30.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 158/829


P8_TA(2019)0410

L-adattament ta' għadd ta' atti ġuridiċi li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju mal-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE – parti I ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta' atti ġuridiċi li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (COM(2016)0799 – C8-0524/2016 – 2016/0400A(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 158/57)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0799),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 33, l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 53(1), l-Artikolu 62, l-Artikolu 64(2), l-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 114, l-Artikolu 153(2)(b), l-Artikolu 168(4) (a), l-Artikolu 168(4)(b), l-Artikolu 172, l-Artikolu 192(1), l-Artikolu 207, l-Artikolu 214(3) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0524/2016),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 33, l-Artikolu43(2), l-Artikolu53(1), l-Artikolu62, l-Artikolu91, l-Artikolu100(2), l-Artikolu114, l-Artikolu153(2)(b), l-Artikolu168(4)(b), l-Artikolu172, l-Artikolu192(1), l-Artikolu207(2), l-Artikolu214(3), u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-1 ta' Ġunju 2017 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-1 ta' Diċembru 2017 (2),

wara li kkunsidra l-ittri tal-Kumitat għall-Affarijiet għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tas-7 ta’ Marzu 2019 li tawtorizza lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali biex jaqsam il-proposta tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq u biex ifassal żewġ rapporti leġiżlattivi separati fuq il-bażi tagħhom,

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-27 ta' Frar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0190/2019),

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u wkoll l-opinjonijiet u l-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0020/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sostanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sostanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 288, 31.8.2017, p. 29.

(2)  ĠU C 164, 8.5.2018, p. 82.


P8_TC1-COD(2016)0400A

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta' atti legali li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/1243.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni Konġunta mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni

Fil-punt 27 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, it-tliet istituzzjonijiet irrikonoxxew il-ħtieġa għall-allinjament tal-leġislazzjoni kollha eżistenti mal-qafas legali introdott mit-Trattat ta' Lisbona, u b'mod partikolari l-ħtieġa li tingħata prijorità għolja lill-allinjament fil-pront tal-atti bażiċi kollha li għadhom jirreferu għall-proċedura regolatorja bi skrutinju. Wara l-proposta tal-Kummissjoni għal dak il-għan, dan ir-Regolament iwieġeb għal dik il-ħtieġa billi jipprevedi l-allinjament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju f'għadd sinifikanti ta' atti inklużi f'dik il-proposta. It-tliet istituzzjonijiet ser ikomplu jaħdmu fuq l-allinjament tal-atti li jifdal ta' dik il-proposta.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tieħu nota tal-għażla tal-koleġiżlaturi li jipprevedu terminu limitat b’rabta mas-setgħat kollha li fir-rigward tagħhom il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun allinjata permezz ta’ dan ir-Regolament, flimkien ma’ obbligu ta’ rapportar u tiġdid taċitu tas-setgħa. B’mod partikolari fid-dawl tal-għadd kbir ta’ rapporti li jiġu ppreżentati regolarment u l-fatt li l-informazzjoni dwar l-użu tas-setgħat hija disponibbli faċilment permezz tar-Reġistru tal-Atti Delegati, il-Kummissjoni tenfasizza li għandha d-diskrezzjoni dwar il-mod li permezz tiegħu se tikkonforma mal-obbligu ta’ rapportar. Għaldaqstant, fejn xieraq il-Kummissjoni tista’ tlaqqa’ għadd ta’ rapporti li jkunu se jitressqu taħt diversi atti bażiċi f’dokument wieħed.