|
31.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 116/226 |
P8_TA(2019)0356
Riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fuq il-fruntieri mal-fruntieri interni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 f'dak li jikkonċerna r-regoli applikabbli għar-riintroduzzjoni temporanja tal-kontroll fil-fruntieri li jseħħ fil-fruntieri interni (COM(2017)0571 – C8-0326/2017 – 2017/0245(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2021/C 116/28)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0571), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 77(2)(e) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0326/2017), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-kontribuzzjonijiet sottomessi mill-Kamra tad-Deputati Ċeka, mis-Senat Ċek, mill-Parlament Grieg, mill-Parlament Spanjol, mis-Senat Franċiż u mill-Parlament Portugiż dwar l-abbozz ta' att leġiżlattiv, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0356/2018), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (1); |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sostanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sostanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) Din il-pożizzjoni tikkorrispondi ma’ l-emendi adottati fid-29 ta' Novembru 2018 (Testi adottati, P8_TA(2018)0472).
P8_TC1-COD(2017)0245
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 f’dak li jikkonċerna r-regoli applikabbli għar-riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fuq il-fruntieri mal-fruntieri interni
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (e) tal-Artikolu 77(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Waqt li taġixxi skont il-proċedura ordinarja leġiżlattiva (1) ,
Billi:
|
(-1) |
Il-ħolqien ta' żona li fiha huwa żgurat il-moviment liberu tal-persuni bejn il-fruntieri interni huwa waħda mill-kisbiet ewlenin tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-funzjonament normali u t-tisħiħ ta' żona bħal din, li hija bbażata fuq il-fiduċja u s-solidarjetà, ikunu objettiv komuni tal-Unjoni u tal-Istati Membri li jkunu qablu li jieħdu sehem fiha. Fl-istess waqt, hemm bżonn li jkollna risposta komuni għas-sitwazzjonijiet li jaffettwaw b'mod serju l-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna ta' dik iż-żona, jew ta' partijiet minnha, billi tkun permessa r-riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fil-fruntieri mal-fruntieri interni f'ċirkostanzi eċċezzjonali u bħala l-aħħar għażla, filwaqt li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri kkonċernati. [Em. 1] |
|
(1) |
F'żona fejn il-persuni jistgħu jiċċirkolaw b'mod liberu, id-dħul mill-ġdid tal-kontrolli fuq il-fruntiera mal-fruntieri interni ir-riintroduzzjoni tal-kontroll fil-fruntieri li jseħħ fil-fruntieri interni jenħtieġ li jibqa' l-eċċezzjoni. Ir-riintroduzzjoni tal-kontrolli fuq il-fruntieri intern Peress li l-moviment liberu tal-persuni huwa affettwat mir-riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fil-fruntieri interni, jenħtieġ li tkun deċiża din tiġi riintrodotta biss bħala l-aħħar miżura, għal perjodu limitat ta' żmien u sal-punt li l-kontrolli huma meħtieġa u proporzjonati mat-theddidiet serji identifikati għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna. Jenħtieġ li kwalunkwe miżura bħal din tiġi rtirata hekk kif ir-raġunijiet sottostanti għaliha ma jibqgħux preżenti. [Em. 2] |
|
(1a) |
Il-migrazzjoni u l-qsim tal-fruntieri esterni minn għadd kbir ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jenħtieġ li, bħala tali, ma jitqiesx bħala theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna [Em. 3] |
|
(2) |
It-theddidiet serji identifikati jistgħu jiġu indirizzati permezz ta' miżuri differenti skont in-natura u l-iskala tagħhom. Filwaqt li għadu ċar li s-setgħat tal-pulizija huma jvarjaw kemm fit-tip kif ukoll fl-għan tagħhom meta mqabbla mal-kontroll fil-fruntieri, l-Istati Membri għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom ukoll dawk is-setgħat tal-pulizija, kif imsemmi fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (2), li, suġġett għal ċerti kundizzjonijiet, jistgħu jintużaw f'żoni tal-fruntiera. Ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar verifiki proporzjonati mill-pulizija u kooperazzjoni tal-pulizija fiż-żona Schengen (3) tipprovdi linji gwida lill-Istati Membri għal dan l-għan. [Em. 4] |
|
(2a) |
Qabel jirrikorru għar-riintroduzzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri li jseħħu fil-fruntieri interni, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu preċedenza lil miżuri alternattivi. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat, fejn ikun meħtieġ u ġustifikat, jikkunsidra li juża b'mod aktar effettiv jew jintensifika l-verifiki tal-pulizija fit-territorju tiegħu, inkluż fiż-żoni tal-fruntieri u r-rotot tat-trasport ewlenin abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju, filwaqt li jiżgura li dawk il-verifiki tal-pulizija ma jkollhomx il-kontroll fil-fruntieri bħala objettiv. It-teknoloġiji moderni huma strumentali fl-indirizzar ta' theddid għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna. Jenħtieġ li l-Istati Membri jivvalutaw jekk is-sitwazzjoni tistax tiġi indirizzata b'mod adegwat permezz ta' aktar kooperazzjoni transfruntiera, kemm mill-aspett operattiv kif ukoll minn dak tal-iskambju ta' informazzjoni bejn is-servizzi tal-pulizija u s-servizzi tal-intelligence. [Em. 5] |
|
(3) |
Skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu III, il-Kapitolu II tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, il-kontroll mal-fruntieri interni jista’ jiġi riintrodott temporanjament bħala l-aħħar miżura f’każ ta’ theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fl-Istat Membru konċernat għal perjodu limitat ta’ mhux aktar minn sitt xhur – għal avvenimenti mistennija (l-Artikolu 25), u għal perjodu limitat ta’ żmien ta’ massimu ta’ xahrejn – għal każijiet li jeħtieġu azzjoni immedjata (l-Artikolu 28). Dawn l-iskedi ta’ żmien kienu biżżejjed biex jindirizzaw theddid serju relatat mal-aktar avvenimenti frekwenti prevedibbli bħalma huma l-isport internazzjonali jew avvenimenti politiċi ta’ livell għoli. |
|
(4) |
Madankollu, l-esperjenza wriet li rarament ikun hemm il-ħtieġa li jiġu riintrodotti kontroll fil-fruntieri li jseħħu fil-fruntieri interni għal perjodi ta' aktar minn xahrejn. Huwa biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali li ċertu theddid serju għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna, bħal theddidiet terroristiċi transfruntier jew każijiet speċifiċi ta' movimenti sekondarji ta' migranti irregolari fl-Unjoni li jiġġustifikaw r-riintroduzzjoni jaf jippersisti lil hinn mill-perjodi massimi ta' sitt xhur li bħalissa huma awtorizzati għar-riintroduzzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri, jistgħu jippersistu sew aktar mill-perjodi msemmija hawn fuq li jseħħu fil-fruntieri interni . Għalhekk huwa meħtieġ u ġġustifikat neċessarju li l-limiti ta' żmien applikabbli għar-riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fuq il-fruntieri jkun tal-kontroll fil-fruntieri jiġu aġġustati għall-ħtiġijiet attwali, filwaqt li jiġi żgurat li din il-miżura ma tiġix abbużata u tibqa' eċċezzjoni, li għandha tkun mistennija tintuża biss meta ma jkun baqa' xejn aktar xi jsir. Għal dan l-għan, l-iskadenza ġenerali applikabbli skont l-Artikolu 25 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen jenħtieġ li tkun estiża għal sena. [Em. 6] |
|
(4a) |
Kull deroga mill-prinċipju fundamentali tal-moviment liberu tal-persuni jenħtieġ li tiġi interpretata b'mod strett u l-kunċett tal-ordni pubbliku jippresupponi l-eżistenza ta' theddida ġenwina, preżenti u serja biżżejjed li taffettwa wieħed mill-interessi fundamentali tas-soċjetà. [Em. 7] |
|
(5) |
Sabiex jiġi garantit li dawn il-kontrolli fuq il-fruntieri interni fil-fruntieri interni jkunu l-aħħar miżura u jibqgħu l-eċċezzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri għandhom jissottomettu jippreżentaw valutazzjoni tar-riskju dwar ir-riintroduzzjoni l-estensjoni maħsuba tal-kontrolli fuq il-fruntieri jew dwar l-estensjoni tagħha fil-fruntieri lil hinn minn xahrejn . Il-valutazzjoni tar-riskju jinħtieġ jenħtieġ li, b'mod partikolari, tivvaluta kemm hija mistennija li tippersisti t-theddida identifikata u liema sezzjonijiet tal-fruntieri interni huma affettwati, turi li l-estensjoni tal-kontrolli fuq il-fruntieri fil-fruntieri hija miżura tal-aħħar istanza u tispjega kif il-kontroll fuq il-fruntieri se jgħinu fl-indirizzar tat-theddid identifikat. F'każ ta' kontroll fuq il-fruntieri interni li jaqbżu s-sitt xhur, l-istima , b'mod partikolari billi turi li kwalunkwe miżuri alternattivi oħra wrew li mhumiex biżżejjed jew fil-verità dan huwa minnu, u tispjega kif il-kontroll fil-fruntieri ser jgħinu fl-indirizzar tat-theddid identifikat. Il-valutazzjoni tar-riskju jenħtieġ li turi wkoll b'mod retrospettiv l-effiċjenza tal-kontroll fuq il-fruntieri u l-effikaċja tal-kontroll fil-fruntieri riintrodotti fl-indirizzar tat-theddid identifikat u tispjega fid-dettall kif kull Stat Membru ġar affettwat minn tali estensjoni ġie kkonsultat u involut biex ikunu determinati l-eħfef arranġamenti operazzjonali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jżommu l-possibbiltà li jikklassifikaw, fejn meħtieġ, l-informazzjoni kollha pprovduta jew partijiet minnha. [Em. 8] |
|
(5a) |
Meta r-riintroduzzjoni tal-kontroll fil-fruntieri interni tkun marbuta ma' avvenimenti speċifiċi previsti ta' natura u żmien ta' eċċezzjoni, bħal attivitajiet sportivi, it-tul tagħha jenħtieġ li jkun preċiż ħafna, limitat u marbut mat-tul attwali tal-avveniment. [Em. 9] |
|
(6) |
Il-kwalità tal-valutazzjoni tar-riskju ppreżentata mill-Istati Membri se tkun importanti ħafna għall-valutazzjoni tal-ħtieġa u l-proporzjonalità tar-riintroduzzjoni jew l-estensjoni maħsuba tal-kontrolli fuq il-fruntiera tal-kontroll fil-fruntiera . Jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u Europol jenħtieġ li , Europol, l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Asil, l-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali jkunu involuti f'din il-valutazzjoni. [Em. 10] |
|
(7) |
Is-setgħa tal-Kummissjoni li toħroġ opinjoni skont l-Artikolu 27(4) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen jenħtieġ li tkun modifikata biex tirrifletti obbligi ġodda fuq l-Istati Membri relatati mal-valutazzjoni tar-riskju, inkluża l-kooperazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati. Meta kontrolli fuq il-fruntiera mal-fruntieri interni jitwettqu għal aktar minn sitt xhur, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun obbligata li toħroġ opinjoni. Barra minn hekk Il-proċedura ta' konsultazzjoni kif prevista fl-Artikolu 27(5) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen jenħtieġ li tkun modifikata sabiex tirrifletti r-rwol tal-Aġenziji (l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u Europol) tal-Unjoni u biex tiffoka fuq l-implimentazzjoni prattika ta' diversi aspetti ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, inkluż il-koordinazzjoni, fejn xieraq, ta' miżuri differenti fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera. [Em. 11] |
|
(8) |
Sabiex tagħmel ir-regoli riveduti adattati aħjar għall-isfidi relatati persistenti ta' theddid serju għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna, jeħtieġ li tkun prevista l-possibilità li l-kontrolli fuq il-fruntieri interni l-kontroll fil-fruntieri interni jkunu mtawla għal aktar minn sena sitt xhur fuq bażi eċċezzjonali . Estensjoni bħal din għandha takkumpanja miżuri nazzjonali eċċezzjonali proporzjonati meħuda wkoll fit-territorju sabiex tiġi indirizzata t-theddida, bħal pereżempju stat ta' emerġenza. Fi kwalunkwe każ, possibbiltà bħal din ma jenħtieġx li twassal għal titwil ulterjuri tal-kontrolli temporanji fil-fruntieri interni għal aktar minn sentejn sena . [Em. 12] |
|
(8a) |
In-neċessità u l-proporzjonalità tar-riintroduzzjoni ta' kontroll fil-fruntieri interni għandhom jiġu bbilanċjati kontra t-theddida għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna li tagħti lok għall-ħtieġa ta' tali riintroduzzjoni, kif ukoll għandu jsir għal miżuri alternattivi li jistgħu jittieħdu f'livell nazzjonali jew fil-livell tal-Unjoni, jew fit-tnejn, u l-impatt ta' tali kontroll fuq il-moviment liberu ta' persuni fiż-żona mingħajr kontroll fil-fruntieri interni. [Em. 13] |
|
(9) |
Ir-referenza għall-Artikolu 29 fl-Artikolu 25(4) għandha tiġi emendata bil-ħsieb li tiċċara r-relazzjoni bejn il-perjodi ta’ żmien applikabbli skont l-Artikolu 29 u l-Artikolu 25 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen. [Em. 14] |
|
(10) |
Il-possibbiltà li jitwettqu kontrolli fuq il-fruntieri fil-fruntieri interni b'reazzjoni għal theddida speċifika għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna li tippersisti wara sena sitt xhur għandhom ikunu soġġetti għal proċedura speċifika li tirrikjedi rakkomandazzjoni tal-Kunsill . [Em. 15] |
|
(11) |
Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni toħroġ opinjoni dwar in-neċessità u l-proporzjonalità ta' tali estensjoni u, fejn xieraq, dwar il-kooperazzjoni ma' Stati Membri ġirien . Jenħtieġ li l-Parlament Ewropew jiġi informat minnufih dwar l-estensjoni proposta. Jenħtieġ li l-Istati Membri affettwati jkollhom il-possibbiltà li jagħmlu osservazzjonijiet lill-Kummissjoni qabel din toħroġ l-opinjoni tagħha . [Em. 16] |
|
(12) |
B’kunsiderazzjoni tan-natura ta’ tali miżuri, li għandhom effett fuq is-setgħat eżekuttivi u ta’ infurzar nazzjonali fir-rigward ta’ theddid serju għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna, is-setgħat ta’ implimentazzjoni biex jiġu adottati rakkomandazzjonijiet skont din il-proċedura speċifika jenħtieġ li eċċezzjonalment jiġu kkonferiti lill-Kunsill. |
|
(13) |
Il-Kunsill, waqt li jikkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni, jista' jirrakkomanda estensjoni oħra straordinarji bħal dawn u, fejn ikun xieraq, jiddetermina jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri kkonċernati, bl-għan li jiġi żgurat li din hija miżura eċċezzjonali, fis-seħħ biss sakemm ikun meħtieġ u ġustifikat, u konsistenti mal-miżuri meħuda wkoll fuq livell nazzjonali fit-territorju biex jindirizza l-istess theddida speċifika għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna. Ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għandha tkun prerekwiżit għal kwalunkwe estensjoni ulterjuri lil hinn mill-perjodu ta' sena u għaldaqstant trid tkun tal-istess natura bħal dik diġà prevista fl-Artikolu 29 sitt xhur . Jenħtieġ li r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tintbagħat minnufih lill-Parlament Ewropew . [Em. 17] |
|
(13a) |
Il-miżuri meħuda skont il-proċedura speċifika fejn ċirkostanzi eċċezzjonali jqiegħdu f'riskju l-funzjonament ġenerali taż-żona mingħajr kontroll fil-fruntieri interni jenħtieġ li ma jiġux estiżi permezz jew ikkombinati ma' miżuri meħuda taħt proċedura oħra għar-riintroduzzjoni jew għall-estensjoni tal-kontroll fil-fruntieri interni kif previst fir-Regolament (UE) 2016/399. [Em. 18] |
|
(13b) |
Meta tqis li Stat Membru jkun naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu skont it-Trattati, jenħtieġ li l-Kummissjoni, bħala l-gwardjan tat-Trattati li jissorvelja l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, tieħu miżuri adegwati f'konformità mal-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea inkluż billi tressaq il-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. [Em. 19] |
|
(14) |
Minħabba li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li, f’każijiet eċċezzjonali, jippermetti l-estensjoni tar-riintroduzzjoni tal-kontrolli fuq il-fruntieri f’sezzjoni(jiet) speċifika(ċi) tal-fruntieri interni għall-perjodu ta’ żmien meħtieġ għal Stat Membru biex jirrispondi b’mod adegwat għal theddida persistenti ta’ natura transfruntiera, huwa li jikkumplementa r-regoli attwali dwar r-riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fuq il-fruntieri mal-fruntieri interni, dan ma jistax jiġi milħuq mill-Istati Membri billi jaġixxu waħedhom; emenda tar-regoli komuni stabbiliti fil-livell tal-Unjoni hija neċessarja. B’hekk, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet. |
|
(15) |
Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, kif anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih u lanqas mhi suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Billi dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka, f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, għandha tiddeċiedi jekk hijiex se timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
(16) |
Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fih ir-Renju Unit ma jipparteċipax, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (4); għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u ma huwiex marbut bih jew suġġett għall-applikazzjoni tiegħu. |
|
(17) |
Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li l-Irlanda mhijiex qed tipparteċipa fihom, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (5); Għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. |
|
(18) |
Fir-rigward tal-Iżlanda u tan-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mir-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn tal-aħħar bl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal- acquis ta’ Schengen (6), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (7). |
|
(19) |
Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (8) li jaqgħu taħt il-qasam imsemmi fl-artikolu 1, punt A tad-Deċiżjoni 1999/437/KE (9) moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (10). |
|
(20) |
Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen skont it-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (11) li jaqgħu taħt il-qasam imsemmi fl-artikolu 1, punt A tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (12). |
|
(21) |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(22) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) 2016/399 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/399 qed jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 25 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Fejn, f'żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri fil-fruntieri interni jkun hemm theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fi Stat Membru, dak l-Istat Membru jista' eċċezzjonalment jerġa' jintroduċi l-kontrolli fuq il-fruntieri jirriintroduċi l-kontroll fil-fruntieri fil-partijiet kollha tal-fruntieri interni tiegħu jew f'partijiet speċifiċi tagħhom għal perjodu limitat ta' mhux aktar minn 30 jum jew għall-perijodu prevedibbli tat-theddida serja jekk il-perijodu jaqbeż it-30 jum, iżda ma jaqbiżx is-sitt xhur bħala l-aħħar miżura . L-iskop u t-tul ta' żmien tar-riintroduzzjoni tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni tal-kontroll fil-fruntieri interni m'għandux jaqbeż dak li hu strettament neċessarju b'risposta għat-theddida serja.”; [Em. 20] 2. Il-kontrolli fuq il-fruntieri interni għandhom jiġu introdotti mill-ġdid biss bħala l-aħħar soluzzjoni, u f'konformità mal-Artikoli 27, 27a, 28 u 29. Il-kriterji msemmija, rispettivament, fl-Artikoli 26 u 30, għandhom jiġu kkunsidrati f'kull każ fejn tiġi kkunsidrata deċiżjoni dwar r-riintroduzzjoni tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni skont l-Artikolu 27, 27a, 28 jew 29 rispettivament. [Em. 21] 3. Jekk it-theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fl-Istat Membru konċernat tippersisti lil hinn mill-perjodu previst fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, dak l-Istat Membru jista’ jestendi l-kontrolli fuq il-fruntiera mal-fruntieri interni tiegħu, filwaqt li jikkunsidra l-kriterji msemmija fl-Artikolu 26 u f’konformità mal-Artikolu 27, għall-istess raġunijiet bħal dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u, filwaqt li jikkunsidra kull element ġdid, għal perjodi li jistgħu jiġġeddu li jikkorrispondi għad-durata prevedibbli tat-theddida serja u mhux għal aktar minn sitt xhur. [Em. 22 u 52] 4. Il-perjodu totali li matulu jiġu introdotti mill-ġdid il-kontrolli fuq il-fruntieri interni, inkluż kwalunkwe estensjoni skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, m'għandux jaqbeż is-sena. Fejn hemm ċirkostanzi eċċezzjonali bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 27a, dak il-perjodu totali jista' jiġi estiż għal żmien massimu ta' sentejn b'konformità ma' dak l-Artikolu. Fejn hemm ċirkostanzi eċċezzjonali bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 29, il-perjodu totali jista' jiġi estiż bi żmien massimu ta' sentejn b'konformità mal-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu.” [Em. 23] |
|
(1a) |
L-Artikolu 26 jinbidel b'dan li ġej “Artikolu 26 Kriterji għar-riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fil-fruntieri li jseħħu fil-fruntieri interni Qabel ma Stat Membru jiddeċiedi, bħala miżura tal-aħħar istanza, li jirriintroduċi b'mod temporanju kontroll fil-fruntiera ma' xi waħda jew aktar mill-fruntieri interni tiegħu jew ma' xi partijiet minnhom, jew jiddeċiedi li jestendi tali riintroduzzjoni temporanju, huwa għandu jivvaluta:
Meta Stat Membru jivvaluta, taħt il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, li r-riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fil-fruntieri interni x'aktarx li ma tkunx ta' rimedju suffiċjenti għat-theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna, huwa ma għandux jirriintroduċi kontrolli fil-fruntieri interni. Meta Stat Membru jivvaluta, taħt il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, li miżuri għajr ir-riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fil-fruntieri interni x'aktarx li tkun ta' rimedju suffiċjenti għat-theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna, huwa ma għandux jirriintroduċi jew jestendi l-kontrolli fil-fruntieri interni u għandu jieħu l-miżuri l-oħra. Meta Stat Membru jivvaluta, taħt il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, li r-riintroduzzjoni proposta tal-kontrolli fil-fruntieri interni mhijiex proporzjonali għat-theddida, dan ma għandux jirriintroduċi jew jestendi l-kontrolli fil-fruntieri interni.”; [Em. 24] |
|
(2) |
L-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
jiżdied Artikolu 27a ġdid: Proċedura speċifika fejn it-theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna hija ta’ aktar minn sena sitt xhur [Em. 40]“1. F'każijiet F'ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn l-Istat Membru qiegħed iħabbat wiċċu mal-istess theddida serja għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna lil hinn mill-perjodu msemmi fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 25(4) fl-Artikolu 27(1a) , u fejn miżuri nazzjonali eċċezzjonali proporzjonat qegħdin jittieħdu wkoll fit-territorju biex tiġi indirizzata din it-theddida, kontroll fuq il-fruntieri fil-fruntieri kif riintrodott temporanjament biex jirrispondi għal dik it-theddida jista' jkompli jiġi estiż f'konformità ma' dan l-Artikolu. [Em. 41] 2. Sa mhux aktar tard minn sitt tliet ġimgħat qabel l-iskadenza tal-perjodu msemmi fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 25(4) fl-Artikolu 27(1)(a) , l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni li huwa qed jitlob estensjoni ulterjuri skont il-proċedura speċifika stabbilita f'dan l-Artikolu. Din in-notifika għandha tinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa skont l-Artikolu 27(1)(a) sa (e). Fl-Artikolu 27, il-paragrafi 2 u 3 għandhom japplikaw. l-Artikolu 27(1) u (1b) . L-Artikolu 27(2) u (3) huma applikabbli. [Em. 42] 3. Il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni dwar jekk l-estensjoni proposta tissodisfax ir-rekwiżiti mogħtija fil-paragrafi 1 u 2 u dwar il-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-estensjoni proposta . L-Istati Membri affettwati jistgħu jagħmlu osservazzjonijiet lill-Kummissjoni qabel din toħroġ l-opinjoni tagħha . [Em. 43] 4. Il-Kunsill, filwaqt li jikkunsidra b'mod dovut Ladarba jkun qies l-opinjoni tal-Kummissjoni, jista' jirrakkomanda li l-Istat Membru jiddeċiedi li jkompli jestendi l-kontrolli fuq il-fruntieri interni għal perjodu ta' mhux aktar minn sitt xhur. Dan il-perjodu jista' jiġi estiż, mhux aktar minn tliet darbiet, b'perjodu ieħor ta' il-Kunsill jista', bħala l-aħħar istanza, jirrakkomanda li l-Istat Membru kkonċernat ikompli jestendi l-kontroll fil-fruntiera li jseħħ fil-fruntieri interni tiegħu għal perjodu ta' mhux aktar minn sitt xhur. Fir-rakkomandazzjoni tiegħu, il-Kunsill għandu mill-anqas jindika l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(1)(a) sa (e). Fejn adatt, huwa fl-Artikolu 27(1) u (1b) għandu jiffissa jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri kkonċernati.”; [Em. 44] |
|
(3a) |
fl-Artikolu 28, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej: “4. Il-perijodu totali li matulu jiġu riintrodotti l-kontroll fil-fruntieri interni, abbażi tal-perijodu inizjali skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u kwalunkwe estensjoni taħt il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, m'għandux jaqbeż ix-xahrejn.”; [Em. 45 and 66] |
|
(3b) |
jiddaħħal artikolu ġdid: “Artikolu 28a Il-kalkolu tat-tul tal-perijodu li matulu jiġi riintrodott jew estiż il-kontroll fil-fruntieri minħabba theddida prevista għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna, fejn it-theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna tmur lil hinn minn sitt xhur u f'każijiet li jirrikjedu azzjoni immedjata Kwalunkwe riintroduzzjoni jew estensjoni tal-kontrolli fil-fruntieri li jseħħu fil-fruntieri interni li jsiru qabel … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu tal-perijodi msemmija fl-Artikoli 27, 27a u 28.”; [Em. 46] |
|
(3c) |
fl-Artikolu 29(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej “Il-kriterji msemmija fl-Artikolu 30 għandhom jitqiesu f'kull każ fejn deċiżjoni dwar ir-riintroduzzjoni jew l-estensjoni temporanja tal-kontroll fil-fruntieri fuq il-fruntieri interni tiġi kkunsidrata skont dan l-Artikolu.”; [Em. 67] |
|
(3d) |
fl-Artikolu 29, il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej: “5. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-miżuri li jistgħu jiġu adottati mill-Istati Membri fil-każ ta' theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna skont l-Artikoli 27, 27a u 28. Madankollu, il-perijodu totali li matulu jiġu riintrodotti jew estiżi l-kontroll fil-fruntieri li jseħħ fil-fruntieri interni skont dan l-Artikolu ma għandux jiġi estiż bis-saħħa ta' miżuri, jew kombinazzjoni tagħhom, meħuda skont l-Artikoli 27, 27a jew 28.”. [Em. 47] |
Artikolu 1a
Dan ir-Regolament għandu japplika għan-notifiki magħmula mill-Istati Membri skont l-Artikolu 27 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen minn … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].
Kwalunkwe perjodu ta' notifika kontinwa għar-riintroduzzjoni jew l-estensjoni tal-kontroll fil-fruntieri fuq il-fruntieri interni li jkun spiċċa qabel … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] għandu jitqies fil-kalkolu tal-perijodu msemmi fl-Artikolu 28(4). [Em. 69]
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.
Magħmul fi …,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ April 2019.
(3) C(2017)3349 final, 12.05.2017.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Britannja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
(6) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja rigward l-assoċjazzjoni ta' dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis tax-Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).
(8) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(9) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja rigward l-assoċjazzjoni ta' dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis tax-Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta' Jannar 2008 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).
(11) ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(12) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).