall-provvista u għad-distribuzzjoni ta’ frott u ħxejjex, ta’ frott u ħxejjex ipproċessati u ta’ prodotti tal-banana fil-qafas tal-iskema tal-frott u tal-ħxejjex għall-iskejjel (ara wkoll il-punt 2.3B)). Dan l-att delegat tħassir permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/40 (ara hawn taħt).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/40 77 adottat abbażi tal-Artikolu 24 u tal-Artikolu 223(2) jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 f’dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuna tal-Unjoni għall-provvista ta’ frott u ħxejjex, ta’ banana u ta’ ħalib fl-istabbilimenti edukattivi u jemenda r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (ara wkoll il-punt 2.3A))

Fir-rigward tal-programmi ta’ appoġġ fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel:

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 611/2014 78 adottat abbażi tal-Artikolu 30 jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programmi ta’ appoġġ għas-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel

Il-Kummissjoni emendat dan l-att delegat permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1962 79  adottat abbażi tal-Artikolu 30 biex tissimplifika u tiċċara l-programmi ta’ appoġġ għaż-żejt taż-żebbuġa u għaż-żebbuġ tal-mejda.



Fir-rigward tal-appoġġ (u l-kummerċ ma’ pajjiżi terzi) fis-settur tal-frott u tal-ħxejjex u dak tal-frott u tal-ħxejjex ipproċessati:

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 499/2014 80 adottat abbażi tal-Artikolu 37(c)(iv) u (d)(xiii), l-Artikolu 173(1)(b) u (c) u (f), l-Artikolu 181(2) u l-Artikolu 231(1) jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 dwar is-settur tal-frott u tal-ħxejjex u dak tal-frott u tal-ħxejjex ipproċessati. (ara wkoll il-punt 2.3 B)).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891 81 adottat abbażi tal-Artikolu 37(a)(i), (ii), (iii) u (vi), (b), (c), (d)(i), (iii) sa (vi), (viii), (x), (xi) u (xii) u (e)(i), l-Artikolu 173(1)(b), (c), (d) u (f) sa (j), l-Artikolu 181(2), l-Artikolu 223(2)(a) u l-Artikolu 231(1) li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-settur tal-frott u tal-ħxejjex u dak tal-frott u tal-ħxejjex ipproċessati u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-penali li jridu jiġu applikati f’dawk is-setturi u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (ara wkoll il-punt 2.3B)).

Dan l-att delegat ġie emendat abbażi tal-Artikolu 37 permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1145 82 fir-rigward tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħxejjex.

Fir-rigward tal-programmi ta’ appoġġ nazzjonali fis-settur tal-inbid:

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 612/2014 83 adottat abbażi tal-Artikolu 53(b), (c), (e), (f) u (h) jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 billi jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 fir-rigward ta’ miżuri ġodda taħt il-programmi nazzjonali ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid.

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1149 84 adottat abbażi tal-Artikolu 53 jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tal-programmi ta’ appoġġ nazzjonali fis-settur tal-inbid u jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 (ara wkoll il-punt 2.3B)).



Fir-rigward tas-settur tal-apikultura:

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1366 85 adottat abbażi tal-Artikoli 56(1), 223(2) u 231(1) jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tal-għajnuna fis-settur tal-apikultura (ara wkoll il-punt 2.3B)).

Fir-rigward tat-tħawwil tad-dwieli:

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/560 86 adottat abbażi tal-Artikolu 69 jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tal-iskema ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli (ara wkoll il-punt 2.3 B)). Dan l-att delegat tħassar permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 (ara hawn taħt).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 87 adottat abbażi tal-Artikoli 69, 89, 145(4), 147(3) u 223(2) u l-punt 5 tat-Taqsima D tal-Parti II tal-Anness VIII tal-11 ta’ Diċembru 2017 jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tal-iskema ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli, ir-reġistru tal-vinji, id-dokumenti ta’ akkumpanjament u ċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji, in-notifiki u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni notifikata tal-punt u jħassar ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/560 (ara wkoll il-punt 2.3B)).

Dan l-att delegat ġie emendat permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/840 88 adottat abbażi tal-Artikolu 89(a) u l-Artikolu 147(3)(d) biex jiġi implimentat il-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada rigward il-kummerċ fl-inbejjed u fl-ispirti u biex jiġu eżentati l-bejjiegħa bl-imnut milli jżommu reġistru tad-dħul u tal-ħruġ.

Fir-rigward tal-prattiki enoloġiċi:

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1576 89 adottat abbażi tal-Artikolu 75(2) u (3)(g) u l-Artikolu 147(3)(e) emenda r-Regolament (KE) Nru 606/2009 fir-rigward ta’ ċerti prattiċi enoloġiċi u r-Regolament (KE) Nru 436/2009 fir-rigward tar-reġistrazzjoni ta’ dawn il-prattiċi fir-reġistri tas-settur tal-inbid.

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/765 90 adottat abbażi tal-Artikolu 75(2) u (3)(g) u l-Artikolu 147(3)(e) emenda r-Regolament (KE) Nru 606/2009 fir-rigward ta’ ċerti prattiċi enoloġiċi.

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1961 91 adottat abbażi tal-Artikolu 75(2) u (3)(g) emenda r-Regolament (KE) Nru 606/2009 fir-rigward ta’ ċerti prattiċi enoloġiċi.

Ir-Regolament (KE) Nru 606/2009 ġie revokat permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934 (ara hawn taħt).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934 92 adottat abbażi tal-Artikolu 75(2) u l-Artikolu 80(4) jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 f’dak li jirrigwarda ż-żoni ta’ vitikultura li fihom tista’ tiżdied il-qawwa alkoħolika, il-prattiki enoloġiċi awtorizzati u r-restrizzjonijiet applikabbli għall-produzzjoni u l-konservazzjoni tal-prodotti tad-dielja, il-persentaġġ minimu tal-alkoħol għall-prodotti sekondarji u r-rimi tagħhom, u l-pubblikazzjoni tal-fajls tal-OIV. Dan iħassar ukoll ir-Regolament (KE) Nru 606/2009.

Fir-rigward tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għaż-żejt taż-żebbuġa:

Ir-Regolament ta’ Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1830 93 adottat abbażi tal-Artikolu 75(2) jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2568/91 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żejt mir-residwi taż-żebbuġ u dwar il-metodi ta’ analiżi rilevanti

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1226 94 adottat abbażi tal-Artikolu 86 jemenda l-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-termini riżervati fakultattivi għaż-żejt taż-żebbuġa.

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2095 95 adottat abbażi tal-Artikolu 75(2) jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2568/91 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żejt mir-residwi taż-żebbuġ u dwar il-metodi ta’ analiżi rilevanti.

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1096 96 adottat abbażi tal-Artikolu 75(2) jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 29/2012 fir-rigward tar-rekwiżiti għal ċerti indikazzjonijiet dwar it-tikkettar taż-żejt taż-żebbuġa

Fir-rigward tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għall-banana:

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1229 97 adottat abbażi tal-Artikolu 75(2) jirretifika ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1333/2011 li jistabbilixxi l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għall-banana, regoli dwar il-verifika tal-konformità ma’ dawk l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni u r-rekwiżiti għan-notifiki fis-settur tal-banana.

Fir-rigward tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għall-bajd:

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2168 98 adottat abbażi tal-Artikolu 75(2) jemenda r-Regolament (KE) Nru 589/2008 dwar l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għall-bajd tat-tiġieġ li jitrabba barra meta t-tiġieġ ikollhom aċċess limitat għal barra.

Fir-rigward tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għall-frott u l-ħxejjex:

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/428 99 adottat abbażi tal-Artikolu 75(2) jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 fir-rigward tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni fis-settur tal-frott u l-ħxejjex.

Fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi u t-termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid:

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1353 100 adottat abbażi tal-Artikolu 100(3) emenda r-Regolament (KE) Nru 607/2009 fir-rigward tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid u s-sinonimi tagħhom li jistgħu jidhru fuq it-tikketti tal-inbid.

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 101 adottat abbażi tal-Artikolu 109, l-Artikolu 114 u l-Artikolu 122 jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini, l-indikazzjonijiet ġeografiċi u t-termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni. Dan iħassar ukoll ir-Regolament (KE) Nru 607/2009.



Fir-rigward tas-settur taz-zokkor:

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1166 102 adottat abbażi tal-Artikolu 125(4)(b) jemenda l-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-termini tax-xiri tal-pitravi fis-settur taz-zokkor mill-1 ta’ Ottubru 2017.

Fir-rigward tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi:

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/232 103 adottat abbażi tal-Artikoli 173(1) u 223(2) jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward ta’ ċerti aspetti tal-kooperazzjoni tal-produtturi.

Fir-rigward tal-kummerċ ma’ pajjiżi terzi:

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1538 104 adottat abbażi tal-Artikolu 177(1)(b), l-Artikolu 177(2)(a), (b) u (e), u l-Artikolu 192(4) jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni, ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera u l-prova ta’ raffinar ta’ prodotti taz-zokkor bil-kodiċi NM 1701 skont ftehimiet preferenzjali, għas-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2015/2016 u 2016/2017 u jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009.

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/232 105 adottat abbażi tal-Artikolu 177 jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-regoli għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni.

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/94 106 adottat abbażi tal-Artikolu 185 jiffissa tnaqqis b’rata fissa għad-dazju tal-importazzjoni għas-sorgu fi Spanja importat minn pajjiżi terzi. Dawn l-atti delegati skadew fit-28 ta’ Frar 2018.

Fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ komunikazzjoni:

Ir-Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1183 107 adottat abbażi tal-Artikolu 223(2) jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013) fir-rigward tan-notifiki ta’ informazzjoni u ta’ dokumenti lill-Kummissjoni (ara wkoll il-punt 3.3 D)).

Ir-Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1965 108 adottat abbażi tal-Artikolu 223(2)(a) jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 fir-rigward tan-natura u t-tip ta’ informazzjoni li għandha tiġi notifikata għal-liċenzji fis-settur tar-ross

B) Miżuri eċċezzjonali temporanji ta’ appoġġ

Tnejn u għoxrin att delegat ġew adottati biex jittieħdu miżuri eċċezzjonali temporanji ta’ appoġġ biex jiġu indirizzati jew evitati d-disturbi fis-suq abbażi tal-Artikolu 219(1) 109 :

1)Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 913/2014 110 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali ta’ appoġġ għall-produtturi tal-ħawħ u tan-nuċiprisk

2)Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 932/2014 111 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ ċertu frott u ħxejjex u li jemenda r-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 913/2014.

3)Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 950/2014 112 li jiftaħ skema temporanja eċċezzjonali ta’ għajnuna għall-ħżin privat ta’ ċerti ġobnijiet u li jiffissa bil-quddiem l-ammont ta’ għajnuna.

Dan l-att delegat tħassar permezz tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 992/2014 113 , peress li l-iskema ta’ għajnuna ma kinitx tidher adegwata biex tirreaġixxi b’mod effettiv u effiċjenti għad-disturbi fis-suq li rriżultaw mill-projbizzjoni fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti tal-ħalib mill-Unjoni lejn ir-Russja.

4)Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 949/2014 114 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali għas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib fil-forma ta’ estensjoni tal-perjodu tal-intervent pubbliku għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat fl-2014.

5)Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2014 115 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali addizzjonali ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ ċertu frott u ħxejjex.

6)Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1263/2014 116 li jipprevedi għajnuna temporanja eċċezzjonali għall-produtturi tal-ħalib fl-Estonja, fil-Latvja u fil-Litwanja.

7)Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1336/2014 117 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali għas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib fil-forma ta’ estensjoni tal-perjodu ta’ intervent pubbliku għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat fl-2015.

8)Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1370/2014 118 li jipprevedi għajnuna temporanja eċċezzjonali għall-produtturi tal-ħalib fil-Finlandja.

9)Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1369 119 li jemenda r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali addizzjonali ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ ċertu frott u ħxejjex.

10)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1549 120 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali għas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib fil-forma ta’ estensjoni tal-perjodu ta’ intervent pubbliku għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat fl-2015 u l-estensjoni tal-perjodu ta’ intervent pubbliku għall-butir u t-trab tal-ħalib xkumat fl-2016.

11)Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1852 121 li fetaħ skema temporanja eċċezzjonali ta’ għajnuna għall-ħżin privat għal ċerti ġobnijiet u li ffissa bil-quddiem l-ammont tal-għajnuna.

12)Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1853 122 li jipprevedi għajnuna temporanja eċċezzjonali għall-bdiewa fis-setturi tal-bhejjem.

13)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/558 123 li awtorizza ftehimiet u deċiżjonijiet ta’ kooperattivi u ta’ tipi oħra ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-ħalib u dak tal-prodotti tal-ħalib dwar l-ippjanar tal-produzzjoni.

14)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/921 124 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali addizzjonali ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ ċertu frott u ħxejjex.

Dan l-att delegat ġie emendat permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/376 125 biex jiġu riallokati l-kwantitajiet mhux użati notifikati skont l-Artikolu 2(4) ta’ dak ir-Regolament

15)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1614 126 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali għas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib fil-forma tal-estensjoni tal-perjodu ta’ intervent pubbliku għat-trab tal-ħalib xkumat fl-2016 u li jestendi l-perjodu ta’ intervent pubbliku għat-trab tal-ħalib xkumat fl-2017 u li jidderoga mir-Regolament (UE) 2016/1238 fir-rigward tal-applikazzjoni kontinwa tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 fir-rigward tal-għajnuna għall-ħżin privat skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 948/2014 u r-Regolament (UE) Nru 1272/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-intervent pubbliku skont dan ir-Regolament.

16)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1612 127 li jipprevedi għajnuna għal tnaqqis fil-produzzjoni tal-ħalib (ara wkoll il-punt 2.3B)).

17)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1613 128 li jipprovdi għal għajnuna ta’ aġġustament eċċezzjonali lill-produtturi tal-ħalib u lill-bdiewa f’setturi tal-bhejjem oħrajn (ara wkoll il-punt 2.3B).

18)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/286 129 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/1613 fir-rigward tal-bdiewa li jrabbu l-annimali fir-reġjuni tal-Italja milquta mit-terremoti.

19)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1165 130 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ ċertu frott.

20)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1533 131 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/1165 fir-rigward tal-miżuri temporanji eċċezzjonali ta’ appoġġ għall-produtturi tal-ħawħ u tan-nuċiprisk fil-Greċja, fi Spanja u fl-Italja.

Skont il-fehim komuni dwar l-atti delegati 132 , l-esperti tal-Istati Membri ġew ikkonsultati fil-Grupp ta’ Esperti dwar is-Swieq Agrikoli, b’mod partikolari fir-rigward tal-aspetti li jaqgħu taħt ir-Regolament dwar l-OKS Unika dwar dawn ir-Regolamenti kollha. Ir-Regolamenti ġew notifikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’dikjarazzjoni tar-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta’ urġenza, meta ntużat din il-proċedura 133 . La l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma ħarġu xi oġġezzjoni għal xi Regolament Delegat.

Fl-20 ta’ Frar 2015, il-Kummissjoni adottat Regolament Delegat li jemenda r-Regolament (KE) Nru 376/2008 fir-rigward tal-obbligu li tiġi ppreżentata liċenzja għall-importazzjonijiet tal-etanol ta’ oriġini agrikola u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2336/2003 li introduċa ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 670/2003 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi dwar is-suq tal-etanol ta’ oriġini agrikola.

L-Att Delegat neħħa l-obbligu li tiġi ppreżentata liċenzja tal-importazzjoni għall-importazzjonijiet tal-etanol ta’ oriġini agrikola fl-UE, inkluż id-depożitu ta’ garanzija. L-Att Delegat neħħa wkoll l-obbligu għall-UE li tfassal u tippubblika karta tal-bilanċi tal-UE għall-etanol ta’ oriġini agrikola u l-obbligu li kull tliet xhur l-Istati Membri jipprovdu informazzjoni dwar il-produzzjoni, ir-rimi u l-istokks.

Fl-20 ta’ Mejju 2015, il-Parlament Ewropew oġġezzjona għar-Regolament Delegat. Għalhekk ma daħalx fis-seħħ.

Il-Kummissjoni ma adottat l-ebda att delegat skont l-Artikolu 3(4), 4, 18, 59, 75 (6), 76 (4), 77 (5), 78, 79, 83, 87, 88, 132, 140, 143, 166, 186, 190 u 202.

L-Artikolu 3(4) jittratta d-definizzjonijiet dwar is-settur tar-ross. S’issa l-Kummissjoni ma identifikatx il-ħtieġa li jiġu emendati d-definizzjonijiet stabbiliti.

L-Artikolu 4 jittratta l-aġġustamenti għan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni użata għall-prodotti agrikoli. S’issa l-emendi għan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni ma kienu jeħtieġu l-ebda emenda tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

L-Artikolu 18 jittratta l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ għajnuna għall-ħżin privat għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 17. Fir-rigward tal-prodotti tal-ħalib u ta’ prodotti eliġibbli oħra mill-annimali, il-Kummissjoni qieset li preferibbilment ma jiġux stabbiliti minn qabel il-kundizzjonijiet li taħthom il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tagħti għajnuna għall-ħżin privat. Dan jista’ joħloq aspettattivi għall-operaturi fis-settur rilevanti u għalhekk jikkondizzjona d-deċiżjonijiet kummerċjali tagħhom. Il-Kummissjoni wriet li kienet effettiva meta użat l-Għajnuna għall-Ħżin Privat, u d-deċiżjoni li tirrikorri għal dan l-istrument kienet dejjem ibbażata fuq analiżi soda tas-suq. Ġeneralment, it-tliet elementi stabbiliti mill-att bażiku (il-limiti ta’ referenza, il-kost u l-ħtieġa li tingħata tweġiba fil-pront) kienu biżżejjed s’issa sabiex jitnieda l-ħżin privat meta s-sitwazzjoni kienet teħtieġ dan.

L-Artikolu 59 jittratta l-għajnuna fis-settur tal-ħops. Il-Kummissjoni s’issa ma identifikat l-ebda ħtieġa għal regolamentazzjoni ulterjuri fis-settur tal-ħops.

L-Artikolu 75(6) jittratta l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għal setturi oħra minbarra dawk stabbiliti fl-Artikolu 75(1). Il-Kummissjoni s’issa ma identifikat l-ebda ħtieġa speċifika għall-estensjoni tal-lista li tinsab fl-Artikolu 75(1). Bħalissa l-Kummissjoni qiegħda tevalwa r-rwol tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni inġenerali.

L-Artikolu 76 jittratta derogi speċifiċi għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti fis-settur tal-frott u l-ħxejjex. Il-Kummissjoni s’issa ma identifikat l-ebda ħtieġa li tistabbilixxi tali derogi.

L-Artikolu 77(5) jittratta derogi għall-obbligu ta’ ċertifikazzjoni għall-ħops. Il-Kummissjoni s’issa ma identifikat l-ebda ħtieġa li tistabbilixxi tali derogi.

L-Artikolu 78(2) u (4) jittratta modifiki, derogi jew eżenzjonijiet għad-definizzjonijiet u d-deskrizzjonijiet tal-bejgħ previsti fl-Anness VII kif ukoll l-ispeċifikazzjoni u l-applikazzjoni tagħhom. S’issa l-Kummissjoni ma identifikat l-ebda ħtieġa biex temenda jew tissupplimenta l-Anness VII abbażi tal-eżiġenzi evolventi tal-konsumaturi, il-progress tekniku jew il-ħtieġa għall-innovazzjoni tal-prodotti. Barra minn hekk, l-ebda Stat Membru ma rrapporta li ltaqa’ ma diffikultajiet biex jifhem sew id-definizzjonijiet u d-deskrizzjonijiet tal-bejgħ previsti fl-Anness VII.

L-Artikolu 78(5) jittratta regoli dwar l-indikazzjoni tal-ispeċijiet tal-annimali minn fejn joriġina l-ħalib fil-prodotti tal-ħalib. L-Anness VII attwalment jirrikjedi li, fir-rigward tal-ħalib, l-ispeċijiet tal-annimali li minnha joriġina l-ħalib għandha tiġi ddikjarata, jekk mhijiex bovina. Il-Kummissjoni s’issa ma identifikat l-ebda ħtieġa biex testendi dawn ir-regoli għal prodotti oħra tal-ħalib.

L-Artikolu 79 jittratta t-tolleranza relatata mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni. Fil-każ taż-żejt taż-żebbuġa, il-frott u l-ħxejjex u l-inbid, il-limiti huma inkorporati fl-istandard, li għalhekk diġà jintegra l-kunċett ta’ inċertezza tal-metodi ta’ analiżi fil-livell stabbilit bħala limitu għad-diversi parametri. Għalhekk ma hemmx bżonn li tintuża t-tolleranza fil-metodi biex jiġu espressi r-riżultati. Ġeneralment, ir-regoli dwar it-tolleranza ma wrewx li huma meħtieġa għas-setturi, peress li ma hemm l-ebda “tbatija bla bżonn” anki fin-nuqqas ta’ dawn ir-regoli dwar it-tolleranza.

L-Artikolu 83 jittratta regoli nazzjonali għal ċerti prodotti u setturi. Il-Kummissjoni ma identifikatx il-ħtieġa li jiġu stabbiliti regoli ulterjuri f’dan ir-rigward.

L-Artikolu 87 u 88 jittrattaw regoli għat-termini riżervati fakultattivi addizzjonali. Attwalment ma hemmx termini riżervati fakultattivi għall-prodotti tal-ħalib, iżda diversi termini riżervati fakultattivi speċifiċi definiti fir-rigward tal-laħam u l-bajd tat-tjur, kif previst fl-Artikolu 85. Il-Kummissjoni ma identifikatx il-ħtieġa li tirriżerva termini riżervati fakultattivi addizzjonali oħra, abbażi tal-aspettattivi tal-konsumaturi, l-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku, is-sitwazzjoni fis-suq jew l-iżviluppi fl-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni u fl-istandards internazzjonali.

L-Artikolu 132 jittratta t-termini ta’ xiri u l-kuntratti ta’ kunsinna fis-settur taz-zokkor. L-Anness XI rrefera biss għall-perjodu tranżizzjonali sal-aħħar tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2016/2017. Bejn l-2013 u l-2017 ma kienx hemm il-ħtieġa li jiġi emendat.

L-Artikolu 140 jittratta l-użu taz-zokkor industrijali, tal-isoglukożju industrijali jew tal-ġulepp industrijali. Bejn l-2013 u l-2017 ma kienx hemm il-ħtieġa li jiġu emendati l-kundizzjonijiet tal-użu taz-zokkor industrijali.

L-Artikolu 143 jittratta miżuri fis-settur taz-zokkor. Sa tmiem is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2016/2017 ma kienx hemm il-ħtieġa li jiġu emendati dawn ir-regoli.

L-Artikolu 166 jittratta miżuri biex jiġi ffaċilitat l-aġġustament tal-provvista u r-rekwiżiti tas-suq. Il-partijiet interessati ma għamlu l-ebda talba għal tali regoli.

L-Artikolu 186 jittratta r-regoli għall-kwota tariffarja għall-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli. Din is-setgħa għadha ma ntużatx, iżda s-servizzi tal-Kummissjoni qed jaħdmu fuq abbozz ta’ regolament delegat dwar sistema amministrattiva ġdida għall-kwoti tariffarji agrikoli li tiġi mmaniġġjata permezz tal-liċenzji.

L-Artikolu 190 jittratta derogi għall-obbligi relatati mal-attestazzjoni u mat-tikkettar tal-prodotti tal-ħops. Il-Kummissjoni s’issa ma identifikat l-ebda ħtieġa għal tali regoli.

L-Artikolu 202 jittratta r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni. Fil-kuntest tal-Konferenza Ministerjali ta’ Nairobi tad-WTO fl-2015, l-UE qablet li tabolixxi s-sussidji fuq l-esportazzjonijiet tal-biedja u għalhekk, l-awtonomizzazzjoni ma ntużatx.

4.4.Konklużjonijiet

Il-Kummissjoni eżerċitat is-setgħat delegati tagħha b’mod korrett. Bl-eċċezzjoni tal-għoti tas-setgħa lill-Artikolu 202, ma jistax jiġi eskluż li fil-futur se jkunu meħtieġa l-awtorizzazzjonijiet.

Il-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta dan ir-Rapport ftit xhur qabel l-iskadenza legali aħħarija msemmija fil-punti 1.2, 2.2., 3.2. u 3.4. ta’ dan ir-Rapport, għaliex dan jippermetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jkollhom stampa ġenerali tal-użu tal-awtonomizzazzjoni għall-atti delegati fl-erba’ Regolamenti ewlenin tal-Politika Agrikola Komuni, meta l-koleġiżlaturi jkunu qed jiddiskutu l-proposti tal-Kummissjoni għall-Politika Agrikola Komuni wara l-2020. 134 .

Il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jieħdu nota ta’ dan ir-Rapport.

(1)      Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487
(2)      Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320
(3)      Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 994/2014 tat-13 ta’ Mejju 2014 li jemenda l-Annessi VIII u VIIIc tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Annessi II, III u VI tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 280, 24.9.2014, p. 1
(4)      Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1378/2014 tas-17 ta’ Ottubru 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 367, 23.12.2014, p. 16
(5)      Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/791 tas-27 ta’ April 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, ĠU L 127, 22.5.2015, p. 1
(6)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/142 tat-2 ta’ Diċembru 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 28, 4.2.2016, p. 8
(7)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/162 tat-23 ta’ Novembru 2017 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 30, 2.2.2018, p. 6
(8)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/71 tad-9 ta’ Novembru 2018 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 16, 18.1.2019, p. 1
(9)      Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003, ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16
(10)      Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608
(11)      Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020, ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884
(12)      Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/623 tal-21 ta’ April 2015 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020, ĠU L 103, 22.4.2015, p. 1
(13)      Fehim Komuni dwar l-atti delegati mill-2011 (mhux ippubblikat) u Fehim Komuni bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-Atti Delegati, anness tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(14)      Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2014 tal- 11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jintroduċi dispożizzjonijiet tranżitorji, ĠU L 227, 31.7.2014, p. 1
(15)      Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1367 tal-4 ta’ Ġunju 2015 li jemenda r-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 807/2014 dwar dispożizzjonijiet tranżitorji għal programmi tal-iżvilupp rurali 2007-2013, ĠU L 211, 8.8.2015, p. 7
(16)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/94 tat-30 ta’ Ottubru 2018 li jemenda r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jintroduċi dispożizzjonijiet tranżitorji, ĠU L 19, 22.1.2019, p. 5
(17)      Ara n-nota 13 f’qiegħ il-paġna.
(18)      Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008, ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549
(19)      Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Aġenziji tal-Pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro, ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18
(20)      Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/160 tat-28 ta’ Novembru 2014 li jemenda r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro, ĠU L 27, 3.2.2015, p. 7.
(21)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/40 tat-3 ta’ Novembru 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuna tal-Unjoni għall-provvista ta’ frott u ħxejjex, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi u li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014, ĠU L 5, 10.1.2017, p. 11
(22)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/967 tas-26 ta’ April 2018 li jemenda r-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 907/2014 fir-rigward tan-nuqqas ta’ konformità mal-iskadenzi tal-pagament u fir-rigward tar-rata tal-kambju applikabbli għat-tfassil tad-dikjarazzjonijiet tal-infiq, ĠU L 174, 10.7.2018, p.
(23)      Ara n-nota 13 f’qiegħ il-paġna.
(24)      Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll u l-kundizzjonijiet għar-rifjut jew l-irtirar ta’ pagamenti u penali amministrattivi applikabbli għall-pagamenti diretti, l-appoġġ għall-iżvilupp rurali u l-kundizzjonalità, ĠU L 181, 20.6.2014, p. 48
(25)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1393 tal-4 ta’ Mejju 2016 li jemenda r-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 640/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll u l-kundizzjonijiet għar-rifjut jew l-irtirar ta’ pagamenti u penali amministrattivi applikabbli għall-pagamenti diretti, l-appoġġ għall-iżvilupp rurali u l-kundizzjonalità, ĠU L 225, 19.8.2016, p. 41
(26)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/723 tas-16 ta’ Frar 2017 li jemenda r-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 640/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll u l-kundizzjonijiet għar-rifjut jew l-irtirar ta’ pagamenti u penali amministrattivi applikabbli għall-pagamenti diretti, l-appoġġ għall-iżvilupp rurali u l-kundizzjonalità, ĠU L 107, 25.4.2017, p. 1
(27)      Ara n-nota 13 f’qiegħ il-paġna.
(28)      Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 906/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-infiq b’intervent pubbliku, ĠU L 255, 28.8.2014, p. 1
(29)      Fehim komuni dwar l-atti delegati mill-2011 (mhux ippubblikat).
(30)      Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1971 tat-8 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’dispożizzjonijiet speċifiċi dwar ir-rapportar ta’ irregolaritajiet li jikkonċernaw il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1848/2006, ĠU L 293, 10.11.2015, p. 6
(31)      Fehim komuni dwar l-atti delegati mill-2011 (mhux ippubblikat).
(32)      Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 499/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 dwar is-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati, ĠU L 145, 16.5.2014, p. 5
(33)      Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/560 tal- 15 ta’ Diċembru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-iskema ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli, ĠU L 93, 9.4.2015, p. 1
(34)      Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1366 tal-11 ta’ Mejju 2015 l li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-għajnuna lis-settur tal-apikultura, ĠU L 211, 8.8.2015, p. 3
(35)      Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1829 tat-23 ta’ April 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi, ĠU L 266, 13.10.2015, p. 3
(36)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1149 tal-15 ta’ April 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li jirrigwarda l-programmi ta’ appoġġ nazzjonali fis-settur tal-inbid u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008, ĠU L 190, 15.7.2016, p. 1
(37)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1237 tat-18 ta’ Mejju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dwar ir-rilaxx u t-telf ta’ garanziji ppreżentati għal tali liċenzji, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001, (KE) Nru 1342/2003, (KE) Nru 2336/2003, (KE) Nru 951/2006, (KE) Nru 341/2007 u (KE) Nru 382/2008 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2390/98, (KE) Nru 1345/2005, (KE) Nru 376/2008 u (KE) Nru 507/2008, ĠU L 206, 30.7.2016, p. 1
(38)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1238 tat-18 ta’ Mejju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-intervent pubbliku u l-għajnuna għall-ħżin privat, ĠU L 206, 30.7.2016, p. 15
(39)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1612 tat-8 ta’ Settembru 2016 biex tiġi pprovduta għajnuna għal tnaqqis fil-produzzjoni tal-ħalib, ĠU L 242, 9.9.2016, p. 4
(40)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1613 tat-8 ta’ Settembru 2016 li jipprovdi għal għajnuna ta’ aġġustament eċċezzjonali lill-produtturi tal-ħalib u lill-bdiewa f’setturi tal-bhejjem oħrajn, ĠU L 242, 9.9.2016, p. 10
(41)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/247 tas-17 ta’ Diċembru 2015 li jissupplimenta lir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuna tal-Unjoni għall-provvista u d-distribuzzjoni ta’ frott u ħxejjex, frott u ħxejjex proċessati u prodotti tal-banana fil-qafas tal-iskema tal-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel, ĠU L 46, 23.2.2016, p. 1
(42)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/40 tat-3 ta’ Novembru 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuna tal-Unjoni għall-provvista ta’ frott u ħxejjex, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi u li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014, ĠU L 5, 10.1.2017, p. 1
(43)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891 tat-13 ta’ Marzu 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-penali li jridu jiġu applikati f’dawk is-setturi u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011, ĠU L 138, 25.5.2017, p. 4
(44)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħlu l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil tad-dwieli, ir-reġistru tal-vinji, id-dokumenti ta’ akkumpanjament u ċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji, in-notifiki u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni notifikata, u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli u penali rilevanti, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008, (KE) Nru 606/2009 u (KE) Nru 607/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 kif ukoll ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/560, ĠU L 58, 28.2.2018, p. 1
(45)      Ara n-nota 13 f’qiegħ il-paġna.
(46)      Bħala referenza, ara n-nota 10 f’qiegħ il-paġna.
(47)      Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 502/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-bażi ta’ kalkolu ta’ tnaqqis li għandu jiġi applikat lill-bdiewa mill-Istati Membri minħabba t-tnaqqis lineari ta’ pagamenti fl-2014 u d-dixxiplina finanzjarja għas-sena kalendarja 2014, ĠU L 145, 16.5.2014, p. 20
(48)      Fehim komuni dwar l-atti delegati mill-2011 (mhux ippubblikat).
(49)      Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014, li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-pagamenti diretti lill-bdiewa skont skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jemenda l-Anness X ta’ dak ir-Regolament, ĠU L 181, 20.6.2014, p. 1
(50)      Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1383 tat-28 ta’ Mejju 2015 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 639/2014 rigward il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà marbuta mar-rekwiżiti tal-identifikazzjoni u tar-reġistrazzjoni tal-annimali għall-appoġġ akkoppjat skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 214, 13.8.2015, p. 1
(51)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/141 tat-30 ta’ Novembru 2015 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 639/2014 rigward ċerti dispożizzjonijiet dwar il-pagament għall-bdiewa żgħażagħ u dwar l-appoġġ akkoppjat volontarju u li jidderoga mill-Artikolu 53(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 28, 4.2.2016, p. 2
(52)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1155 tal-15 ta’ Frar 2017 li jemenda r-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 639/2014 fir-rigward ta’ miżuri ta’ kontroll relatati mal-kultivazzjoni tal-qanneb, ċerti dispożizzjonijiet dwar il-pagament ekoloġiku, il-pagament għal bdiewa żgħażagħ li jkollhom fil-kontroll tagħhom persuna ġuridika, il-kalkolu tal-ammont għal kull unità fil-qafas ta’ appoġġ volontarju akkoppjat, il-frazzjonijiet ta’ drittijiet għall-pagament u ċerti rekwiżiti ta’ notifika b’rabta mal-iskema ta’ ħlas taż-żona unika u l-appoġġ volontarju akkoppjat, u li jemenda tal-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 167, 30.6.2017, p. 1
(53)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/707 tat-28 ta’ Frar 2018 li jemenda r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 fir-rigward tal-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-appoġġ tal-qanneb skont l-iskema ta’ pagament bażiku u ċerti rekwiżiti fir-rigward tal-appoġġ akkoppjat volontarju, ĠU L 119, 15.5.2018, p. 1
(54)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1784 tad-9 ta’ Lulju 2018 li jemenda r-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 639/2014 fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet dwar il-prattiki tal-ekoloġizzazzjoni stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 293, 20.11.2018, p. 1
(55)      Ir-Regolament (UE) 2017/2393 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), (UE) Nru 1306/2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1307/2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u (UE) Nru 652/2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, ĠU L 350, 29.12.2017, p. 15
(56)    Ara n-nota 13 f’qiegħ il-paġna.
(57)      Bħala referenza, ara n-nota 3 f’qiegħ il-paġna.
(58)      Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2014 tat-18 ta’ Lulju 2014 li jemenda l-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni, ĠU L 281, 25.9.2014, p. 1
(59)      Bħala referenza, ara n-nota 4 f’qiegħ il-paġna.
(60)      Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/851 tas-27 ta’ Marzu 2015 li jemenda l-Annessi II, III u VI tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni, ĠU L 135, 2.6.2015, p. 8
(61)      Bħala referenza, ara n-nota 6 f’qiegħ il-paġna.
(62)      Bħala referenza, ara n-nota 7 f’qiegħ il-paġna.
(63)      Bħala referenza, ara n-nota 8 f’qiegħ il-paġna.
(64)      Ara n-nota 13 f’qiegħ il-paġna.
(65)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1183 tal-20 ta’ April 2017 li jissupplimenta r-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifiki lill-Kummissjoni ta’ informazzjoni u dokumenti, ĠU L 171, 4.7.2017, p. 100
(66)      Fehim Komuni bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-Atti Delegati, anness tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, ĠU L 123, 12 ta’ Mejju 2016, p. 1.
(67)      L-għoti tas-setgħa tal-Artikolu 52(10) ġie introdott permezz tar-Regolament (UE) 2017/2393 (għal referenza sħiħa ara n-nota 55 f’qiegħ il-paġna).
(68)      Ir-Regolament (UE) Nru 1310/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet transitorji dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ riżorsi u d-distribuzzjoni tagħhom fir-rigward tas-sena 2014 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1308//2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward l-applikazzjoni fis-sena 2014, ĠU L 347, 20.12.2013, p. 865
(69)      Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671
(70)      Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 501/2014 tal- 11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 826/2008 fir-rigward ta’ ċertu rekwiżiti relatati mal-prodotti agrikoli li jgawdu għajnuna għall-ħżin privat, ĠU L 145, 16.5.2014, p. 14
(71)      Għar-referenza ara n-nota 38 f’qiegħ il-paġna
(72)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/149 tal-15 ta’ Novembru 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/1238 f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-kompożizzjoni u mal-karatteristiċi tal-kwalità tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib li huma eliġibbli għall-intervent pubbliku u għall-għajnuna għall-ħżin privat, ĠU L 26, 31.1.2018, p. 11
(73)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1182 tal-20 ta’ April 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskali tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi taċ-ċanga, tal-majjal u tan-nagħaġ u dwar ir-rapportar tal-prezzijiet tas-suq ta’ ċerti kategoriji ta’ karkassi u annimali ħajjin, ĠU L 171, 4.7.2017, p. 74
(74)      Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 500/2014 tal- 11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 288/2009 fir-rigward tal-għoti ta’ għajnuna għall-miżuri ta’ akkumpanjament fil-qafas ta’ Skema tal-Frott u Ħaxix għall-Iskejjel, ĠU L 145, 16.5.2014, p. 12
(75)      Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1047/2014 tad- 29 ta’ Lulju 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istrateġija nazzjonali jew reġjonali li l-Istati Membri għandhom ifasslu għall-finijiet tal-iskema ta’ ħalib għall-iskejjel, ĠU L 291, 7.10.2014, p. 4
(76)      Bħala referenza, ara n-nota 41 f’qiegħ il-paġna.
(77)      Bħala referenza, ara n-nota 42 f’qiegħ il-paġna.
(78)      Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 611/2014 tal- 11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programmi ta’ appoġġ għas-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel, ĠU L 168, 7.6.2014, p. 55
(79)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1962 tad-9 ta’ Awwissu 2017 li jemenda r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 611/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programmi ta’ appoġġ għas-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel, ĠU L 279, 28.10.2017, p. 28
(80)      Bħala referenza, ara n-nota 32 f’qiegħ il-paġna.
(81)      Bħala referenza, ara n-nota 43 f’qiegħ il-paġna.
(82)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1145 tas-7 ta’ Ġunju 2018 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/891 fir-rigward tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, ĠU L 208, 17.8.2018, p. 1
(83)      Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 612/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 fir-rigward ta’ miżuri ġodda skont il-programmi nazzjonali ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid, ĠU L 168, 7.6.2014, p. 62
(84)      Bħala referenza, ara n-nota 36 f’qiegħ il-paġna.
(85)      Bħala referenza, ara n-nota 34 f’qiegħ il-paġna.
(86)      Bħala referenza, ara n-nota 33 f’qiegħ il-paġna.
(87)      Bħala referenza, ara n-nota 44 f’qiegħ il-paġna.
(88)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/840 tat-12 ta’ Marzu 2019 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2018/273 fir-rigward tal-importazzjoni tal-inbid li joriġina fil-Kanada u l-eżenzjoni tal-bejjiegħa bl-imnut milli jżommu reġistru tad-dħul u l-ħruġ, ĠU L 138, 24.5.2019, p. 74
(89)      Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1576 tas-6 ta’ Lulju 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 606/2009 fir-rigward ta’ ċerti prattiċi enoloġiċi u r-Regolament (KE) Nru 436/2009 fir-rigward tar-reġistrazzjoni ta’ dawn il-prattiċi fir-reġistri tal-qasam tal-inbid, ĠU L 246, 23.9.2015, p. 1
(90)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/765 tal-11 ta’ Marzu 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 606/2009 fir-rigward ta’ ċerti prattiċi enoloġiċi, ĠU L 127, 18.5.2016, p. 1
(91)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1961 tat-2 ta’ Awwissu 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 606/2009 fir-rigward ta’ ċerti prattiċi enoloġiċi, ĠU L 279, 28.10.2017, p. 25
(92)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934 tat-12 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li jirrigwarda ż-żoni ta’ vitikultura li fihom tista’ tiżdied il-qawwa alkoħolika, il-prattiki enoloġiċi awtorizzati u r-restrizzjonijiet applikabbli għall-produzzjoni u l-konservazzjoni tal-prodotti tad-dielja, il-persentaġġ minimu tal-alkoħol għall-prodotti sekondarji u r-rimi tagħhom, u l-pubblikazzjoni tal-fajls tal-OIV, ĠU L 149, 7.6.2019, p. 1
(93)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1830 tat-8 ta’ Lulju 2018 2015 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2568/91 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdal taż-żejt taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta’ analiżi rilevanti, ĠU L 266, 13.10.2016, p. 9
(94)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1226 tal-4 ta’ Mejju 2016 li jemenda l-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-termini riżervati fakultattivi għaż-żejt taż-żebbuġa, ĠU L 202, 28.7.2016, p. 5
(95)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2095 tas-26 ta’ Settembru 2016 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2568/91 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdal taż-żejt taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta’ analiżi rilevanti, ĠU L 326, 1.12.2016, p. 1
(96)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1096 tat-22 ta’ Mejju 2018 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 29/2012 fir-rigward tar-rekwiżiti għal ċerti indikazzjonijiet dwar it-tikkettar taż-żejt taż-żebbuġa, ĠU L 197, 3.8.2018, p. 3
(97)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1229 tat-3 ta’ Mejju 2017 li jirrettifika ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1333/2011 li jistabbilixxi l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għall-banana, regoli dwar il-verifika tal-konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni u r-rekwiżiti għan-notifikazzjonijiet fis-settur tal-banana, ĠU L 177, 8.7.2017, p. 6
(98)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2168 tal-20 ta’ Settembru 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 589/2008 dwar l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għall-bajd tat-tiġieġ li jitrabba barra meta t-tiġieġ ikollhom aċċess limitat għal barra, ĠU L 306, 22.11.2017, p. 6
(99)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/428 tat-12 ta’ Lulju 2018 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 fir-rigward tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, ĠU L 75, 19.3.2019, p. 1
(100)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1353 tad-19 ta’ Mejju 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 607/2009 fir-rigward ta’ varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid u s-sinonimi tagħhom li jistgħu jidhru fuq it-tikkettar tal-inbejjed, ĠU L 190, 21.7.2017, p. 5
(101)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni, ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2
(102)    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1166 tas-17 ta’ Mejju 2016 li jemenda l-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-termini tax-xiri tal-pitravi fis-settur taz-zokkor mill-1 ta’ Ottubru 2017, ĠU L 193, 19.7.2016, p. 17
(103)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/232 tal-15 ta’ Diċembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li jikkonċerna ċerti aspetti ta’ kooperazzjoni bejn il-produtturi, ĠU L 44, 19.2.2016, p. 1
(104)      Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1538 tat-23 ta’ Ġunju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni, ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera u l-prova ta’ raffinar ta’ prodotti taz-zokkor bil-kodiċi NM 1701 skont ftehimiet preferenzjali, għas-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2015/2016 u 2016/2017 u li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 u (KE) Nru 891/2009, ĠU L 242, 18.9.2015, p. 1
(105)      Bħala referenza, ara n-nota 37 f’qiegħ il-paġna.
(106)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/94 tas-16 ta’ Novembru 2017 li jiffissa tnaqqis b’rata fissa għad-dazju tal-importazzjoni għas-sorgu fi Spanja importat minn pajjiżi terzi, ĠU L 17, 23.1.2018, p. 7
(107)      Bħala referenza, ara n-nota 65 f’qiegħ il-paġna.
(108)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1965 tas-17 ta’ Awwissu 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 fir-rigward tan-natura u t-tip ta’ informazzjoni li għandha tiġi notifikata għal-liċenzji fis-settur tar-ross, ĠU L 279, 28.10.2017, p. 36
(109)      Ħlief għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1165, il-miżuri eċċezzjonali temporanji kollha ġew adottati abbażi tal-Artikolu 219(1) flimkien mal-Artikolu 228 (proċedura ta’ urġenza).
(110)      Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 913/2014 tal- 21 ta’ Awwissu 2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali ta’ appoġġ għall-produtturi tal-ħawħ u tan-nuċiprisk, ĠU L 248, 22.8.2014, p. 1
(111)      Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 932/2014 tad- 29 ta’ Awwissu 2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali ta’ appoġġ għal produtturi ta’ ċertu frott u ħaxix u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 913/2014, ĠU L 259, 30.8.2014, p. 2
(112)      Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 950/2014 tal-4 ta’ Settembru 2014 li jiftaħ skema temporanja eċċezzjonali ta’ għajnuna għall-ħżin privat ta’ ċerti ġobnijiet u jiffissa bil-quddiem l-ammont ta’ għajnuna, ĠU L 265, 5.9.2014, p. 22
(113)      Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 992/2013 tat-22 ta’ Settembru 2014 li jirrevoka r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 950/2014, ĠU L 279, 23.9.2013, p. 17
(114)      Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 949/2014 tal- 4 ta’ Settembru 2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali għas-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib fil-forma ta’ estensjoni tal-perjodu tal-intervent pubbliku għall-butir u t-trab tal-ħalib xkumat fl-2014, ĠU L 265, 5.9.2014, p. 21
(115)      Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2014 tad- 29 ta’ Settembru 2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali oħra ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ ċertu frott u ħaxix, ĠU L 284, 30.9.2014, p. 22
(116)      Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1263/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 li jistipula għajnuna temporanja eċċezzjonali lill-produtturi tal-ħalib fl-Estonja, fil-Latvja u fil-Litwanja, ĠU L 341, 27.11.2014, p. 3
(117)      Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1336/2014 tas-16 ta’ Diċembru 2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali għas-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib fil-forma ta’ avvanzar tal-perjodu ta’ intervent pubbliku għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat għall-2015, ĠU L 360, 17.12.2014, p. 13
(118)      Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1370/2014 tad- 19 ta’ Diċembru 2014 li jistipula għajnuna temporanja eċċezzjonali lill-produtturi tal-ħalib fil-Finlandja, ĠU L 366, 20.12.2014, p. 18
(119)    Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1369 tas-7 ta’ Awwissu 2015 li jemenda r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali oħra ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ ċertu frott u ħaxix, ĠU L 211, 8.8.2015, p. 17
(120)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1549 tas-17 ta’ Settembru 2015 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali għas-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib fil-forma tal-estensjoni tal-perjodu ta’ intervent pubbliku għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat għall-2015 u l-avvanzar tal-perjodu ta’ intervent pubbliku għall-butir u t-trab tal-ħalib xkumat fl-2016, ĠU L 242, 18.9.2015, p. 28
(121)      Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1852 tal-15 ta’ Ottubru 2015 li jiftaħ skema temporanja eċċezzjonali ta’ għajnuna għall-ħżin privat ta’ ċerti ġobnijiet u li jiffissa bil-quddiem l-ammont ta’ għajnuna, ĠU L 271, 16.10.2015, p. 15
(122)      Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1853 tal-15 ta’ Ottubru 2015 li jipprevedi għajnuna temporanja eċċezzjonali lill-bdiewa fis-setturi tal-bhejjem, ĠU L 271, 16.10.2015, p. 25
(123)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/558 tal-11 ta’ April 2016 li jawtorizzaw ftehimiet u deċiżjonijiet ta’ kooperattivi u ta’ tipi oħra ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib dwar l-ippjanar tal-produzzjoni, ĠU L 96, 12.4.2016, p. 18
(124)    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/921 tal-10 ta’ Ġunju 2016 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali oħra ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ ċertu frott u ħaxix, ĠU L 154, 11.6.2016, p. 3
(125)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/376 tat-3 ta’ Marzu 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/921 fir-rigward tar-riallokazzjoni ta’ kwantitajiet mhux użati nnotifikati skont l-Artikolu 2(4) ta’ dak ir-Regolament, ĠU L 58, 4.3.2017, p. 8
(126)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1614 tat-8 ta’ Settembru 2016 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali għas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib fil-forma tal-estensjoni tal-perjodu ta’ intervent pubbliku għat-trab tal-ħalib xkumat fl-2016 u li javvanza l-perjodu ta’ intervent pubbliku għat-trab tal-ħalib xkumat fl-2017 u li jidderoga mir-Regolament (UE) 2016/1238 b’rabta mal-applikazzjoni kontinwata tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 fir-rigward tal-għajnuna għall-ħżin privat skont ir-Regolament (UE) Nru 948/2014 u r-Regolament (UE) Nru 1272/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ intervent pubbliku skont dan ir-Regolament, ĠU L 242, 9.9.2016, p. 15
(127)      Bħala referenza, ara n-nota 39 f’qiegħ il-paġna.
(128)      Bħala referenza, ara n-nota 40 f’qiegħ il-paġna.
(129)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/286 tas-17 ta’ Frar 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/1613 f’dak li għandu x’jaqsam mal-bdiewa li jrabbu l-annimali fir-reġjuni tal-Italja milquta mit-terremoti, ĠU L 42, 18.2.2017, p. 7
(130)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1165 tal-20 ta’ April 2017 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ ċertu frott, ĠU L 170, 1.7.2017, p. 31
(131)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1533 tat-8 ta’ Settembru 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/1165 fir-rigward tal-miżuri temporanji eċċezzjonali ta’ appoġġ għall-produtturi tal-ħawħ u tan-nuċiprisk fil-Greċja, fi Spanja u fl-Italja, ĠU L 233, 9.9.2017, p. 1
(132)      Ara n-nota 13 f’qiegħ il-paġna.
(133)      Ara n-nota 109 f’qiegħ il-paġna.
(134)      Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li jridu jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika Agrikola komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, COM/2018/392 final - 2018/0216 (COD); Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013, COM/2018/393 final - 2018/0217 (COD); Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat, (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u (UE) Nru 229/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew, COM/2018/394 final/2