|
26.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 108/965 |
P8_TA(2019)0324
“Erasmus”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi “Erasmus”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 (COM(2018)0367 – C8-0233/2018 – 2018/0191(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2021/C 108/55)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0367), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 165(4) u 166(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0233/2018), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-6 ta' Frar 2019 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-Opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0111/2019), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Japprova d-dikjarazzjoni tiegħu annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
|
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P8_TC1-COD(2018)0191
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-28 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi “Erasmus” “Erasmus+”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 [Em. 1 Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 165(4) u 166(4) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu b’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1) |
F'kuntest ta' bidliet rapidi u profondi kkawżati mir-rivoluzzjoni teknoloġika u l-globalizzazzjoni, l-investiment fil-mobbilità L-investiment fil-mobbiltà għat-tagħlim għal kulħadd, irrispettivament mill-isfond soċjali jew kulturali u irrispettivament mill-mezzi, kif ukoll l-iżvilupp ta' politika ta' kooperazzjoni u innovattiva fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport huwa essenzjali għall-bini ta' soċjetajiet inklużivi, demokratiċi koeżivi u reżiljenti u ż-żamma tal-kompetittività tal-Unjoni, filwaqt li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-identità Ewropea , il-prinċipji u l-valuri Ewropej u għal Unjoni aktar demokratika. [Em. 2] |
|
(2) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar it-Tisħiħ tal-Identità Ewropea permezz tal-Edukazzjoni u l-Kultura tal-14 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni ressqet il-viżjoni tagħha sabiex taħdem lejn Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sal-2025, li fiha t-tagħlim ma jkunx imfixkel mill-fruntieri; Unjoni, li fiha jkun sar standard li wieħed iqatta’ żmien fi Stat Membru ieħor biex jistudja u jitgħallem fi kwalunkwe mod jew ambjent, u fejn, tkun saret in-norma li wieħed jitkellem żewġ lingwi oħra minbarra l-lingwa materna tiegħu; Unjoni li fiha l-persuni ikollhom sens qawwi tal-identità tagħhom bħala Ewropej, tal-wirt kulturali tal-Ewropa u tad-diversità tagħha. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa li tingħata spinta lill-programm Erasmus+ ippruvat u ttestjat fil-kategoriji kollha ta’ studenti li diġà jkopri u li jintlaħqu studenti li ġejjin minn kuntesti żvantaġġati. |
|
(3) |
L-importanza tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ għall-futur tal-Unjoni hija riflessa fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Frar 2018 intitolata “Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid u modern għal Unjoni Ewropea li tagħti riżultati fuq il-prijoritajiet tagħha b’mod effiċjenti wara l-2020” (4), li tenfasizza l-ħtieġa li jitwettqu l-impenji magħmula mill-Istati Membri fis-Summit Soċjali ta’ Gothenburg, inkluż permezz tal-implimentazzjoni sħiħa tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (5) u l-ewwel prinċipju tiegħu dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja. Il-Komunikazzjoni tenfasizza l-ħtieġa li jiżdiedu l-mobbiltà u l-iskambji, inkluż permezz ta’ programm sostanzjalment imsaħħaħ, inklużiv u estiż, kif kien mitlub mill-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2017. |
|
(4) |
Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, ipproklamat u ffirmat solennement fis-17 ta' Novembru 2017 mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, jistabbilixxi, bħala l-ewwel prinċipju ewlieni tiegħu, li kulħadd għandu d-dritt għal edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta' kwalità u inklużivi sabiex jinżammu u jinkisbu ħiliet li jippermettulhom jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà u jġestixxu b'suċċess it-tranżizzjonijiet fis-suq tax-xogħol. Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jafferma b'mod ċar l-importanza ta' edukazzjoni bikrija tat-tfal ta' kwalità tajba u li jiġu żgurati opportunitajiet indaqs għal kulħadd. [Em. 3] |
|
(5) |
Fis-16 ta' Settembru 2016 fi Bratislava, il-mexxejja ta' sebgħa u għoxrin Stat Membru enfasizzaw id-determinazzjoni tagħhom li jipprovdu opportunitajiet aħjar għaż-żgħażagħ. Fid-Dikjarazzjoni ta' Ruma li ġiet iffirmata fil-25 ta' Marzu 2017, il-mexxejja ta' sebgħa u għoxrin Stat Membru u tal-Kunsill Ewropew, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea wegħdu li jaħdmu għal Unjoni fejn iż-żgħażagħ jirċievu l-aħjar edukazzjoni u taħriġ u jistgħu jistudjaw u jsibu impjieg madwar l-Unjoni il-kontinent ; Unjoni li tippreserva l-wirt kulturali tagħna u li tippromwovi d-diversità kulturali ; Unjoni li tiġġieled il-qgħad, id-diskriminazzjoni, l-esklużjoni soċjali u l-faqar .[Em. 4] |
|
(6) |
Ir-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-programm Erasmus+ 2014-2020 ikkonferma li l-ħolqien ta' programm uniku dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-sport irriżulta f'simplifikazzjoni, razzjonalizzazzjoni u sinerġiji sinifikanti fil-ġestjoni tal-Programm filwaqt li huwa meħtieġ titjib ulterjuri sabiex issir konsolidazzjoni ulterjuri tal-kisbiet fl-effiċjenza tal-Programm 2014-2020. Fil-konsultazzjonijiet għall-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu u dwar il-Programm futur, l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati għamlu talba għall-kontinwità fil-kamp ta' applikazzjoni, l-arkitettura u l-mekkaniżmi eżekuttivi tal-Programm, filwaqt li talbu għadd ta' titjib, bħal li l-Programm isir aktar inklużiv , aktar sempliċi u aktar ġestibbli għall-benefiċjarji ż-żgħar u proġetti ta' daqs iżgħar . Esprimew ukoll l-appoġġ sħiħ tagħhom biex il-Programm jinżamm integrat u msejjes fuq il-paradigma tat-tagħlim tul il-ħajja. Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2017 dwar l-implimentazzjoni ta' Erasmus+, laqa' l-istruttura integrata tal-programm u stieden lill-Kummissjoni tisfrutta b'mod sħiħ id-dimensjoni tat-tagħlim tul il-ħajja tal-programm billi trawwem u tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni transsettorjali fil-programm futur. Il-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati enfasizzaw ukoll il-ħtieġa tinżamm li tkompli tissaħħaħ id-dimensjoni internazzjonali qawwija fil-Programm u li tiġi estiża għal setturi oħra tal-edukazzjoni u t-taħriġ , kif ukoll għaż-żgħażagħ u l-isport . [Em. 5] |
|
(7) |
Il-konsultazzjoni pubblika miftuħa dwar il-finanzjament tal-Unjoni fl-oqsma tal-valuri u l-mobbiltà kkonfermat dawn is-sejbiet ewlenin u enfasizzat il-ħtieġa li l-programm futur isir programm aktar inklużiv u li jkompli jiffoka l-prijoritajiet fuq l-immodernizzar tas-sistemi edukattivi u tat-taħriġ kif ukoll it-tisħiħ tal-prijoritajiet dwar it-trawwim tal-identità Ewropea, iċ-ċittadinanza attiva u l-parteċipazzjoni fil-ħajja demokratika. |
|
(7a) |
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 22/2018 tat-3 ta' Lulju 2018 dwar Erasmus+ (6) , enfasizzat li l-Programm ta prova ta' valur miżjud Ewropew, iżda li mhux id-dimensjonijiet kollha ta' dak il-valur miżjud, bħal sens akbar ta' identità Ewropea jew multilingwiżmu msaħħaħ, qed jiġu kkunsidrati jew imkejla b'mod adegwat. Il-Qorti qieset li l-Programm li jmiss jenħtieġ li jiżgura li l-indikaturi jkunu allinjati aħjar mal-objettivi tal-Programm biex tiġi żgurata valutazzjoni tal-prestazzjoni xierqa. Ir-rapport tal-Qorti nnota wkoll li, minkejja l-isforzi ta' simplifikazzjoni fil-Programm 2014-2020, il-piżijiet amministrattivi għadhom għoljin wisq u għaldaqstant irrakkomanda li l-Kummissjoni tkompli tissimplifika l-proċeduri tal-Programm, b'mod partikolari l-proċeduri ta' applikazzjoni u r-rekwiżiti ta' rappurtar, u li ttejjeb l-għodod tal-IT. [Em. 6] |
|
(8) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar “Baġit modern għal Unjoni li tipproteġi, tagħti s-setgħa u tiddefendi – il-qafas finanzjarju pluriennali għall-2021-2027” (7) adottata fit-2 ta' Mejju 2018, il-Kummissjoni talbet li jsir investiment akbar fin-nies u ssir enfasi aktar qawwija fuq “iż-żgħażagħ” fil-qafas finanzjarju li jmiss b'mod partikolari billi tirdoppja u aktar id-daqs tal-Programm Erasmus+ 2014-2020, u rrikonoxxiet li l-Programm Erasmus+ kien waħda mill-aktar stejjer ta' suċċess viżibbli tal-Unjoni. Il-fokus tal-Programm il-ġdid jenħtieġ li jkun fuq l-inklużività, u sabiex jintlaħqu aktar żgħażagħ Minkejja dan is-suċċess ġenerali, il-Programm 2014-2020 baqa' ma jistax jissodisfa d-domanda għolja għal finanzjament u sofra minn rati ta' suċċess baxxi tal-proġett. Sabiex jiġu rimedjati dawn in-nuqqasijiet, huwa meħtieġ li jiżdied il-baġit pluriennali għall-Programm suċċessur għall-Programm 2014-2020. Barra minn hekk, il-Programm suċċessur għandu l-għan li jkun aktar inklużiv billi jilħaq lil aktar persuni minn kuntesti żvantaġġati, Dan jenħtieġ li jippermetti aktar żgħażagħ li jmorru f'pajjiż ieħor sabiex jitgħallmu jew jaħdmu u jinkorpora għadd ta' inizjattivi ġodda u ambizzjużi . Għaldaqstant, kif issottolinjat mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, huwa meħtieġ li l-baġit jittriplika, bi prezzijiet kostanti, għall-Programm suċċessur meta mqabbel mal-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu 2014-2020 . [Em. 7] |
|
(9) |
F'dan il-kuntest, huwa neċessarju li jiġi stabbilit programm suċċessur għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport (il-“Programm”) tal-programm Erasmus+ 2014-2020 stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). In-natura integrata tal-programm 2014-2020 li tkopri t-tagħlim fil-kuntesti kollha – formali, mhux formali u informali, u f'kull stadju tal-ħajja – jenħtieġ li tinżamm sabiex tagħti tiġi msaħħa bil-għan li jiġi żgurat approċċ ta' tagħlim tul il-ħajja u tingħata spinta lill-modi ta' tagħlim flessibbli li jippermettu lill-individwi jiżviluppaw dawk il-kompetenzi lin-nies jiksbu u jtejbu l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi li huma meħtieġa sabiex jiżviluppaw bħala individwi u jaffaċċaw l-isfidi u jieħdu dak kollu li jistgħu mill-opportunitajiet tas-seklu wieħed u għoxrin. Tali approċċ għandu jirrikonoxxi wkoll il-valur tal-attivitajiet ta' edukazzjoni mhux formali u informali u r-rabtiet ta' bejniethom. [Em. 8] |
|
(10) |
Il-Programm jenħtieġ li jkun mgħammar sabiex isir kontributur terġa' ikbar għall-implimentazzjoni tal-għanijiet u l-prijoritajiet ta' politika tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport. Approċċ koerenti għat-tagħlim tul il-ħajja huwa ċentrali għall-ġestjoni tat-tranżizzjonijiet differenti li l-persuni se jaffaċċaw tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom , b'mod partikolari persuni akbar fl-età li jeħtieġ jitgħallmu ħiliet għall-ħajja ġodda jew ħiliet għal suq tax-xogħol li dejjem jevolvi. Jenħtieġ li tali approċċ jiġi mħeġġeġ permezz ta' kooperazzjoni transsettorjali effikaċi u permezz ta' interazzjoni akbar bejn il-forom ta' edukazzjoni differenti . Fit-teħid ta' dan l-approċċ 'il quddiem, il-Programm li jmiss jenħtieġ li jżomm relazzjoni mill-qrib mal-qafas strateġiku ġenerali għall-politika ta' kooperazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, inkluż l-aġendi ta' politika għall-iskejjel, l-edukazzjoni għolja, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u t-tagħlim għall-adulti, filwaqt li jsaħħaħ u jiżviluppa sinerġiji ġodda ma' programmi u oqsma ta' politika relatati oħra tal-Unjoni.. [Em. 9] |
|
(10a) |
L-organizzazzjonijiet li joperaw f'kuntest transfruntier jipprovdu kontribut importanti għad-dimensjoni transnazzjonali u internazzjonali tal-Programm. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Programm jipprovdi appoġġ lin-netwerks rilevanti fil-livell tal-Unjoni u lil organizzazzjonijiet nongovernattivi Ewropej u internazzjonali li l-attivitajiet tagħhom huma relatati mal-objettivi tal-Programm u jikkontribwixxu għalihom. [Em. 10] |
|
(11) |
Il-Programm huwa komponent ewlieni tal-bini ta’ Qasam Ewropew tal-Edukazzjoni u tal-iżvilupp tal-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja, kif stabbilit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2018 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (9) , sal-2025. Jenħtieġ li jkun mgħammar biex jikkontribwixxi għas-suċċessur tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ u l-Aġenda tal-Ħiliet għall-Ewropa (10) b’impenn kondiviż għall-importanza strateġika tal-ħiliet u l-kompetenzi , il-kompetenzi u l-għarfien għaż-żamma u l-ħolqien tal-impjiegi, it-tkabbir u l-kompetittività , il-kompetittività, l-innovazzjoni u l-koeżjoni soċjali . Jenħtieġ li jappoġġa lill-Istati Membri fl-ilħuq tal-għanijiet tad-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni (11). [Em. 11] |
|
(12) |
Il-Programm jenħtieġ li jkun koerenti mal-istrateġija ġdida tal-Unjoni Ewropea dwar iż-żgħażagħ (12), il-qafas għal kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ għall-2019-2027, ibbażat fuq il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Mejju 2018 dwar “L-impenn, il-konnessjoni u l-għoti tas-setgħa liż-żgħażagħ: Strateġija tal-UE dwar iż-Żgħażagħ” (13) , inkluż l-għan tal-Istrateġija li tappoġġa impjiegi u tagħlim mhux formali ta' kwalità għolja għaż-żgħażagħ . [Em. 12] |
|
(13) |
Il-Programm jenħtieġ li jqis il-pjan ta' ħidma tal-Unjoni għall-isport li huwa l-qafas ta' kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni fil-qasam tal-isport għas-snin […] (14). Jenħtieġ li jiġu żgurati l-koerenza u l-komplementarjetà bejn il-pjan ta' ħidma tal-Unjoni u l-azzjonijiet appoġġati skont il-Programm fil-qasam tal-isport. Hemm bżonn li wieħed jiffoka b'mod partikolari fuq l-isport tal-organizzazzjonijiet ta' bażi l-isport grassroots , b'kunsiderazzjoni tar-rwol importanti li għandu l-isports fil-promozzjoni tal-attività fiżika u l-istil stil ta' ħajja tajjeb għas-saħħa , ir-relazzjonijiet interpersonali , l-inklużjoni soċjali u l-ugwaljanza. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-azzjonijiet ta' mobbiltà biss fil-kuntest tal-isport grassroots, kemm għaż-żgħażagħ li jipprattikaw sport organizzat fuq bażi regolari kif ukoll għall-persunal sportiv. Huwa importanti wkoll li jiġi rrikonoxxut li l-membri tal-persunal sportiv jistgħu jkunu professjonisti, fis-sens li jistgħu jaqilgħu l-għajxien tagħhom mill-isport, u xorta waħda jkunu involuti fl-isport grassroots. Jenħtieġ, għaldaqstant, li l-azzjonijiet ta' mobbiltà jkunu miftuħin ukoll għal dan il-grupp. Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-valuri komuni Ewropej permezz tal-isport, il-governanza tajba u l-integrità fl-isport, is-sostenibbiltà u prattiki ambjentali tajbin fl-isport, kif ukoll l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-ħiliet fl-isport u permezz tal-isport . Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li l-persuni kkonċernati, inklużi l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni u taħriġ, jipparteċipaw fi sħubijiet, kooperazzjoni u djalogu ta' politika fil-qasam tal-isport. [Em. 13] |
|
(14) |
Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kapaċità ta' innovazzjoni tal-Unjoni b'mod partikolari billi jappoġġa attivitajiet ta' mobbiltà u kooperazzjoni li jrawmu l-iżvilupp ta' ħiliet u kompetenzi f'oqsma ta' studju jew dixxiplini li jħarsu 'l quddiem, bħax-xjenza, it-teknoloġija, l-arti, l-inġinerija u l-matematika (STEAM) , it-tibdil fil-klima, il-protezzjoni ambjentali, l-iżvilupp sostenibbli, l-enerġija nadifa, l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika, l-analiżi tad-data, id-disinn u l-arkitettura, u litteriżmu diġitali u medjatiku sabiex jgħinu lil-persuni jiżviluppaw l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa għall-futur. [Em. 14] |
|
(14a) |
F'konformità mal-missjoni tiegħu li jixpruna l-innovazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ, jenħtieġ li l-Programm jappoġġa l-iżvilupp ta' strateġiji edukattivi u ta' tagħlim immirati lejn tfal b'don u talent, irrispettivament min-nazzjonalità, l-istatus soċjoekonomiku jew is-sess tagħhom. [Em. 15] |
|
(14b) |
Jenħtieġ li l-Programm jikkontribwixxi għas-segwitu tas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali permezz ta' attivitajiet ta' appoġġ maħsuba biex jiżviluppaw il-ħiliet meħtieġa ħalli jipproteġu u jippreservaw il-wirt kulturali Ewropew u biex jisfruttaw bis-sħiħ l-opportunitajiet edukattivi li joffri s-settur kulturali u kreattiv. [Em. 16] |
|
(15) |
Is-sinerġiji ma’ Orizzont Ewropa jenħtieġ li jiżguraw li jintużaw riżorsi kombinati mill-Programm u l-Programm Orizzont Ewropa (15) biex jappoġġaw attivitajiet dedikati għat-tisħiħ u l-modernizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja Ewropej. Orizzont Ewropa, fejn xieraq, se jikkumplimenta l-appoġġ tal-Programm għall-inizjattiva azzjonijiet u inizjattivi li juru dimensjoni tar-riċerka, bħall-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej, b’mod partikolari d-dimensjoni tar-riċerka tiegħu bħala parti mill-iżvilupp ta’ strateġiji ġodda konġunti u integrati fit-tul u sostenibbli dwar l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni. Is-sinerġiji ma’ Orizzont Ewropa se jgħinu jrawmu l-integrazzjoni tal-edukazzjoni u r-riċerka , b'mod partikolari fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja. [Em. 17] |
|
(16) |
Il-Programm jenħtieġ li jkun iktar inklużiv billi jtejjeb is-sensibilizzazzjoni tiegħu għal dawk ir-rati ta' parteċipazzjoni fost persuni li għandhom inqas opportunitajiet . Huwa importanti li jiġi rikonoxxut li livelli baxxi ta' parteċipazzjoni fost nies li għandhom inqas opportunitajiet jistgħu jirriżultaw minn kawżi differenti u jiddependu minn kuntesti nazzjonali differenti. Għaldaqstant, fi ħdan qafas għall-Unjoni kollha, l-aġenziji nazzjonali għandhom jiżviluppaw strateġiji ta' inklużjoni b'miżuri biex itejbu l-komunikazzjoni, jissimplifikaw il-proċeduri, joffru taħriġ u jappoġġaw u jimmonitorjaw l-effikaċja. Jenħtieġ li jintużaw ukoll mekkaniżmi oħra biex tissaħħaħ l-inklużjoni , inkluż billi jiġu pprovduti formats tal-mobbiltà għat-tagħlim li jaqblu mal-ħtiġijiet tal-persuni li għandhom inqas opportunitajiet, u billi titrawwem il-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet iż-żgħar u lokali , b'mod partikolari parteċipanti ġodda u organizzazzjonijiet ta' bażi grassroots bbażati fil-komunità li jaħdmu direttament ma' studenti żvantaġġati ta' kull età. Il-formats virtwali, bħall-kooperazzjoni virtwali, il-mobbiltà mħallta u dik virtwali, jenħtieġ li jiġu promossi biex jilħqu iktar parteċipanti, b'mod partikolari dawk li għandhom inqas opportunitajiet u dawk li għalihom iċ-ċaqliqa fiżika minn pajjiż ieħor li huwa differenti mill-pajjiż ta' residenza tagħhom tkun ostaklu. [Em. 18] |
|
(16a) |
Meta persuni li għandhom inqas opportunitajiet ma jkunux jistgħu jipparteċipaw fil-Programm għal raġunijiet finanzjarji, kemm minħabba s-sitwazzjoni ekonomika tagħhom kif ukoll minħabba l-ispejjeż ogħla għall-parteċipazzjoni fil-Programm iġġenerati mis-sitwazzjoni speċifika tagħhom, kif spiss ikun il-każ għal persuni b'diżabbiltà, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw li jiġu stabbiliti miżuri ta' appoġġ finanzjarju adegwati. Tali miżuri jistgħu jinkludu strumenti oħra tal-Unjoni, bħall-Fond Soċjali Ewropew Plus, l-iskemi nazzjonali jew l-aġġustamenti ta' għotjiet jew top-ups permezz tal-Programm. Meta jiġi vvalutat jekk il-persuni b'inqas opportunitajiet jistgħux jipparteċipaw fil-Programm għal raġunijiet finanzjarji u l-livell ta' appoġġ li għandhom bżonn, jenħtieġ li jintużaw kriterji oġġettivi. Jenħtieġ li l-ispejjeż addizzjonali tal-miżuri sabiex tiġi ffaċilitata l-inklużjoni qatt ma jiġġustifikaw ir-rifjut ta' applikazzjoni għal proġett. [Em. 19] |
|
(16b) |
Jenħtieġ li l-Programm ikompli jiffoka l-appoġġ tiegħu fuq il-mobbiltà għat-tagħlim fiżiku u għandu jiftaħ opportunitajiet akbar għal persuni li għandhom inqas opportunitajiet biex jibbenefikaw minn azzjonijiet ta'mobbiltà fiżika għat-tagħlim. Fl-istess ħin, għandu jiġi rikonoxxut li l-formati virtwali, bħall-kooperazzjoni virtwali, it-tagħlim imħallat u t-tagħlim virtwali, jistgħu jikkomplementaw b'mod effikaċi il-mobbiltà fiżika għall-finijiet ta' tagħlim u jimmassimizzaw l-effikaċja tagħha. F'każijiet eċċezzjonali, meta n-nies ma jkunux jistgħu jipparteċipaw f'azzjonijiet u attivitajiet ta' mobbiltà, il-formati virtwali jaf jippermettulhom igawdu ħafna mill-benefiċċji tal-Programm b'mod kosteffikaċi u innovattiv. Għaldaqstant, il-Programm jenħtieġ li jipprovdi wkoll sostenn għal tali formati u għodod virtwali. Tali formati u għodod, b'mod partikolari dawk użati għat-tagħlim tal-lingwi, jenħtieġ li jkunu disponibbli b'mod kemm jista' jkun mifrux għall-pubbliku. [Em. 20] |
|
(16c) |
F'konformità mal-obbligi tal-Unjoni u tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà, b'mod partikolari l-Artikolu 9 tagħha dwar l-aċċessibbiltà u l-Artikolu 24 tagħha dwar l-edukazzjoni, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali biex jiġi żgurat li l-persuni b'diżabbiltà jgawdu minn aċċess nondiskriminatorju u mingħajr ostakli għall-Programm. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jingħata appoġġ addizzjonali, inkluż sostenn finanzjarju, fejn meħtieġ. [Em. 21] |
|
(16d) |
L-ostakli legali u amministrattivi, bħalma huma d-diffikultajiet biex jinkisbu l-viżi u l-permessi ta' residenza, u fl-aċċess għas-servizzi ta' appoġġ, b'mod partikolari s-servizzi tas-saħħa, jistgħu jimpedixxu l-aċċess għall-Programm. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa biex jitneħħew dawn l-ostakli, f'konformità sħiħa mad-dritt tal-Unjoni, u biex jiġu ffaċilitati l-iskambji transfruntiera, pereżempju billi tinħareġ il-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea. [Em. 22] |
|
(17) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar it-Tisħiħ tal-identità Ewropea permezz tal-edukazzjoni u l-kultura, il-Kummissjoni enfasizzat ir-rwol ċentrali tal-edukazzjoni, il-kultura u l-isport fil-promozzjoni ta' ċittadinanza attiva, valuri komuni u sens ta' solidarjetà fost l-iżgħar ġenerazzjonijiet. It-tisħiħ tal-identità Ewropea u t-trawwim tal-parteċipazzjoni attiva tal-individwi u tas-soċjetà ċivili fil-proċessi demokratiċi huwa kruċjali għall-futur tal-Ewropa u s-soċjetajiet demokratiċi tagħna. Jekk persuna ssiefer sabiex tistudja, titgħallem, titħarreġ u taħdem jew sabiex tipparteċipa f'attivitajiet taż-żgħażagħ u tal-isports, dan jikkontribwixxi għat-tisħiħ ta' din l-identità Ewropea fid-diversità kollha tagħha u s-sens li tkun parti minn komunità kulturali kif ukoll sabiex titrawwem din iċ-ċittadinanza attiva, il-koeżjoni soċjali u l-ħsieb kritiku fost persuni ta' kull età. Dawk li jipparteċipaw f'attivitajiet ta' mobbiltà jenħtieġ li jinvolvu ruħhom fil-komunitajiet lokali tagħhom kif ukoll jinvolvu ruħhom fil-komunitajiet lokali tal-pajjiż ospitanti tagħhom biex jaqsmu l-esperjenza tagħhom. L-attivitajiet marbutin mat-tisħiħ tal-aspetti kollha tal-kreattività fl-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ u t-tisħiħ tal-kompetenzi ewlenin individwali jenħtieġ li jiġu appoġġati. [Em. 23] |
|
(17a) |
Huwa importanti li l-Programm iwassal valur miżjud Ewropew. Għaldaqstant, l-azzjonijiet u l-attivitajiet jenħtieġ li jkunu eliġibbli biss għal finanzjament taħt il-Programm jekk huma jkunu jistgħu juru valur miżjud potenzjali Ewropew. Jenħtieġ li jkun possibbli li l-valur miżjud Ewropew jintwera f'diversi modi, pereżempju permezz tal-karattru transnazzjonali tal-azzjonijiet, il-komplementarjetà u s-sinerġiji tagħhom ma' programmi u politiki oħra tal-Unjoni, il-kontribut tagħhom għall-użu effettiv tal-għodod ta' trasparenza u ta' rikonoxximent tal-Unjoni, il-kontribut tagħhom għall-iżvilupp ta' standards ta' assigurazzjoni ta' kwalità madwar l-Unjoni kollha, il-kontribut tagħhom għall-iżvilupp ta' standards komuni madwar l-Unjoni kollha fil-programmi ta' edukazzjoni u taħriġ, u l-promozzjoni tagħhom tal-multilingwiżmu u tad-djalogu interkulturali u interkonfessjonali, it-trawwim ta' sens ta' appartenenza Ewropew u t-tisħiħ taċ-ċittadinanza Ewropea. [Em. 24] |
|
(18) |
Id-dimensjoni internazzjonali tal-Programm jenħtieġ li tingħata spinta li timmira li billi toffri għadd akbar ta' opportunitajiet għall-mobbiltà , kemm għall-individwi kif ukoll għall-organizzazzjonijiet , għall-mobbiltà, il-kooperazzjoni u d-djalogu ta' politika ma' pajjiżi terzi li mhumiex assoċjati mal-Programm , b'mod partikolari pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw . Id-dimensjoni internazzjonali jenħtieġ li tappoġġa l-iżvilupp tal-ħiliet u l-iskambji interpersonali u, b'mod partikolari għaċ-ċittadini tal-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, jenħtieġ li tappoġġa t-trasferiment tal-għarfien lura lejn il-pajjiżi ta' oriġini tagħhom fi tmiem il-perjodi ta' studju tagħhom. Jenħtieġ ukoll li ssaħħaħ il-bini ta' kapaċità tas-sistemi edukattivi fil-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw . Billi nibnu fuq l-implimentazzjoni b'suċċess ta' attivitajiet internazzjonali ta' edukazzjoni għolja u taż-żgħażagħ skont il-programmi predeċessuri fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, l-attivitajiet internazzjonali ta' mobbiltà jenħtieġ li jiġu estiżi għal setturi oħra, bħall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u l-isport . [Em. 25] |
|
(18a) |
Sabiex jissaħħaħ l-impatt tal-attivitajiet fil-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, huwa importanti li jissaħħu s-sinerġiji bejn Erasmus+ u l-istrumenti għal azzjoni esterna tal-Unjoni, bħall-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni. [Em. 26] |
|
(19) |
L-arkitettura bażika tal-programm 2014-2020 fi tliet kapitoli – l-edukazzjoni u t-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport – strutturata madwar tliet azzjonijiet ewlenin kienet ta’ suċċess u jenħtieġ li tinżamm. Jenħtieġ li jiġi introdott titjib biex jiġu simplifikati u razzjonalizzati l-azzjonijiet appoġġati mill-Programm. |
|
(20) |
Il-Programm jenħtieġ li jirrinforza l-opportunitajiet ta' mobbiltà għat-tagħlim eżistenti, b'mod partikolari f'dawk is-setturi fejn il-Programm jista' jkollu l-akbar kisbiet fl-effiċjenza, sabiex iwessa' l-ilħuq tiegħu u jissodisfa d-domanda għolja mhux milħuqa. Dan jenħtieġ li jsir b'mod partikolari billi jiżdiedu u jiġu ffaċilitati l-attivitajiet ta' mobbiltà għal studenti ta' edukazzjoni mobbiltà għall-istudenti u l-persunal tal-edukazzjoni għolja, studenti l-istudenti u l-persunal tal-iskola , inklużi l-għalliema tal-iskola preprimarja u l-edukazzjoni bikrija u l-persunal ta' indukrar, u studenti u persunal fis-settur tal-edukazzjoni t-taħriġ vokazzjonali. Il-mobbiltà ta' studenti adulti b'livell baxx ta' ħiliet jenħtieġ li tkun inkorporata fi sħubiji għall-kooperazzjoni. permezz ta' miżuri mmirati li jieħdu kont tal-ħtiġijiet edukattivi speċifiċi tal-benefiċjarji intenzjonati. L-opportunitajiet ta' mobbiltà għall-istudenti tal-edukazzjoni u taġħriġ vokazzjonali fir-reġjuni tal-fruntiera jenħtieġ li jiġu promossi aktar sabiex jitħejjew għall-kuntest tas-suq tax-xogħol transfruntier speċifiku . Il-programm jenħtieġ li joffri wkoll opportunitajiet ta' mobbiltà għall-istudenti u l-persunal tal-edukazzjoni għall-adulti. L-objettivi ewlenin tal-edukazzjoni għall-adulti huma t-trasferiment tal-għarfien, il-kompetenzi u l-ħiliet u l-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, iċ-ċittadinanza attiva, l-iżvilupp personali u l-benesseri. L-opportunitajiet ta' mobbiltà għaż-żgħażagħ li jipparteċipaw f'attivitajiet ta' tagħlim mhux formali jenħtieġ li jiġu estiżi wkoll sabiex jilħqu aktar żgħażagħ , speċjalment parteċipanti ġodda, dawk b'inqas opportunitajiet u sezzjonijiet tal-popolazzjoni li diffiċli jintlaħqu . Il-mobbiltà tal-persunal fl-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport jenħtieġ li tiġi rinforzata wkoll, b'konsiderazzjoni tal-effett ta' ingranaġġ li għandha , b'enfasi partikolari fuq it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet u l-promozzjoni tal-iżvilupp tal-ħiliet għas-suq tax-xogħol .. B'mod konformi mal-viżjoni ta' Żona Ewropea tal-Edukazzjoni reali, il-Programm jenħtieġ li jagħti spinta wkoll lill-mobbiltà u l-iskambji u jippromwovi l-parteċipazzjoni tal-istudenti f'attivitajiet edukattivi u kulturali u sportivi billi diġitalizzati jappoġġa d-diġitalizzazzjoni tal-proċessi l-proċessi sabiex jiffaċilitaw il-proċeduri ta' applikazzjoni u l-parteċipazzjoni fil-Programm, billi jiġu żviluppati sistemi online faċli għall-utent ibbażati fuq l-aħjar prattika u billi jinħolqu għodod ġodda, bħall-Kard Ewropea tal-Istudenti. Din l-inizjattiva tista' tkun pass importanti biex il-mobbiltà ssir realtà għal kulħadd billi tippermetti lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja jibgħatu u jirċievu iktar studenti ta' skambju filwaqt li ttejjeb il-kwalità fil-mobbiltà tal-istudenti u wkoll billi tiffaċilita l-aċċess tal-istudenti għal diversi servizzi (librerija, trasport, akkomodazzjoni) qabel ma jaslu fl-istituzzjoni barra minn pajjiżhom.[Em. 27] |
|
(20a) |
Jenħtieġ li l-Programm jiżgura esperjenzi ta' mobbiltà ta' kwalità abbażi tal-prinċipji stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta' Diċembru 2006, dwar il-mobbiltà transnazzjonali fi ħdan il-Komunità għal finijiet ta' edukazzjoni u taħriġ: il-Karta Ewropea ta' Kwalità favur il-Mobbiltà (16) , li tagħmilha ċara li l-kwalità tal-informazzjoni, it-tħejjija, l-appoġġ u r-rikonoxximent tal-esperjenza u tal-kwalifiki, kif ukoll pjanijiet ta' tagħlim u eżiti tat-tagħlim ċari mfassla minn qabel, għandhom impatt fuq il-benefiċċji tal-mobbiltà. L-attivitajiet ta' mobbiltà jenħtieġ li jiġu mħejjija b'mod xieraq minn qabel. Tali tħejjija spiss tista' ssir b'mod effiċjenti bl-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni. Fejn xieraq, jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li l-Programm jipprovdi appoġġ għal żjarat preparatorji għal attivitajiet ta' mobbiltà. [Em. 28] |
|
(20b) |
Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa u jħeġġeġ il-mobbiltà tal-għalliema u tal-persunal edukattiv fil-livelli kollha bil-għan li jtejjeb il-prattiki tax-xogħol u jikkontribwixxi għall-iżvilupp professjonali. Minħabba r-rwol vitali li għandha l-edukazzjoni preprimarja u bikrija fil-prevenzjoni tal-inugwaljanzi soċjali u ekonomiċi, huwa importanti li l-għalliema u l-persunal f'dan il-livell ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-mobbiltà għat-tagħlim taħt il-Programm. Fir-rigward tat-tagħlim, il-Programm jenħtieġ li jħeġġeġ ukoll il-pilotaġġ ta' innovazzjonijiet ta' politika sabiex jiġu indirizzati wħud mill-isfidi komuni li jħabbtu wiċċhom magħhom is-sistemi edukattivi fl-Unjoni, bħall-attirar ta' talent ġdid fit-tagħlim għall-aktar tfal marġinalizzati u l-iżvilupp tat-taħriġ tal-għalliema biex dawn jiġu megħjuna jgħallmu lil studenti żvantaġġati. Bil-għan li jiġu massimizzati l-benefiċċji tal-parteċipazzjoni fil-Programm għall-għalliema u l-persunal edukattiv, jenħtieġ li jsir kull sforz biex jiġi żgurat li dawn igawdu minn ambjent ta' appoġġ għall-mobbiltà, li fil-kuntest tiegħu jibbenefikaw minn programm ta' ħidma u ammont ta' xogħol regolari, li dawn għandhom aċċess għal opportunitajiet xierqa ta' taħriġ u jirċievu appoġġ finanzjarju xieraq abbażi tal-pajjiż u, fejn rilevanti, ir-reġjun fejn għandha sseħħ il-mobbiltà għat-tagħlim [Em. 29] |
|
(20c) |
B'rikonoxximent tar-rwol vitali li għandhom l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fit-titjib tal-prospetti tal-impjiegi u l-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, il-Programm jenħtieġ li jgħin biex tissaħħaħ l-inklużività, il-kwalità u r-rilevanza tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali f'konformità mal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ġunju 2016 dwar Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa: Naħdmu flimkien biex insaħħu l-kapital uman, l-impjegabbiltà u l-kompetittività (17) . Il-Programm għandu jippromwovi rabtiet aktar b'saħħithom bejn dawk li jipprovdu l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u min iħaddem, kemm dawk privati kif ukoll dawk pubbliċi. Jenħtieġ ukoll li jgħin biex jiġu indirizzati kwistjonijiet speċifiċi għas-settur tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, bħat-taħriġ lingwistiku, it-trawwim ta' sħubijiet ta' mobbiltà ta' kwalità għolja u r-rikonoxximent u ċ-ċertifikazzjoni tal-kompetenzi, u jħeġġeġ lill-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali biex japplikaw għall-Karta tal-Mobbiltà tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali bħala marka ta' kwalità [Em. 30] |
|
(21) |
Il-Programm jenħtieġ li jħeġġeġ il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika Ewropea, inkluż billi jappoġġa proġetti ta' parteċipazzjoni sabiex iż-żgħażagħ jinvolvu ruħhom u jitgħallmu jipparteċipaw fis-soċjetà ċivika, ikollhom sensibilizzazzjoni dwar valuri komuni Ewropej inkluż id-drittijiet fundamentali, l-istorja, il-kultura u ċ-ċittadinanza Ewropej, biex b'hekk jiġbor flimkien żgħażagħ liż-żgħażagħ u lil dawk li jieħdu deċiżjonijiet fil-livell lokali, nazzjonali u tal-Unjoni, kif ukoll jikkontribwixxi għall-proċess ta' integrazzjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-Programm iqajjem kuxjenza dwar l-għodod ta' demokrazija elettronika, inkluża l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej. Jenħtieġ li jippromwovi wkoll l-iskambji interġenerazzjonali bejn iż-żgħażagħ u l-persuni akbar fl-età. Fid-dawl tar-rwol ewlieni li għandhom l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u l-ħidma fost iż-żgħażagħ għall-ksib ta' dawk l-objettivi, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-iżvilupp tas-settur taż-żgħażagħ fl-Unjoni. [Em. 31] |
|
(22) |
Il-Programm jenħtieġ li joffri l-opportunità liż-żgħażagħ sabiex jiskopru l-Ewropa, permezz ta' esperjenzi ta' tagħlim barra minn pajjiżhom taħt l-inizjattiva l-ġdida intitolata DiscoverEU . Iż-żgħażagħ ta' tmintax-il sena ta' bejn it-18 u l-20 sena , b'mod partikolari dawk li għandhom inqas opportunitajiet, jenħtieġ li jingħataw l-opportunità li jkollhom esperjenza ta' vjaġġ fl-Ewropa għall-ewwel darba, għal terminu qasir fil-livell individwali jew fi grupp fil-qafas ta' bħala parti minn attività edukattiva mhux formali jew informali mmirata lejn it-trawwim tas-sens ta' appartenenza tagħhom fl-Unjoni Ewropea u l-iskoperta tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha. Jenħtieġ li l-inizjattiva jkollha komponent ta' tagħlim robust u verifikabbli, u li tiżgura li l-esperjenzi jiġu disseminati kif xieraq u li t-tagħlimiet jiġu kondiviżi sabiex l-inizjattiva tiġi vvalutata u mtejba fuq bażi kontinwa . Il-Programm jenħtieġ li jidentifika l-korpi responsabbli biex jilħqu u jagħżlu l-parteċipanti b'attenzjoni xierqa għall-bilanċ ġeografiku u jappoġġa l-attivitajiet li jrawmu d-dimensjoni tat-tagħlim tal-esperjenza. Dawk il-korpi jenħtieġ li jkunu involuti wkoll, fejn xieraq, fl-għoti ta' taħriġ u appoġġ għal qabel u wara l-mobbiltà, inkluż fir-rigward tal-ħiliet lingwistiċi u interkulturali. L-inizjattiva DiscoverEU jenħtieġ li tibni rabtiet ukoll mal-Kapitali Ewropej tal-Kultura, il-Kapitali Ewropej taż-Żgħażagħ, il-Kapitali Ewropej tal-Volontarjat u l-Kapitali Ekoloġiċi Ewropej. [Em. 32] |
|
(23) |
Il-Programm It-tagħlim tal-lingwi jikkontribwixxi għal fehim reċiproku u mobbiltà fl-Unjoni u 'l barra minnha. Fl-istess ħin, il-kompetenzi lingwistiċi jikkostitwixxu ħiliet essenzjali għall-ħajja u x-xogħol. Għaldaqstant, il-Programm jenħtieġ li jtejjeb ukoll it-tagħlim tal-lingwi b'mod partikolari permezz ta' korsijiet tal-lingwa fuq il-post , u użu iktar mifrux ta' għodod online aċċessibbli , għaliex it-tagħlim elettroniku jista' joffri vantaġġi addizzjonali għat-tagħlim tal-lingwi f'termini ta' aċċess u flessibbiltà. L-appoġġ għat-tagħlim tal-lingwi pprovdut permezz tal-Programm għandu jagħti attenzjoni għall-ħtiġijiet tal-utenti, b'enfasi fuq il-lingwi użati fil-pajjiż riċeventi u, fir-reġjuni mal-fruntiera, fuq il-lingwi tal-pajjiżi ġirien. L-appoġġ għat-tagħlim tal-lingwi jenħtieġ li jkopri wkoll il-lingwi nazzjonali tas-sinjali. L-Appoġġ Lingwistiku Online ta' Erasmus + jenħtieġ li jkun imfassal skont il-ħtiġijiet speċifiċi tal-parteċipanti tal-Programm u jkun miftuħ għal kulħadd. [Em. 33] |
|
(23a) |
Il-Programm jenħtieġ li jagħmel użu mit-teknoloġiji tal-lingwa bħal teknoloġiji tat-traduzzjoni awtomatika, bil-għan li jiġu ffaċilitati l-iskambji bejn l-awtoritajiet u jittejjeb id-djalogu interkulturali. [Em. 34] |
|
(24) |
Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa miżuri li jtejbu l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet attivi fl-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport, filwaqt li jirrikonoxxi r-rwol fundamentali tagħhom li jgħammru lill-individwi bl-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa f'dinja li qed tinbidel kif ukoll biex jissodisfaw b'mod adegwat il-potenzjal għall-innovazzjoni, il-kreattività u l-intraprenditorija, b'mod partikolari fi ħdan l-ekonomija diġitali. Għal dak il-għan, jenħtieġ li tiġi żgurata kooperazzjoni effikaċi bejn il-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fil-livelli kollha tal-implimentazzjoni tal-Programm. [Em. 35] |
|
(25) |
Fil-Konklużjonijiet tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2017, il-Kunsill Ewropew talab lill-Istati Membri, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jipproċedu b’għadd ta’ inizjattivi sabiex iżidu l-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ għal livell ġdid, inkluż billi jinkoraġġixxu l- emerġenza ta’ “Universitajiet Ewropej” sal-2024, li jikkonsistu f’netwerks minn isfel għal fuq ta’ universitajiet madwar l-Unjoni. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa dawn l-Universitajiet Ewropej , li jenħtieġ li li jkunu xprunati mill-eċċellenza u intiżi li jżidu l-attraenza tal-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja fl-Unjoni u li jtejbu l-kooperazzjoni bejn ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni . Il-kunċett ta' “eċċellenza” għandu jinftiehem b'mod wiesa', pereżempju anki b'rabta mal-kapaċità li tissaħħaħ l-inklużjoni. L-appoġġ tal-Programm għandu jimmira għal kopertura ġeografika wiesgħa tal-“Universitajiet Ewropej” . [Em. 36] |
|
(26) |
Il-Communiqué ta’ Bruges tal-2010 talbet appoġġ għall-eċċellenza vokazzjonali għal tkabbir intelliġenti u sostenibbli. Il-Komunikazzjoni dwar it-Tisħiħ tal-Innovazzjoni fir-Reġjuni tal-Ewropa tal-2017 tindika li l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għandhom jingħaqdu mas-sistemi tal-innovazzjoni, bħala parti minn strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti fil-livell reġjonali. Il-Programm jenħtieġ li jipprovdi l-mezzi sabiex tingħata risposta lil dawn it-talbiet u jappoġġa l-iżvilupp ta’ pjattaformi transnazzjonali ta’ Ċentri ta’ eċċellenza vokazzjonali integrati mill-qrib fi strateġiji lokali u reġjonali għat-tkabbir, l-innovazzjoni u l-kompetittività , il-kompetittività, l-iżvilupp sostenibbli u l-inklużjoni soċjali . Dawn iċ-ċentri ta’ eċċellenza jenħtieġ li jaġixxu ta’ xprunaturi ta’ ħiliet vokazzjonali ta’ kwalità f’kuntest ta’ sfidi settorjali, filwaqt li jappoġġaw bidliet strutturali ġenerali u politiki soċjoekonomiċi fl-Unjoni. [Em. 37] |
|
(27) |
Sabiex iżid l-użu ta' attivitajiet virtwali ta' kooperazzjoni, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa użu iktar sistematiku tal-pjattaformi online eżistenti, bħal eTwinning, School Education Gateway, il-Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim tal-Adulti fl-Ewropa, il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ u l-pjattaforma online għall-edukazzjoni għolja. Il-Programm jenħtieġ li jħeġġeġ ukoll, fejn xieraq, l-iżvilupp ta' pjattaformi online ġodda biex jissaħħaħ u jiġi mmodernizzat it-twassil tal-edukazzjoni, tat-taħriġ, u tal-politika dwar l-isport u ż-żgħażagħ fil-livell Ewropew. Tali pjattaformi jenħtieġ li jkunu faċli għall-utent u aċċessibbli fis-sens tad-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) . [Em. 38] |
|
(28) |
Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi sabiex jiffaċilita t-trasparenza u r-rikonoxximent reċiproku awtomatiku ta’ ħiliet u kompetenzi, kwalifiki u diplomi , kif ukoll it-trasferiment ta’ krediti jew unitajiet ta’ eżiti tat-tagħlim, sabiex irawwem l-assigurazzjoni tal-kwalità u jappoġġa l-validazzjoni ta’ tagħlim mhux formali u informali, il-ġestjoni tal-ħiliet u l-gwida. F’dan ir-rigward, il-Programm jenħtieġ li jipprovdi appoġġ ukoll għall-punti ta’ kuntatt u n-netwerks fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni li jiffaċilitaw jipprovdi informazzjoni u assistenza lil parteċipanti prospettivi, u b'hekk jiffaċilita skambji trans-Ewropej kif ukoll l-iżvilupp ta’ mogħdiji ta’ tagħlim flessibbli bejn oqsma differenti ta’ edukazzjoni, taħriġ u żgħażagħ u f’kuntesti formali u mhux formali. [Em. 39] |
|
(29) |
Il-Programm jenħtieġ li jimmobilizza l-potenzjal tal-parteċipanti preċedenti ta’ Erasmus+ u jappoġġa l-attivitajiet b’mod partikolari n-networks tal-Alumni, l-ambaxxaturi u l-Europeers, billi jħeġġiġhom jaġixxu ta’ multiplikaturi tal-Programm. |
|
(29a) |
Il-programm jenħtieġ li jpoġġi enfasi speċjali fuq il-validazzjoni u r-rikonoxximent tal-perjodi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ barra mill-pajjiż, inkluż fl-edukazzjoni sekondarja. F'dan ir-rigward, l-għotjiet jenħtieġ li jkunu marbuta mal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-kwalità u ma' deskrizzjoni tal-eżiti tat-tagħlim, u mal-applikazzjoni sħiħa tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2018 dwar Qafas Ewropew għal Apprendistati ta' Kwalità u Effettivi (19) , ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-Validazzjoni tat-Tagħlim Informali u Mhux Formali (20) u għodod Ewropej li jikkontribwixxu għar-rikonoxximent tat-tagħlim barra mill-pajjiż u jiżguraw tagħlim ta' kwalità, bħall-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK), ir-Reġistru Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-Edukazzjoni Għolja (EQAR), is-Sistema Ewropea ta' Krediti għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET) u l-Qafas ta' Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (EQAVET). [Em. 40] |
|
(30) |
Bħala mod ta' kif tiġi żgurata l-kooperazzjoni ma' strumenti oħrajn tal-Unjoni u appoġġ għal politiki oħrajn tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu offruti opportunitajiet ta' mobbiltà lil persuni f'diversi setturi ta' attività, bħas-settur pubbliku u privat , tal-agrikoltura u tal-intrapriża, sabiex ikunu jistgħu jkollhom taħriġ, internship jew esperjenza ta' tagħlim barra minn pajjiżhom li tippermettilhom, fi kwalunkwe stadju tal-ħajja tagħhom, jikbru u jiżviluppaw professjonalment kif ukoll personalment, b'mod partikolari billi jiżviluppaw sensibilizzazzjoni rigward l-identità Ewropea tagħhom u fehim tad-diversità kulturali Ewropea , u professjonalment, b'mod partikolari billi jakkwistaw ħiliet rilevanti għas-suq tax-xogħol . Il-Programm jenħtieġ li joffri punt tad-dħul għall-iskemi ta' mobbiltà transnazzjonali tal-Unjoni b'dimensjoni ta' tagħlim b'saħħitha, li jissimplifika l-offerta ta' tali skemi għall-benefiċjarji u dawk li jipparteċipaw f'dawn l-attivitajiet. L-espansjoni tal-proġetti Erasmus Erasmus+ jenħtieġ li tiġi ffaċilitata; jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ miżuri speċifiċi biex jgħinu lill-promoturi tal-proġetti Erasmus Erasmus+ japplikaw għal għotjiet jew jiżviluppaw sinerġiji permezz tal-appoġġ tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u l-programmi relatati mal-migrazzjoni, is-sigurtà, il-ġustizzja u ċ-ċittadinanza, is-saħħa , il-mezzi tax-xandir u l-kultura , kif ukoll il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà . [Em. 41] |
|
(31) |
Huwa importanti li jiġu stimulati t-tagħlim, l-apprendiment (kemm għall-għalliema kif ukoll l-istudenti) u r-riċerka fi kwistjonijiet ta' integrazzjoni Ewropea tal-integrazzjoni Ewropea u l-isfidi u l-opportunitajiet futuri tal-Unjoni , kif ukoll li jiġu promossi d-dibattiti jiġi promoss id-dibattitu dwar dawn il-kwistjonijiet permezz ta' appoġġ għall-azzjonijiet tal-azzjonijiet Jean Monnet fl-oqsma tal-edukazzjoni għolja iżda wkoll f'oqsma oħrajn kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ. It-trawwim ta' sens ta' identità Ewropea appartenenza fl-Ewropa u l-impenn huma partikolarment importanti fi żminijiet meta l-valuri minħabba l-isfidi għall-valuri komuni li l-Unjoni hija msejsa fuqhom, u li jiffurmaw parti mill-identità minn identità Ewropea tagħna, qed jiġu ttestjati, u meta ċ-ċittadini komuni , u minħabba li ċ-ċittadini qed juru livelli baxxi ta' involviment. Il-Programm jenħtieġ li jkompli jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-eċċellenza fl-istudji ta' integrazzjoni tal-integrazzjoni Ewropea u fl-istess ħin, għat-titjib tal-impenn tal-komunità usa' tat-tagħlim u tal-pubbliku ġenerali mal-integrazzjoni Ewropea. [Em. 42] |
|
(32) |
Billi jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil Il-Programm jenħtieġ li jkun konformi mal-għan ċentrali tal-Ftehim ta' Pariġi biex jissaħħaħ ir-rispons globali għat-tibdil fil-klima. B'konformità mal-impenji tal-Unjoni sabiex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u sabiex jinkisbu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi għall-integrazzjoni sistematika tal-azzjoni klimatika u l-iżvilupp sostenibbli fil-politiki tal-Unjoni u għall-kisba tal-mira kumplessiva ta' 25 % tal-infiq tal-baġit tal-Unjoni jappoġġa l-għanijiet tal-klima b'appoġġ għall-għanijiet tal-klima tul il-perjodu kopert mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027, u mira annwali ta' 30 % li għandha tiġi introdotta mill-aktar fis, u mhux aktar tard mill-2027 . Se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm u jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet rilevanti u l-proċess ta' reviżjoni. [Em. 43] |
|
(32a) |
Minħabba r-rwol tal-Unjoni bħala attur globali u f'konformità mal-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli u mal-impenji meħuda mill-Istati Membri fil-Konferenza Rio + 20, il-Programm jenħtieġ li jintegra sistematikament l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja inklużivi, ekwi u ta' kwalità, inkluż b'rikonoxximent tar-rwol vitali li l-edukazzjoni għandha fil-ġlieda kontra l-faqar. Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għall-aġenda tal-iżvilupp sostenibbli billi jappoġġa l-isforzi biex jiġu żviluppati l-ħiliet meħtieġa għall-iżvilupp sostenibbli u biex in-nies jiġu mgħallma dwar is-sostenibbiltà, il-protezzjoni ambjentali u t-tibdil fil-klima permezz tal-edukazzjoni formali, mhux formali u informali. [Em. 44] |
|
(33) |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-Programm għall-perjodu kollu tal-Programm li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja, fit-tifsira ta' [referenza li għandha tiġi aġġornata kif xieraq il-Punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (21)], għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali. Jenħtieġ li jiġi żgurat li mill-2021 'il quddiem ikun hemm żieda sinifikanti fil-baġit annwali għall-Programm, meta mqabbel mas-sena finali tal-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020, segwit minn tkabbir lineari u gradwali fl-allokazzjonijiet annwali. Profil baġitarju bħal dan jgħin biex jiġi żgurat aċċess akbar mill-bidu nett tal-perjodu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 u jiġu evitati żidiet sproporzjonati fis-snin finali li jistgħu jkunu diffiċli biex jiġu assorbiti. [Em. 45] |
|
(34) |
Fi ħdan pakkett bażiku għal azzjonijiet li għandhom jiġu ġestiti mill-aġenziji nazzjonali fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, jenħtieġ li jiġi definit tqassim tal-allokazzjoni minima għal kull settur (edukazzjoni għolja, edukazzjoni skolastika, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali u edukazzjoni għall-adulti) sabiex tkun garantita massa kritika ta’ approprjazzjonijiet biex jintlaħqu l-output u r-riżultati maħsuba f’kull wieħed minn dawn is-setturi. L-allokazzjoni baġitarja preċiża skont l-azzjoni u l-inizjattiva jenħtieġ li tiġi stabbilita fil-programm ta' ħidma.[Em. 46] |
|
(35) |
Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru [ir-RF ġdid] (ir-“Regolament Finanzjarju”) (22) japplika għal dan il-Programm. Jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inkluż ir-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist pubbliku u implimentazzjoni indiretta. |
|
(36) |
It-tipi ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu abbażi tal-abbiltà tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jrendu r-riżultati, filwaqt li jqiesu jqisu , b’mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta’ konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu tas-somom f’daqqa, ir-rati fissi u l-kostijiet ta’ unità, kif ukoll il-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet kif jissemma fl-Artikolu [125(1)] tar-Regolament Finanzjarju. Il-prinċipji ta' trasparenza, trattament ugwali u nondiskriminazzjoni kif stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju jenħtieġ li jiġu rispettati fl-implimentazzjoni tal-Programm. [Em. 47] |
|
(37) |
Pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jipparteċipaw fil-Programm fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilit skont il-ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni permezz ta’ deċiżjoni skont dak il-ftehim. Il-pajjiżi terzi jistgħu jipparteċipaw ukoll abbażi ta’ strumenti legali oħrajn. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jagħti d-drittijiet neċessarji u aċċess għall-uffiċjali awtorizzanti responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) kif ukoll lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw l-kompetenzi rispettivi tagħhom b’mod komprensiv. Il-parteċipazzjoni sħiħa tal-pajjiżi terzi fil-Programm jenħtieġ li tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehimiet speċifiċi li jkopru l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz konċernat mal-Programm. Parteċipazzjoni sħiħa tinvolvi, barra minn hekk, l-obbligu li titwaqqaf aġenzija nazzjonali u li jiġu ġestiti wħud mill-azzjonijiet tal-Programm f’livell deċentralizzat. Individwi u entitajiet minn pajjiżi terzi li mhumiex assoċjati mal-Programm jenħtieġ li jkunu jistgħu jipparteċipaw f’xi wħud mill-azzjonijiet fl-azzjonijiet tal-Programm, kif definit fil-programm ta’ ħidma u s-sejħiet għall-proposti ppubblikati mill-Kummissjoni. Meta jiġi implimentat il-Programm, jistgħu jiġu kkunsidrati arranġamenti speċifiċi fir-rigward tal-individwi u l-entitajiet mill-Istati mikro Ewropej. [Em. 48] |
|
(38) |
B’konformità mal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Sħubija strateġika aktar b’saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultarperiferiċi ultraperiferiċi tal-Unjoni” (23) (“il-komunikazzjoni dwar sħubija strateġika”) , il-Programm jenħtieġ li jikkunsidra s-sitwazzjoni speċifika ta’ dawn ir-reġjuni. Il-miżuri Se jikkunsidraw iż-żieda tal-parteċipazzjoni jittieħdu miżuri biex tiżdied il-parteċipazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi fl-azzjonijiet kollha. Jenħtieġ li jitrawmu l-iskambji tal-mobbiltà u l-kooperazzjoni bejn il-persuni u l-organizzazzjonijiet minn dawn ir-reġjuni u pajjiżi terzi, b’mod partikolari l-ġirien tagħhom. Tali miżuri se jiġu mmonitorjati u evalwati regolarment. [Em. 49] |
|
(38a) |
Fil-komunikazzjoni tagħha dwar sħubija strateġika, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li ż-żieda fil-mobbiltà tal-istudenti u l-persunal fl-edukazzjoni u t-taħriġ, b'mod partikolari taħt il-programm Erasmus+, tkun ta' benefiċċju kbir għar-reġjuni ultraperiferiċi u impenjat ruħha li taġġusta aktar l-appoġġ finanzjarju għall-parteċipanti li jivvjaġġaw minn u lejn ir-reġjuni ultraperiferiċi billi żżomm regoli ta' finanzjament speċifiċi għal dawk ir-reġjuni taħt l-Erasmus+, li tesplora l-possibbiltajiet li testendi l-kooperazzjoni reġjonali tal-Erasmus+ biex tistimula aktar il-mobbiltà bejn ir-reġjuni ultraperiferiċi u l-pajjiżi terzi ġirien, u li tuża l-Fond Soċjali Ewropew+ bħala komplement għal Erasmus+. [Em. 50] |
|
(39) |
Skont [ir-referenza trid tiġi aġġornata kif xieraq skont id-Deċiżjoni l-ġdida dwar l-OCT l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/KE (24)], l-individwi u l-entitajiet stabbiliti f’pajjiżi jew territorji barranin huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u l-għanijiet tal-Programm u l-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li miegħu l-pajjiż jew it-territorju barrani huwa marbut. Ir-restrizzjonijiet imposti mir-remotezza ta’ dawn il-pajjiżi jew territorji jenħtieġ li titqies meta jiġi implimentat il-Programm, u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-Programm tiġi mmonitorjata u evalwata regolarment. |
|
(40) |
B’konformità mar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni Il-Programm jenħtieġ li jżomm il-kontinwità f'termini tal-għanijiet u l-prijoritajiet tiegħu. Madankollu, minħabba li għandu jiġi implimentat fuq perjodu ta' seba' snin, jeħtieġ li jiġi previst ċertu grad ta' flessibbiltà sabiex tippermettilu jadatta għar-realtajiet li jinbidlu u l-prijoritajiet politiċi fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport. Għaldaqstant, ir-Regolament ma jiddefinixxix fid-dettall kif għandhom jitfasslu l-inizjattivi speċifiċi, u ma jippreġudikax il-prijoritajiet politiċi kollha u l-prijoritajiet baġitarji rispettivi għas-seba' snin li ġejjin. Minflok, l-għażliet u l-prijoritajiet tal-politiki sekondarji , inklużi d-dettalji ta' inizjattivi speċifiċi ġodda, jenħtieġ li tadotta jiġu determinati permezz ta' programmi ta' ħidma f'konformità mar-Regolament Finanzjarju. It-tfassil tal-inizjattivi ġodda jenħtieġ li jislet tagħlimiet mill-inizjattivi pilota kurrenti u mgħoddija f''dan il-qasam, u tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan jenħtieġ li jqis il-valur miżjud Ewropew kemm fis-sustanza kif ukoll fl-istruttura tal-inizjattiva . Il-programm ta' ħidma jenħtieġ ukoll li jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom b'konformità mal-għanijiet ġenerali u speċifiċi tal-Programm, il-kriterji tal-għażla u tal-għotja, kif ukoll l-elementi l-oħrajn kollha meħtieġa. Il-programmi ta' ħidma u kwalunkwe emenda fihom jenħtieġ li jiġu adottati minn atti permezz ta' att delegat. Huwa ta' implimentazzjoni importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż f'livell espert u b'konsultazzjoni mal-aġenziji u l-partijiet interessati nazzjonali, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu b'konformità mal-proċedura ta' eżami mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, sabiex tkun żgurata parteċipazzjoni ndaqs fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ li jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u li l-esperti tagħhom ikollhom aċċess b'mod sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti de [Em. 51] |
|
(40a) |
Il-Kummissjoni, flimkien mal-aġenziji nazzjonali, jenħtieġ li timmonitorja u tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, kemm waqt it-tul tal-ħajja tal-Programm kif ukoll wara li jitlesta. L-evalwazzjoni finali tal-Programm jenħtieġ li ssir fil-ħin b'tali mod li tkun tista' tikkontribwixxi għar-rieżami ta' nofs it-terminu tal-programm suċċessur jekk ikun rilevanti. B'mod partikolari, il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-Programm akkumpanjata, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva biex jiġi emendat dan ir-Regolament. [Em. 52] |
|
(41) |
Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 (25), hemm ħtieġa għal evalwazzjoni tal-Programm abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti ta’ monitoraġġ speċifiċi, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b’mod partikolari fuq l-Istati Membri il-benefiċjarji . Tali rekwiżiti jenħtieġ li jinkludu indikaturi speċifiċi, miżurabbli u realistiċi li jistgħu jitkejlu matul iż-żmien bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fir-realtà. [Em. 53] |
|
(42) |
Jenħtieġ li jiġu żgurati sensibilizzazzjoni, reklamar u disseminazzjoni xierqa tal-opportunitajiet u tar-riżultati tal-azzjonijiet appoġġati mill-Programm, fil-livell Ewropew, nazzjonali u lokali. Jenħtieġ li l-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni, reklamar u ta’ disseminazzjoni jibbażaw fuq il-korpi ta’ implimentazzjoni kollha tal-Programm, inkluż, meta jkun rilevanti applikabbli , bl-appoġġ tal-partijiet ikkonċernati ewlenin rilevanti oħra. [Em. 54] |
|
(43) |
Sabiex tiġi żgurata effiċjenza akbar fil-komunikazzjoni lill-pubbliku ġenerali u sinerġiji aktar b’saħħithom bejn l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni mwettqa b’inizjattiva tal-Kummissjoni, ir-riżorsi allokati għall-komunikazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxu wkoll biex ikopru l-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet ta’ politika tal-Unjoni, bil-kundizzjoni li dawn ikunu relatati mal-għanijiet ġenerali ta’ dan ir-Regolament. [Em. 55] |
|
(44) |
Biex tkun żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti u effettiva ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Programm jagħmel użu massimu mill-mekkaniżmi eżekuttivi diġà fis-seħħ. L-implimentazzjoni tal-Programm jenħtieġ li għalhekk tiġi fdata lill-Kummissjoni, u lill-aġenziji nazzjonali , li jenħtieġ li jiżguraw applikazzjoni konsistenti u koerenti tar-regoli tal-Programm fil-pajjiżi kollha tal-UE u matul iż-żmien. Għal dak il-għan u sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-Programm, il-Kummissjoni u l-aġenziji nazzjonali jenħtieġ li jaħdmu flimkien, u b'konsultazzjoni mal-partijiet interessati, biex jiżviluppaw proċeduri konsistenti, sempliċi u b'livell għoli ta' kwalità u biex jiffaċilitaw l-iskambju ta' prattiki tajbin li jistgħu jtejbu l-kwalità tal-proġetti taħt il-Programm . Fejn ikun fattibbli, u sabiex tiġi massimizzata l-effiċjenza, l-aġenziji nazzjonali jenħtieġ li ikunu l-istess bħal dik deżinjata għall-ġestjoni tal-programm predeċessur. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-valutazzjoni tal-konformità ex-ante jenħtieġ li jkun limitat għar-rekwiżiti li huma ġodda u speċifiċi għall-Programm, sakemm dan ma jkunx ġustifikat, bħal f’każ ta’ nuqqasijiet serji jew sottoprestazzjoni min-naħa tal-aġenzija nazzjonali konċernata. [Em. 56] |
|
(44a) |
Sabiex l-organizzaturi tal-proġetti mingħajr esperjenza ta' programmi ta' finanzjament tal-Unjoni jiġu inkoraġġiti japplikaw għal finanzjament, il-Kummissjoni u l-aġenziji nazzjonali jenħtieġ li jipprovdu pariri u appoġġ u jenħtieġ li jiżguraw li l-proċeduri ta' applikazzjoni jkunu ċari u sempliċi kemm jista' jkun. Il-gwida tal-Programm jenħtieġ li tittejjeb aktar biex issir ċara u faċli għall-utent, waqt li l-formoli ta' applikazzjoni jenħtieġ li jkunu sempliċi u disponibbli fil-ħin. Sabiex il-proċess ta' applikazzjoni jiġi modernizzat u armonizzat aktar, jenħtieġ li tiġi żviluppata għodda komuni, multilingwi u one-stop-shop għall-benefiċjarji tal-Programm u għal dawk involuti fil-ġestjoni tal-Programm [Em. 57] |
|
(44b) |
Bħala regola ġenerali, it-talbiet għal għotjiet u l-applikazzjonijiet għal proġetti jenħtieġ li jiġu ppreżentati lill-aġenzija nazzjonali tal-pajjiż fejn ikun ibbażat l-applikant, u ġestiti minnha. Madankollu, bħala deroga, it-talbiet għal għotjiet u l-applikazzjonijiet għal proġetti għal attivitajiet organizzati minn netwerks tal-Unjoni kollha u minn organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali jenħtieġ li jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni u ġestiti b'mod dirett minnha. [Em. 58] |
|
(45) |
Biex jiġu żgurati l-ġestjoni finanzjarja tajba u ċ-ċertezza tad-dritt f’kull pajjiż parteċipanti, jenħtieġ li kull awtorità nazzjonali tiddeżinja korp indipendenti tal-awditjar. Fejn fattibbli, u sabiex tiġi massimizzata l-effiċjenza, il-korp indipendenti tal-awditjar jenħtieġ li jkun l-istess bħal dak iddeżinjat għall-azzjonijiet imsemmija fil-programm preċedenti. |
|
(46) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex jadottaw il-miżuri xierqa kollha biex iwarrbu l-ostakli legali u amministrattivi għall-funzjonament li jistgħu jipprevjenu l-aċċess għall-Programm jew jimpedixxu l-funzjonament xieraq tiegħu tal-Programm. Dan jinkludi r-risolviment, fejn possibbli, u mingħajr ħsara preġudizzju għad-dritt tal-Unjoni dwar kwistjonijiet tad-dħul id-dħul u r-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi kwistjonijiet li joħolqu diffikultajiet fil-kisba ta’ viżi u ta’ permessi ta’ residenza. B’mod konformi mad-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26), l-Istati Membri huma nkoraġġuti inkoraġġuti jistabbilixxu proċeduri rapidi għall-ammissjoni. [Em. 59] |
|
(47) |
Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni jenħtieġ li tiżgura li d-data għall-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-programm ta’ monitoraġġ tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv u f’waqtu, u fil-livell xieraq ta’ granularità. Din id-data jenħtieġ li tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni b’mod li tkun konformi mar-regoli rilevanti tal-protezzjoni tad-data. |
|
(48) |
Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27). [Em. 60] |
|
(49) |
Sabiex jiġu simplifikati r-rekwiżiti għall-benefiċjarji, jenħtieġ li jintużaw kemm jista' jkun għotjiet simplifikati fil-forma ta' somom f'daqqa, spejjeż ta' unità kostijiet unitarji u finanzjament b'rata fissa. Skont il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba u sabiex tiġi simplifikata l-amministrazzjoni tal-Programm, ħlasijiet b'rata fissa bbażati fuq il-proġett rilevanti jenħtieġ li jintużaw għall-attivitajiet ta' mobbiltà fis-setturi kollha. L-għotjiet simplifikati biex jappoġġaw l-azzjonijiet ta' mobbiltà tal-Programm, kif definit mill-Kummissjoni, jenħtieġ li iqisu l-ispejjeż jiġu riveduti u aġġustati b'mod regolari għall-kostijiet tal-għajxien u tas-sussistenza tal-pajjiż u r-reġjun ospitanti. Il-Kummissjoni u l-aġenziji nazzjonali tal-pajjiżi mittenti jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jaġġustaw dawn l-għotjiet simplifikati fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi, b'mod partikolari sabiex jiżguraw aċċess għal persuni b'inqas opportunitajiet. B'konformità mad-dritt nazzjonali, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħeġġu wkoll jeżentaw dawk l-għotjiet minn kwalunkwe taxxa u imposta soċjali. L-istess eżenzjoni jenħtieġ li tapplika għal entitajiet pubbliċi jew privati li jagħtu appoġġ finanzjarju bħal dan lill-individwi konċernati. [Em. 61] |
|
(50) |
B’konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (29) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2017/1939 (30), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod skorrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, b’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. B’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista’ jinvestiga u jressaq każijiet ta’ frodi u attivitajiet illegali oħrajn tal-Unjoni li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31). B’konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji lill-Kummissjoni, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, u trid tiżgura li kwalunkwe terza parti involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. |
|
(51) |
Huwa neċessarju li tiġi żgurata l-komplementarjetà tal-azzjonijiet imwettqa fi ħdan il-Programm ma’ attivitajiet imwettqa mill-Istati Membri u ma’ attivitajiet oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk fl-oqsma tal-edukazzjoni, il-kultura u l-midja, iż-żgħażagħ u s-solidarjetà, l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-industrija u l-intrapriża, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali b’fokus fuq il-bdiewa żgħażagħ, il-koeżjoni, il-politika reġjonali u l-kooperazzjoni u l-iżvilupp internazzjonali. |
|
(52) |
Filwaqt li l-qafas regolatorju diġà ppermetta lill-Istati Membri u lir-reġjuni jistabbilixxu sinerġiji fil-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti bejn Erasmus+ u strumenti oħra tal-Unjoni, bħall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, li jappoġġaw ukoll l-iżvilupp kwalitattiv ta’ sistemi edukattivi, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ fl-Unjoni, dan il-potenzjal s’issa għadu ma ġiex sfruttat, u għalhekk ġew limitati l-effetti sistemiċi tal-proġetti u l-impatt fuq il-politika. Jenħtieġ li ssir komunikazzjoni u kooperazzjoni effettiva fil-livell nazzjonali bejn il-korpi nazzjonali inkarigati mill-ġestjoni ta’ dawn l-istrumenti varji sabiex jiġi massimizzat l-impatt rispettiv tagħhom. Il-Programm jenħtieġ li jippermetti l-kooperazzjoni attiva ma’ dawn l-istrumenti , b'mod partikolari billi jiżgura li applikazzjoni b'livell għoli ta' kwalità li ma tistax tiġi ffinanzjata fl-ambitu tal-Programm, minħabba fondi insuffiċjenti, tkun tista' titqies għal finanzjament, permezz ta' proċedura simplifikata, taħt il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej. Sabiex tiġi simplifikata l-proċedura għal azzjonijiet bħal dawn, jenħtieġ li jkun possibbli li jingħataw “Siġill ta' Eċċellenza” b'rikonoxximent tal-livell ta' kwalità għoli tagħhom. Tali komplementarjetà bejn il-programmi jenħtieġ li tagħti lok ta' żieda fir-rati ta' suċċess tal-proġetti. . [Em. 62] |
|
(52a) |
Sabiex tiġi massimizzata l-effikaċja tal-appoġġ tal-politika u tal-finanzjament Ewropej, huwa importanti li jitrawmu sinerġiji u komplementarjetà fil-programmi rilevanti kollha b'mod koerenti. Tali sinerġiji u komplementarjetà jenħtieġ li ma jwasslux biex fondi allokati għall-Programm Erasmus + jiġu ġestiti barra mill-istruttura tal-Programm, u jenħtieġ ukoll li ma jwasslux biex il-fondi jintużaw biex jiġu segwiti għanijiet differenti minn dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament. Kwalunkwe sinerġija u komplementarjetà jenħtieġ li tirriżulta fi proċeduri ta' applikazzjoni simplifikati fil-livell tal-implimentazzjoni. [Em. 63] |
|
(53) |
Sabiex tirrevedi jew tikkumplimenta l-indikaturi tal-prestazzjoni tal-Programm, jenħtieġ li s-setgħa li tadotta atti b’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Anness. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell espert, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, sabiex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fil-preparazzjoni tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ li jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw il-preparazzjoni tal-atti delegati. |
|
(54) |
Huwa xieraq li jiġi żgurat l-għeluq korrett tal-programm predeċessur, b’mod partikolari fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-arranġamenti pluriennali għall-ġestjoni tiegħu, bħall-finanzjament ta’ assistenza teknika u amministrattiva. Mill-1 ta’ Jannar 2021, l-assistenza teknika u amministrattiva jenħtieġ li tiżgura, jekk meħtieġ, il-ġestjoni tal-azzjonijiet li għadhom ma ġewx finalizzati skont il-programm predeċessur sal-31 ta’ Diċembru 2020. |
|
(55) |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, dan ir-Regolament ifittex li jiżgura rispett sħiħ lejn id-dritt għall-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u d-dritt għal non-diskriminazzjoni bbażata fuq sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali, u li jippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli 21 u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, il-Programm għandu jappoġġa b'mod attiv l-inizjattivi li jfittxu li jqajmu kuxjenza u jippromwovu perċezzjonijiet pożittivi ta' kwalunkwe wieħed mill-gruppi li jaf ikunu soġġetti għal diskriminazzjoni, u li jrawmu l-ugwaljanza bejn is-sessi. Jenħtieġ li jappoġġa wkoll l-isforzi biex jiġi indirizzat id-distakk edukattiv u d-diffikultajiet speċifiċi li jħabbtu wiċċhom magħhom ir-Rom, billi jiffaċilita l-parteċipazzjoni sħiħa u attiva tagħhom fil-Programm. Ir-rispett għad-drittijiet u l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jenħtieġ li jiġi integrat fil-proċess tal-ippjanar, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Programm. [Em. 64] |
|
(56) |
Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 TFUE japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b’mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, u jipprovdu għal kontrolli dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni fil-każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, għaliex ir-rispett lejn l-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għall-ġestjoni finanzjarja tajba u finanzjament tal-Unjoni effettiv. |
|
(57) |
Peress li l-għan ta’ dan ir-Regolament, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’, minħabba l-karattru transnazzjonali tiegħu, il-volum kbir u l-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku wiesa’ tal-attivitajiet ta’ mobbiltà u kooperazzjoni ffinanzjati, l-effetti tiegħu fuq l-aċċess għall-mobbiltà għat-tagħlim u b’mod aktar ġenerali dwar l-integrazzjoni tal-Unjoni, kif ukoll id-dimensjoni internazzjonali rinforzata tiegħu, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak il-għan. |
|
(58) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 jenħtieġ li jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021. |
|
(59) |
Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fl-appoġġ finanzjarju previst skont il-Programm, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Jannar 2021, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi Erasmus Erasmus+ , il-programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport (“il-Programm”).
Jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021-2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta’ dan it-tip ta’ finanzjament.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“tagħlim tul il-ħajja” tfisser tagħlim fil-forom kollha tiegħu (tagħlim formali, mhux formali u informali) li jseħħ fl-istadji kollha tal-ħajja, minn edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal, edukazzjoni ġenerali, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, edukazzjoni għolja, u tagħlim għall-adulti, li jirriżulta f’titjib jew aġġornament fl-għarfien, il-ħiliet , il-kompetenzi u l-attitudnijiet jew il-parteċipazzjoni fis-soċjetà f’perspettiva personali, ċivika, kulturali, soċjali u/jew relatata mal-impjieg, inkluż il-forniment ta’ servizzi ta’ konsulenza u gwida; [Em. 65] |
|
(2) |
“mobbiltà għat-tagħlim” tfisser iċ-ċaqliq fiżiku lejn pajjiż li mhux il-pajjiż tar-residenza, sabiex isir studju, taħriġ , inkluż taħriġ mill-ġdid jew titjib tal-ħiliet, jew tagħlim mhux formali jew informali tista' tieħu l-forma ta' traineeships, apprendistati, skambji bejn iż-żgħażagħ, tagħlim jew parteċipazzjoni f'attività ta' żvilupp professjonali; din ; Dan tista’ tkun akkumpanjata minn miżuri bħal appoġġ u taħriġ lingwistiku , fosthom għal-lingwi nazzjonali tas-sinjali , u/jew tkun ikkumplimentata ikkomplementata minn tagħlim online u kooperazzjoni virtwali. F’xi każijiet speċifiċi, tista’ tkun fil-forma ta’ tagħlim online permezz tal-użu tal-għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni aċċessibbli u tal-komunikazzjoni kooperazzjoni virtwali ; [Em. 66] |
|
(2a) |
“tagħlim virtwali” tfisser il-kisba tal-ħiliet u l-għarfien bl-użu ta' għodod aċċessibbli tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni; [Em. 67] |
|
(2b) |
“tagħlim imħallat” tfisser il-ksib tal-ħiliet u l-għarfien permezz ta' taħlita ta' għodod tal-edukazzjoni u tat-taħriġ virtwali u metodi tradizzjonali tal-edukazzjoni u t-taħriġ; [Em. 68] |
|
(3) |
“tagħlim mhux formali” tfisser tagħlim volontarju li jseħħ barra mill-edukazzjoni u t-taħriġ formali permezz ta’ attivitajiet ta’ skop (f’termini ta’ għanijiet, metodi u żmien) u b’xi forma ta’ appoġġ għat-tagħlim; |
|
(4) |
“tagħlim informali” tfisser tagħlim li jirriżulta minn attivitajiet ta’ kuljum u esperjenzi li mhumiex organizzati jew strutturati f’termini ta’ appoġġ għall-għanijiet, żmien jew tagħlim. Jista’ jkun mhux intenzjonat mill-perspettiva tal-istudent; |
|
(5) |
“żgħażagħ” tfisser individwi bejn it-13 u t-30 sena; |
|
(6) |
“l-isport tal-organizzazzjonijiet ta’ bażi grassroots ” tfisser l-isport organizzat fil-livell lokali mill-persuni ipprattikat b'mod regolari minn sportivi mhux professjonisti, u l-isport għal kulħadd ta' kull età , għal finijiet ta' saħħa, edukattivi jew soċjali ; [Em. 69] |
|
(7) |
“studenti ta’ edukazzjoni għolja” tfisser kwalunkwe persuna rreġistrata f’istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja, inkluż għal ċiklu qasir, f’livell ta’ baċellerat, master jew dottorat jew ekwivalenti. Tkopri wkoll gradwati riċenti , jew kwalunkwe persuna li tkun iggradwat minn istituzzjoni ta' dan it-tip fl-24 xahar preċedenti ; [Em. 70] |
|
(8) |
“persunal” tfisser kwalunkwe persuna li, fuq bażi professjonali jew volontarja, hija involuta fl-edukazzjoni fil-livelli kollha , fit-taħriġ jew fit-tagħlim mhux formali, u tista’ tinkludi professuri, għalliema, persuni li jħarrġu, riċerkaturi, mexxejja tal-iskola, persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, kowċis tal-isports, persunal mhux edukattiv u prattikanti oħra involuti fil-promozzjoni tat-tagħlim; [Em. 71] |
|
(8a) |
“persunal tal-isport” tfisser persuni involuti fil-ġestjoni, fl-istruzzjoni jew fit-taħriġ ta' tim sportiv jew ta' bosta persuni sportivi individwali, bi ħlas jew fuq bażi volontarja; [Em. 72] |
|
(9) |
“student ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali” tfisser kwalunkwe persuna reġistrata fi programm ta’ edukazzjoni jew taħriġ vokazzjonali inizjali jew kontinwu fi kwalunkwe livell sa livell ta’ wara l-iskola sekondarja. Jinkludi l-parteċipazzjoni ta’ individwi li reċentament iggradwaw minn tali programmi , jew kwalunkwe persuna li tkun iggradwat minn programm ta' dan it-tip fl-24 xahar preċedenti ; [Em. 73] |
|
(10) |
“student tal-iskola” tfisser kwalunkwe persuna reġistrata f’kapaċità ta’ tagħlim f’istituzzjoni li tipprovdi edukazzjoni ġenerali fi kwalunkwe livell mill-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal sal-edukazzjoni sekondarja superjuri, jew kwalunkwe persuna li tkun ħadet edukazzjoni barra minn kuntest istituzzjonali meqjusa mill-awtoritajiet Nazzjonali kompetenti bħala eliġibbli sabiex tipparteċipa fil-Programm, fit-territorji rispettivi tagħhom; [Em. 74] |
|
(11) |
“edukazzjoni għall-adulti” tfisser kwalunkwe forma ta’ tagħlim mhux vokazzjonali għall-adulti wara l-edukazzjoni inizjali, kemm jekk tkun ta’ natura formali, mhux formali jew informali; |
|
(12) |
“pajjiż terz mhux assoċjat mal-Programm” tfisser pajjiż terz li mhux qed jipparteċipa bis-sħiħ fil-Programm iżda li l-entitajiet legali tiegħu jistgħu eċċezzjonalment jibbenefikaw mill-Programm f’każijiet debitament ġustifikati fl-interess tal-Unjoni; [Em. 75] |
|
(13) |
“pajjiż terz” tfisser pajjiż li mhuwiex Stat Membru; |
|
(14) |
“sħubija” tfisser ftehim bejn grupp ta’ istituzzjonijiet u/jew organizzazzjonijiet sabiex jitwettqu attivitajiet u proġetti konġunti; |
|
(15) |
“lawrja konġunta tal-master ta' master jew ta' dottorat ” tfisser programm ta’ studju integrat offrut tal-inqas minn żewġ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja li jirriżulta f’ċertifikat wieħed ta’ lawrja maħruġ u ffirmat b’mod konġunt mill-istituzzjonijiet parteċipanti kollha u rikonoxxut uffiċjalment fil-pajjiżi fejn jinsabu l-istituzzjonijiet parteċipanti; [Em. 76] |
|
(16) |
“internazzjonali” tirrigwarda kwalunkwe azzjoni li tinvolvi mill-inqas pajjiż terz wieħed li mhuwiex assoċjat mal-Programm; |
|
(17) |
“kooperazzjoni virtwali” tfisser kwalunkwe forma ta’ kooperazzjoni li tuża għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni; |
|
(18) |
“istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja” tfisser kwalunkwe tip ta’ istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja entità li, b’konformità mad-dritt jew prattika nazzjonali, toffri lawrji rikonoxxuti jew kwalifiki tal-livell terzjarju oħrajn rikonoxxuti, irrispettivament minn x’jissejjaħ dan l-istabbiliment kif ukoll kwalunkwe tip ieħor ta’ istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja entità oħra kumparabbli li hija kkunsidrata mill-awtoritajiet nazzjonali bħala eliġibbli biex tipparteċipa fil-Programm, fit-territorji rispettivi tagħhom; [Em. 77] |
|
(19) |
“transnazzjonali” tirrelata ma’ kwalunkwe azzjoni li tinvolvi mill-inqas żewġ pajjiżi li huma Stati Membri jew pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm; |
|
(20) |
“attività ta’ parteċipazzjoni taż-żgħażagħ” tfisser attività barra mill-iskola mwettqa minn gruppi informali ta’ żgħażagħ u/jew organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, u karatterizzata ikkaratterizzata minn approċċ ta’ tagħlim mhux formali jew informali u minn appoġġ għall-aċċessibilità u l-inklużjoni ; [Em. 78] |
|
(21) |
“ħaddiem li jaħdem maż-żgħażagħ” tfisser professjonist jew voluntier involut fit-tagħlim mhux formali jew informali li jappoġġa liż-żgħażagħ fl-iżvilupp personali, tagħhom , inkluż l-iżvilupp soċjoedukattiv u professjonali tagħhom u l-iżvilupp tal-kompetenzi tagħhom. ; [Em. 79] |
|
(22) |
“djalogu maż-żgħażagħ tal-UE” tfisser djalogu maż-żgħażagħ id-djalogu bejn min ifassal il-politika, min jieħu d-deċiżjonijiet, esperti, riċerkaturi jew partijiet interessati tas-soċjetà ċivili, kif xieraq, u ż-żgħażagħ u mal-organizzazzjonijiet l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, li jserv i; dan iservi bħala forum għal riflessjoni konġunta kontinwa dwar il-prijoritajiet, l-implimentazzjoni u s-segwitu tal-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ fl-oqsma kollha ta' rilevanza għaż-żgħażagħ ; [Em. 80] |
|
(23) |
“pajjiż terz assoċjat mal-Programm” tfisser pajjiż terz li huwa parti għal ftehim mal-Unjoni li jippermetti l-parteċipazzjoni tiegħu fil-Programm u li jissodisfa l-obbligi kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament fir-rigward tal-Istati Membri; [Em. 81] |
|
(24) |
“entità legali” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika maħluqa u rikonoxxuta bħala tali skont id-dritt nazzjonali, id-dritt tal-Unjoni jew id-dritt internazzjonali, li għandha personalità ġuridika u li tista’, meta taġixxi f’isimha stess, teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi, jew entità mingħajr personalità ġuridika b’konformità mal-Artikolu [197(2)(c)] tar-Regolament Finanzjarju; |
|
(25) |
“persuni b’inqas opportunitajiet” tfisser dawk persuni li jaffaċċaw ostakli li ma jħalluhomx ikollhom aċċess effettiv għal opportunitajiet skont il-Programm għal raġunijiet ekonomiċi huma żvantaġġati fl-aċċess tagħhom għall-Programm minħabba diversi ostakoli li jinħolqu minħabba, pereżempju, diżabilità, problemi tas-saħħa, diffikultajiet edukattivi, l-isfond ta' migrazzjoni tagħhom, differenzi kulturali, il-qagħda ekonomika , soċjali, kulturali, ġeografiċi huma żvantaġġati fl-aċċess tagħhom għall-Programm minħabba diversi ostakoli li jinħolqu minħabba, pereżempju, diżabilità, problemi tas-saħħa, diffikultajiet edukattivi, l-isfond ta' migrazzjoni tagħhom, differenzi kulturali, il-qagħda ekonomika jew ta’ saħħa, kuntest persuni li jissograw li jħabbtu wiċċhom ma' diskriminazzjoni abbaż ta’ migrazzjoni jew għal raġunijiet bħal diżabbiltà u diffikultajiet edukattivi kwalunkwe waħda mir-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ; [Em. 82] |
|
(26) |
“awtorità nazzjonali” tfisser l-awtorità inkarigata, fil-livell nazzjonali, mill-monitoraġġ u s-superviżjoni tal-ġestjoni tal-Programm fi Stat Membru jew f’pajjiż terz assoċjat mal-Programm; |
|
(27) |
“aġenzija nazzjonali” tfisser korp wieħed jew iktar fi Stat Membru jew pajjiż terz partikolari assoċjata mal-Programm responsabbli mill-ġestjoni tal-implimentazzjoni tal-Programm fil-livell nazzjonali. Jista’ jkun hemm aktar minn aġenzija nazzjonali waħda fi Stat Membru jew pajjiż terz partikolari assoċjat mal-Programm; |
|
(27a) |
“Siġill ta' Eċċellenza” tfisser it-tikketta ta' livell għoli ta' kwalità mogħtija lil proġetti mressqa lill-Programm, li jitqiesu li jistħoqqilhom finanzjament madankollu ma jirċevuhx minħabba limitazzjonijiet baġitarji; dan jirrikonoxxi l-valur tal-proposta u jappoġġa t-tfittxija għal finanzjament alternattiv [Em. 83] |
Artikolu 3
Għanijiet tal-programm
1. L-għan ġenerali tal-Programm huwa li jappoġġa l-iżvilupp edukattiv, professjonali u personali tal-persuni fl-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ l-attivitajiet taż-żgħażagħ u l-isport permezz tat-tagħlim tul il-ħajja , fl-Ewropa u lil hinn minnha, u b'hekk jikkontribwixxi għal tkabbir sostenibbli, impjiegi ta' kwalità, koeżjoni soċjali u inklużjoni, għall-promozzjoni taċ-ċittadinanza attiva kif ukoll li jsaħħaħ l-identità għat-tisħiħ tal-identità Ewropea. Bħala tali, il-Programm għandu jkun strument ewlieni għall-bini ta' żona Ewropea tal-edukazzjoni, għall-avvanz tal-innovazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ, filwaqt li tappoġġa jappoġġa l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni strateġika Ewropea fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, bl-aġendi settorjali sottostanti tiegħu, li javvanzaw il-kooperazzjoni tagħha , javvanza l-kooperazzjoni tal-politika taż-żgħażagħ skont l-Istrateġija taż-Żgħażagħ tal-Unjoni 2019-2027 u l-iżvilupp tad-dimensjoni jiżviluppa d-dimensjoni Ewropea fl-isport.. [Em. 84]
2. Il-Programm għandu l-għanijiet speċifiċi li ġejjin:
|
(a) |
li jippromwovi l-mobbilità għat-tagħlim tal-individwi, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, l-ekwità, l-eċċellenza, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta’ organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ; [Em. 85] |
|
(b) |
li jippromwovi l-mobbiltà għat-tagħlim mhux formali u informali, it-tagħlim interkulturali, il-ħsieb kritiku u l-parteċipazzjoni attiva fost iż-żgħażagħ, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni , il-kwalità , il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta' organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam taż-żgħażagħ; [Em. 86] |
|
(c) |
li jippromwovi l-mobbiltà għat-tagħlim tal-kowċis fl-isports grassroots, tal-persunal sportiv u l-persunal tal-isport taż-żgħażagħ li jipprattikaw sport b'mod regolari u f'ambjent organizzat , kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell tal-organizzazzjonijiet tal-isport u l-politiki tal-isport; [Em. 87] |
|
(ca) |
li jippromwovi t-tagħlim tul il-ħajja permezz ta' approċċ transsettorjali f'ambjenti formali, mhux formali u informali u li jappoġġa perkorsi flessibbli għat-tagħlim. [Em. 88] |
2a. Il-Programm għandu jinkludi dimensjoni internazzjonali msaħħa bil-għan li jiġu appoġġati l-għanijiet ta' azzjoni esterna u ta' żvilupp tal-Unjoni permezz tal-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi [Em. 89]
3. L-għanijiet tal-Programm għandhom jiġu segwiti permezz tat-tliet azzjonijiet ewlenin li ġejjin:
|
(a) |
mobbiltà għat-tagħlim (“azzjoni ewlenija 1”); |
|
(b) |
kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet (“azzjoni ewlenija 2”); u |
|
(c) |
għal politika tal-iżvilupp u l-kooperazzjoni (“azzjoni ewlenija 3”); |
L-għanijiet għandhom jiġu segwiti permezz tal-azzjonijiet Jean Monnet kif stabbilit fl-Artikolu 7.
L-azzjonijiet kollha tal-Programm għandu jkun fihom element qawwi ta' tagħlim li jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Programm stabbiliti f'dan l-Artikolu. Id-deskrizzjoni tal-azzjonijiet appoġġati skont kull azzjoni ewlenija hija stabbilita fil-Kapitolu II (edukazzjoni u taħriġ), il-Kapitolu III (iż-żgħażagħ) u l-Kapitolu IV (l-isport). L-għanijiet operattivi u l-prijoritajiet tal-politika korrispondenti għal kull azzjoni għandhom jiġu speċifikati fid-dettall fil-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 19. [Em. 90]
Artikolu 3a
Valur miżjud Ewropew
1. Il-Programm għandu jappoġġa biss dawk l-azzjonijiet u l-attivitajiet li jipprovdu valur miżjud Ewropew potenzjali u li jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.
2. Il-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet u l-attivitajiet tal-Programm għandu jiġi żgurat, pereżempju, permezz
|
(a) |
tal-karattru transnazzjonali tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tal-mobbiltà u l-kooperazzjoni li għandhom l-għan li jiksbu impatt sistemiku sostenibbli; |
|
(b) |
tal-komplementarjetà u tas-sinerġiji tagħhom ma' programmi u politiki oħra fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali; |
|
(c) |
tal-kontribut tagħhom għall-użu effettiv tal-għodod ta' trasparenza u ta' rikonoxximent tal-Unjoni; |
|
(d) |
tal-kontribut tagħhom għall-iżvilupp ta' standards tal-assigurazzjoni tal-kwalità madwar l-Unjoni, inklużi karti; |
|
(e) |
tal-kontribut tagħhom għall-iżvilupp ta' standards tal-assigurazzjoni tal-kwalità madwar l-Unjoni, inklużi karti;; |
|
(f) |
tat-trawwim tagħhom ta' djalogu interkulturali u interreliġjuż fl-Unjoni kollha; |
|
(g) |
tat-trawwim tagħhom tal-multilingwiżmu fl-Unjoni kollha; or |
|
(h) |
tal-promozzjoni tagħhom ta' sens ta' appartenenza fl-Ewropa u tat-tisħiħ ta' ċittadinanza Ewropea komuni. [Em. 91] |
KAPITOLU II
EDUKAZZJONI U TAĦRIĠ
Artikolu 4
Azzjoni ewlenija 1
Mobbiltà għat-tagħlim
Fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin skont l-azzjoni ewlenija 1:
|
(a) |
il-mobbiltà tal-istudenti u l-persunal ta’ edukazzjoni għolja; |
|
(b) |
il-mobbiltà tal-istudenti u l-persunal ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali; |
|
(c) |
il-mobbiltà ta’ studenti tal-istudenti u tal-persunal tal-iskejjel, inklużi l-għalliema tal-livell preskolastiku u l-persunal tal-edukazzjoni u persunal tal-iskola l-indokrar bikrin ; [Em. 92] |
|
(d) |
il-mobilità il-mobbiltà tal-istudenti adulti u tal-persunal tal-edukazzjoni għall-adulti; [Em. 93] |
|
(e) |
opportunitajiet ta’ tagħlim tal-lingwa, inklużi dawk li jappoġġaw attivitajiet ta’ mobbilità. |
Il-Programm għandu jappoġġa miżuri ta' tagħlim virtwali u ta' tagħlim imħallat biex jakkumpanjaw l-attivitajiet ta' mobbiltà stabbiliti fil-paragrafu 1. Għandu wkoll jappoġġa miżuri ta' dan it-tip għal persuni li ma jistgħux jipparteċipaw f'attivitajiet ta' mobbiltà bħal dawn
Il-Kummissjoni għandha tiżgura, fejn xieraq, li l-għodod tat-tagħlim virtwali u tat-tagħlim imħallat żviluppat fl-ambitu tal-Programm isiru disponibbli għall-pubbliku ġenerali. [Am. 94]
L-appoġġ jista' jingħata għat-tħejjija tal-attivitajiet ta' mobbiltà stabbiliti f'dan l-Artikolu, inkluż, kif meħtieġ, għal żjarat ta' tħejjija [Am. 95]
Artikolu 5
Azzjoni ewlenija 2
Kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet
Fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin skont l-azzjoni ewlenija 2:
|
(a) |
sħubiji sħubijiet strateġiċi għall-kooperazzjoni u skambji ta’ prassi, inkluż sħubiji fuq skala żgħira għat-trawwim ta’ aċċess iktar mifrux u iktar inklużiv għall-Programm; [Em. 96] |
|
(b) |
ssħubiji għall-eċċellenza, b'mod partikolari universitajiet Ewropej, Ċentri ta ċentri ta' eċċellenza vokazzjonali u lawrji masters u master dottorati konġunti tal-Erasmus Mundus; L-universitajiet u ċ-ċentri ta' eċċellenza vokazzjonali Ewropej għandhom jinvolvu mill-inqas entità waħda stabbilita fi Stat Membru ; [Em. 97] |
|
(c) |
sħubiji għall-innovazzjoni , bħal alleanzi tal-edukazzjoni għall-adulti, għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Ewropa; [Em. 98] |
|
(d) |
pjattaformi u għodod online li jkunu aċċessibli u faċli għall-utent sabiex tiġi promossa l-kooperazzjoni virtwali, inkluż is-servizzi ta' appoġġ għal eTwinning u għall-pjattaforma elettronika għat-tagħlim għall-adulti fl-Ewropa , għodod biex jiġu promossi l-metodi ta' Tagħlim b'Disinn Universali, kif ukoll għodod għall-iffaċilitar tal-mobbiltà, bħall-Kard Ewropea tal-Istudenti msemmija fl-Artikolu 25(7c) . [Em. 99] |
|
(da) |
bini ta' kapaċità mmirat fil-qasam tal-edukazzjoni għolja fil-pajjiżi tersi mhux assoċjati mal-Programm. [Em. 100] |
Artikolu 6
Azzjoni ewlenija 3
Appoġġ għal politika tal-iżvilupp u l-kooperazzjoni
Fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin skont l-azzjoni ewlenija 3:
|
(a) |
il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-aġendi ta’ politika ġenerali u settorjali tal-Unjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż bl-appoġġ tan-netwerk Eurydice jew attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet rilevanti oħra; |
|
(b) |
l-appoġġ għal għodod u miżuri tal-Unjoni li jrawmu l-kwalità, it-trasparenza u r-rikonoxximent u l-aġġornament ta’ kompetenzi, ħiliet u kwalifiki (32); [Em. 101] |
|
(c) |
djalogu ta’ politika u kooperazzjoni ma’ partijiet mal-partijiet ikkonċernati ewlenin rilevanti u appoġġ għalihom , inklużi netwerks madwar l-Unjoni, organizzazzjonijiet Ewropej nongovernattivi u organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ; [Em. 102] |
|
(d) |
miżuri mmirati li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni kwalitattiva mmirati u inklużiva tal-Programm; [Em. 103] |
|
(e) |
kooperazzjoni ma’ strumenti oħrajn tal-Unjoni u appoġġ għal politiki oħrajn tal-Unjoni; |
|
(f) |
attivitajiet ta’ disseminazzjoni u sensibilizzazzjoni dwar l-eżiti u l-prijoritajiet ta’ politika Ewropea kif ukoll fuq il-Programm. |
Artikolu 7
Azzjonijiet Jean Monnet
IIl-Programm għandu jappoġġa tagħlim, apprendiment, riċerka u dibattiti dwar kwistjonijiet ta' integrazzjoni Ewropea u dwar l-isfidi u l-oportunitajiet futuri tal-Unjoni permezz tal-azzjonijiet li ġejjin [Em. 104]
|
(a) |
azzjoni Jean Monnet fil-qasam tal-edukazzjoni għolja; [Em. 105] |
|
(b) |
azzjoni Jean Monnet f’oqsma oħra fl-oqsma kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ; [Em. 106] |
|
(c) |
appoġġ għall-istituzzjonijiet li ġejjin, li jsegwu mira ta’ interess Ewropew: l-Istitut Universitarju Ewropew, Firenze, inkluż l-Iskola tal-Governanza Transnazzjonali tiegħu; il-Kulleġġ tal-Ewropa (il-kampus ta’ Bruges u dak ta’ Natolin); l-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika, Maastricht; l-Akkademja tad-Dritt Ewropew, Trier; l-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u l-Edukazzjoni Inklużiva, Odense u ċ-Ċentru Internazzjonali għat-Taħriġ Ewropew, Nizza. |
KAPITOLU III
ŻGĦAŻAGĦ
Artikolu 8
Azzjoni ewlenija 1
Mobbiltà għat-tagħlim
Fil-qasam taż-żgħażagħ, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin skont l-azzjoni ewlenija 1:
|
(a) |
il-mobbilità taż-żgħażagħ; |
|
(b) |
attivitajiet ta’ parteċipazzjoni taż-żgħażagħ; |
|
(c) |
attivitajiet ta’ DiscoverEU; |
|
(d) |
il-mobbilità ta’ dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ. |
Artikolu 9
Azzjoni ewlenija 2
Kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet
Fil-qasam taż-żgħażagħ, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin skont l-azzjoni ewlenija 2:
|
(a) |
sħubiji strateġiċi għall-kooperazzjoni u skambji ta’ prassi, inkluż sħubiji fuq skala żgħira għat-trawwim ta’ aċċess iktar mifrux u iktar inklużiv għall-Programm; [Em. 107] |
|
(b) |
sħubiji għall-innovazzjoni għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Ewropa; |
|
(c) |
pjattaformi u għodod online aċċessibbli u faċli għall-utent għall-kooperazzjoni virtwali. [Em. 108] |
Artikolu 10
Azzjoni ewlenija 3
Appoġġ għal politika tal-iżvilupp u l-kooperazzjoni
Fil-qasam taż-żgħażagħ, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin skont l-azzjoni ewlenija 3:
|
(a) |
il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-aġenda ta' politika tal-Unjoni dwar iż-żgħażagħ, bl-appoġġ , kif rilevanti, tan-netwerk Wiki taż-Żgħażagħ Youth Wiki ; [Em. 109] |
|
(b) |
għodod u miżuri tal-Unjoni li jrawmu l-kwalità, it-trasparenza u r-rikonoxximent ta’ kompetenzi u ħiliet, b’mod partikolari permezz ta’ Youthpass; |
|
(c) |
djalogu ta’ politika u kooperazzjoni ma’ partijiet mal-partijiet ikkonċernati rilevnati rilevanti, u appoġġ għalihom , inkluż netwerks madwar l-Unjoni, organizzazzjonijiet Ewropej nongovernattivi, u organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam taż-żgħażagħ, id-djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ u l-appoġġ għall-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej; [Em. 110] |
|
(d) |
miżuri li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni kwalitattiva rilevanti, u appoġġ għalihom u inklużiva tal-Programm; [Em. 111] |
|
(e) |
kooperazzjoni ma’ strumenti oħrajn tal-Unjoni u appoġġ għal politiki oħrajn tal-Unjoni; |
|
(f) |
attivitajiet ta’ disseminazzjoni u sensibilizzazzjoni dwar l-eżiti u l-prijoritajiet ta’ politika Ewropea kif ukoll fuq il-Programm. |
KAPITOLU IV
SPORT
Artikolu 11
Azzjoni ewlenija 1
Mobbiltà għat-tagħlim
Fil-qasam tal-isport, il-Programm għandu jappoġġa, taħt l-azzjoni ewlenija 1, il-mobbiltà tal-kowċis taż-żgħażagħ li jeżerċitaw l-isport tal-massa, u tal-persunal l-persunal sportiv involut fih . [Em. 112]
Artikolu 12
Azzjoni ewlenija 2
Kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet
Fil-qasam tal-isport, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin skont l-azzjoni ewlenija 2:
|
(a) |
sħubiji għall-kooperazzjoni u skambji ta’ prassi, inkluż sħubiji fuq skala żgħira għat-trawwim ta’ aċċess iktar mifrux u iktar inklużiv għall-Programm; |
|
(b) |
avvenimenti sportivi tal-isports tal-massa mingħajr qligħ , inklużi avvenimenti fuq skala żgħira, li jimmiraw lejn żvilupp ulterjuri tad-dimensjoni Ewropea tal-isport. [Em. 113] |
Artikolu 13
Azzjoni ewlenija 3
Appoġġ għal politika tal-iżvilupp u l-kooperazzjoni
Fil-qasam tal-isport, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin skont l-azzjoni ewlenija 3:
|
(a) |
il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-aġenda ta’ politika tal-Unjoni dwar l-isport u l-attività fiżika; |
|
(b) |
djalogu ta’ politika u kooperazzjoni ma’ partijiet mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi organizzazzjonijiet Ewropej nongovernattivi u organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-isport; [Em. 114] |
|
(ba) |
miżuri li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta' kwalità għolja u inklużiva tal-Programm [Em. 115] |
|
(bb) |
kooperazzjoni ma' strumenti oħrajn tal-Unjoni u appoġġ għal politiki oħrajn tal-Unjoni; [Em. 116] |
|
(c) |
attivitajiet ta’ disseminazzjoni u sensibilizzazzjoni dwar l-eżiti u l-prijoritajiet tal-politika Ewropea u dwar il-Programm, inklużi premjijiet u għotjiet sportivi. |
Kapitolu IVa
Inklużjoni[Em. 117]
Artikolu 13a
Strateġija ta' inklużjoni
1. Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Marzu 2021, tiżviluppa qafas ta' miżuri ta' inklużjoni, kif ukoll gwida għall-implimentazzjoni tagħhom. Abbażi ta' dak il-qafas u filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari għall-problemi speċifiċi ta' aċċess għall-programm fil-kuntest nazzjonali, l-aġenziji nazzjonali għandhom jiżviluppaw strateġija ta' inklużjoni nazzjonali multiannwali. Dik l-istrateġija għandha ssir pubblika sal-30 ta' Ġunju 2021 u l-implimentazzjoni tagħha għandha tiġi ssorveljata fuq bażi regolari.
2. Il-qafas u l-istrateġija msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-elementi li ġejjin:
|
(a) |
kooperazzjoni mas-sħab soċjali, l-awtoritajiet nazzjonali u lokali u s-soċjetà ċivili; |
|
(b) |
l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet fil-livell lokali, ibbażati fil-komunità li jaħdmu direttament mal-gruppi fil-mira. |
|
(c) |
intervent fil-post u komunikazzjoni mal-gruppi fil-mira, inkluż permezz tat-tixrid ta' informazzjoni faċli għall-utent; |
|
(d) |
is-simplifikazzjoni tal-proċeduri ta' applikazzjoni; |
|
(e) |
il-forniment ta' servizzi speċifiċi ta' konsulenza, taħriġ u appoġġ lill-gruppi fil-mira, kemm qabel l-applikazzjonijiet tagħhom kif ukoll biex jiġu preparati għall-parteċipazzjoni effettiva tagħhom fil-Programm; |
|
(f) |
l-aħjar prattiki fl-aċċessibbiltà u s-servizzi ta' appoġġ għall-persuni b'diżabbiltà; |
|
(g) |
il-ġbir ta' data kwalitattiva u kwantitattiva xierqa biex tiġi evalwata l-effettività tal-istrateġija; |
|
(h) |
l-applikazzjoni ta' miżuri ta' appoġġ finanzjarju skont l-Artikolu 13b. [Am. 118] |
Artikolu 13b
Miżuri ta' appoġġ finanzjarju għall-inklużjoni
1. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jiżguraw li jiddaħħlu fis-seħħ miżuri ta' appoġġ finanzjarju adegwati, inkluż il-prefinanzjament, fejn rilevanti, biex jappoġġaw persuni b'inqas opportunitajiet li għalihom il-parteċipazzjoni fil-Programm hija mxekkla minħabba raġunijiet finanzjarji, jew minħabba li jinsabu f'sitwazzjoni ta' żvantaġġ ekonomiku jew minħabba li l-ispejjeż addizzjonali tal-parteċipazzjoni tal-Programm, minħabba s-sitwazzjoni speċifika tagħhom, jirrappreżentaw ostaklu sinifikanti. Il-valutazzjoni tar-raġunijiet finanzjarji u tal-livell ta' appoġġ għandha tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi.
2. Il-miżuri ta ' appoġġ finanzjarju msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu:
|
(a) |
appoġġ disponibbli minn strumenti oħra tal-Unjoni, bħall-Fond Soċjali Ewropew+; |
|
(b) |
appoġġ disponibbli fil-qafas ta' skemi nazzjonali; |
|
(c) |
aġġustament u żieda fl-appoġġ għal azzjonijiet ta' mobbiltà disponibbli fil-qafas tal-Programm. |
3. Sabiex tikkonforma mal-punt (c) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ, taġġusta jew tawtorizza lill-aġenziji nazzjonali biex jaġġustaw l-għotjiet biex jappoġġaw azzjonijiet ta' mobbiltà fil-qafas ta' dan il-Programm. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi wkoll, f'konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 14, baġit speċifiku biex jiffinanzja miżuri ta' appoġġ finanzjarju addizzjonali fil-qafas ta' dan il-Programm.
4. L-ispejjeż tal-miżuri biex tiġi ffaċilitata jew appoġġata l-inklużjoni, fl-ebda ċirkostanza, ma għandhom jiġġustifikaw ir-rifjut ta' applikazzjoni fil-qafas ta dan il-Programm. [Em. 119]
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI
Artikolu 14
Baġit
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun EUR30 000 000 000 41 097 000 000 fi prezzijiet kostanti tal-2018 (EUR 46 758 000 000 fi prezzijiet attwali). [Em. 120]
L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fi ħdan il-limiti tal-qafas finanzjarju pluriennali. [Em. 121]
2. Il-Programm għandu jkun implimentat skont id-distribuzzjoni indikattiva li ġejja:
|
(a) |
EUR 24 940 000 000 83 % tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għal azzjonijiet fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, li minnhom minnu : [Em. 122]
|
|
(b) |
EUR 3 100 000 000 10,3 % tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għal azzjonijiet fil-qasam taż-żgħażagħ imsemmija fl-Artikoli 8 sa 10; [Em. 130] |
|
(c) |
EUR 550 000 000 2 % tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għal azzjonijiet fil-qasam tal-isport imsemmija fl-Artikoli 11 sa 13; u[Em. 131] |
|
(d) |
mill-inqas EUR 960 000 000 3,2 % tal-ammont immsemmi fil-paragrafu 1 bħala kontribuzzjoni għall-ispejjeż operattivi tal-aġenziji nazzjonali. [Em. 132] |
Il- 1,5 % li jifdal li ma jiġux allokati fil-qafas tad-distribuzzjoni indikattiva stabbilita fl-ewwel subparagrafu jistgħu jintużaw għall-appoġġ tal-programm. [Em. 133]
3. Minbarra l-pakkett finanzjarju kif indikat fil-paragrafu 1, u sabiex tiġi promossa d-dimensjoni internazzjonali tal-Programm, għandha ssir disponibbli kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali permezz tar-Regolament ir-Regolament …/… [Strument tal-Viċinat, tal-Iżvilupp u tal-Kooperazzjoni Internazzjonali] (33) u permezz tar-Regolament r-Regolament …/… [IPA III] (34), għandhom jipprovdu kontribuzzjonijiet finanzjarji sabiex tappoġġa jiġu appoġġati azzjonijiet implimentati u ġestiti b’konformità ma’ stabbilitiuy implimentati fil-qafas ta' dan ir-Regolament. Din il-kontribuzzjoni għandha Dan ir-Regolament għandu japplika għall-użu ta' dawk il-fondi, filwaqt li tiġi ffinanzjata b’konformità żgurata konformità mar-Regolamenti li jistabbilixxu dawk l-istrumenti jirregolaw rispettivament l-NDICI u l-IPA III . [Em. 134]
4. L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditjar u ta’ evalwazzjoni inkluż sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva kif ukoll il-konsulenza u t-taħriġ fil-qasam tal-aċċessibbiltà .. [Em. 135]
5. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament Finanzjarju, in-nefqa għall-azzjonijiet li jirriżultaw minn proġetti inklużi fl-ewwel programm ta’ ħidma tista’ tkun eliġibbli mill-1 ta’ Jannar 2021.
6. Riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq it-talba tagħhom, jiġu ttrasferiti għall-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi direttament b’konformità mal-[punt (a) tal-Artikolu 62(1)] tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament b’konformità mal-[punt (c)] ta’ dak l-Artikolu. Fejn possibbli dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.
6a. Il-prijoritajiet għall-allokazzjoni baġitarja skont l-azzjoni previsti fil-paragrafu 2 għandhom jiġu ddeterminati fil-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 19 [Em. 136]
Artikolu 15
Forom ta’ finanzjament mill-UE u metodi ta’ implimentazzjoni
1. Il-Programm għandu jiġi implimentat, b’mod konsistenti, b’ġestjoni diretta b’konformità mar-Regolament Finanzjarju jew b’ġestjoni indiretta mal-korpi msemmija fl-Artikolu [61(1)(c)] tar-Regolament Finanzjarju.
2. Il-Programm jista’ jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari għotjiet, premjijiet u akkwist pubbliku.
3. Il-kontribuzzjonijiet għall-mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni reċiproka jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru tal-fondi dovuti mir-reċipjenti u għandhom jiġu kkunsidrati bħala garanzija suffiċjenti skont ir-Regolament Finanzjarju. Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-[Artikolu X tar-]Regolament X [suċċessur tar-Regolament dwar il-Fond ta’ Garanzija] għandhom japplikaw.
KAPITOLU VI
PARTEĊIPAZZJONI FIL-PROGRAMM
Artikolu 16
Pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm
1. Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi terzi li ġejjin:
|
(a) |
membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), b’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea; |
|
(b) |
pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, b’konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, jew arranġamenti simili, u b’konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi; |
|
(c) |
pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, b’konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, jew ftehimiet simili, u b’konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi; |
|
(d) |
pajjiżi terzi oħrajn, b’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, sakemm dak il-ftehim:
|
2. Il-pajjiżi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jipparteċipaw b’mod sħiħ fil-Programm biss safejn jissodisfaw l-obbligi kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament fir-rigward tal-Istati Membri.
Artikolu 17
Pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm
Fir-rigward tal-azzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 4 sa 6, il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 7, u l-Artikoli 8 sa 10, 12 u 13, il-Programm jista’ jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi terzi li ġejjin ta' entitajiet legali minn kwalunkwe pajjiż terz f'każijiet debitament iġġustifikati fl-interess tal-Unjoni. :
|
(a) |
il-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 16 li ma jissodisfawx il-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu; |
|
(b) |
kwalunkwe pajjiż terz ieħor. [Em. 137] |
Artikolu 18
Regoli applikabbli għal ġestjoni diretta u indiretta
1. Il-Programm għandu jkun miftuħ għal entitajiet legali pubbliċi u privati attivi fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport.
2. Meta jimplimentaw il-Programm, inter alia fir-rigward tal-għażla tal-parteċipanti u l-għoti ta’ għotjiet, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru sforzi għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u li tittejjeb is-sensibilizzazzjoni għal persuni b’anqas opportunitajiet. [Em. 138]
3. Għall-għażliet taħt ġestjoni diretta u indiretta, il-kumitat ta’ evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu [145(3), it-tielet inċiż] tar-Regolament Finanzjarju jista’ jkun magħmul minn esperti esterni.
4. L-entitajiet pubbliċi, kif ukoll l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport, li jkunu rċevew iktar minn ħamsin fil-mija tad-dħul annwali tagħhom minn sorsi pubbliċi fl-aħħar sentejn, għandhom jitqiesu li għandhom il-kapaċità finanzjarja, professjonali u amministrattiva meħtieġa biex iwettqu l-attivitajiet skont il-Programm. Ma għandhomx għalfejn jippreżentaw aktar dokumentazzjoni biex juru dik il-kapaċità.
4a. Il-livelli ta' appoġġ finanzjarju, bħal għotjiet, sommom f'daqqa, rati fissi u kostijiet ta' unità, għandhom jiġu riveduti u aġġustati regolarment għall-ispejjeż tal-għajxien u tas-sussistenza tal-pajjiż jew tar-reġjun ospitanti, fuq il-bażi tad-data tal-Eurostat. L-aġġustament tal-ispejjeż tal-għajxien u tas-sussistenza għandu jqis kif xieraq l-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn u mill-pajjiż jew reġjun ospitanti. [Em. 139]
5. Sabiex ittejjeb l-aċċess għall-persuni b’inqas opportunitajiet u tiżgura l-implimentazzjoni bla xkiel tal-Programm, il-Kummissjoni tista’ taġġusta jew tista’ tawtorizza lill-aġenziji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 23 biex jaġġustaw, abbażi ta’ kriterji oġġettivi, l-għotjiet sabiex jappoġġaw azzjonijiet ta’ mobbiltà tal-Programm. [Em. 140]
6. Il-Kummissjoni tista’ tniedi sejħiet konġunti mal-pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm jew l-organizzazzjonijiet u l-aġenziji tagħhom biex jiffinanzjaw proġetti abbażi ta’ fondi korrispondenti. Il-proġetti jistgħu jiġu evalwati u magħżula permezz ta’ proċeduri ta’ evalwazzjoni u għażla konġunta li jridu jiġu maqbula mill-organizzazzjonijiet jew aġenziji ta’ finanzjament, b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju.
KAPITOLU VII
PROGRAMMAZZJONI, MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI
Artikolu 19
Programm ta’ ħidma
Il-Programm għandu jiġi implimentat Il-politiki u l-prijoritajiet sekondarji, inklużi dettalji tal-inizjattivi speċifiċi deskritti fl-Artikoli 4 sa 13, għandhom jiġu ddeterminati permezz tal-programmi ta’ ta' programm ta' ħidma msemmija fl-Artikolu [108] kif imsemmi fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju. Il-programm ta' ħidma għandu jistabbilixxi wkoll kif għandu jiġi implimentat il-Programm. Addizzjonalment Barra minn hekk , il-programm ta’ ħidma għandu jagħti indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni u tad-distribuzzjoni ta’ fondi bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm għall-azzjonijiet li jridu jiġu ġestiti permezz tal-aġenzija nazzjonali. Il-programm ta’ ħidma għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 31. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 30 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-programm ta' ħidma. [Em. 141]
Artikolu 20
Monitoraġġ u rapportar
1. L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet ġenerali u speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness.
2. Sabiex tkun żgurata valutazzjoni effettiva tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 30, li temenda l-Anness biex tirrevedi jew tikkumplimenta l-indikaturi fejn meqjus neċessarju u li tissupplimenta dan ir-Regolament bid-dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni.
3. Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-Programm tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv, fil-ħin u fil-livell xieraq ta’ dettall mill-benefiċjarji tal-fondi tal-Unjoni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu [2(5)] tar-Regolament Finanzjarju. Għal dak il-fini, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonat fuq il-benefiċjarji tal-fondi tal-Unjoni u l-Istati Membri.
Artikolu 21
Evalwazzjoni Evalwazzjonijiet, rieżami ta' nofs it-terminu u reviżjoni. [Em. 142]
1. L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f’waqthom Kwalunkwe evalwazzjoni għandha titwettaq f'waqtha sabiex jikkontribwixxu tikkontribwixxi għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. [Em. 143]
2. L-evalwazzjoni interim Ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-Programm għandha titwettaq għandu jitwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm fi kwalunkwe każ sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2024 . Din għandha tkun akkumpanjata wkoll minn evalwazzjoni finali tal-programm predeċessur , li se tikkontribwixxi għar-rieżami ta' nofs it-terminu. Ir-rieżami ta' nofs it-terminu, minbarra li jivvaluta l-effikaċja u l-prestazzjoni ġenerali tal-Programm, għandu jevalwa, b'mod partikolari, ir-riżultati mal-miżuri ta' inklużjoni stipulati fil-Kapitolu IVa, l-isforzi mwettqa biex jiġi ssimplifikat il-Programm għall-benefiċjarji u l-implimentazzjoni tal-inizjattivi ġodda msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5 u fil-punt (c) tal-Artikolu 8. Waqt dan ir-rieżami, għandu jiġi eżaminat it-tqassim tal-parteċipazzjoni tal-Programm, b'mod partikolari fir-rigward ta' persuni b'inqas opportunitajiet. . [Em. 144]
3. Bla ħsara għar-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu IX u l-obbligi tal-aġenziji nazzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 24, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni, sat-30 ta’ April 2024, rapport dwar l-implimentazzjoni u l-impatt tal-Programm fit-territorji rispettivi tagħhom. Is-SEAE għandu jippreżenta rapport simili dwar l-implimentazzjoni u l-impatt tal-Programm fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp parteċipanti. [Em. 145]
3a. Fejn ikun meħtieġ u abbażi tar-rieżami ta' nofs it-terminu, il-Kummissjoni għandha tressaq proposti leġiżlattivi xierqa biex temenda dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tidher quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u l-korp kompetenti tal-Kunsill biex tirrapporta dwar ir-rieżami ta' nofs it-terminu, inkluż fir-rigward tad-deċiżjoni tagħha dwar jekk dan ir-Regolament għandux jiġi emendat. [Em. 146]
4. Fi tmiem il-perjodu tal-implimentazzjoni, iżda mhux aktar tard minn erba’ tliet snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni. [Em. 147]
5. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet tittrażmetti kwalunkwe evalwazzjoni u r-reviżjoni ta' nofs it-terminu , akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. [Em. 148]
KAPITOLU VIII
INFORMAZZJONI, KOMUNIKAZZJONI U DISSEMINAZZJONI
Artikolu 22
Informazzjoni, komunikazzjoni u disseminazzjoni
1. F'kooperazzjoni mal-Kummissjoni u fuq il-bażi ta' qafas fil-livell tal-Unjoni, l-aġenziji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 24 għandhom jiżviluppaw strateġija konsistenti fir-rigward tas-sensibilizzazzjoni effettiva kif ukoll tad-disseminazzjoni u l-isfruttament tar-riżultati ta' attivitajiet appoġġati skont l-azzjonijiet li jġestixxu fil-qafas tal-azzjonijiet li jiġġestixxu fil-Programm u għandhom jassistu lill-Kummissjoni fil-kompitu ġenerali tagħha ta' disseminazzjoni ta' informazzjoni dwar il-Programm, inkluż informazzjoni dwar azzjonijiet u attivitajiet ġestiti fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni u r-riżultati tiegħu . L-aġenziji nazzjonali għandhom jinfurmaw lill-gruppi fil-mira rilevanti dwar l-azzjonijiet u l-attivitajiet imwettqa fil-pajjiż tagħhom , bil-għan li jtejbu l-kooperazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati u li jappoġġaw approċċ transsettorjali fl-implimentazzjoni tal-Programm. Fit-twettiq tal-attivitajiet ta' komunikazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni u fit-tixrid tal-informazzjoni, il-Kummissjoni u l-aġenziji nazzjonali għandhom, f'konformità mal-Kapitolu IVa, jagħtu attenzjoni partikolari lill-persuni b'inqas opportunitajiet bil-ħsieb li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fil-Programm . [Em. 149]
1a. Id-dokumenti kollha essenzjali tal-Programm għall-benefiċjarji, inklużi l-formoli tal-applikazzjoni, l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni essenzjali, għandhom ikunu disponibbli mill-inqas fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.Å150
2. Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inklużi lill-midja u lill-pubbliku..
3. L-entitajiet legali fis-setturi koperti mill-Programm għandhom jużaw il-marka kummerċjali “Erasmus” “Erasmus+” għall-finijiet ta’ komunikazzjoni u disseminazzjoni ta’ informazzjoni marbuta mal-Programm.
4. Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet ta’ politika tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3. tagħhom b'mod aċċessibbli [Em. 151]
4a. L-aġenziji nazzjonali għandhom jagħtu wkoll informazzjoni dwar il-Programm lis-servizzi ta' gwida tal-karrieri fl-istituzzjonijiet edukattivi u ta' taħriġ, u lis-servizzi tal-impjiegi. [Em. 152]
KAPITOLU IX
ĠESTJONI U SISTEMA TA’ AWDITU
Artikolu 23
Awtorità nazzjonali
1. Sa […], l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni permezz ta’ notifika formali trażmessa mir-Rappreżentant Permanenti tagħhom, tal-persuna/i awtorizzata/i legalment biex taġixxi/jaġixxu f’isimhom bħala l-awtorità nazzjonali għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. Fil-każ ta’ sostituzzjoni tal-awtorità nazzjonali matul l-iżvolġiment tal-Programm, l-Istat Membru konċernat għandu immedjatament jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dan, b’konformità mal-istess proċedura.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji u xierqa biex ineħħu l-ostakli legali u amministrattivi għall-funzjonament kif suppost tal-Programm, inkluż, fejn possibbli, miżuri maħsuba biex jevitaw it-tassazzjoni fuq l-għotjiet, jiżguraw il-portabbiltà tad-drittijiet bejn is-sistemi soċjali tal-Unjoni, u jirriżolvu kwistjonijiet li jikkawżaw diffikultajiet fil-ksib tal-viżi jew permessi ta' residenza. [Em. 153]
3. Sa […], l-awtorità nazzjonali għandha tiddeżinja aġenzija nazzjonali jew aġenziji nazzjonali. F’każijiet fejn ikun hemm aktar minn aġenzija nazzjonali waħda, l-Istati Membri għandhom jiżguraw mekkaniżmu adegwat sabiex jikkoordina l-ġestjoni tal-implimentazzjoni tal-Programm fil-livell nazzjonali, b’mod partikolari bil-ħsieb li jiżguraw implimentazzjoni koerenti u kosteffiċjenti tal-Programm u kuntatt effettiv mal-Kummissjoni f’dan ir-rigward, u biex jiffaċilitaw it-trasferiment possibbli tal-fondi bejn l-aġenziji, biex b’hekk jippermettu l-flessibbiltà u użu aħjar tal-fondi allokati lill-Istati Membri. Kull Stat Membru għandu jiddetermina kif jorganizza r-relazzjoni bejn l-awtorità nazzjonali u l-aġenzija nazzjonali tiegħu, inkluż kompiti bħall-istabbiliment tal-programm ta’ ħidma tal-aġenzija nazzjonali.
L-awtorità nazzjonali għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b’valutazzjoni tal-konformità ex-ante xierqa li l-aġenzija nazzjonali tikkonforma mal-punti (c)(v) u (vi) tal-Artikolu [58(1)] u l-Artikolu [60(1), (2) u (3)] tar-Regolament Finanzjarju, u mar-rekwiżiti tal-Unjoni għall-istandards tal-kontroll intern għall-aġenziji nazzjonali u r-regoli għall-ġestjoni tal-fondi tal-programm għall-appoġġ għall-għotjiet.
4. L-awtorità nazzjonali għandha tiddeżinja korp indipendenti tal-awditjar kif jissemma fl-Artikolu 26.
5. L-awtorità nazzjonali għandha tibbaża l-valutazzjoni tal-konformità ex ante tagħha fuq il-kontrolli u l-awditi tagħha stess, u/jew fuq il-kontrolli u l-awditi li saru mill-korp indipendenti tal-awditjar msemmi fl-Artikolu 26. Fejn l-aġenzija nazzjonali tiddeżinja għall-Programm tkun l-istess bħall-aġenzija nazzjonali ddeżinjata għall-Programm predeċessur, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-valutazzjoni tal-konformità ex ante għandu jkun limitat għar-rekwiżiti li jkunu ġodda u speċifiċi għall-Programm.
6. F’każ li l-Kummissjoni tirrifjuta d-deżinjazzjoni tal-aġenzija nazzjonali bbażata fuq l-evalwazzjoni tagħha tal-valutazzjoni tal-konformità ex-ante, jew jekk l-aġenzija nazzjonali ma tikkonformax mar-rekwiżiti minimi stabbiliti mill-Kummissjoni, l-awtorità nazzjonali għandha tiżgura li jittieħdu l-passi meħtieġa ta’ rimedju sabiex jiġi żgurat li l-aġenzija nazzjonali tikkonforma mar-rekwiżiti minimi, jew għandha tiddeżinja korp ieħor bħala aġenzija nazzjonali.
7. L-awtorità nazzjonali għandha timmonitorja u twettaq superviżjoni tal-ġestjoni tal-Programm fil-livell nazzjonali. Għandha tinforma u tikkonsulta lill-Kummissjoni mingħajr dewmien qabel ma tieħu kull deċiżjoni li jista’ jkollha impatt sinifikattiv fuq il-ġestjoni tal-Programm, b’mod partikolari dwar l-aġenzija nazzjonali tagħha.
8. L-awtorità nazzjonali għandha tipprovdi kofinanzjament adegwat għall-operazzjonijiet tal-aġenzija nazzjonali tagħha biex tiżgura li l-Programm ikun ġestit b’konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni.
9. Abbażi tad-dikjarazzjoni annwali tal-ġestjoni tal-aġenzija nazzjonali, l-opinjoni tal-verifika indipendenti dwarha u l-analiżi tal-Kummissjoni tal-konformità u l-prestazzjoni tal-aġenzija nazzjonali, l-awtorità nazzjonali għandha tipprovdi lill-Kummissjoni, kull sena, informazzjoni dwar l-attivitajiet tagħha ta' monitoraġġ u superviżjoni fir-rigward tal-Programm. Fejn possibbli, tali informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-pubbliku. [Em. 154]
10. L-awtorità nazzjonali għandha tkun responsabbli mill-ġestjoni kif suppost tal-fondi tal-Unjoni ttrasferiti mill-Kummissjoni lill-aġenzija nazzjonali fil-qafas tal-Programm.
11. F’każ ta’ xi irregolarità, negliġenza jew frodi attribwibbli għall-aġenzija nazzjonali, jew kwalunkwe nuqqasijiet serji jew prestazzjoni insuffiċjenti min-naħa tal-aġenzija nazzjonali, u fejn dan iwassal għal pretensjonijiet mill-Kummissjoni kontra l-aġenzija nazzjonali, l-awtorità nazzjonali għandha tinżamm responsabbli li tħallas lura lill-Kummissjoni il-fondi mhux irkuprati.
12. Fiċ-ċirkustanzi msemmija fil-paragrafu 11, l-awtorità nazzjonali tista’, fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba mill-Kummissjoni, tirrevoka l-mandat tal-aġenzija nazzjonali. F’każ li l-awtorità nazzjonali tixtieq tirrevoka dak il-mandat għal kwalunkwe raġuni oħra ġustifikata, għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bir-revoka minn tal-inqas sitt xhur qabel id-data maħsuba għat-terminazzjoni tal-mandat tal-aġenzija nazzjonali. F’każijiet bħal dawn, l-awtorità nazzjonali u l-Kummissjoni għandhom formalment jaqblu dwar miżuri tranżitorji speċifiċi u f’waqthom.
13. Fil-każ ta’ revoka, l-awtorità nazzjonali għandha twettaq l-kontrolli meħtieġa dwar il-fondi tal-Unjoni fdati lill-aġenzija nazzjonali li l-mandat tagħha ġie revokat u għandha tiżgura trasferiment bla tfixkil ta’ dawk il-fondi u tad-dokumenti u tal-għodod ta’ ġestjoni kollha meħtieġa għall-ġestjoni tal-Programm lill-aġenzija nazzjonali l-ġdida. L-awtorità nazzjonali għandha tipprovdi lill-aġenzija nazzjonali li l-mandat tagħha ġie revokat bl-appoġġ finanzjarju meħtieġ biex tkompli timplimenta l-obbligi kuntrattwali tagħha fil-konfront tal-benefiċjarji tal-Programm u tal-Kummissjoni sakemm isir trasferiment ta’ dawk l-obbligi lill-aġenzija nazzjonali ġdida.
14. Jekk il-Kummissjoni titlob dan, l-awtorità nazzjonali għandha tiddeżinja l-istituzzjonijiet jew l-organizzazzjonijiet, jew it-tipi ta’ istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet bħal dawn, li għandhom jiġu kkunsidrati eliġibbli jipparteċipaw f’azzjonijiet speċifiċi tal-Programm fit-territorji rispettivi tagħhom.
Artikolu 24
Aġenzija nazzjonali
1. L-aġenzija nazzjonali għandha:
|
(a) |
jkollha personalità ġuridika jew tkun parti minn entità li jkollha personalità ġuridika, u tkun regolata mid-dritt tal-Istat Membru konċernat; ministeru ma jistax jiġi deżinjat bħala aġenzija nazzjonali; |
|
(b) |
ikollha l-kapaċità ta’ ġestjoni, persunal u infrastrutturi adegwati biex tissodisfa l-kompiti tagħha b’mod sodisfaċenti, tiżgura ġestjoni effiċjenti u effettiva tal-Programm u ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-Unjoni; |
|
(ba) |
ikollha l-għarfien espert meħtieġ biex tkopri s-setturi kollha tal-Programm [Em. 155] |
|
(c) |
ikollha l-mezzi operattivi u legali biex tapplika r-regoli ta’ ġestjoni amministrattiva, kuntrattwali u finanzjarja stabbiliti fil-livell tal-Unjoni; |
|
(d) |
toffri garanziji finanzjarji xierqa, preferibbilment maħruġa minn awtorità pubblika, korrispondenti għal-livell ta’ fondi tal-Unjoni li hija għandha tintalab tamministra; |
|
(e) |
tkun deżinjata għad-durata tal-Programm. |
2. L-aġenzija nazzjonali għandha tkun responsabbli mill-amministrazzjoni tal-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-proġett tal-azzjonijiet li għandhom jiġu deskritti fil-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu [19], b’mod konformi mal-[punti (c)(v) u (vi) tal-Artikolu 58(1)] tar-Regolament Finanzjarju.
3. L-aġenzija nazzjonali għandha tippubblika appoġġ għall-għotja lill-benefiċjarji fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu [2(5)] tar-Regolament Finanzjarju permezz ta’ ftehim ta’ għotja kif speċifikat mill-Kummissjoni għall-azzjoni konċernata tal-Programm.
4. L-aġenzija nazzjonali għandha tirrapporta kull sena lill-Kummissjoni u lill-awtorità nazzjonali b’konformità mal-Artikolu [60(5)] tar-Regolament Finanzjarju. L-aġenzija nazzjonali għandha tkun inkarigata mill-implimentazzjoni tal-osservazzjonijiet maħruġa mill-Kummissjoni b’segwitu għall-analiżi tagħha tad-dikjarazzjoni tal-ġestjoni annwali u tal-opinjoni tal-awditu indipendenti dwarha.
5. L-aġenzija nazzjonali ma tistax mingħajr awtorizzazzjoni bil-miktub minn qabel mill-awtorità nazzjonali u mill-Kummissjoni tiddelega lill-parti terza kwalunkwe kompitu tal-Programm jew l-implimentazzjoni tal-baġit konferita lilha. L-aġenzija nazzjonali għandha żżomm ir-responsabbiltà unika għal kwalunkwe kompiti delegati lil parti terza.
6. Fejn il-mandat ta’ aġenzija nazzjonali jiġi revokat, dik l-aġenzija nazzjonali għandha tibqa’ legalment responsabbli li tissodisfa l-obbligi kuntrattwali tagħha fil-konfront tal-benefiċjarji tal-Programm u tal-Kummissjoni sakemm isir it-trasferiment ta’ dawk l-obbligi lill-aġenzija nazzjonali l-ġdida.
7. L-aġenzija nazzjonali għandha tkun inkarigata mill-ġestjoni u mil-likwidazzjoni tal-ftehimiet finanzjarji relatati mal-programmi predeċessuri li jkunu għadhom miftuħa fil-bidu tal-Programm.
7a. F'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, l-aġenziji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-proċeduri stabbiliti għall-implimentazzjoni tar-Regolament ikunu konsistenti u sempliċi u li l-informazzjoni tkun ta' kwalità għolja, inkluż bl-iżvilupp ta' standards komuni għall-applikazzjonijiet u l-evalwazzjoni ta' proġetti. L-aġenziji nazzjonali għandhom jikkonsultaw regolarment lill-benefiċjarji tal-Programm biex jiżguraw il-konformità ma' dan ir-rekwiżit [Em. 156]
Artikolu 25
Il-Kummissjoni Ewropea
1. Abbażi tar-rekwiżiti ta’ konformità għall-aġenziji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 23(3), il-Kummissjoni għandha tirrevedi s-sistemi nazzjonali ta’ ġestjoni u kontroll, b’mod partikolari abbażi tal-valutazzjoni tal-konformità ex ante pprovduti lilha mill-awtorità nazzjonali, id-dikjarazzjoni annwali tal-ġestjoni tal-aġenzija nazzjonali u l-opinjoni dwarha tal-korp indipendenti tal-awditjar, b’kont meħud tal-informazzjoni annwali pprovduta mill-awtorità nazzjonali dwar l-attivitajiet ta’ monitoraġġ u superviżjoni tagħha fir-rigward tal-Programm.
2. Fi żmien xahrejn minn meta tasal il-valutazzjoni tal-konformità ex ante mingħand l-awtorità nazzjonali kif jissemma fl-Artikolu 23(3), il-Kummissjoni għandha taċċetta, kundizzjonalment taċċetta jew tirrifjuta d-deżinjazzjoni tal-aġenzija nazzjonali. Il-Kummissjoni ma għandhiex tidħol f’relazzjoni kuntrattwali mal-aġenzija nazzjonali sakemm tkun aċċettat il-valutazzjoni tal-konformità ex ante. Fil-każ ta’ aċċettazzjoni b’mod kundizzjonali, il-Kummissjoni tista’ tapplika miżuri proporzjonati ta’ prekawzjoni għar-relazzjoni kuntrattwali tagħha mal-aġenzija nazzjonali.
3. Il-Kummissjoni għandha kull sena tagħmel il-fondi tal-Programm li ġejjin disponibbli għall-aġenziji nazzjonali:
|
(a) |
fondi ta’ appoġġ għall-għotja fl-Istat Membru konċernat għall-azzjonijiet tal-Programm li l-ġestjoni tagħhom hija fdata lill-aġenzija nazzjonali; |
|
(b) |
kontribuzzjoni finanzjarja f’appoġġ għall-kompiti ta’ ġestjoni tal-Programm tal-aġenzija nazzjonali li għandha tiġi stabbilita abbażi tal-ammont ta’ fondi tal-Unjoni ta’ appoġġ għall-għotja fdati lill-aġenzija nazzjonali; |
|
(c) |
fejn rilevanti, fondi addizzjonali għal miżuri skont il-punt (d) tal-Artikolu 6 u l-punt (d) ,il-punt (d tal-Artikolu 10 u l-punt (ba) tal-Artikolu 13 . [Em. 157] |
3a. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ġestiti minnha direttament. Din għandha għalhekk tiġġestixxi l-istadji kollha tal-għotjiet u tal-applikazzjonijiet tal-proġetti għall-azzjonijiet tal-Programm elenkati fil-Kapitoli II, III u IV meta dawn jiġu sottomessi minn netwerks madwar l-Unjoni, organizzazzjonijiet Ewropej u organizzazzjonijiet internazzjonali. [Em. 158]
4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-programm ta’ ħidma tal-aġenzija nazzjonali. Il-Kummissjoni ma għandhiex tagħmel il-fondi tal-Programm disponibbli lill-aġenzija nazzjonali qabel mal-Kummissjoni tkun approvat formalment il-programm ta’ ħidma tal-aġenzija nazzjonali.
5. Wara l-valutazzjoni tad-dikjarazzjoni annwali tal-ġestjoni u tal-opinjoni tal-korp indipendenti tal-awditjar dwarha, il-Kummissjoni għandha tindirizza l-opinjoni u l-osservazzjonijiet tagħha lill-aġenzija nazzjonali u lill-awtorità nazzjonali.
6. Fil-każ li l-Kummissjoni ma tistax taċċetta d-dikjarazzjoni annwali ta’ ġestjoni jew l-opinjoni tal-awditjar indipendenti dwarha, jew fil-każ ta’ implimentazzjoni mhux sodisfaċenti mill-aġenzija nazzjonali tal-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista’ timplimenta kwalunkwe miżura ta’ prekawzjoni u korrettiva meħtieġa biex tissalvagwardja l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’konformità mal-Artikolu [60(4)] tar-Regolament Finanzjarju.
7. Għandhom jiġu organizzati laqgħat regolari man-netwerk tal-aġenziji nazzjonali sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni konsistenti tal-Programm fl-Istati Membri kollha u fil-pajjiżi terzi kollha msemmija fl-Artikolu 17 u jiġi żgurat l-iskambju tal-aħjar prattika. L-esperti esterni, inklużi r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, tas-sħab soċjali u tal-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm, għandhom jiġu mistiedna biex jieħdu sehem f'tali laqgħat. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi mistieden bħala osservatur għal tali laqgħat. [Em. 159]
7a. Sabiex jiġi ssimplifikat u armonizzat il-proċess tal-applikazzjoni, sat-30 ta' Ġunju 2024, il-Kummissjoni għandha tipprovdi għodda komuni, multilingwi, u li tikkostitwixxi punt uniku ta' kuntatt għall-Programm. Dik l-għodda għandha ssir disponibbli, kemm online kif ukoll fuq apparat mobbli, għal kwalunkwe entità li jew tibbenefika mill-Programm jew tkun involuta fil-ġestjoni tal-Programm. L-għodda għandha tipprovdi wkoll informazzjoni dwar sħab possibbli għal benefiċjarji prospettivi. [Em. 160]
7b. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li r-riżultati tal-proġetti jsiru disponibbli għall-pubbliku u jiġu mxerrda b'mod wiesgħa sabiex jiġi promoss l-iskambju tal-aħjar prattika bejn l-aġenziji nazzjonali, il-partijiet ikkonċernati u l-benefiċjarji tal-Programm. [Em. 161]
7c. Sal-31 ta' Diċembru 2021, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa Kard Ewropea tal-Istudenti għall-istudenti kollha li jieħdu sehem fil-Programm. Sal-31 ta' Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tagħmel il-Kard Ewropea tal-Istudenti disponibbli għall-istudenti kollha fl-Unjoni. [Em. 162]
Artikolu 26
Korp indipendenti tal-awditjar
1. Il-korp indipendenti tal-awditjar għandu joħroġ opinjoni tal-awditjar dwar id-dikjarazzjoni annwali tal-ġestjoni msemmija fl-Artikolu [60(5)] tar-Regolament Finanzjarju. Għandha tifforma l-bażi tal-assigurazzjoni kumplessiva skont l-Artikolu [123] tar-Regolament Finanzjarju.
2. Il-korp indipendenti tal-awditjar għandu:
|
(a) |
ikollu l-kompetenza professjonali meħtieġa biex jagħmel l-awditjar tas-settur pubbliku; |
|
(b) |
jiżgura li l-awditjar tiegħu ikun iqis l-istandards tal-awditjar aċċettati fil-livell internazzjonali; |
|
(c) |
ma jkunx f’pożizzjoni ta’ kunflitt ta’ interessi fir-rigward tal-entità legali li l-aġenzija nazzjonali tifforma parti minnha. B’mod partikolari, għandu jkun indipendenti fir-rigward tal-funzjonijiet tiegħu, mill-entità legali li l-aġenzija nazzjonali tifforma parti minnha. |
3. Il-korp indipendenti tal-awditjar għandu jagħti lill-Kummissjoni u lir-rappreżentanti tagħha, kif ukoll lill-Qorti tal-Awdituri, aċċess sħiħ għad-dokumenti u r-rapporti kollha b’appoġġ għall-opinjoni tal-awditjar li huwa jippubblika dwar id-dikjarazzjoni annwali tal-ġestjoni tal-aġenzija nazzjonali.
KAPITOLU X
SISTEMA TA’ KONTROLL
Artikolu 27
Prinċipji tas-sistema ta’ kontroll
1. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa li jiżguraw li, meta jkunu implimentati azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti permezz tal-applikazzjoni ta’ miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi, korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta’ kontrolli effettivi u, jekk jinstabu irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa mhux kif dovut u, fejn hu xieraq, permezz ta’ pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi.
2. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-kontrolli ta’ superviżjoni fir-rigward tal-azzjonijiet u tal-attivitajiet tal-Programm ġestiti mill-aġenziji nazzjonali. Għandha tistipula r-rekwiżiti minimi għall-kontrolli mill-aġenzija nazzjonali u l-korp indipendenti tal-awditjarr , billi tqis is-sistemi ta' kontroll interni tal-finanzi pubbliċi nazzjonali . [Em. 163]
3. L-aġenzija nazzjonali għandha tkun responsabbli għall-kontrolli primarji tal-benefiċjarji tal-għotja għall-azzjonijiet tal-Programm kif jissemma fl-Artikolu 24(2). Dawn il-kontroll għandhom jagħtu assigurazzjoni raġonevoli li l-għotjiet mogħtija jintużaw kif intenzjonat u b’konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni.
4. Fir-rigward tal-fondi tal-Programm trasferiti lill-aġenziji nazzjonali, il-Kummissjoni għandha tiżgura koordinazzjoni kif suppost tal-kontrolli tagħha mal-awtoritajiet nazzjonali u mal-aġenziji nazzjonali, abbażi tal-prinċipju ta’ awditjar uniku u wara li ssir analiżi bbażata fuq ir-riskju. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għall-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).
Artikolu 28
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni
Fejn pajjiż terz jipparteċipa fil-Programm permezz ta’ deċiżjoni skont ftehim internazzjonali jew bis-saħħa ta’ kwalunkwe strument legali ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji meħtieġa għall-uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni responsabbli, għall-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw b’mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom. Fil-każ tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, tali drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jwettaq investigazzjonijiet, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.
KAPITOLU XI
KOMPLEMENTARJETÀ
Artikolu 29
Komplementarjetà ma’ politiki, programmi u fondi tal-Unjoni oħrajn
1. Il-Programm għandu jiġi implimentat sabiex jiżgura l-konsistenza u l-komplementarjetà kumplessivi tiegħu ma’ politiki, programmi u fondi tal-Unjoni rilevanti oħrajn, b’mod partikolari dawk relatati mal-edukazzjoni u t-taħriġ, il-kultura u l-medja, iż-żgħażagħ u s-solidarjetà, l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-industrija u l-intrapriża, il-politika diġitali, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, l-ambjent u l-klima, il-koeżjoni, il-politika reġjonali, il-migrazzjoni, is-sigurtà u l-kooperazzjoni internazzjonali u l-iżvilupp.
2. Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni mill-Programm tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kwalunkwe programm ieħor tal-Unjoni, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jisboq l-ispejjeż eliġibbli totali tal-azzjoni. [Em. 164]
3. Fejn il-Programm u l-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (SIE) imsemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) XX [CPR] jipprovdu appoġġ finanzjarju b’mod konġunt għal azzjoni unika, dik l-azzjoni għandha tiġi implimentata b’konformità mar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament, inkluż ir-regoli dwar l-irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament.
4. L-azzjonijiet eliġibbli skont il-Programm li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet kumulattivi u paragunabbli li ġejjin:
|
— |
dawn ikunu ġew ivvalutati f’sejħa għall-proposti skont il-Programm u li; |
|
— |
dawn ikunu jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi tal-kwalità ta’ dik is-sejħa għall-proposti, |
|
— |
dawn ma jistgħux jiġu ffinanzjati fil-qafas ta' dik is-sejħa għal proposti minħabba restrizzjonijiet baġitarji |
iżda li mhumiex iffinanzjati, jistgħu jista' jingħatalhom Siġill ta' Eċċellenza fid-dawl tal-kwalità għolja tagħhom, biex b'hekk tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tagħhom għall-finanzjament minn sorsi oħra u/jew ikun hemm il-possibbiltà li dawn jintgħażlu għall-finanzjament mill-fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (SIE) , mingħajr proċess ta' applikazzjoni ġdid . F’dan il-każ għandhom japplikaw ir-rati ta’ kofinanzjament u r-regoli ta’ eliġibbiltà bbażati fuq dan ir-Regolament. Dawn l-azzjonijiet għandhom jiġu implimentati mill-awtorità ta’ ġestjoni msemmija fl-Artikolu [65] tar-Regolament (UE)XX [CPR] b’konformità mar-regoli stabbiliti f’dak ir-Regolament u jiffinanzjaw regolamenti speċifiċi, inkluż regoli dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji. [Em. 165]
KAPITOLU XII
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI
Artikolu 30
Eżerċizzju tad-delega
1. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu fl-Artikoli 19 u 20 hija mogħtija lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2028. [Em. 166]
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu fl-Artikoli 19 u 20 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ. [Em. 167]
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti deżinjati minn kull Stat Membru b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 20 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 31
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Il-kumitat jista’ jiltaqa’ f’konfigurazzjonijiet speċifiċi biex jittratta kwistjonijiet settorjali. Fejn ikun xieraq, u b’konformità mar-regoli ta’ proċedura tiegħu u fuq bażi ad hoc, esperti esterni, inklużi rappreżentanti tas-sħab soċjali, jistgħu jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-laqgħat bħala osservaturi.
3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. [Em. 168]
Artikolu 32
Tħassir
Ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021.
Artikolu 33
Dispożizzjonijiet tranżitorji
1. Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet mibdija skont ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013, li għandhom ikomplu japplikaw għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.
2. Il-pakkett finanzjarju għall-Programm jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm u l-miżuri adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013.
3. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu [130(2)] tar-Regolament Finanzjarju, u f’każijiet debitament ġustifikati, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra l-kostijiet marbuta direttament mal-implimentazzjoni tal-attivitajiet appoġġati u mġarrba matul l-ewwel sitt xhur tal-2021 bħala eliġibbli għal finanzjament mill-1 ta’ Jannar 2021, anki jekk il-benefiċjarju ma jkunx ġarrabhom qabel ġiet sottomessa l-applikazzjoni għall-għotja.
4. Jekk meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż previsti fl-Artikolu 14(5), sabiex jippermettu l-ġestjoni ta’ azzjonijiet u attivitajiet mhux lesti sal-[31 ta’ Diċembru 2027].
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw fuq livell nazzjonali t-tranżizzjoni bla tfixkil bejn l-azzjonijiet imwettqa fil-kuntest tal-programmi Erasmus+ (2014-2020) u dawk li għandhom jiġu implimentati taħt dan il-Programm.
Artikolu 34
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fi […] [għoxrin] jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi …,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C , , p. .
(2) ĠU C , , p. .
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Marzu 2019.
(4) COM(2018)0098.
(5) ĠU C 428, 13.12.2017, p. 10.
(6) Rapport Speċjali Nru 22/2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tat-3 ta' Lulju 2018 bit-titolu “Il-Mobbiltà taħt Erasmus+: Miljuni ta' parteċipanti u Valur Miżjud Ewropew multidimensjonali, iżda jeħtieġ li jittejjeb ulterjorment il-kejl tal-prestazzjoni”.
(7) COM(2018)0321.
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi “Erasmus+”: il-Programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50).
(10) COM(2016)0381.
(11) [Referenza].
(12) [Referenza - irid jiġi adottat mill-Kunsill sal-aħħar tal-2018].
(13) COM(2018)0269.
(14) [Referenza].
(15) COM(2018) [].
(16) ĠU L 394, 30.12.2006, p. 5.
(17) COM(2016)0381.
(18) Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (ĠU L 327, 2.12.2016, p. 1).
(20) ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1.
(21) ĠU L […], […], p. […].
(22) ĠU L […], […], p. […].
(23) COM(2017)0623.
(24) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija”) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).
(25) Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).
(26) Id-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar il-kundizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta’ skambju ta’ skulari jew proġetti edukattivi u au pairing (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 21).
(27) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011 p. 13).
(28) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), ĠU L 248 (18.9.2013, p. 1).
(29) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(30) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
(31) Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
(32) B’mod partikolari l-Europass - il-qafas uniku tal-Unjoni għat-trasparenza tal-kwalifiki u tal-kompetenzi; il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki; il-Qafas ta’ Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali; is-Sistema Ewropea ta’ Kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali; is-Sistema Ewropea għall-Akkumulazzjoni u t-Trasferiment ta’ Krediti; ir-Reġistru Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-Edukazzjoni Għolja; l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Garanzija ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Għolja; in-Netwerk Ewropew ta’ Ċentri tal-Informazzjoni fir-Reġjun Ewropew u ċ-Ċentri Nazzjonali ta’ Informazzjoni dwar ir-Rikonoxximent Akkademiku fl-Unjoni Ewropea; u n-netwerks ta’ Euroguidance.
(33) [Referenza].
(34) [Referenza].
ANNESS
Indikaturi
|
(1) |
Mobbiltà għat-tagħlim ta’ kwalità għolja għal persuni minn diversi oqsma |
|
(2) |
L-Ewropizzazzjoni u l-internazzjonalizzazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet |
X’għandu jitkejjel?
|
(3) |
L-għadd ta’ persuni li qed jipparteċipaw fl-attivitajiet ta’ mobbiltà skont il-Programm |
|
(4) |
L-għadd ta’ persuni b’inqas opportunitajiet li qed jipparteċipaw fl-attivitajiet ta’ mobbiltà għat-tagħlim skont il-Programm |
|
(5) |
Is-sehem ta’ parteċipanti li jikkunsidraw li bbenefikaw mill-parteċipazzjoni tagħhom f’attivitajiet ta’ mobbiltà għat-tagħlim skont il-Programm |
|
(6) |
L-għadd ta’ istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet appoġġati mill-Programm skont l-azzjoni ewlenija 1 (mobbiltà għat-tagħlim) u l-azzjoni ewlenija 2 (kooperazzjoni) |
|
(7) |
L-għadd ta’ organizzazzjonijiet ġodda appoġġati mill-Programm skont l-azzjoni ewlenija 1 (mobbiltà għat-tagħlim) u l-azzjoni ewlenija 2 (kooperazzjoni) |
|
(8) |
Is-sehem ta’ istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet appoġġati mill-Programm li żviluppaw prattiki ta’ kwalità għolja b’riżultat tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-Programm [Em. 169] |
ANNESS IA
L-indikaturi kwantitattivi kollha għandhom ikunu mqassma tal-inqas skont l-Istat Membru u l-ġeneru
L-għan li għandu jitkejjel: Azzjoni Ewlenija 1 – Mobbiltà għat-tagħlim
Indikaturi:
|
|
L-għadd ta' persuni li qed jieħdu sehem fl-azzjonijiet u fl-attivitajiet ta' mobbiltà fil-qafas tal-Programm; |
|
|
L-għadd ta' individwi li qed jużaw għodod ta' tagħlim virtwali jew imħallat b'appoġġ għall-mobbiltà fil-qafas tal-Programm; |
|
|
L-għadd ta' individwi li qed jużaw għodod ta' tagħlim imħallat jew virtwali minħabba li ma jistgħux jipparteċipaw f'attivitajiet ta' mobbiltà; |
|
|
L-għadd ta' organizzazzjonijiet/istituzzjonijiet li qed jieħdu sehem fl-azzjonijiet u fl-attivitajiet ta' mobbiltà fil-qafas tal-Programm; |
|
|
L-għadd ta' organizzazzjonijiet/istituzzjonijiet li qed jużaw għodod ta' tagħlim virtwali jew imħallat b'appoġġ għall-mobbiltà fil-qafas tal-Programm; |
|
|
L-għadd ta' organizzazzjonijiet/istituzzjonijiet li qed jużaw għodod ta' tagħlim imħallat jew virtwali minħabba li ma jistgħux jipparteċipaw f'attivitajiet ta' mobbiltà; |
|
|
Il-kwota ta' parteċipanti li jqisu li bbenefikaw mill-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tal-Azzjoni Ewlenija 1; |
|
|
Il-kwota ta' parteċipanti li jqisu li għandhom sens Ewropew ta' appartenenza akbar wara li ħadu sehem fil-Programm; |
|
|
Il-kwota ta' parteċipanti jqisu li tejbu l-profiċjenza tagħhom f'lingwa barranija wara li ħadu sehem fil-Programm; |
L-għan li għandu jitkejjel: Azzjoni Ewlenija 2 – Kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet
Indikaturi:
|
|
L-għadd ta' organizzazzjonijiet/istituzzjonijiet appoġġati mill-Programm skont l-Azzjoni Ewlenija 2 |
|
|
Il-kwota ta' organizzazzjonijiet/istituzzjonijiet li jqisu li bbenefikaw mill-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tal-Azzjoni Ewlenija 2; |
|
|
L-għadd ta' organizzazzjonijiet/istituzzjonijiet li qed jagħmlu użu mill-għodod u mill-pjattaformi tal-Unjoni għall-kooperazzjoni; |
L-għan li għandu jitkejjel: Azzjoni Ewlenija 3 – Appoġġ għall-iżvilupp u għall-kooperazzjoni tal-politika
Indikaturi:
|
|
L-għadd ta' individwi jew organizzazzjonijiet/istituzzjonijiet li jibbenefikaw mill-azzjonijiet skont l-Azzjoni Ewlenija 3 |
L-għan li għandu jitkejjel: Inklużjoni
Indikaturi:
|
|
L-għadd ta' persuni b'inqas opportunitajiet li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet u l-attivitajiet ta' mobbiltà; |
|
|
L-għadd ta' persuni b'inqas opportunitajiet li qed jużaw għodod ta' tagħlim virtwali jew imħallat b'appoġġ għall-mobbiltà fil-qafas tal-Programm; |
|
|
L-għadd ta' persuni b'inqas opportunitajiet li qed jużaw għodod ta' tagħlim imħallat jew virtwali minħabba li ma jistgħux jipparteċipaw f'attivitajiet ta' mobbiltà; |
|
|
L-għadd ta' organizzazzjonijiet ġodda appoġġati mill-Programm fil-qafas tal-Azzjoni Ewlenija 1 u l-Azzjoni Ewlenija 2; |
|
|
L-għadd ta' persuni b'inqas opportunitajiet li jqisu li bbenefikaw mill-parteċipazzjoni tagħhom fil-Programm; |
L-għan li għandu jitkejjel: Simplifikazzjoni
Indikaturi:
|
|
L-għadd ta' sħubiji fuq skala żgħira appoġġati fil-qafas tal-Azzjoni Ewlenija 2 |
|
|
Il-kwota ta' parteċipanti li jqisu li l-proċeduri tal-applikazzjoni, tal-parteċipazzjoni u tal-evalwazzjoni huma proporzjonati u sempliċi; |
|
|
Il-medja ta' żmien meħud għat-tlestija ta' kull applikazzjoni skont l-azzjoni meta mqabbel mal-programm preċedenti; [Am. 170] |
ANNESS TAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
DIKJARAZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari għandha tinftiehem bħala pakkett. Jekk il-pakkett finanzjarju għall-Programm 2021-2027 ikun anqas mill-ammont stabbilit fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 14 tal-pożizzjoni tal-Parlament, il-Parlament Ewropew jirriżerva d-dritt li jerġa' jeżamina l-appoġġ tiegħu għal kwalunkwe azzjoni fil-Programm biex jiżgura li l-attivitajiet ewlenin tal-Programm u l-appoġġ imsaħħaħ tiegħu għall-miżuri ta' inklużjoni jkunu jistgħu jitwettqu b'mod effettiv.
Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew jagħmilha ċara li l-appoġġ tiegħu għall-inizjattivi ġodda li jinsabu fil-pożizzjoni tiegħu – b'mod partikolari l-Universitajiet Ewropej, iċ-ċentri ta' eċċellenza vokazzjonali u DiscoverEU – jiddependi fuq (a) l-evalwazzjoni tal-fażijiet pilota li għaddejjin bħalissa u (b) id-definizzjoni ulterjuri ta' kull inizjattiva. Fin-nuqqas ta' dan ta' hawn fuq, il-Parlament Ewropew se juża l-prerogattivi tiegħu fl-ambitu tal-proċedura baġitarja annwali biex ipoġġi l-fondi rilevanti fir-riżerva sa meta dawn il-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati.