|
30.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 158/475 |
P8_TA(2019)0405
Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 (COM(2018)0385 – C8-0249/2018 – 2018/0209(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2021/C 158/52)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0385), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0249/2018), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2018 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-9 ta' Ottubru 2018 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra mill-President tiegħu lill-presidenti tal-kumitati tal-25 ta’ Jannar 2019 li tispjega l-approċċ tal-Parlament għall-programmi settorjali tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) wara l-2020, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra mill-Kunsill lill-President tal-Parlament Ewropew tal-1 ta’ April 2019 li tikkonferma l-ftehim komuni milħuq bejn il-koleġiżlaturi matul in-negozjati, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Kumitat għall-Biedja u Iżvilupp Rurali (A8-0397/2018), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (3); |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sostanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sostanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 62, 15.2.2019, p. 226.
(2) ĠU C 461, 21.12.2018, p. 156.
(3) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fil-11 ta’ Diċembru 2018 (Testi adottati, P8_TA(2018)0487).
P8_TC1-COD(2018)0209
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192 (1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1) |
Il-politika u l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-ambjent u l-klima u l-enerġija ▌wasslu għal titjib sostanzjali fl-istat tal-ambjent. Madankollu, għad baqa' sfidi ambjentali u klimatiċi kbar li, jekk ma jiġux indirizzati, se jkollhom konsegwenzi negattivi sinifikanti għall-Unjoni u għall-benessri taċ-ċittadini tagħha. |
|
(2) |
Il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE), stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għall-perjodu bejn l-2014 sal-2020 huwa l-aħħar wieħed minn sensiela ta' programmi tal-Unjoni li tul 25 sena appoġġaw l-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni u ta' prijoritajiet politiċi ambjentali u klimatiċi. Dan ġie vvalutat b'mod pożittiv f'evalwazzjoni ta' nofs it-terminu reċenti (5) bħala li jinsab fit-triq it-tajba biex ikun effettiv, effiċjenti u rilevanti. Il-Programm LIFE 2014-2020 għalhekk jenħtieġ li jitkompla b'ċerti modifiki identifikati fl-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu u fil-valutazzjonijiet sussegwenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi stabbilit Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (“il-Programm LIFE ”) għall-perjodu li jibda mill-2021. |
|
(3) |
Il-Programm LIFE , li jimmira li jikseb l-għanijiet u l-miri tal-Unjoni stabbiliti mil-leġiżlazzjoni rilevanti , mill-pjanijiet, mill-politika u mill-impenji internazzjonali fil-qasam tal-ambjent, il-klima u l-enerġija nadifa, jenħtieġ li jikkontribwixxi, f'konformità ma' tranżizzjoni ġusta, għat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, ibbażata fuq l-enerġija rinnovabbli, newtrali għall-klima u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, għall-protezzjoni , ir-restawr u t-titjib tal-ambjent , inklużi l-arja, l-ilma u l-ħamrija, u s-saħħa, biex jieqaf u jitreġġa' lura t-telf tal-bijodiversità, fosthom permezz tal-appoġġ għall-implimentazzjoni u l-ġestjoni tan-Netwerk Natura 2000 u l-indirizzar tad-degradazzjoni tal-ekosistemi, jew permezz ta' interventi diretti jew bl-appoġġ tal-integrazzjoni ta' dawk l-għanijiet f'politiki oħra. Jenħtieġ li l-programm LIFE jappoġġa wkoll l-implimentazzjoni tal-programmi ta' azzjoni Ġenerali adottati skont l-Artikolu 192(3) tat-TFUE, bħas-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali (6). |
|
(4) |
L-Unjoni hija impenjata li tiżviluppa rispons komprensiv għall-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli tal-Aġenda tan-Nazzjonijiet Uniti għall-2030 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, li jenfasizza l-konnessjoni intrinsika bejn il-ġestjoni tar-riżorsi naturali biex tiġi żgurata d-disponibbiltà tagħhom fuq perjodu ta' żmien twil, is-servizzi ekosistemiċi, ir-rabta tagħhom mas-saħħa tal-bniedem u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli u soċjalment inklużiv. F'dan l-ispirtu, il-Programm LIFE jenħtieġ li jirrifletti l-prinċipji tas-solidarjetà ▌, filwaqt li jagħti kontribuzzjoni materjali kemm għall-iżvilupp ekonomiku kif ukoll għall-koeżjoni soċjali. |
|
(4a) |
Bil-għan li jiġi promoss żvilupp sostenibbli, ir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u klimatika jenħtieġ li jiġu integrati fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki u tal-attivitajiet kollha tal-Unjoni. Jenħtieġ li għaldaqstant jiġu promossi s-sinerġiji anke b'mod komplementari ma' programmi ta' finanzjament oħra tal-Unjoni, inkluż billi jiġi ffaċilitat il-finanzjament tal-attivitajiet li jikkomplementaw proġetti integrati strateġiċi u proġetti strateġiċi dwar in-natura u li jappoġġaw l-użu u r-replika ta' soluzzjonijiet żviluppati fl-ambitu tal-Programm. Koordinazzjoni hija meħtieġa sabiex jiġi evitat li jkun hemm finanzjament doppju. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu passi biex jipprevjenu sovrapożizzjoni u piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji tal-proġett, li jirriżultaw mill-obbligi ta' rapportar minn strumenti finanzjarji differenti. |
|
(5) |
Il-Programm LIFE jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli u għall-ksib tal-għanijiet u l-miri tal-leġiżlazzjoni, tal-istrateġiji, tal-pjanijiet u tal-impenji internazzjonali tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent u tal-enerġija ▌rilevanti, b'mod partikolari l-Aġenda tan-Nazzjonijiet Uniti għall-2030 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (7), il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (8), il-Ftehim ta' Pariġi adottat taħt il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (9) (“il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima”) , u fost oħrajn il-Konvenzjoni UNECE dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (il-“Konvenzjoni ta' Aarhus”), il-Konvenzjoni UNECE dwar it-Tniġġis tal-Arja Transkonfini fuq Distanza Kbira, il-Konvenzjoni tan-NU ta' Basilea dwar il-Kontroll tal-Movimenti li Jaqsmu l-Fruntieri tal-Iskart ta' Riskju u d-Disponiment Minnhom, il-Konvenzjoni tan-NU ta' Rotterdam dwar il-Proċedura ta' Kunsens Infurmat minn Qabel għal Ċerti Kimiċi u Pestiċidi Perikolużi fil-Kummerċ Internazzjonali u l-Konvenzjoni tan-NU ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes . ▌ |
|
(6a) |
L-Unjoni Ewropea tagħti importanza kbira lis-sostenibbiltà fit-tul tar-riżultati tal-proġetti LIFE u lill-kapaċità li tiżgura u żżomm dawn ir-riżultati wara l-implimentazzjoni tal-proġett, fost oħrajn b'kontinwazzjoni tal-proġetti, b'replika u/jew bi trasferiment. |
|
(7) |
Il-konformità mal-impenji tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima teħtieġ it-trasformazzjoni tal-Unjoni f'soċjetà sostenibbli, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, ibbażata fuq l-enerġija rinnovabbli, newtrali għall-klima u reżiljenti għat-tibdil fil-klima Din, min-naħa l-oħra, tirrikjedi azzjonijiet, b'enfasi speċjali fuq is-setturi li jikkontribwixxu l-aktar għal-livelli attwali tal-output u tat-tniġġis minn gassijiet b'effett ta' serra, li jippromwovu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-enerġija rinnovabbli, kif ukoll li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u tal-Pjanijiet Nazzjonali Integrati dwar l-Enerġija u l-Klima tal-Istati Membri u l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija għall-2050 u fuq terminu twil , f'konformità mal-objettivi fit-tul tal-Ftehim ta' Pariġi . Il-Programm LIFE jenħtieġ li jinkludi wkoll miżuri li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar l-adattament għall-klima biex titnaqqas il-vulnerabbiltà għall-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima. |
|
(7a) |
Il-proġetti fil-qafas tas-subprogramm il-ġdid Transizzjoni Lejn Enerġija Nadifa tal-Programm LIFE jenħtieġ li jiffokaw fuq il-ħolqien tal-bini tal-kapaċità u d-diffużjoni ta' għarfien, ħiliet, tekniki, metodi u soluzzjonijiet innovattivi biex jinkisbu l-għanijiet tal-leġiżlazzjoni u l-politika tal-Unjoni dwar it-transizzjoni lejn l-enerġija rinnovabbli u effiċjenza akbar fl-użu tal-enerġija. Dawn huma tipikament il-koordinazzjoni u l-azzjonijiet ta' appoġġ b'valur miżjud għoli tal-UE, li għandhom l-għan li jeliminaw l-ostakli tas-suq li jfixklu t-tranżizzjoni soċjoekonomika lejn enerġija sostenibbli, li tipikament jinvolvu partijiet ikkonċernati żgħar u ta' daqs medju, atturi multipli inklużi awtoritajiet pubbliċi lokali u reġjonali u organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ. Dawn l-azzjonijiet iġibu magħhom diversi benefiċċji, bħall-indirizzar tal-faqar enerġetiku, it-titjib tal-kwalità tal-arja interna, it-tnaqqis ta' sustanzi niġġiesa lokali bis-saħħa tat-titjib fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u ż-żieda ta' enerġiji rinnovabbli distribwiti, u l-kontribuzzjoni għal effetti ekonomiċi lokali pożittivi u aktar tkabbir soċjalment inklużiv. |
|
(8) |
Sabiex isir kontribut għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-impenji internazzjonali tal-Unjoni għad-dekarbonizzazzjoni, jeħtieġ li t-trasformazzjoni tas-settur tal-enerġija tiġi aċċellerata . L-azzjonijiet għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet li jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn effiċjenza fl-użu tal-enerġija ▌ u l-enerġija rinnovabbli , iffinanzjati sal-2020 taħt Orizzont 2020 (10), jenħtieġ li jiġu integrati fis-subprogramm tal-Programm LIFE peress li l-għan tagħhom mhuwiex li jiffinanzjaw l-eċċellenza u li jiġġeneraw l-innovazzjoni, iżda li jiffaċilitaw l-użu ta' teknoloġija diġà disponibbli għall-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, li se tikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Il-Programm LIFE għandu jinvolvi l-partijiet ikkonċernati u s-setturi kollha involuti fi tranżizzjoni lejn enerġija nadifa . L-inklużjoni ta' dawn l-attivitajiet ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-Programm LIFE toffri potenzjal għal sinerġiji bejn is-subprogrammi u żżid il-koerenza ġenerali tal-finanzjament tal-Unjoni. Għalhekk, id-data jenħtieġ li tinġabar u tiġi ddiseminata dwar l-adozzjoni ta' soluzzjonijiet eżistenti ta' riċerka u innovazzjoni fil-proġetti LIFE, inkluż mill-programm Orizzont Ewropa u l-predeċessuri tiegħu. |
|
(9) |
Il-valutazzjoni tal-impatt għall-emendar tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (11) ▌ tistima li t-twettiq tal-miri tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 se jeħtieġ investimenti addizzjonali ta' EUR 177 biljun kull sena fil-perjodu bejn l-2021 u l-2030. L-akbar lakuni huma marbuta mal-investimenti fid-dekarbonizzazzjoni tal-bini (l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira), fejn il-kapital irid jiġi dirett lejn proġetti ta' natura distribwita ħafna. Wieħed mill-għanijiet tas-subprogramm dwar it-Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa , li jkopri t-tħejjija għall-użu tal-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, huwa li jibni l-kapaċità għall-iżvilupp u għall-aggregazzjoni ta' tali proġetti , li permezz tiegħu jgħin ukoll biex jiġu assorbiti l-fondi mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u jikkatalizza investimenti f'enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, anki billi juża l-istrumenti finanzjarji pprovduti taħt l-InvestEU |
|
( 9a) |
Il-programm LIFE huwa l-uniku programm iddedikat b'mod speċifiku għall-ambjent u l-azzjoni klimatika u għaldaqstant jiżvolġi rwol kruċjali fl-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-Unjoni f'dawk l-oqsma; |
|
(10) |
Is-sinerġiji ma' Orizzont Ewropa jenħtieġ li jiżguraw li l-bżonnijiet fil-qasam tar-riċerka u tal-innovazzjoni biex jiġu indirizzati l-isfidi ambjentali, klimatiċi u tal-enerġija fi ħdan l-UE jiġu identifikati u stabbiliti matul il-proċess tal-ippjanar strateġiku tar-riċerka u l-innovazzjoni ta' Orizzont Ewropa. Il-Programm LIFE jenħtieġ li jkompli jaġixxi bħala katalizzatur għall-implimentazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE dwar l-ambjent, il-klima u l-enerġija […] rilevanti, inkluż billi jintużaw u jiġu applikati r-riżultati tar-riċerka u tal-innovazzjoni minn Orizzont Ewropa u jgħin biex dawn jintużaw fuq skala ikbar fejn dawn jistgħu jgħinu biex jiġu indirizzati kwistjonijiet ambjentali, klimatiċi jew ta' tranżizzjoni lejn enerġija▌. Il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni ta' Orizzont Ewropa jista' jipprovdi appoġġ għall-espansjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni ta'' ideat rivoluzzjonarji ġodda li jistgħu jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-proġetti LIFE. Bl-istess mod, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati wkoll is-sinerġiji mal-Fond ta' Innovazzjoni fil-qafas tas-Sistema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet. |
|
(11) |
Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni mill-Programm LIFE tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kwalunkwe programm ieħor tal-Unjoni , sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. L-azzjonijiet li jirċievu finanzjament kumulattiv minn programmi differenti tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu vverifikati darba biss, billi jkopru l-programmi kollha involuti u r-regoli applikabbli rispettivi tagħhom. |
|
(12) |
▌ L-aktar Komunikazzjoni tal-Kummissjoni riċenti dwar ir-Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali (EIR) (12) tindika li jenħtieġ progress sinifikanti biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-acquis tal-Unjoni dwar l-ambjent u biex tittejjeb l-integrazzjoni u l-mainstreaming tal-għanijiet ambjentali u klimatiċi f'politiki oħra. Għaldaqstant, il-Programm LIFE jenħtieġ li jaġixxi bħala katalizzatur biex jindirizza l-isfidi orizzontali, sistemiċi kif ukoll il-kawżi prinċipali għan-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni kif ġie identifikat fl-EIR u biex jikseb il-progress meħtieġ permezz tal-iżvilupp, tal-ittestjar u tar-replikazzjoni ta' approċċi ġodda; l-appoġġ għall-iżvilupp tal-politika, il-monitoraġġ u l-analiżi; it-titjib tal-governanza dwar kwistjonijiet ambjentali, kwistjonijiet b'rabta mat-tibdil fil-klima u mat-tranżizzjoni għal enerġija nadifa, inkluż billi jissaħħaħ l-involviment tal-partijiet ikkonċernati fil-livelli kollha, kif ukoll permezz tal-bini ta' kapaċità, il-komunikazzjoni u s-sensibilizzazzjoni ; il-mobilizzazzjoni tal-investimenti li ġejjin mill-programmi kollha ta' investiment tal-Unjoni jew minn sorsi finanzjarji oħra u l-appoġġ għal azzjonijiet biex jingħelbu d-diversi ostakli għall-implimentazzjoni effettiva tal-pjanijiet ewlenin meħtieġa mil-leġiżlazzjoni ambjentali. |
|
(13) |
It-twaqqif u t-treġġigħ lura tat-telf tal-bijodiversità, id-degradazzjoni tal-ekosistemi, inkluż f'ekosistemi tal-baħar, jeħtieġu appoġġ għall-iżvilupp, għall-implimentazzjoni, għall-infurzar u għall-valutazzjoni tal-leġiżlazzjoni u tal-politika rilevanti tal-Unjoni, inkluża l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020 (13), id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (14) u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) u r-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), b'mod partikolari bl-iżvilupp ta' bażi ta' għarfien għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni tal-politika u bl-iżvilupp, l-ittestjar, id-dimostrazzjoni u l-applikazzjoni tal-aħjar prattiki u soluzzjonijiet , bħall-ġestjoni effikaċi, fuq skala żgħira jew imfassla apposta għal kuntesti lokali, reġjonali jew nazzjonali speċifiċi, inklużi approċċi integrati għall-implimentazzjoni tal-oqsfa ta' azzjoni prijoritizzati ppreparati fuq il-bażi tad-Direttiva 92/43/KEE. L-Unjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jsegwu n-nefqa tagħhom relatata mal-bijodiversità sabiex jissodisfaw l-obbligi ta' rappurtar tagħhom skont il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika. Jenħtieġ li jiġu ssodisfati wkoll ir-rekwiżiti għas-segwiment f'leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni. L-infiq tal-Unjoni relatat mal-bijodiversità se jiġi segwit bl-użu ta' sett ta' markaturi (17). |
|
(14) |
L-evalwazzjonijiet u l-valutazzjonijiet reċenti, inkluż ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020 u l-Kontroll tal-Idoneità tal-leġiżlazzjoni dwar in-Natura, jindikaw li waħda mill-kawżi sottostanti ewlenin tal-implimentazzjoni insuffiċjenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar in-natura u tal-istrateġija għall-bijodiversità hija n-nuqqas ta' finanzjament adegwat. L-istrumenti ewlenin ta' finanzjament tal-Unjoni, inkluż il-[Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd], jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikanti biex jintlaħqu dawk il-ħtiġijiet fuq bażi komplementari . Il-Programm LIFE jista' jtejjeb aktar l-effiċjenza ta' tali integrazzjoni permezz ta' proġetti strateġiċi dwar in-natura ddedikati għall-katalizzazzjoni tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u tal-politika tal-Unjoni dwar in-natura u l-bijodiversità, inklużi l-azzjonijiet stabbiliti fl-Oqfsa ta' Azzjoni ta' Prijorità żviluppati skont id-Direttiva 92/43/KEE. Il-proġetti strateġiċi dwar in-natura jenħtieġ li jappoġġaw programmi ta' azzjonijiet fl-Istati Membri għall-integrazzjoni tal-għanijiet tan-natura u tal-bijodiversità rilevanti f'politiki oħra u fi programmi ta' finanzjament, u b'hekk ikun żgurat li jiġu mmobilizzati fondi adattati għall-implimentazzjoni ta' dawn il-politiki. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu fi ħdan il-Pjan Strateġiku għall-Politika Agrikola Komuni li jużaw ċertu proporzjon tal-allokazzjoni tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali biex jinkiseb appoġġ għal azzjonijiet li jikkomplementaw il-Proġetti Strateġiċi dwar in-Natura kif definiti f'dan ir-Regolament. |
|
(15) |
L-iskema volontarja għall-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi fit-Territorji extra-Ewropej (BEST) tippromwovi l-konservazzjoni tal-bijodiversità, inkluża l-bijodiversità tal-baħar, u l-użu sostenibbli ta' servizzi ekosistemiċi, inklużi approċċi bbażati fuq l-ekosistema għall-adattament u għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, fir-Reġjuni Ultraperifiċi tal-Unjoni u fil-Pajjiżi u fit-Territorji Extra-Ewropej. Bis-saħħa tal-azzjoni preparatorja BEST adottata fl-2011 u tal-Programm BEST 2.0 u l-proġett BEST RUP li segwew, BEST għenet biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar l-importanza ekoloġika tar-Reġjuni Ultraperifiċi u tal-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej u r-rwol ewlieni tagħhom fil-konservazzjoni tal-bijodiversità globali. L-estimi tal-Kummissjoni Ewropea juru l-ħtieġa ta' appoġġ finanzjarju ta' EUR 8 miljun fis-sena għal azzjonijiet fil-post f'dawn it-territorji . Fid-Dikjarazzjonijiet Ministerjali tagħhom tal-2017 u l-2018, il-Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej esprimew l-apprezzament tagħhom għal din l-iskema ta' għotjiet żgħar għall-bijodiversità. Għaldaqstant huwa xieraq li l-Programm LIFE jiffinanzja għotjiet żgħar għall-bijodiversità , inklużi azzjonijiet katalitiċi u azzjonijiet għat-tisħiħ tal-kapaċità, kemm fir-Reġjuni Ultraperiferiċi kif ukoll fil-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej. |
|
(16) |
Il-promozzjoni tal-ekonomija ċirkolari u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi teħtieġ bidla ▌ fil-mod ta' kif jiġu mfassla, prodotti, kkonsmati, msewwija, użati mill-ġdid, riċiklati u mormija l-materjali u l-prodotti, inklużi l-plastiks , b'attenzjoni fuq iċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja tal-prodotti. Il-Programm LIFE jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn mudell ta' ekonomija ċirkolari permezz ta' appoġġ finanzjarju mmirat lejn varjetà ta' atturi (in-negozji, l-awtoritajiet pubbliċi u l-konsumaturi), b'mod partikolari billi japplika, jiżviluppa u jirreplika l-aħjar teknoloġiji, prattiki u soluzzjonijiet imfassla apposta għal kuntesti lokali, reġjonali jew nazzjonali speċifiċi, inkluż permezz ta' approċċi integrati għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart u għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet tal-immaniġġjar u l-prevenzjoni tal-iskart. Permezz ta' appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tas-16 ta' Jannar 2018 dwar “Strateġija Ewropea għall-plastiks f'ekonomija ċirkolari” tista' tittieħed azzjoni biex tiġi indirizzata b'mod partikolari l-problema tal-iskart tal-baħar. |
|
(16a) |
Livell għoli ta' protezzjoni ambjentali huwa ta' importanza fundamentali għas-saħħa u għall-benessri taċ-ċittadini tal-Unjoni. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-objettiv tal-Unjoni li tipproduċi u tuża sustanzi kimiċi b'modi li jwasslu għat-tnaqqis tal-effetti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, bil-ħsieb li jintlaħaq l-objettiv ta' ambjent mhux tossiku fl-UE. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa wkoll attivitajiet li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) sabiex jinkisbu livelli tal-istorbju li ma jwasslux għal impatti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem u joħolqu riskji għal din. |
|
(17) |
L-għan fit-tul tal-Unjoni għall-politika dwar l-arja huwa li jinkisbu livelli ta' kwalità tal-arja li ma jikkawżawx impatti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem u riskji għal din u għall-ambjent, filwaqt li jissaħħu s-sinerġiji bejn it-titjib tal-kwalità tal-arja u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gass serra . Is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar it-tniġġis tal-arja hija għolja u ċ-ċittadini jistennew li l-awtoritajiet jaġixxu , b'mod partikolari f'żoni fejn il-popolazzjoni u l-ekosistemi huma esposti għal livelli għolja ta' sustanzi li jniġġsu fl-arja . Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) tenfasizza r-rwol li jista' jkollu l-finanzjament tal-Unjoni biex jintlaħqu l-għanijiet tal-arja nadifa. Għalhekk, il-Programm LIFE jenħtieġ li jappoġġa proġetti, inklużi l-proġetti integrati strateġiċi, li għandhom il-potenzjal li jisfruttaw fondi pubbliċi u privati, biex ikunu eżempji ta' prattika tajba u katalizzaturi għall-implimentazzjoni ta' pjanijiet u leġiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja fil-livell lokali, reġjonali, multireġjonali, nazzjonali u transnazzjonali. |
|
(18) |
Id-Direttiva 2000/60/KE (20) stabbiliet qafas għall-protezzjoni tal-ilmijiet tal-wiċċ, tal-ilmijiet tal-kosta, tal-ilmijiet tranżizzjonali u tal-ilma ta' taħt l-art. L-għanijiet ta' dik id-Direttiva huma appoġġati ▌ minn implimentazzjoni u ▌integrazzjoni aħjar tal-għanijiet tal-politika dwar l-ilma f'oqsma ta' politiki oħrajn. Għalhekk il-Programm LIFE jenħtieġ li jappoġġa proġetti li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva 2000/60/KE u ta' leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni dwar l-ilma li tikkontribwixxi biex jinkiseb status tajjeb tal-korpi tal-ilma tal-Unjoni permezz tal-applikazzjoni, tal-iżvilupp u tar-replikazzjoni tal-aħjar prattiki, kif ukoll permezz tal-mobilizzazzjoni ta' azzjonijiet komplementari taħt programmi jew sorsi finanzjarji oħra tal-Unjoni. |
|
(19) |
Il-protezzjoni u r-restawr tal-ambjent tal-baħar huma wieħed mill-miri ġenerali tal-politika ambjentali tal-Unjoni. Il-Programm LIFE jenħtieġ li jappoġġa dan li ġej: il-ġestjoni, il-konservazzjoni, ir-restawr u l-monitoraġġ tal-bijodiversità u tal-ekosistemi tal-baħar b'mod partikolari f'siti tal-baħar ta' Natura 2000 u l-protezzjoni tal-ispeċi skont l-oqfsa ta' azzjoni prijoritizzati żviluppati skont id-Direttiva 92/43/KEE; il-ksib ta' Status Ambjentali Tajjeb skont id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21); il-promozzjoni ta' ibħra nodfa u b'saħħithom; l-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istrateġija ▌dwar il-plastik f'ekonomija ċirkolari, biex tiġi indirizzata b'mod partikolari l-problema tal-irkaptu tas-sajd mitluf u tal-iskart tal-baħar; u l-promozzjoni tal-involviment tal-Unjoni fil-governanza internazzjonali tal-oċeani li hija essenzjali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Aġenda tan-Nazzjonijiet Uniti għall-2030 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli u biex jiġu ggarantiti oċeani b'saħħithom għall-ġenerazzjonijiet futuri. Il-proġetti integrati strateġiċi u l-proġetti strateġiċi dwar in-natura tal-Programm LIFE jenħtieġ li jinkludu azzjonijiet rilevanti li jkollhom il-mira li jipproteġu l-ambjent tal-baħar. |
|
(20) |
It-titjib tal-governanza fuq kwistjonijiet ambjentali, it-tibdil fil-klima u kwistjonijiet relatati ta' tranżizzjoni lejn enerġija ▌jeħtieġ l-involviment tas-soċjetà ċivili billi tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, fosthom permezz ta' strateġija ta' komunikazzjoni li tieħu kont tal-midja l-ġdida u n-netwerks soċjali, l-involviment tal-konsumaturi u t-twessigħ tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati fil-livelli kollha , inklużi l-organizzazzjoni nongovernattivi, f'konsultazzjoni dwar il-politiki relatati u l-implimentazzjoni tagħhom Għaldaqstant, huwa xieraq li l-Programm jappoġġa firxa wiesgħa ta' NGOs kif ukoll netwerks ta' entitajiet mingħajr skop ta' qligħ li jsegwu għan li huwa ta' interess ġenerali tal-Unjoni, u li huma primarjament attivi fil-qasam tal-ambjent jew l-azzjoni klimatika, bl-għoti, b'mod kompetittiv u trasparenti, ta' għotjiet operattivi sabiex jgħinu lil dawn l-NGOs, in-netwerks u l-entitajiet jagħmlu kontribuzzjonijiet effikaċi għall-politika tal-Unjoni, u biex jibnu u jsaħħu l-kapaċità tagħhom biex isiru sħab aktar effiċjenti. |
|
(21) |
Filwaqt li t-titjib tal-governanza fil-livelli kollha jenħtieġ li jkun l-għan trasversali għas-subprogrammi kollha tal-Programm LIFE , il-Programm LIFE jenħtieġ li jappoġġa l-iżvilupp u l-implimentazzjoni u l-infurzar u l-konformità mal-acquis dwar l-ambjent u l-klima, b'mod partikolari l-leġiżlazzjoni orizzontali dwar il-governanza ambjentali, inkluża l-leġiżlazzjoni li timplimenta l-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UNECE) dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (22). |
|
(22) |
Il-Programm LIFE jenħtieġ li jħejji u jappoġġa lill-atturi fis-suq għal tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli , ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, ibbażata fuq l-enerġija rinnovabbli, newtrali għall-klima u reżiljenti għat-tibdil fil-klima billi jittestja opportunitajiet tan-negozju ġodda, jaġġorna l-ħiliet professjonali, jiffaċilita l-aċċess tal-konsumaturi għall-prodotti u s-servizzi sostenibbli, jinvolvi u jagħti s-setgħa lill-influwenzaturi u jittestja metodi ġodda biex jiġu adattati l-proċessi u l-pajsaġġ kummerċjali eżistenti. Biex tkun appoġġata l-adozzjoni kummerċjali usa' ta' soluzzjonijiet sostenibbli, jenħtieġ li jiġu promossi l-aċċettazzjoni tal-pubbliku ġenerali u l-involviment tal-konsumatur. |
|
(22a) |
Il-Programm huwa mfassal biex jappoġġa d-dimostrazzjoni ta' tekniki, approċċi u l-aħjar prattiki li jistgħu jiġu rreplikati u estiżi. Soluzzjonijiet innovattivi jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali u s-sostenibbiltà, b'mod partikolari għall-iżvilupp ta' prattiki ta' biedja sostenibbli fl-oqsma attivi fis-suġġetti tal-klima, l-ilma, il-ħamrija, il-bijodiversità u l-iskart. Għandha ssir enfasi f'dan ir-rigward fuq is-sinerġiji ma' programmi u politiki oħra, bħas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-Produttività u s-Sostenibbiltà Agrikola u l- Iskema ta' ġestjoni u verifika ambjentali tal-UE. |
|
(23) |
Fil-livell tal-Unjoni, investimenti kbar f'azzjonijiet ambjentali u klimatiċi huma primarjament iffinanzjati minn programmi ta' finanzjament ewlenin tal-Unjoni (integrazzjoni). Għaldaqstant huwa kruċjali li jiżdiedu l-isforzi ta' integrazzjoni, biex jiġu żgurati s-sostenibbiltà, il-bijodiversità u l-protezzjoni kontra t-tibdil fil-klima ta' programmi ta' finanzjament oħra tal-Unjoni u l-integrazzjoni ta' salvagwardji tas-sostenibbiltà fl-istrumenti kollha tal-Unjoni . Fil-kuntest tar-rwol katalitiku tagħhom, il-proġetti strateġiċi integrati u l-proġetti strateġiċi dwar in-natura li jridu jiġu żviluppati taħt il-Programm LIFE jenħtieġ li jisfruttaw opportunitajiet ta' finanzjament fi ħdan dawk il-programmi ta' finanzjament u sorsi oħrajn ta' finanzjament bħalma huma l-fondi nazzjonali, u joħolqu s-sinerġiji. |
|
(23a) |
Is-suċċess ta' proġetti strateġiċi għall-protezzjoni tan-natura u ta' proġetti integrati strateġiċi jiddependi fuq kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali u l-atturi mhux statali affettwati mill-objettivi tal-Programm. Il-prinċipji ta' trasparenza u ta' żvelar rigward deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-valutazzjoni u l-monitoraġġ ta' proġetti jenħtieġ li, għalhekk, jiġu applikati, b'mod partikolari fil-każ ta' integrazzjoni jew meta jkunu involuti sorsi ta' finanzjament multipli. |
|
(24) |
Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima b'mod koordinat u ambizzjuż, skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm LIFE se jikkontribwixxi biex jiġu integrati l-azzjonijiet klimatiċi u biex tinkiseb mira ġenerali ta' minn tal-inqas 25 % tal-infiq tal-baġit tal-UE li jappoġġa l-għanijiet klimatiċi matul il-perjodu tal-QFP 2021-2027, u mira annwali ta' 30 % malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mill-2027 . L-azzjonijiet taħt il-Programm LIFE huma mistennija li jikkontribwixxu 61 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-Programm LIFE għall-għanijiet klimatiċi. Matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm LIFE se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta' rieżami rilevanti. |
|
(25) |
Fl-implimentazzjoni tal-Programm LIFE , jenħtieġ tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-istrateġija għar-reġjuni ultraperiferiċi (23) fid-dawl tal-Artikolu 349 TFUE u l-ħtiġijiet u l-vulnerabbiltajiet speċifiċi ta' dawn ir-reġjuni. Il-politiki tal-Unjoni, għajr il-politiki ambjentali, klimatiċi u politiki rilevanti dwar l-enerġija, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati wkoll. |
|
(26) |
B'appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Programm LIFE , il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkollabora man-netwerk tal-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali (NCP) tal-Programm LIFE bil-għan li tistimola l-kooperazzjoni mmirata biex ittejjeb s-servizzi NCP fl-UE kollha u tagħmilhom aktar effikaċi, kif ukoll bil-ħsieb li żżid il-kwalità tal-proposti ppreżentati , torganizza seminars u workshops, tippubblika listi ta' proġetti ffinanzjati taħt il-Programm LIFE jew twettaq attivitajiet oħra, bħall-kampanji tal-midja, sabiex ixxandar aħjar ir-riżultati tal-proġetti u biex tiffaċilita skambji ta' esperjenza, għarfien u l-aħjar prattiki u r-replikazzjoni tar-riżultati tal-proġetti fl-Unjoni kollha , u b'hekk tippromwovi l-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni . Jenħtieġ li dawn l-attivitajiet, b'mod partikolari, ikunu mmirati għall-Istati Membri b'użu baxx ta' fondi u jenħtieġ li jiffaċilitaw il-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni bejn il-benefiċjarji tal-proġetti, l-applikanti jew il-partijiet ikkonċernati ta' proġetti li tlestew u dawk li għadhom għaddejjin fl-istess qasam. Huwa essenzjali li tali attivitajiet ta' komunikazzjoni u kooperazzjoni jiġu indirizzati lill-awtoritajiet reġjonali u lokali u lill-partijiet ikkonċernati. |
|
(26a) |
Il-kwalità hija l-kriterju ġenerali li jirregola l-proċess tal-evalwazzjoni u tal-għoti tal-proġetti fil-Programm LIFE. Sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Programm LIFE madwar l-Unjoni u sabiex tippromwovi kwalità għolja tal-proposti għall-proġetti, jenħtieġ li l-finanzjament għall-proġetti ta' assistenza teknika għall-parteċipazzjoni effettiva bi fil-Programm LIFE jsir disponibbli. Il-Kummissjoni jenħtieġ li ssegwi kopertura ġeografika effettiva abbażi tal-kwalità fl-Unjoni kollha, inkluż billi tappoġġa lill-Istati Membri sabiex iżidu l-kwalità tal-proġetti permezz tal-bini tal-kapaċità. L-ispeċifikazzjoni tal-parteċipazzjoni effettiva baxxa u l-attivitajiet eleġibbli, u l-kriterji għall-għoti għall-Proġett LIFE se jiġu stabbiliti fil-Programm ta' Ħidma Pluriennali ggwidat mill-parteċipazzjoni u r-rata ta' suċċess tal-applikanti mill-Istati Membri rispettivi b'kont meħud, fost l-oħrajn, tal-popolazzjoni u tad-densità tal-popolazzjoni, tal-arja totali tas-siti ta' Natura 2000 għal kull Stat Membru espressa bħala proporzjon tal-arja totali ta' Natura 2000 u tal-proporzjon tat-territorju ta' Stat Membru kopert minn siti ta' Natura 2000. Jenħtieġ li l-attivitajiet eliġibbli jkunu ta' tali natura li jkollhom l-għan li jtejbu l-kwalità tal-applikazzjoni għall-proġetti. |
|
(27) |
In-Netwerk tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni u l-Infurzar tal-Liġi Ambjentali (IMPEL), in-Netwerk Ewropew tal-Prosekuturi għall-Ambjent (ENPE), il-Forum tal-Unjoni Ewropea tal-Imħallfin għall-Ambjent (EUFJE (24)) inħolqu biex jiffaċilitaw il-kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri u għandhom rwol uniku fl-infurzar tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni. Dawn jipprovdu kontribuzzjoni sostanzjali biex tissaħħaħ il-konsistenza fl-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni fl-Unjoni kollha, filwaqt li jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, jikkontribwixxu għal titjib fil-kwalità tal-ispezzjoni ambjentali u l-mekkaniżmi tal-infurzar tal-liġi permezz ta' sistema ta' netwerking kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell tal-Istati Membri, u jipprovdu skambju ta' informazzjoni u esperjenza f'livelli amministrattivi differenti, kif ukoll permezz ta' taħriġ u diskussjonijiet fil-fond dwar kwistjonijiet ambjentali u aspetti ta' infurzar, inkluż l-proċessi tal-monitoraġġ u tal-permessi. Fid-dawl tal-kontribuzzjoni tagħhom għall-għanijiet tal-Programm LIFE , jixraq li jiġi awtorizzat l-għoti ta' għotjiet lil IMPEL, ENPE u EUFJE, mingħajr sejħa għal proposti sabiex ikompli jingħata appoġġ lill-attivitajiet ta' dawn l-assoċjazzjonijiet. Barra minn hekk, f'każijiet oħra jista' ma tkunx meħtieġa sejħa skont ir-rekwiżiti ġenerali tar-Regolament Finanzjarju, eż. għall-korpi maħtura mill-Istati Membri u li joperaw taħt ir-responsabbiltà tagħhom, fejn dawk l-Istati Membri jkunu identifikati bħala benefiċjarji ta' għotja permezz ta' att leġiżlattiv tal-Unjoni. |
|
(28) |
Jixraq li jiġi stabbilit pakkett finanzjarju għall-Programm LIFE li jrid jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja, fi ħdan it-tifsira tal-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (25), għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali. |
|
(28a) |
Ir-rati ta' kofinanzjament massimi jenħtieġ li jiġu stabbiliti f'livelli li jkunu meħtieġa sabiex jinżamm il-livell effettiv ta' sostenn ipprovdut mill-Programm. Sabiex titqies l-adattabbiltà meħtieġa fid-dawl tal-firxa eżistenti ta' azzjonijiet u entitajiet, ir-rati ta' kofinanzjament speċifiċi se jiffaċilitaw iċ-ċertezza, filwaqt li jżommu grad ta' flessibbiltà li tista' tingħata skont il-ħtiġijiet jew ir-rekwiżiti speċifiċi. Ir-rati ta' kofinanzjament speċifiċi għandhom dejjem ikunu soġġetti għar-rati massimi ta' kofinanzjament rilevanti stabbiliti. |
|
(29) |
Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b'mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta' għotjiet, akkwist, premji, implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu verifiki dwar ir-responsabbiltà ta' protagonisti finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, billi r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja soda u effettiva tal-finanzjament tal-UE. |
|
(30) |
Skont ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26) (“ir-Regolament Finanzjarju”), ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27) , ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 (28), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (29) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (30),jeħtieġ li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet , inklużi frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi , inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ( “l-UPPE” ) jista' jinvestiga u jressaq ▌ reati kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni , kif previst mid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31). Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, ▌lill-UPPE fir-rigward ta' dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw f'kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939 , u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA), u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. |
|
(31) |
It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni, jenħtieġ li jintgħażlu skont il-ħila tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. Fir-rigward tal-għotjiet, dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi u skali ta' kostijiet unitarji. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura implimentazzjoni li faċilment tiġi esegwita u li tippromwovi semplifikazzjoni reali għall-mexxejja tal-proġetti. |
|
(32) |
Fejn ikun adatt, l-għanijiet ta' politika tal-Programm LIFE jenħtieġ li jiġu indirizzati wkoll permezz ta' strumenti finanzjarji u garanzija baġitarja taħt ▌l-InvestUE, i nkluż bl-ammont allokat mill-Programm LIFE kif speċifikat fil-programmi ta' ħidma pluriennali fil-qafas tal-Programm LIFE . |
|
(33) |
Skont l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE (32), l-entitajiet stabbiliti f'pajjiżi u territorji extra-Ewropej (PTEE) huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-Programm LIFE u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li miegħu l-pajjiż jew it-territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut. Il-parteċipazzjoni ta' dawn l-entitajiet f'dan il-Programm LIFE jenħtieġ li tiffoka primarjament fuq proġetti taħt is-subprogramm Natura u Bijodiversità. |
|
(34) |
Il-Programm jenħtieġ li jkun miftuħ għal pajjiżi terzi skont il-ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet speċifiċi għall-parteċipazzjoni tagħhom; |
|
(35) |
Il-pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jieħdu sehem fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-ftehim ŻEE, li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta' deċiżjoni skont dak il-ftehim. Il-pajjiżi terzi jistgħu wkoll jipparteċipaw fuq il-bażi ta' strumenti legali oħra. Jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika f'dan ir-Regolament li tagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) kif ukoll lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw b'mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom. |
|
(36) |
Skont il-punti 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, hemm il-ħtieġa li jiġi evalwat dan il-Programm LIFE fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari fuq l-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm LIFE fuq il-post. L-impatt sħiħ tal-Programm LIFE huwa dovut għall-effetti indirett, fit-tul u diffiċli li jitkejlu li jikkontribwixxu lejn il-ksib tal-firxa sħiħa ta' għanijiet klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni. Għall-monitoraġġ tal-Programm LIFE , l-indikaturi tal-output dirett u r-rekwiżiti ta' segwiment stabbiliti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu kkomplementati minn aggregazzjoni ta' indikaturi speċifiċi fil-livell tal-proġetti li jridu jiġu deskritti fil-programmi ta' ħidma pluriennali jew is-sejħiet għall-proposti, fost l-oħrajn fir-rigward ta' Natura 2000 u l-emissjonijiet ta' ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja. |
|
(36a) |
B'mod li jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-adozzjoni ta' programmi ta' ħidma pluriennali, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33) . Jekk il-Kumitat għall-Programm LIFE ma jagħti ebda opinjoni dwar abbozz ta' att ta' implimentazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, ma tadottax l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni. |
|
(37) |
Sabiex jiġi żgurat li l-appoġġ u l-implimentazzjoni tal-Programm huma konsistenti mal-politiki u l-prijoritajiet tal-Unjoni u komplementari għal strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni, is-setgħa biex jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni , u dan bil-għan li temenda l-indikaturi jew tissupplimenta dan ir-Regolament fid-dawl tal-indikaturi, kif ukoll sabiex jiġi stabbilit qafas għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni . Hu ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. |
|
(38) |
Billi l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-kontribuzzjoni għal livell għoli ta' protezzjoni ambjentali u azzjoni klimatika ambizzjuża b'governanza tajba u approċċ b'diversi partijiet ikkonċernati għall-iżvilupp sostenibbli u għall-ilħuq tal-għanijiet u tal-miri tal-leġiżlazzjoni, tal-istrateġiji, tal-pjanijiet jew tal-impenji internazzjonali tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ambjent, il-bijodiversità , il-klima, l-ekonomija ċirkolari u l-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija rilevanti ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti ta' dan ir-Regolament, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet. |
|
(39) |
Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 jenħtieġ li jitħassar, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) (il-“Programm LIFE ”).
Dan jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm LIFE , il-baġit għall-perjodu bejn l-2021 u l-2027, il-forom ta' finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta' dan it-tip ta' finanzjament.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“proġetti strateġiċi dwar in-natura” tfisser proġetti li jappoġġaw il-ksib tal-għanijiet tal-Unjoni fir-rigward tan-natura u tal-bijodiversità billi jimplimentaw programmi ta' azzjoni koerenti fl-Istati Membri biex jintegraw dawn l-għanijiet u l-prijoritajiet f'politiki u strumenti ta' finanzjament oħra, inkluż permezz ta' implimentazzjoni kkoordinata tal-oqfsa ta' azzjoni prijoritarji stabbiliti skont id-Direttiva 92/43/KEE; |
|
(2) |
“proġetti integrati strateġiċi” tfisser proġetti li jimplimentaw fuq skala reġjonali, multireġjonali, nazzjonali jew transnazzjonali, strateġiji ambjentali jew klimatiċi jew pjanijiet ta' azzjoni żviluppati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u meħtieġa minn leġiżlazzjoni jew politiki speċifiċi u rilevanti tal-Unjoni dwar l-ambjent, il-klima jew l-enerġija ▌, filwaqt li jiżguraw l-involviment tal-partijiet ikkonċernati u jippromwovu l-koordinazzjoni u l-mobilizzazzjoni ta' mill-inqas sors wieħed ta' finanzjament ieħor tal-Unjoni, nazzjonali jew privat; |
|
(3) |
“proġetti ta' assistenza teknika” tfisser proġetti li jappoġġaw l-iżvilupp tal-kapaċità ta' parteċipazzjoni fi proġetti ta' azzjoni standard, it-tħejjija ta' proġetti strateġiċi dwar in-natura u proġetti strateġiċi integrati, it-tħejjija għall-aċċess għal strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni jew miżuri oħra meħtieġa għat-tħejjija tal-espansjoni jew tar-replikazzjoni tar-riżultati minn proġetti oħra ffinanzjati mill-Programm LIFE , mill-programmi predeċessuri tiegħu jew minn programmi oħra tal-Unjoni, bil-ħsieb li jsegwu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3; Tali proġetti jistgħu jinkludu wkoll it-tisħiħ tal-kapaċità marbut mal-attivitajiet tal-awtoritajiet tal-Istati Membri għall-parteċipazzjoni effettiva fil-programm LIFE ; |
|
(4) |
“proġetti ta' azzjoni standard” tfisser proġetti, għajr proġetti integrati strateġiċi, proġetti strateġiċi dwar in-natura jew proġetti ta' assistenza teknika, li jsegwu l-għanijiet speċifiċi tal-Programm stabbiliti fl-Artikolu 3(2); |
|
(5) |
“operazzjonijiet ta' taħlit” tfisser azzjonijiet appoġġati mill-baġit tal-UE, inklużi dawk fi ħdan faċilitajiet ta' taħlit skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/… (“ir-Regolament Finanzjarju”), li jikkombinaw forom ta' appoġġ li mhuwiex rimborsabbli u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni ma' forom ta' appoġġ rimborsabbli minn istituzzjonijiet tal-iżvilupp jew istituzzjonijiet oħra tal-finanzi pubbliċi, kif ukoll minn istituzzjonijiet tal-finanzjament kummerċjali u tal-investituri; |
|
(6) |
“entità ġuridika” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika maħluqa u rikonoxxuta bħala tali skont id-dritt nazzjonali, id-dritt tal-Unjoni jew id-dritt internazzjonali, li għandha personalità ġuridika u li tista', meta taġixxi f'isimha stess, teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi, jew entità mingħajr personalità ġuridika skont l-Artikolu 190(2)(c) tar-Regolament Finanzjarju. |
Artikolu 3
Għanijiet tal-programm
1. L-għan ġenerali tal-Programm LIFE jenħtieġ li jkun li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli , ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, ibbażata fuq l-enerġija rinnovabbli, newtrali għall-klima u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, u dan sabiex jipproteġi u jerġa' jagħti l-ħajja lill-ambjent u jtejjeb il-kwalità tiegħu, kif ukoll biex iwaqqaf u jreġġa' lura t-telf tal-bijodiversità u jindirizza d-degradazzjoni tal-ekosistemi, inkluż billi jappoġġa l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tan-Netwerk Natura 2000 u b'hekk jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli. Il-Programm LIFE għandu jappoġġa wkoll l-implimentazzjoni tal-programmi ta' Azzjoni Ġenerali adottati skont l-Artikolu 192(3) tat-TFUE .
2. Il-Programm LIFE għandu jkollu l-għanijiet speċifiċi li ġejjin:
|
(a) |
li jiżviluppa, juri u jippromwovi tekniki , metodi u approċċi innovattivi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika u tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ambjent , inklużi n-natura u l-bijodiversità, u dwar l-azzjoni klimatika, inkluża t-tranżizzjoni lejn enerġija ▌rinnovabbli u aktar effiċjenza fl-użu tal-enerġija , u li jikkontribwixxi għal bażi ta' għarfien u għall-applikazzjoni tal-aħjar prassi , b'mod partikolari fir-rigward tan-natura u tal-bijodiversità , inkluż permezz tal-appoġġ tan-Netwerk Natura 2000 ; |
|
(b) |
li jappoġġa l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar tal-politiki u tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni d war l-ambjent, inkluż in-natura u l-bijodiversità, jew l-azzjoni klimatika u t-tranżizzjoni lejn enerġija rinnovabbli jew aktar effiċjenza fl-użu tal-enerġija , inkluż billi jtejjeb il-governanza fil-livelli kollha, b'mod partikolari permezz tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-atturi pubbliċi u privati u tal-involviment tas-soċjetà ċivili; |
|
(c) |
li jikkatalizza l-użu fuq skala kbira ta' soluzzjonijiet tekniċi u relatati mal-politika ta' suċċess għall-implimentazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-ambjent, inkluż in-natura u l-bijodiversità, u dwar l-azzjoni klimatika u t-tranżizzjoni lejn enerġija rinnovabbli jew aktar effiċjenza fl-użu tal-enerġija , billi jirreplika r-riżultati, jintegra l-għanijiet relatati f'politiki oħra u fil-prattiki tas-settur pubbliku u privat, u jimmobilizza l-investiment u jtejjeb l-aċċess għall-finanzjament. |
Artikolu 4
Struttura ▌
Il-Programm LIFE għandu jkun strutturat kif ġej:
|
(1) |
il-qasam tal-Ambjent, li jinkludi:
|
|
(2) |
il-qasam Azzjoni Klimatika, li jinkludi:
|
Artikolu 5
Baġit
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta' EUR 6 442 000 000 f'termini ta' prezzijiet tal-2018 (EUR 7 272 000 000 f'termini ta' prezzijiet attwali).
2. Id-distribuzzjoni indikattiva tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun:
|
(a) |
EUR 4 715 000 000 f'termini ta' prezzijiet tal-2018 (EUR 5 322 000 000 f'termini ta' prezzijiet attwali, li jikkostitwixxi 73,2 % tal-pakkett finanzjarju totali tal-Programm ) għall-qasam Ambjent, li minnhom
|
|
(b) |
EUR 1 950 000 000 għall-qasam Azzjoni Klimatika, li minnhom
|
3. L-ammonti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà stabbiliti fir-Regolament (UE) … tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34) [ir-Regolament dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid] u fir-Regolament Finanzjarju.
3a. Minkejja l-paragrafu 2, mill-inqas 60 % tar-riżorsi baġitarji allokati għal proġetti appoġġati permezz ta' għotjiet għal azzjoni fil-qasam Ambjent imsemmi fil-punt (a) fil-paragrafu 2 għandhom ikunu ddedikati għal għotjiet għal proġetti li jappoġġaw is-Subprogramm Natura u Bijodiversità msemmi fil-punt i) tal-punt (a) fil-paragrafu 2.
4. Il-Programm LIFE jista' jiffinanzja attivitajiet ta' assistenza teknika u amministrattiva mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-Programm LIFE , bħal attivitajiet preparatorji, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditu u ta' evalwazzjoni inkluż sistemi korporattivi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u attivitajiet ta' netwerk li jappoġġaw il-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali tal-Programm LIFE, inkluż taħriġ, attivitajiet ta' tagħlim reċiproku u avvenimenti għall-qsim ta' esperjenza .
5. Il-Programm jista' jiffinanzja attivitajiet implimentati mill-Kummissjoni b'sostenn għat-tħejjija, għall-implimentazzjoni u għall-integrazzjoni tal-politiki u tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-ambjent, il-klima jew ▌l-enerġija ▌bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3. Dawn l-attivitajiet jistgħu jinkludu:
|
(a) |
informazzjoni u komunikazzjoni, inklużi kampanji ta' sensibilizzazzjoni. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għal attivitajiet ta' komunikazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom ikopru wkoll komunikazzjoni korporattiva fir-rigward tal-prijoritajiet ta' politika tal-Unjoni, kif ukoll fir-rigward tal-istatus ta' implimentazzjoni u traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-ambjent, il-klima jew l-enerġija; |
|
(b) |
studji, stħarriġiet, immudellar u bini ta' xenarji; |
|
(c) |
it-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, il-verifika u l-evalwazzjoni ▌tal-politiki, il-programmi u l-leġiżlazzjoni , kif ukoll il-valutazzjoni u l-analiżi ta' proġetti mhux iffinanzjati mill-Programm LIFE, jekk dawn iservu l-iskopijiet tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 ; |
|
(d) |
workshops, konferenzi u laqgħat; |
|
(e) |
netwerking u pjattaformi tal-aħjar prattika; |
|
(f) |
attivitajiet oħra , bħal premjijiet . |
Artikolu 6
Pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm
1. Soġġett għall-konformità sħiħa mar-regoli u mar-regolamenti kollha tiegħu, il-Programm għandu jkun miftuħ għall-pajjiżi terzi li ġejjin:
|
(a) |
Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ŻEE; |
|
(b) |
pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew arranġamenti simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi; |
|
(c) |
pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew ftehimiet simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi; |
|
(d) |
pajjiżi terzi oħra, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, bil-kundizzjoni li dak il-ftehim
|
2. Meta pajjiż terz jipparteċipa fil-programm permezz ta' deċiżjoni taħt ftehim internazzjonali jew permezz ta' kwalunkwe strument legali ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess meħtieġ lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw b'mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom. Fil-każ tal-OLAF, drittijiet bħal dawn għandhom jinkludu d-dritt li jwettaq investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF).
Artikolu 6a
Kooperazzjoni internazzjonali
Matul l-implimentazzjoni tal-Programm LIFE, il-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, u mal-istituzzjonijiet u l-korpi tagħhom, għandha tkun possibbli fejn meħtieġ għall-fini tal-ilħuq tal-objettivi ġenerali stipulati fl-Artikolu 3.
Artikolu 7
Sinerġiji ma' programmi oħra tal-Unjoni
Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiffaċilita l-implimentazzjoni konsistenti tal-Programm LIFE, u l-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jiffaċilitaw l-koerenza u l-koordinazzjoni mal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, Orizzont Ewropa, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u InvestEU, sabiex jinħolqu sinerġiji, b'mod partikolari fir-rigward tal-proġetti strateġiċi dwar in-natura u tal-proġetti integrati strateġiċi u biex jiġu appoġġati l-adozzjoni u r-replikazzjoni ta' soluzzjonijiet żviluppati fi ħdan il-Programm LIFE . Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom biex jiksbu komplementarjetà fil-livelli kollha.
Artikolu 8
Implimentazzjoni u forom ta' finanzjament tal-Unjoni
1. Il-Kummissjoni jenħtieġ li timplimenta l-Programm LIFE b'ġestjoni diretta skont ir-Regolament Finanzjarju jew b'ġestjoni indiretta flimkien mal-korpi msemmija fl-Artikolu [61(1)(c)] tar-Regolament Finanzjarju.
2. Il-Programm LIFE jista' jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b'mod partikolari għotjiet, premjijiet u akkwist. Jista' jipprovdi wkoll finanzjament fil-forma ta' strumenti finanzjarji fi ħdan operazzjonijiet ta' taħlit.
2a. Minn tal-inqas 85 % tal-baġit għall-Programm LIFE għandu jkun allokat għall-għotjiet kif imsemmi fl-Artikolu 10(2) u 10(5), għall-proġetti ffinanzjati permezz ta' forom ta' finanzjament ieħor sal-punt speċifikat fil-programm ta' ħidma pluriennali, jew, fejn ikun xieraq u sal-punt speċifikat fi ħdan il-programm ta' ħidma pluriennali msemmi fl-Artikolu 17, għall-istrumenti finanzjarji fil-forma ta' operazzjonijiet ta' taħlit kif imsemmi fl-Artikolu 8(2). Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-proġetti ffinanzjati minn forom oħra ta' finanzjament ikunu konformi bis-sħiħ mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament. L-ammont massimu allokat għal għotjiet kif imsemmi fl-Artikolu 10(3b) għandu jkun ta' EUR 15-il miljun.
2b. Ir-rati massimi ta' kofinanzjament għall-azzjonijiet eleġibbli msemmija fil-punti (a), (b), (c) u (d) tal-Artikolu 10(2) għandhom ikunu sa 60 % tal-kostijiet eliġibbli u sa 75 % fil-każ ta' proġetti ffinanzjati taħt is-subprogramm Natura u Bijodiversità, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-ħabitats jew l-ispeċijiet ta' prijorità għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 92/43/KEE jew l-ispeċijiet ta' għasafar li jitqiesu bħala prijorità għal finanzjament mill-Kumitat tal-Adattament għall-Progress Tekniku u Xjentifiku, stabbilit skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2009/147/KE, meta meħtieġ sabiex jinkiseb l-għan tal-konservazzjoni. Għall-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10(5), ir-rata massima ta' kofinanzjament għandha tkun ta' 70 % tal-kostijiet eliġibbli. Mingħajr preġudizzju għar-rati ta' kofinanzjament massimi rilevanti u determinati, ir-rati speċifiċi għandhom jiġu speċifikati ulterjorment fil-programm ta' ħidma pluriennali msemmi fl-Artikolu 17. Dawn jistgħu jiġu adattati skont l-eżiġenzi ta' kull subprogramm, tip ta' proġett jew tip ta' għotja.
Għal proġetti kif deskritti fl-Artikolu 10(3b), ir-rati massimi ta' kofinanzjament m'għandhomx jaqbżu il-95 % tal-kostijiet eliġibbli għal proġetti matul il-perjodu tal-ewwel programm ta' ħidma pluriennali; għat-tieni programm ta' ħidma pluriennali, u soġġett għal konferma f'dan il-programm ta' ħidma, ir-rata ta' kofinanzjament għandha tkun 75 % tal-kostijiet eliġibbli.
2c. Il-kwalità hija l-kriterju ġenerali li jirregola l-proċess tal-evalwazzjoni u tal-għoti tal-proġetti fil-Programm LIFE. Il-Kummissjoni għandha ssegwi kopertura ġeografika effettiva abbażi tal-kwalità fl-Unjoni kollha, fosthom billi tappoġġa lill-Istati Membri sabiex iżidu l-kwalità tal-proġetti permezz tal-bini tal-kapaċità.
KAPITOLU II
ELIĠIBBILTÀ
Artikolu 9
Għotjiet
Għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm LIFE għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 10
Azzjonijiet eliġibbli
1. Huma biss azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3 li għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament.
2. L-għotjiet jistgħu jiffinanzjaw it-tipi ta' azzjoni li ġejjin:
|
(a) |
proġetti strateġiċi dwar in-natura fi ħdan is-subprogramm imsemmi fil-punt (1)(a) tal-Artikolu 4; |
|
(b) |
proġetti integrati strateġiċi taħt is-subprogrammi msemmija fil-punti (1)(b), (2)(a) u 2(b) tal-Artikolu 4; |
|
(c) |
proġetti ta' assistenza teknika; |
|
(d) |
proġetti ta' azzjoni standard; |
|
(e) |
azzjonijiet oħrajn meħtieġa biex jintlaħaq l-għan ġenerali stabbilit fl-Artikolu 3(1) , inklużi l-azzjonijiet ta' koordinazzjoni u appoġġ immirati biex jibnu l-kapaċitajiet, ixerrdu l-informazzjoni u l-għarfien, u jqajmu kuxjenza biex jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn l-enerġija rinnovabbli u effiċjenza akbar fl-użu tal-enerġija. |
3. Il-proġetti fi ħdan is-subprogramm Natura u Bijodiversità dwar il-ġestjoni, ir-restawr u l-monitoraġġ tas-siti ta' Natura 2000 skont id-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE għandhom iqisu l-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet nazzjonali u reġjonali, l-istrateġiji u l-politiki dwar il-konservazzjoni tan-natura u l-bijodiversità, anki f'oqfsa ta' azzjoni prijoritizzati stabbiliti skont id-Direttiva 92/43/KEE.
3a. Proġetti ta' assistenza teknika għall-bini ta' kapaċità relatati mal-attivitajiet tal-awtoritajiet tal-Istati Membri biex itejbu l-parteċipazzjoni effettiva fil-programm LIFE għandhom jappoġġaw attivitajiet ta' dawk l-Istati Membri b'parteċipazzjoni effettiva baxxa, bil-għan li jittejbu s-servizzi tal-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali madwar l-UE u tiżdied il-kwalità ġenerali tal-proposti sottomessi.
4. L-għotjiet jistgħu jiffinanzjaw attivitajiet barra minn Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew li jappartjeni għalih, sakemm il-proġett isegwi l-għanijiet ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni u l-attivitajiet barra l-Unjoni jkunu meħtieġa biex jiżguraw l-effikaċja tal-interventi mwettqa fit-territorji tal-Istati Membri jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew, jew biex jappoġġaw ftehimiet internazzjonali li l-Unjoni hija parti għalihom .
5. L-għotjiet operattivi għandhom isostnu l-funzjonament ta' entitajiet mingħajr skop ta' qligħ u li huma involuti fl-iżvilupp, fl-implimentazzjoni u fl-infurzar tal-leġiżlazzjoni u tal-politika tal-Unjoni u li huma primarjament attivi fil-qasam tal-ambjent jew tal-azzjoni klimatika, inkluż it-tranżizzjoni lejn enerġija ▌ , skont l-għanijiet tal-Programm LIFE msemmija fl-Artikolu 3.
Artikolu 11
Entitajiet eliġibbli
1. Il-kriterji tal-eliġibbiltà stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 3 għandhom japplikaw flimkien mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu [197] tar-Regolament Finanzjarju.
2. Għandhom ikunu eliġibbli l-entitajiet li ġejjin:
|
(a) |
entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi jew mit-territorji li ġejjin:
|
|
(b) |
kwalunkwe entità ġuridika maħluqa skont id-dritt tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali. |
3. Il-persuni fiżiċi m'għandhomx ikunu eliġibbli.
4. L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f'pajjiż terz li mhuwiex assoċjat mal-Programm huma eċċezzjonalment eliġibbli biex jipparteċipaw fejn dan ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' azzjoni partikolari biex tiġi żgurata l-effikaċja tal-interventi mwettqa fl-Unjoni.
5. L-entitajiet ġuridiċi li jipparteċipaw f'konsorzji ta' mill-inqas tliet entitajiet indipendenti, stabbiliti fi Stati Membri differenti jew f'pajjiżi jew f'territorji extra-Ewropej marbuta ma' dawk l-Istati jew f'pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm jew f'pajjiżi terzi oħra, huma eliġibbli.
6. Jenħtieġ li l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f'pajjiż terz li mhuwiex assoċjat mal-Programm, fil-prinċipju, iġarrbu l-kost tal-parteċipazzjoni tagħhom.
6a. Sabiex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tal-fondi tal-programm u l-parteċipazzjoni effiċjenti tal-entitajiet ġuridiċi msemmija fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 21 sabiex tissupplimenta dan l-artikolu billi tiddefinixxi taħt liema kundizzjonijiet dawn ikunu pparteċipaw b'mod suffiċjenti fil-politika dwar l-ambjent u l-klima tal-Unjoni biex ikunu jistgħu jitqiesu eliġibbli għall-programm .
Artikolu 12
Għoti dirett
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu [188] tar-Regolament Finanzjarju, l-għotjiet jistgħu jingħataw mingħajr sejħa għall-proposti lill-korpi identifikati fl-Anness I.
Artikolu 13
Speċifikazzjoni tal-kriterji tal-għotjiet
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji tal-għotjiet fil-programm ta' ħidma pluriennali msemmi fl-Artikolu 17 u s-sejħiet għall-proposti filwaqt li jitqiesu l-prinċipji li ġejjin:
|
(a) |
proġetti ffinanzjati mill-Programm LIFE għandhom ikunu ta' interess għall-Unjoni billi jagħtu kontribut sinifikanti għall-ksib tal-għanijiet ġenerali u speċifiċi tal-Programm LIFE msemmija fl-Artikolu 3 u m'għandhomx jimminawhom u, kull meta jkun possibbli, għandhom jippromwovu l-użu tal-akkwist pubbliku ekoloġiku; |
|
(aa) |
il-proġetti għandhom jiżguraw approċċ kosteffikaċi u li jkunu teknikament u finanzjarjament koerenti; |
|
(ab) |
il-proġetti bl-ogħla kontribut potenzjali sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 għandhom jingħataw prijorità; |
|
(b) |
proġetti li jipprovdu kobenefiċċji u jippromwovu sinerġiji bejn is-subprogrammi msemmija fl-Artikolu 4 għandhom jibbenefikaw minn bonus fl-evalwazzjoni tagħhom ; |
|
(c) |
proġetti bl-ogħla potenzjal li jiġu replikati u adottati mis-settur pubbliku jew privat jew li jimmobilizzaw l-akbar investimenti jew riżorsi finanzjarji (potenzjal katalitiku) għandhom jibbenifikaw minn bonus fl-evalwazzjoni tagħhom ; |
|
(d) |
għandha tiġi żgurata r-replikazzjoni tar-riżultati tal-proġett ta' azzjoni standard; |
|
(e) |
proġetti li jibnu fuq jew jespandu r-riżultati ta' proġetti oħra ffinanzjati mill-Programm LIFE , mill-programmi predeċessuri tiegħu jew minn fondi oħra tal-Unjoni għandhom jibbenefikaw minn bonus fl-evalwazzjoni tagħhom; |
|
(f) |
fejn xieraq, għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-proġetti u lil proġetti f'żoni ġeografiċi bi bżonnijiet jew vulnerabbiltajiet speċifiċi, bħalma huma żoni bi sfidi ambjentali speċifiċi jew b'restrizzjonijiet naturali, żoni transfruntiera, żoni ta' valur naturali għoli jew reġjuni ultraperiferiċi. |
Artikolu 14
Kostijiet eliġibbli relatati max-xiri tal-art
Minbarra l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu [186] tar-Regolament Finanzjarju, il-kostijiet relatati max-xiri ta' art għandhom jitqiesu eliġibbli bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
ix-xiri se jikkontribwixxi għat-titjib, għaż-żamma u għar-restawr tal-integrità tan-netwerk Natura 2000 stabbilit skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/43/KEE, inkluż permezz ta' titjib fil-konnettività permezz tal-ħolqien ta' kurituri, punti ta' tranżizzjoni, jew elementi oħra ta' infrastruttura ekoloġika; |
|
(b) |
ix-xiri tal-art ikun l-uniku jew l-aktar mezz kosteffettiv biex jintlaħaq l-eżitu ta' konservazzjoni mixtieq; |
|
(c) |
l-art mixtrija tkun riżervata għal perjodu fit-tul għal użi konsistenti mal-għanijiet speċifiċi tal-Programm LIFE ; |
|
(d) |
l-Istat Membru kkonċernat jiżgura, permezz ta' trasferiment jew b'xi mod ieħor, l-assenjazzjoni għal terminu twil ta' tali art għall-finijiet ta' konservazzjoni tan-natura. |
Artikolu 15
Finanzjament kumulattiv, komplementari u kkombinat
1. Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni minn programm ieħor tal-Unjoni tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni mill-Programm LIFE , dment li l-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet u li l-azzjoni tkun intiża biex tilħaq l-objettivi ambjentali u klimatiċi stabbiliti fl-Artikolu 3, u ma timmina l-ebda minnhom . Ir-regoli ta' kull programm tal-Unjoni kontribwenti għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni rispettiva tiegħu għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni u l-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista' jiġi kkalkolat fuq bażi prorata b'konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-appoġġ.
2. L-azzjonijiet li jingħataw ċertifikazzjoni tas-Siġill ta' Eċċellenza, jew li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kumulattivi u komparattivi li ġejjin:
|
(a) |
ikunu ġew ivvalutati f'sejħa għal proposti fi ħdan il-Programm LIFE ; |
|
(b) |
jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi dwar il-kwalità ta' dik is-sejħa għal proposti; |
|
(c) |
ma jistgħux jiġu ffinanzjati taħt dik is-sejħa għal proposti minħabba restrizzjonijiet baġitarji. |
jistgħu jirċievu appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, mill-Fond ta' Koeżjoni, mill-Fond Soċjali Ewropew+ jew mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, b'konformità mal-paragrafu 5 tal-Artikolu [67] tar-Regolament (UE) XX [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] u mal-Artikolu [8] jew mar-Regolament (UE) XX [Il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni], bil-kundizzjoni li tali azzjonjiet ikunu konsistenti mal-għanijiet tal-programm ikkonċernat. Għandhom japplikaw ir-regoli tal-Fond li jipprovdi l-appoġġ.
KAPITOLU III
OPERAZZJONIJIET TA' TAĦLIT
Artikolu 16
Operazzjonijiet ta' taħlit
L-operazzjonijiet ta' taħlit skont il-Programm LIFE għandhom jiġu implimentati b'konformità mar-Regolament InvestEU u t-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju , b'attenzjoni dovuta għar-rekwiżiti ta' sostenibbiltà u ta' trasparenza .
KAPITOLU IV
PROGRAMMAZZJONI, MONITORAĠĠ, RAPPORTAR U EVALWAZZJONI
Artikolu 17
Programm ta' ħidma pluriennali
1. Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta' ħidma pluriennali għall-Programm LIFE . Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 20a(2) .
2. Kull programm ta' ħidma pluriennali għandu jispeċifika, b'konformità mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3, dan li ġej:
|
(a) |
l-allokazzjoni ta' fondi f'kull subprogramm bejn il-ħtiġijiet tiegħu u bejn tipi differenti ta' finanzjament , kif ukoll l-ammont totali massimu allokat għal għotjiet, kif imsemmi fl-Artikolu 10(2)(a) u 10(2)(b) ; |
|
(aa) |
l-ammont totali massimu għall-istrumenti finanzjarji fi ħdan l-operazzjonijiet ta' taħlit taħt il-Programm LIFE, fejn applikabbli; |
|
(ab) |
l-ammont massimu totali għall-għotjiet li għandhom jingħataw lill-korpi elenkati fl-Anness I f'konformità mal-Artikolu 12; |
|
(b) |
is-suġġetti tal-proġett jew il-ħtiġijiet speċifiċi li għalihom ikun hemm preallokazzjoni ta' finanzjament għall-proġetti msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 10(2); |
|
(c) |
l-istrateġiji u l-pjanijiet li għalihom jimmiraw il-proġetti integrati strateġiċi u li għalihom jista' jintalab il-finanzjament għall-proġetti kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 10(2); |
|
(d) |
il-perjodu massimu ta' eliġibbiltà għall-implimentazzjoni tal-proġett. |
|
(da) |
skedi ta' żmien indikattivi għas-sejħiet għall-proposti għall-perjodu koperti mill-programm ta' ħidma pluriennali ; |
|
(db) |
il-metodoloġija teknika għall-proċedura għall-għażla u l-preżentazzjoni tal-proġetti u l-kriterji tal-għotjiet skont l-elementi msemmija fl-Artikolu 13; |
|
(dc) |
l-ispeċifikazzjoni tar-rati ta' kofinanzjament imsemmija fl-Artikolu 8(2b); |
|
(dd) |
ir-rati massimi ta' kofinanzjament għall-azzjonijiet eleġibbli msemmija fl-Artikolu 10(2)e; |
|
(de) |
regoli dettaljati rigward l-applikazzjoni ta' finanzjament kumulattiv, komplementari u kkombinat, meta rilevanti; |
|
(df) |
l-ispeċifikazzjoni ta' parteċipazzjoni effettiva baxxa u attivitajiet eliġibbli u kriterji tal-għoti għal proġetti ta' assistenza teknika għall-bini ta' kapaċità b'rabta mal-attivitajiet tal-awtoritajiet tal-Istati Membri għall-parteċipazzjoni effettiva fil-programm LIFE. |
2a. It-tul tal-ewwel programm ta' ħidma pluriennali għandu jkun ta' erba' snin u t-tul tat-tieni programm ta' ħidma pluriennali għandu jkun ta' tliet snin.
2b. Fil-qafas tal-programmi ta' ħidma pluriennali, il-Kummissjoni għandha tippubblika sejħiet għal proposti koperti mill-perjodu. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-fondi li ma jintużawx minn sejħa għal proposti partikolari jiġu riallokati bejn it-tipi differenti ta' azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10(2) fl-istess qasam.
2c. Il-Kummissjoni għandha tiżgura konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati fl-iżvilupp tal-programmi ta' ħidma pluriennali.
Artikolu 18
Monitoraġġ u rapportar
1. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-progress tal-Programm LIFE lejn il-ksib tal-għanijiet stipulati fl-Artikolu 3 abbażi tal-indikaturi li jinsabu fl-Anness II.
2. Sabiex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm LIFE lejn l-ilħuq tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 21 biex temenda l-Anness II biex jirrieżamina jew jikkomplementa l-indikaturi fejn jitqies neċessarju , inkluż fid-dawl tal-allinjament tagħhom mal-indikaturi stabbiliti għal programmi oħra tal-njoni, u biex jissupplementa dan ir-Regolament bid-dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni.
2a. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 21 biex, abbażi tal-Anness II, tiddefinixxi indikaturi speċifiċi għal kull subprogramm u tip ta' proġetti .
3. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv, u f'waqtu. Għal dak il-għan u skont il-metodoloġiji disponibbli , għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rappurtar proporzjonati fuq ir-riċevituri tal-fondi tal-UE biex ikun jista' jinġabar output aggregabbli fil-livell tal-proġetti u indikaturi tal-impatt, għall-għanijiet speċifiċi rilevanti kollha fir-rigward tal-politika ambjentali u klimatika, inkluż fir-rigward ta' Natura 2000 u l-emissjonijiet ta' ċerti sustanzi atmosferiċi li jniġġsu fl-arja, inklużi s-CO2.
4. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja u tirrapporta regolarment dwar l-integrazzjoni tal-għanijiet tal-klima u tal-bijodiversità, inkluż l-ammont tan-nefqa. Il-kontribuzzjoni ta' dan ir-Regolament għall-mira ta' allokazzjoni ta' 25 % tal-baġit għat-twettiq tal-għanijiet tal-klima, għandha tiġi segwita permezz tas-sistema ta' markaturi klimatiċi tal-Unjoni. L-infiq relatat mal-bijodiversità għandu jiġi segwit bl-użu ta' sett speċifiku ta' markaturi. Dawk il-metodi ta' segwiment għandhom jintużaw biex jikkwantifikaw l-approprjazzjonijiet ta' impenn li mistennija jikkontribwixxu rispettivament għall-għanijiet tal-klima u tal-bijodiversità tul il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027 fil-livell xieraq ta' diżaggregazzjoni. L-infiq għandu jiġi ppreżentat kull sena fid-Dikjarazzjoni tal-Programm tal-baġit. Il-kontribuzzjoni tal-Programm għall-għanijiet tal-klima u tal-bijodiversità tal-Unjoni għandha tiġi rrapportata regolarment fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tar-rapport annwali.
5. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta s-sinerġiji bejn il-Programm LIFE u programmi oħra komplementari tal-Unjoni, u bejn is-subprogrammi tiegħu.
Artikolu 19
Evalwazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjonijiet f'waqthom ▌sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet b'attenzjoni dovuta għall-koerenza, is-sinerġija, il-valur miżjud tal-Unjoni u s-sostenibbiltà fit-tul, bl-użu tal-prijoritajiet tal-Unjoni fl-oqsma tal-klima u l-ambjent .
2. Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' nofs it-terminu ▌tal-Programm LIFE ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn 42 xahar wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-Programm LIFE, bl-użu l-indikaturi tal-output u tar-riżultati kif stabbilit f'konformità mal-Anness II .
L-evalwazzjoni għandha tkopri mill-inqas dan li ġej:
|
(a) |
l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal-implimentazzjoni tal-Programm; |
|
(b) |
l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, |
|
(c) |
il-grad ta' kemm intlaħqu l-objettivi tal-miżuri kollha filwaqt li jiġu speċifikati, fejn possibbli, ir-riżultati u l-impatti, |
|
(d) |
is-suċċess attwali jew mistenni ta' proġetti fl-ingranaġġ ta' fondi oħra tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, il-benefiċċji ta' aktar koerenza ma' strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni, |
|
(e) |
il-punt sa fejn jintlaħqu s-sinerġiji bejn l-objettivi u l-komplementarjetà ma' programmi rilevanti oħra tal-Unjoni, |
|
(f) |
il-valur miżjud tal-Unjoni u l-impatt fit-tul tal-Programm LIFE, bil-ħsieb li tittieħed deċiżjoni dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tal-miżuri; |
|
(g) |
il-punt sa fejn il-partijiet ikkonċernati kienu involuti; |
|
(h) |
analiżi kwantitattiva u kwalitattiva tal-kontribuzzjoni tal-Programm LIFE għall-istat ta' konservazzjoni tal-ħabitats u l-ispeċi, elenkati fid-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE; |
|
(i) |
analiżi tal-kopertura ġeografika fl-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 8(2c), u, jekk ma tintlaħaq l-ebda kopertura bħal din, analiżi tar-raġunijiet sottostanti. |
3. Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm LIFE , iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm LIFE mill-Kummissjoni.
4. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kummissjoni għandha tagħmel ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet disponibbli għall-pubbliku .
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI
Artikolu 20
Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità
1. Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-proġetti u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inklużi lill-midja u lill-pubbliku. Għal dan l-għan, ir-riċevituri għandhom jużaw il-logo tal-Programm LIFE, li jidher fl-Anness IIa, jew, meta dan ma jkunx fattibbli, isemmu l-Programm LIFE f'kull attività ta' komunikazzjoni u dan għandu jidher fuq avviżieri f'postijiet strateġiċi viżibbli għall-pubbliku. L-oġġetti dewwiema kollha miksuba fil-qafas tal-Programm LIFE għandu jkollhom il-logo tal-Programm LIFE ħlief f'każijiet speċifikati mill-Kummissjoni.
2. Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm LIFE , u mal-azzjonijiet u mar-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm LIFE għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.
Artikolu 20a
Il-proċedura tal-kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għall-Programm LIFE. Dan il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 2-.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3. Meta l-Kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
4. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Kumitat rigward il-progress globali fl-implimentazzjoni tas-subprogrammi u dwar azzjonijiet partikolari, fost l-oħrajn rigward operazzjonijiet ta' taħlit implimentati permezz ta' riżorsi baġitarji allokati mill-Programm LIFE.
Artikolu 21
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl- Artikoli 18(2) u (2a) għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2028.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl- Artikoli 18(2) u (2a) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 18(2) u (2a) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 22
Tħassir
Ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 għandu jitħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 2021.
Artikolu 23
Dispożizzjonijiet tranżitorji
1. Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati, sal-għeluq tagħhom, skont ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (35) u skont ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 li għandhom ikomplu japplikaw għall-proġetti kkonċernati sal-għeluq tagħhom.
2. Il-pakkett finanzjarju għall-Programm LIFE jista' jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm LIFE u l-miżuri adottati skont ir-Regolamenti (KE) Nru 614/2007 u (UE) Nru 1293/2013.
3. Jekk meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-31 ta' Diċembru 2027 biex ikopru l-ispejjeż previsti fl-Artikolu 5(4), sabiex jippermettu l-ġestjoni ta' proġetti mhux kompletati sa dik id-data.
4. Riflussi minn strumenti finanzjarji stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 jistgħu jiġu investiti fi strumenti finanzjarji stabbiliti taħt [Fond InvestEU].
5. L-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għad-dħul assenjat li jirriżulta mir-ripagament tal-ammonti mħallsa skorrettament skont ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 jew ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 għandhom jintużaw, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (36), biex jiffinanzjaw il-Programm LIFE .
Artikolu 24
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C , , p. .
(2) ĠU C , , p. .
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2019. It-test sottolinjat ma ntlaħaqx qbil dwaru fil- kuntest tan-negozjati interistituzzjonali.
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 185).
(5) Rapport dwar l-Evalwazzjoni ta' Nofs it-Terminu tal-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) (SWD(2017)0355).
(6) Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 “Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna” (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 171).
(7) Aġenda 2030, Riżoluzzjoni adottata mill-AĠ tan-NU fil-25/09/2015.
(8) 93/626/KEE: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 1993 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni fuq id-Diversità Bijoloġika (ĠU L 309, 13.12.1993, p. 1).
(9) ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.
(10) Orizzont 2020 Parti III “Enerġija sikura, nadifa u effiċjenti” (Sfidi tas-Soċjetà) (Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE) tat-3 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2006/971/KE, 2006/972/KE, 2006/973/KE, 2006/974/KE u 2006/975/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 965)).
(11) Id-Direttiva (UE) 2018/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 li temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 210).
(12) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – L-analiżi tal-implimentazzjoni ambjentali tal-UE: L-isfidi ewlenin u kif se ngħaqqdu l-isforzi biex nagħtu riżultati aħjar (COM(2017)0063).
(13) COM(2011)0244.
(14) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
(15) Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).
(16) Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta' speċijiet aljeni invażivi (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35).
(17) SEC(2017)0250.
(18) Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali – Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni dwar id-Direttiva relatata mal-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12).
(19) Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 1).
(20) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1). .
(21) Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).
(22) ĠU L 124, 17.5.2005, p. 4.
(23) Doc. 13715/17 - COM(2017)0623.
(24) Doc. 5485/18 – COM(2018)0010, p. 5.
(25) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(26) Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(27) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(28) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
(29) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(30) [Titolu sħiħ + informazzjoni ĠU L].
(31) Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
(32) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).
(33) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali li jikkonċernaw il-mekkaniżmi għal kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni tal-Kummissjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(34) [Jekk jogħġbok daħħal it-titolu sħiħ u l-informazzjoni ĠU]
(35) Ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Mejju 2007 rigward l-Istrument Finanzjarju għall-Ambjent (LIFE+) (ĠU L 149, 9.6.2007, p. 1).
(36) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
ANNESS I
Il-korpi li lilhom jistgħu jingħataw l-għotjiet mingħajr sejħa għal proposti
|
1. |
In-Netwerk tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni u l-Infurzar tal-Liġi Ambjentali (IMPEL); |
|
2. |
in-Netwerk Ewropew tal-Prosekuturi għall-Ambjent (ENPE); |
|
3. |
Il-Forum tal-Unjoni Ewropea tal-Imħallfin għall-Ambjent (EUFJE). |
ANNESS II
Indikaturi
1. Indikaturi tal-output
|
1.1. |
Numru ta' proġetti li qed jiżviluppaw, juru u jippromwovu tekniki u approċċi innovattivi; |
|
1.2. |
Numru ta' proġetti li japplikaw l-aħjar prassi f'dak li għandu x'jaqsam man-natura u l-bijodiversità; |
|
1.3. |
Numru ta' proġetti għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ jew l-infurzar tal-leġiżlazzjoni u tal-politika rilevanti tal-Unjoni; |
|
1.4. |
Numru ta' proġetti li jtejbu l-governanza permezz tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' atturi pubbliċi u privati u l-involviment tas-soċjetà ċivili; |
|
1.5. |
Numru ta' proġetti
, inklużi proġetti integrati strateġiċi, proġetti strateġiċi dwar in-natura,
li jimplimentaw
|
2. Indikaturi tar-riżultat
|
2.1. |
Bidla netta għall-ambjent u għall-klima, ibbażata fuq l-aggregazzjoni tal-indikaturi tal-livell tal-proġett li jridu jiġu speċifikati fis-sejħa għal proposti fi ħdan is-subprogrammi għal
|
|
2.2. |
Investimenti kumulattivi ġġenerati permezz tal-proġetti jew finanzjament aċċessat (miljun EUR); |
|
2.3. |
Numru ta' organizzazzjonijiet involuti fil-proġetti jew li jirċievu għotjiet operattivi; |
|
2.4. |
Is-sehem ta' proġetti li kellhom effett katalitiku wara d-data ta' meta ntemm il-proġett. |
ANNESS IIa
Logo tal-programm