Brussell, 5.8.2019

COM(2019) 363 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

DWAR IL-FOND TA' GARANZIJA GĦALL-AZZJONI ESTERNA U L-ĠESTJONI TIEGĦU FL-2018

{SWD(2019) 314 final}


Werrej

1.Introduzzjoni

2.Il-Pożizzjoni Finanzjarja u t-Tranżazzjonijiet Sinifikanti tal-Fond ta’ Garanzija

2.1.Il-Qagħda Finanzjarja tal-Fond ta’ Garanzija fil-31 ta’ Diċembru 2018

2.2.Tranżazzjonijiet Sinifikanti mill-Fond fl-2018

2.3.Tranżazzjonijiet sinifikanti wara d-data tar-rapportar (minn tmiem Marzu 2019)

3.Rapporti finanzjarji prekonsolidati tal-Fond

3.1.Pożizzjoni Finanzjarja prekonsolidata fil-31 ta’ Diċembru 2018

3.2.Rapport tal-Introjtu Prekonsolidat

4.Ġestjoni tal-Flus tal-Fond ta’ Garanzija

4.1.Politika ta’ investiment

4.2. Il-prestazzjoni u l-iżviluppi tas-suq fl-2018

5.Talbiet mill-Fond ta’ Garanzija

6.Rimunerazzjoni tal-BEI

1.Introduzzjoni

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 (verżjoni kodifikata) (“ir-Regolament”) 1 stabbilixxa Fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni (“il-Fond”) biex jitħallsu lura l-kredituri tal-Unjoni fil-każ ta’ inadempjenza mill-benefiċjarji ta’ self maħruġ jew garantit mill-Unjoni Ewropea. Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament, il-Kummissjoni fdat il-ġestjoni finanzjarja tal-Fond lill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) skont ftehim iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea u l-BEI fil-25 ta’ Novembru 1994, u sussegwentement emendat fit-23 ta’ Settembru 1996, fit-8 ta’ Mejju 2002, fil-25 ta’ Frar 2008 u fid-9 ta’ Novembru 2010 u fit-28 ta’ Settembru 2018 2 (“il-Ftehim”).

L-Artikolu 8 tar-Regolament jitlob lill-Kummissjoni tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri dwar is-sitwazzjoni tal-Fond u l-ġestjoni tal-Fond fi tmiem is-sena kalendarja ta’ qabel għal kull sena finanzjarja sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju tas-sena ta’ wara.

Dan ir-rapport flimkien mad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni (SWD) jipprovdi din l-informazzjoni. Huwa bbażat fuq data li waslet mill-BEI, b’konformità mal-ftehim.

2.Il-Pożizzjoni Finanzjarja u t-Tranżazzjonijiet Sinifikanti tal-Fond ta’ Garanzija 

2.1.Il-Qagħda Finanzjarja tal-Fond ta’ Garanzija fil-31 ta’ Diċembru 2018

Fil-31 ta’ Diċembru 2017 il-Fond ta’ Garanzija laħaq total ta’ EUR 2,609,881,747.51 (EUR 2,560,761,844.63 mill-31 ta’ Diċembru 2017) (ara l-Anness tal-SWD: Rapporti finanzjarji tal-Fond ta’ Garanzija kif ipprovduti mill-BEI).

Fl-2018 il-valur totali tal-karta tal-bilanċ tal-Fond żdied b’madwar EUR 49,1 miljun. Dan huwa spjegat l-aktar kif ġej:

Żidiet:

·Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-UE (ammont ta’ proviżjonament) ta’ EUR 103,2 miljun biex jiġi aġġustat il-Fond għall-ammont fil-mira ta’ 9% tal-obbligazzjonijiet pendenti totali;

·Ir-riżultat ekonomiku tal-operazzjonijiet finanzjarji ammonta għal EUR 12,0-il miljun;

Tnaqqis:

·L-Interventi tal-Fond biex ikopru l-inadempjenzi fil-pagament għal ammont totali ta’ EUR 55,7 miljun.

·Il-valutazzjoni tal-portafoll naqset b’EUR 10,5 miljuni minħabba l-aġġustament tal-valur tiegħu skont il-valwazzjoni tas-suq.

2.2.Tranżazzjonijiet Sinifikanti mill-Fond fl-2018

2.2.1.Talbiet għall-Fond ta’ Garanzija 2018

Is-Sirja

Fl-2018, il-BEI baqa’ jaffaċċa arretrati fuq self sovran Sirjan. Minħabba f’hekk, u f’konformità mal-Ftehimiet ta’ Garanzija bejn l-UE u l-BEI, sal-31 ta’ Diċembru 2018 il-BEI għamel 9 sejħiet addizzjonali mill-Fond ta’ Garanzija tal-UE għal ammont totali ta’ EUR 55,73 miljun (ara l-punt 5).

L-Ajruport ta’ Enfidha (it-Tuneżija)

Fl-2018 il-BEI irkupra ammont EUR 136,092.88 mis-self lill-Ajruport ta’ Enfisha (fit-Tuneżija) li ġie kkreditat fuq il-kont tal-bank tal-Fond ta’ Garanzija bid-data tal-valur tal-15 ta’ Jannar 2019 (ara l-punt 5).

2.2.2.Proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija 2018

Fi Frar 2018 ġie trasferit ammont ta’ EUR 137,8 miljun mill-baġit lejn il-Fond li jikkorrispondi għall-ammont ta’ proviżjonament għall-2018.

Il-kalkolu tal-kontribuzzjoni mill-baġit tal-UE lejn il-Fond għall-2019 ġie kkalkolat ukoll fi Frar 2018 u rriżulta fit-trasferiment ta’ EUR 103,2 miljun fi Frar 2019. Dan ġie kkalkolat skont l-Artikolu 3 u l-Artikolu 5 tar-Regolament:

L-Artikolu 3 tar-Regolament jistabbilixxi l-ammont fil-mira għall-Fond għal 9% tat-total tal-obbligazzjonijiet tal-kapital pendenti li jirriżultaw minn kull operazzjoni, flimkien ma’ kull imgħax dovut mhux imħallas.

Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament, l-ammont li jrid jiġi trasferit mill-baġit għall-Fond fis-sena n + 1 huwa kkalkulat fuq il-bażi tad-differenza bejn l-ammont fil-mira u l-valur tal-assi netti tal-Fond fi tmiem is-sena n - 1, ikkalkulat fil-bidu tas-sena n.

Biex il-Fond jiġi aġġustat għal 9% tat-total tal-obbligazzjonijiet tal-kapital pendenti, ammont ta’ EUR 103,22 miljun kien ikkalkulat fuq il-bażi tal-operazzjonijiet garantiti pendenti fil-31 ta’ Diċembru 2017 u mdaħħla fil-baġit tal-UE tal-2019 għall-proviżjonament tal-Fond. L-ammont kien approvat mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew u rikonoxxut bħala assi (riċevibbli) tal-Fond fil-karta tal-bilanċ tal-31 ta’ Diċembru 2018.

2.3.Tranżazzjonijiet sinifikanti wara d-data tar-rapportar (minn tmiem Marzu 2019)

Fi Frar 2019, l-ammont ta’ proviżjonament imsemmi hawn fuq, ta’ EUR 103,2 miljun, ġie trasferit mill-baġit tal-UE lejn il-Fond.

F’Jannar u f’Marzu 2019, tħallsu b’kollox EUR 10,6 miljuni f’żewġ sejħiet għal pagamenti inadempjenti tas-Sirja (EUR 3,2 miljun u EUR 7,4 miljun inklużi penali applikati mill-BEI).

3.Rapporti finanzjarji prekonsolidati tal-Fond

Ir-rapporti finanzjarji prekonsolidati tal-Fond jitħejjew biex jiġu inklużi l-operazzjonijiet tal-kontijiet li ma jkunux inklużi fir-rapporti finanzjarji tal-Fond imħejjija mill-BEI (ara l-SWD). Dawn huma parti mir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-UE.

3.1.Pożizzjoni Finanzjarja prekonsolidata fil-31 ta’ Diċembru 2018

Karta tal-bilanċ — Assi

il-31 ta’ Diċembru 2018

il-31 ta’ Diċembru 2017

ASSI MHUX KURRENTI

2,275,342,664

2,077,970,486

Assi finanzjarji

2,275,342,664

2,077,970,486

ASSI KURRENTI

231,316,149

344,990,638

Assi finanzjarji

189,758,096

120,771,792

Riċevibbli

-

136,093

Flus kontanti u l-ekwivalenti ta’ flus kontanti

41,558,053

224,082,753

ASSI TOTALI

2,506,658,813

2,422,961,124

Karta tal-bilanċ - Obbligazzjonijiet

il-31 ta’ Diċembru 2018

il-31 ta’ Diċembru 2017

RIŻORSI TAL-KONTRIBUTURI

2,295,687,144

2,160,971,521

Il-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea

1,846,972,362

1,709,171,640

Riżerva ta’ valur ġust

12,227,192

22,700,055

Qligħ imfaddal

436,487,590

429,099,826

OBBLIGAZZJONIJIET MHUX KURRENTI

159,153,609

208,033,976

Provvedimenti finanzjarji

159,153,609

208,033,976

OBBLIGAZZJONIJIET KURRENTI

51,818,060

53,955,627

Provvedimenti finanzjarji

50,777,871

50,408,230

Ammonti pagabbli

1,040,189

3,547,397

RIŻORSI TOTALI TAL-KONTRIBUTURI + OBBLIGAZZJONIJIET

2,506,658,813

2,422,961,124


Id-differenza ta’ EUR 103,2 miljuni bejn il-valur totali tal-karta tal-bilanċ prekonsolidata tal-Fond (EUR 2,506,658,813) u l-valur tal-Fond fir-rapporti finanzjarji mħejjija mill-BEI (EUR 2,609,881,748) tista’ tiġi spjegata l-aktar bil-punti li ġejjin:

·Ir-rapporti finanzjarji prekonsolidati jinkludu l-ammonti kollha surrogati lill-UE bħala riżultat tal-pagamenti ta’ garanzija lill-BEI isejħu għal pagamenti parzjali ta’ self inadempjenti (arretrati dovuti flimkien mal-imgħax akkumulat fuq pagamenti li jsiru tard). Madankollu, fid-dawl tas-sitwazzjoni politika fis-Sirja u fuq il-bażi tad-deċiżjoni tal-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-KE, dawn l-ammonti ġew kompletament indeboliti fir-rapporti finanzjarji tal-2018.

·Ir-rapporti finanzjarji prekonsolidati ma jinkludux EUR 103,2 miljun ta’ kontribuzzjoni mill-baġit tal-UE għall-Fond ittrasferiti fl-2019 peress li dan ir-riċevibbli huwa paċut mill-ammont pagabbli korrispondenti fil-kontijiet konsolidati tal-UE.

·Il-provvedimenti finanzjarji ta’ EUR 209,9 miljun relatati ma’ pagamenti parzjali futuri tas-self Sirjan pendenti li għad baqa’ ġew rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji prekonsolidati fl-2018.

·Il-pagamenti ta’ sejħiet mill-Fond ta’ Garanzija għall-BEI (u fejn applikabbli l-irkupri suċċessivi tas-sejħiet u imgħax ta’ inadempjenza) huma rikonoxxuti bħala tnaqqis (żidiet) tal-Assi Netti (kontribuzzjoni tal-UE) fir-rapporti finanzjarji mħejjija mill-BEI. Fir-rapporti finanzjarji prekonsolidati, l-ammonti mħallsa għal sejħiet tal-BEI ma jitnaqqsux mill-Assi Netti peress li jsiru ammonti surrogati. L-ammonti relatati huma jew kontabilizzati bħala dħul (imgħax ta’ inadempjenza u penali li jsiru dovuti, qligħ mill-kambju barrani) jew bħala spejjeż (tat-tariffi tal-irkupru tal-BEI dovuti, indebolimenti, telf mill-kambju barrani). Dan iwassal għal differenza permanenti bejn il-partiti tal-Assi Netti (Kontribuzzjoni tal-UE u Qligħ imfaddal) rikonoxxuta fir-rapporti finanzjarji mħejjija mill-BEI u fir-rapporti finanzjarji prekonsolidati imħejjija mill-KE.

3.2.Rapport tal-Introjtu Prekonsolidat

Hekk kif isir għall-karta tal-bilanċ, ir-Rapport tal-Introjtu prekonsolidat jitħejja u jiġi inkluż fir-Rapporti Finanzjarji konsolidati tal-UE.

2018

2017

Dħul minn attivitajiet operatorji

2,928,446

939,062

Nefqiet minn attivitajiet operatorji

(4,876,241)

(3,834,219)

RIŻULTAT MINN ATTIVITAJIET OPERATORJI

(1,947,795)

(2,895,157)

Introjtu finanzjarju

30,241,834

29,913,694

Spejjeż finanzjarji

(20,906,275)

(51,793,999)

RIŻULTAT FINANZJARJU

9,335,559

(21,880,305)

RIŻULTAT EKONOMIKU TAS-SENA

7,387,764

(24,775,462)

·Id-dħul mill-attivitajiet operatorji jinkludu qligħ mill-kambju u l-ispejjeż tal-irkupru dovuti lill-BEI dwar il-bilanċ tal-2017 li jirriżulta mir-rekwiżiti tal-Ftehim il-ġdid dwar l-Irkupru li ġie ffirmat fl-2018. Il-Ftehim il-ġdid ma għadux jipprevedi pagament għat-tariffi tal-ispejjeż interni tal-BEI marbuta mal-irkupru.

·L-ispejjeż mill-attivitajiet operatorji jinkludu l-aktar it-tariffi tal-immaniġġar tal-assi tal-BEI (EUR 0.9 miljun), tariffi ta’ rkupru estern tal-BEI (EUR 1.9 miljun) u żieda fuq il-provvedimenti finanzjarji dwar il-pagamenti futuri pendenti tas-Sirja (EUR 1.9 miljun)

·Id-dħul finanzjarju jinkludi l-iktar id-dħul mill-imgħax mill-portafoll tal-investiment (EUR 6,3 miljun), qligħ realizzat fuq bejgħ ta’ assi finanzjarji (EUR 10,0 miljun) u mgħax għal ħlas tardiv akkumulat fuq ammonti surrogati (EUR 13,9 miljun)

·L-ispejjeż Finanzjarji jinkludu l-aktar it-telf minn indeboliment (EUR 19,6-il miljun) fuq ammonti surrogati lill-UE fl-2018 (ara l-punt 5), spejjeż tal-imgħax fuq flus u ekwivalenti ta’ flus (EUR 0,9 miljun) u telf realizzat fuq bejgħ ta’ assi finanzjarji (EUR 0,5 miljun).

4.Ġestjoni tal-Flus tal-Fond ta’ Garanzija 

4.1.Politika ta’ investiment 

L-assi likwidi tal-Fond huma investiti skont il-prinċipji ta’ ġestjoni stipulati fl-Anness tal-Ftehim ta’ Ġestjoni, kif emendat 3 . B’konformità ma’ dan, se jitpoġġew biżżejjed assi f’assi monteraji biex jiġu koperti l-flussi ta’ ħruġ fuq żmien qasir (anqas minn sena waħda), bi proporzjon li jrid jiġi stabbilit fl-istrateġija annwali tal-investiment. L-assi li jifdal jistgħu jiġu allokati lil strumenti ta’ terminu qasir u medju, b’maturità massima ta’ 10 snin u 6 xhur mid-data tal-pagament (portafoll fuq terminu medju u twil).

4.2.Il-prestazzjoni u l-iżviluppi tas-suq fl-2018

The year was characterized by volatile yield movements on European fixed income markets with rates moving higher in Q1 due to expectations relating to the end of the ECB’s quantitative easing policy (QE). Sussegwentement ir-rati qorbu lejn l-anqas valuri fi tmiem is-sena minħabba fit-tnaqqis tat-tkabbir ekonomiku. Il-firxiet tal-kreditu għolew matul is-sena u ċ-ċaqliqa aċċellerat f’Diċembru minħabba fil-waqgħa tas-swieq tal-ekwità u l-istennija ta’ politiki monetarji aktar stretti.

Matul is-sena, is-swieq finanzjarji ntlaqtu mill-fatturi ta’ riskju li ġejjin. L-impożizzjoni ta’ tariffi kummerċjali mill-President Trump naqqset ir-ritmu tat-tkabbir ekonomiku, u l-inflazzjoni baqgħet taħt il-miri tal-bank ċentrali minħabba fil-prezzijiet baxxi tal-kommoditajiet u fatturi tal-globalizzazzjoni. Il-perspettiva inċerta tal-Brexit kienet ta’ piż fuq l-aspetti finanzarji u korporattivi tar-Renju Unit. Ir-ramifikazzjonijiet tal-elezzjonijiet Taljani ta’ Marzu nħassu f’Mejju, hekk kif il-firxiet Taljani twessgħu għal aktar minn 250 punt bażi fil-konfront tal-Ġermanja.

Il-politika monetarja tal-banek ċentrali dinjija saret aktar stretta fl-2018. The US FED continued its rate hike cycle every quarter by 25 basis points raising the FED funds target rate to 2.50-2.75% by year-end. The ECB has reduced the monthly net asset purchases as part of its QE policy from EUR 30 billion to EUR 15 billion in September and terminated the net purchases at the end of 2018. Ir-riinvestimenti tal-bonds maturati fuq il-karta ta’ bilanċ tal-BĊE se jkomplu jappoġġaw is-swieq. Madankollu, dan l-aħħar il-politika monterja fiż-żewġ naħat tal-Atlantiku saret waħda aktar konċiljatorja b’aktar inċertezzi. The market no longer expects further FED hikes and the first interest rate increase of the ECB has been postponed to 2020. It-tkabbir ekonomiku tal-Istati Uniti huwa mistenni li jonqos minn 2,9 % fl-2018 għal 2,5 %, u minn 1.9 % għal 1.4 % għaż-żona tal-Euro.

Fil-futur qrib, fl-2019 l-volatilità tas-suq mistennija tissokta, hekk kif l-inċertezza marbuta mal-Brexit u t-tnaqqis fir-rata tat-tkabbir se tolqot lir-rati tas-swieq li bħalissa diġà jinsabu fl-anqas livelli fl-istorja. At the same time credit spreads tend to move wider as the economic cycle matures in the US and central bank asset purchases have been terminated in the EU.

The performance of the Fund portfolio was monitored on a mark-to-market (MTM) basis (fair value). During 2018, the portfolio delivered a 0.1005% MTM yearly return, outperforming its benchmark by +13.5 basis points.

5.Talbiet mill-Fond ta’ Garanzija 

Is-Sirja

Minn Novembru 2011, il-BEI qed jiffaċċa arretrati fuq self sovran Sirjan. B’hekk, u f’konformità mal-ftehimiet ta’ garanzija bejn l-UE u l-BEI, il-BEI għamel 63 sejħa fuq il-Fond ta’ Garanzija tal-UE sal-31 ta’ Diċembru 2018 għal ammont totali ta’ EUR 421,05 miljun (inklużi l-penali applikati mill-BEI u l-ammonti rkuprati).

L-Ajruport ta’ Enfidha (it-Tuneżija).

F’Jannar 2018 il-BEI irkupra ammont EUR 136,092.88 mis-self lill-Ajruport ta’ Enfisha (fit-Tuneżija) li ġie kkreditat fuq il-kont tal-bank tal-Fond ta’ Garanzija għall-Azzjonijiet esterni.

6.Rimunerazzjoni tal-BEI 

Ir-rimunerazzjoni tal-BEI hija komposta mit-tariffi ta’ ġestjoni u mit-tariffi tal-irkupru. It-tariffi ta’ ġestjoni jkopru l-ġestjoni tal-Fond. It-tariffi ta’ rkupru jkopru n-nefqiet tal-irkupru estern tal-BEI rigward talbiet wara inadempjenzi koperti mill-garanzija tal-UE għall-operazzjonijiet finanzjarji tal-BEI barra mill-Unjoni.

It-tieni Ftehim Supplimentari għall-Ftehim tat-8 ta’ Mejju 2002 jistabbilixxi li t-tariffi ta’ ġestjoni tal-Bank għandhom jiġu kkalkulati bl-applikazzjoni ta’ rati annwali digressivi għal kull segment tal-assi tal-Fond. Din ir-rimunerazzjoni hija kkalkulata fuq il-bażi tal-medja annwali tal-assi tal-Fond.

It-tariffi ta’ ġestjoni tal-Bank għall-2018 ġew iffissati għal EUR 894,626 u ddaħħlu bħala spiża fir-Rapport tal-Introjtu u bħala dovuti (obbligazzjonijiet) fil-Karta tal-Bilanċ.

Il-Ftehim ta’ Rkupru li ġie ffirmat bejn il-Kummissjoni u l-Bank f’Diċembru 2018 jipprevedi biss il-ħlas tal-infiq tal-irkupru estern (u m’għadux jinkludi l-intern) tal-BEI.

(1)    ĠU L 145, 10.6.2009, p. 10; ir-Regolament ikkodifika u ħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2728/94 tal-31 ta’ Ottubru 1994 li jistabbilixxi Fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni. Dan ġie emendat fl-14.3.2018 mir-Regolament (UE) 2018/409 tal-PE u tal-Kunsill
(2)   Il-Ftehim Supplimentari Nru 5 tal-Ftehim dwar il-Ġestjoni tal-Fond ta’ Garanzija bejn l-Unjoni Ewropea u l-Fond Ewropew tal-Investiment - Ref. Ares(2018)5207374 - 10/10/2018.
(3)    Kif emendat bil-Ftehim Supplimentari Nru 1 tat-23 ta’ Settembru 1996, il-Ftehim Supplimentari Nru 2 tat-8 ta’ Mejju 2002, il-Ftehim Supplimentari Nru 3 tal-25 ta’ Frar 2008, il-Ftehim Supplimentari Nru 4 tad-9 ta’ Novembru 2010 u l-Ftehim Supplimentari Nru 5 tad-5 ta’ Settembru 2018.