21.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 23/451 |
P8_TA(2019)0177
L-istabbiliment tal-Fond għas-Sigurtà Interna ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna (COM(2018)0472 – C8-0267/2018 – 2018/0250(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2021/C 23/64)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0472), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 82(1), l-Artikolu 84 u l-Artikolu 87(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0267/2018), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0115/2019), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sostanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sostanzjali; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P8_TC1-COD(2018)0250
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 82(1), 84 u 87(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
Jiġi żgurat Filwaqt li s-sigurtà interna, li hija nazzjonali tibqa' kompetenza ta’ l-Istati esklużiva tal-Istati Membri, tkun sforz kondiviż il-protezzjoni tagħha tirrikjedi kooperazzjoni u koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni. Is-sigurtà interna hija impenn konġunt fejn jenħtieġ li l-istituzzjonijiet tal-UE, l-aġenziji relevanti rilevanti tal-Unjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li , bl-għajnuna tas-settur privat u tas-soċjetà ċivili, jikkontribwixxu b’mod konġunt. Fil-perjodu mill-2015 sal-2020 il-Kummissjoni, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew iddefinixxew il-prijoritajiet komuni kif stabbiliti fl-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ April 2015 (2), li ġew affermati mill-ġdid mill-Kunsill fl-Istrateġija ta’ Sigurtà Interna li ġġeddet f’Ġunju 2015 (3) u mill-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu ta’ Lulju 2015 (4). Din l-istrateġija kondiviża kellha l-għan li tipprovdi l-qafas strateġiku għall-ħidma fil-livell ta’ Unjoni fil-qasam tas-sigurtà interna, u ddefinixxiet l-prijoritajiet ewlenin għall-azzjoni, biex tiżgura rispons effettiv tal-Unjoni għat-theddid tas-sigurtà matul l-2015-2020, jiġifieri billi tiġġieled it-terroriżmu u tipprevjeni r-radikalizzazzjoni, tisfratta , jiġifieri il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni , inklużi r-radikalizzazzjoni online u l-estremiżmu vjolenti , l-intolleranza u d-diskriminazzjoni filwaqt li tiġi sfrattata l-kriminalità organizzata u tiġġieled iċ-ċiberkriminalità. miġġielda ċ-ċiberkriminalità . [Em. 1] |
(2) |
Fid-dikjarazzjoni ta’ Ruma, iffirmata fil-25 ta’ Settembru Marzu 2017, il-mexxejja tas-27 Stat Membru , il-Kunsill Ewropew, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni kkonfermaw id-determinazzjoni tagħhom għal Ewropa sikura u sigura u biex tinbena Unjoni fejn iċ-ċittadini kollha jħossuhom sikuri u jistgħu jiċċaqilqu liberament, fejn il-fruntieri esterni jkunu siguri, b’politika dwar il-migrazzjoni effiċjenti, responsabbli u sostenibbli, u li tirrispetta n-normi internazzjonali, kif ukoll Ewropa determinata li tiġġieled it-terroriżmu u l-kriminalità organizzata. [Em. 2] |
(3) |
Il-Kunsill Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2016 sejjaħ biex jibqgħu jinkisbu riżultati b'rabta mal-interoperabbiltà tas-sistemi ta’ informazzjoni u tal-bażijiet ta’ data tal-UE. Il-Kunsill Ewropew tat-23 ta’ Ġunju 2017 enfasizza l-ħtieġa li titjieb l-interoperabbiltà bejn il-bażijiet tad-data u li fit-12 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament dwar it-twaqqif ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE (il-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija, l-ażil u l-migrazzjoni) (5). |
(4) |
L-objettiv tal-Unjoni li jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà fi spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja skont l-Artikolu 67(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandu jinkiseb, fost l-oħrajn, permezz ta’ miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità kif ukoll permezz ta’ miżuri għal koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u awtoritajiet nazzjonali oħrajn tal-Istati Membri, inkluż ma’ aġenziji tal-Unjoni u korpi relevanti oħrajn tal-Unjoni u ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti. |
(5) |
Sabiex jinkiseb dan l-objettiv, jenħtieġ li jittieħdu azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni għall-protezzjoni ta’ persuni u ta’ oġġetti , spazji pubbliċi u infrastruttura kritika minn theddidiet transnazzjonali li dejjem qed jiżdiedu u biex tiġi appoġġata l-ħidma mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. It-terroriżmu, il-kriminalità serja u organizzata, il-kriminalità itineranti, it-traffikar tad-droga u tal-armi , il-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus, iċ-ċiberkriminalità, l-isfruttament sesswali inkluż tat-tfal, it-theddidiet ibridi kif ukoll kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari, it-traffikar tal-bnedmin u l-armi, fost l-oħrajn, għadhom sfida għas-sigurtà interna u għas-suq intern tal-Unjoni. [Em. 3] |
(5a) |
Jenħtieġ li l-Fond jipprovdi appoġġ finanzjarju biex jindirizza l-isfidi li qegħdin jitfaċċaw minħabba ż-żieda sinifikanti fl-iskala ta' ċerti tipi ta' kriminalità, bħall-frodi tal-ħlasijiet, l-isfruttament sesswali tat-tfal u t-traffikar tal-armi, li fl-aħħar snin twettqu permezz tal-internet (“kriminalità bl-użu tal-internet”). [Em. 4] |
(6) |
Il-finanzjament mill-baġit tal-UE jenħtieġ li jikkonċentra fuq attivitajiet li permezz tagħhom l-intervent tal-UE jista’ jagħti valur miżjud meta mqabbel ma’ azzjoni mill-Istati Membri waħidhom. F’konformità F'konformità mal-Artikoli 84 u 87(2) TFUE, il-finanzjament jenħtieġ li jappoġġa miżuri li jippromwovu u jappoġġaw l-azzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kriminalità , tat-taħriġ komuni u tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja li tinvolvi l-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni , b’mod partikolari fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni, ta’ aktar kooperazzjoni operattiva u ta’ appoġġ għall-isforzi li jsaħħu l-kapaċitajiet fil-ġlieda u l-prevenzjoni tal-kriminalità. Jenħtieġ li l-Fond ma jappoġġax l-ispejjeż operattivi u l-attivitajiet relatati mal-funzjonijiet essenzjali tal-Istati Membri rigward iż-żamma tal-liġi u tal-ordni u s-salvagwardja tas-sigurtà interna u nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 72 TFUE. [Em. 5] |
(7) |
L-Istati Membri, sabiex jippreservaw l-acquis ta’ Schengen u ż-żona kollha tas-suq intern tal-Unjoni, u sabiex jsaħħu l-funzjonament tiegħu, mis-6 ta’ April 2017 huma obbligati li jwettqu verifiki sistematiċi ma’ bażijiet tad-data rilevanti fuq ċittadini tal-UE li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-UE. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ħarġet Rakkomandazzjoni għall-Istati Membri sabiex jagħmlu użu aħjar mill-verifiki tal-pulizija u mill-kooperazzjoni transfruntiera. Jenħtieġ li s-solidarjetà fost l-Istati Membri, iċ-ċarezza dwar it-tqassim tal-kompiti, ir-rispett għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt, l-attenzjoni b’qawwa fuq il-perspettiva globali u l-koerenza li hemm bżonn mad-dimensjoni esterna tas-sigurtà jkunu l-prinċipji ewlenin li jiggwidaw l-azzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri biex tiġi żviluppata Unjoni tas-Sigurtà effettiva u ġenwina. [Em. 6] |
(8) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri, biex jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ Unjoni tas-Sigurtà effettiva u ġenwina li għandha l-għan li tiżgura livell għoli ta’ sigurtà interna fl-Unjoni Ewropea kollha, ikunu pprovduti b’appoġġ finanzjarju xieraq tal-Unjoni billi jiġi stabbilit u ġestit Fond għas-Sigurtà Interna (“il-Fond”). |
(9) |
Il-Fond jenħtieġ li jiġi implimentat f’konformità sħiħa mal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), mad-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem. B'mod partikolari, dan ir-Regolament ifittex jiżgura li d-drittijiet fundamentali , bħad-dritt għad-dinjità tal-bniedem, id-dritt għall-ħajja, il-projbizzjoni tat-tortura u ta' trattament jew kastig inumani jew degradanti, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, id-drittijiet tat-tfal u d-dritt għal rimedju effettiv jiġu rrispettati bis-sħiħ. Dan ifittex ukoll li jippromwovi l-applikazzjoni tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni. [Em. 7] |
(10) |
Skont l-Artikolu 3 tat-TUE, il-Fond jenħtieġ li jappoġġa attivitajiet li jiżguraw il-protezzjoni tat-tfal mill-vjolenza, l-abbuż, l-isfruttament u n-negliġenza. Il-Fond jenħtieġ wkoll li jappoġġa s-salvagwardji u l-assistenza ta’ tfal li jkunu xhieda u vittmi, b’mod partikolari dawk li ma jkunux akkumpanjati jew li inkella jkollhom bżonn ta’ tutela. |
(10a) |
Is-sensibilizzazzjoni fost il-persunal tal-infurzar tal-liġi rigward kwistjonijiet relatati mal-forom kollha ta' razziżmu, inklużi l-antisemitiżmu u l-antiżingariżmu hija fattur ta' suċċess ewlieni għas-sigurtà interna. Il-miżuri ta' taħriġ u ta' edukazzjoni fir-rigward tas-sensibilizzazzjoni għall-atturi tal-infurzar tal-liġi jenħtieġ li għalhekk jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Fond sabiex tiżdied il-kapaċità tal-bini tal-fiduċja fil-livell lokali. [Em. 8] |
(11) |
F'konformità mal-prijoritajiet kondiviżi identifikati fil-livell ta' Unjoni sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà fl-Unjoni, il-Fond se jappoġġa azzjonijiet immirati li jindirizzaw it-theddid ewlieni għas-sigurtà u b'mod partikolari jiġġieldu il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-estremiżmu vjolenti, inklużi r-radikalizzazzjoni, l-intolleranza u d-diskriminazzjoni, il-kriminalità serja u organizzata u ċ-ċiberkriminalità, u kif ukoll li jassistu u jipproteġu l-vittmi tal-kriminalità u jipproteġu l-infrastruttura kritika . Il-Fond se jiżgura li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jkunu mgħammra tajjeb sabiex jindirizzaw ukoll it-theddid li qiegħed jevolvi u dak emerġenti , bħat-traffikar, inkluż b'mezzi online, it-theddid ibridu u t-theddid kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari, bil-ħsieb li tiġi implimentata unjoni tas-sigurtà ġenwina. Dan jenħtieġ li jitwettaq permezz ta' assistenza finanzjarja li tappoġġa skambju aħjar ta' informazzjoni, li żżid biex tiżdied il-kooperazzjoni operattiva u li ttejjeb il-kapaċitajiet nazzjonali u kollettivi. [Em. 9] |
(12) |
Fil-qafas komprensiv tal-Fond, l-assistenza finanzjarja provduta permezz tal-Fond jenħtieġ li b'mod partikolari tappoġġa l-iskambju ta' informazzjoni u l-aċċess għaliha kif ukoll il-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija u l-prevenzjoni fl-oqsma tal-kriminalità serja u organizzata, it-traffikar illeċitu tal-armi, il-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus, it-traffikar tad-drogi, il-kriminalità ambjentali, l-iskambju u l-aċċess għall-informazzjoni, it-terroriżmu, it-traffikar tal-bnedmin, l-isfruttament tal-immigrazzjoni illegali ta' rifuġjati u migranti irregolari, l-isfruttament gravi tal-ħaddiema , l-isfruttament sesswali tat-tfal, u l-abbuż, inklużi t-tfal u n-nisa, it-tqassim ta' immaġini b'abbuż fuq it-tfal u ta' pedopornografija, kif ukoll iċ-ċiberkriminalità. Il-Fond jenħtieġ li jappoġġa wkoll il-protezzjoni tal-persuni, tal-ispazji pubbliċi u tal-infrastruttura kritika kontra inċidenti marbuta mas-sigurtà u l-ġestjoni effettiva tar-riskji relatati mas-sigurtà u mal-kriżijiet, inkluż permezz ta' taħriġ konġunt, tal-iżvilupp ta' politiki komuni (strateġiji, ċikli ta' politiki, programmi u pjanijiet ta' azzjoni), ta' leġiżlazzjoni u ta' kooperazzjoni prattika. [Em. 10] |
(12a) |
Jenħtieġ li l-Fond jipprovdi assistenza lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi irrispettivament mill-istruttura organizzattiva tagħhom skont il-liġi nazzjonali. Għal din ir-raġuni, l-azzjonijiet li jinvolvu lill-forzi militari inkarigati minn kompiti ta' sigurtà interna jenħtieġ li jkunu eliġibbli wkoll għal appoġġ mill-Fond b'tali mod li dawn l-azzjonijiet jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi tal-Fond. F'sitwazzjonijiet ta' emerġenza u sabiex jiġu indirizzati u evitati riskji serji għas-sigurtà pubblika, inkluż wara attakk terroristiku, l-azzjonijiet mill-forzi militari fit-territorju tal-Istat Membru jenħtieġ li jkunu eliġibbli għal appoġġ mill-Fond. Azzjonijiet ta' żamma tal-paċi jew ta' difiża barra mit-territorju tal-Istat Membru m'għandhom taħt ebda ċirkostanza jkunu eliġibbli għal assistenza mill-Fond. [Em. 11] |
(13) |
Il-Fond jenħtieġ li jibni fuq ir-riżultati u l-investimenti tal-predeċessuri tiegħu: il-Programm ta' Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità (ISEC) u l-programm Prevenzjoni, Stat ta’ Tħejjija u Maniġġar tal-Konsegwenzi tat-Terroriżmu u ta’ riskji oħra relatati mas-Sigurtà’(CIPS) għall-perjodu 2007-2013 u l-istrument għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014-2020 stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 513/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u jenħtieġ li jiġi estiż sabiex jitqiesu l-iżviluppi ġodda. |
(14) |
Hemm il-ħtieġa li l-impatt tal-finanzjamenti tal-Unjoni jiġi massimizzat permezz ta’ mobilizzazzjoni, ġbir komuni u t-tisħiħ tar-riżorsi finanzjarji pubbliċi u privati. Il-Fond jenħtieġ li jippromwovi u jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni attiva u valida tas-soċjetà ċivili kif ukoll jinvolviha, inklużi l-organizzazzjonijiet nongovernattivi, kif ukoll is-settur industrijali Ewropew fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika ta’ sigurtà , b'mod partikolari fir-rigward taċ-ċibersigurtà , inkluż fejn rilevanti, l-involviment ta’ atturi rilevanti oħra, aġenziji tal-Unjoni u korpi oħra tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali fir-rigward tal-għan tal-Fond. Madankollu, jenħtieġ jiġi żgurat li l-appoġġ mill-Fond ma jintużax biex jiddelega kompiti statutorji jew pubbliċi lil atturi privati. [Em. 12] |
(15) |
Fil-qafas komprensiv tal-istrateġija tal-Unjoni kontra d-drogi li tippromwovi approċċ ekwilibrat imsejjes fuq tnaqqis simultanju fil-provvista u fid-domanda, l-assistenza finanzjarja mogħtija skont dan il-Fond jenħtieġ li tappoġġa l-azzjonijiet kollha li jkollhom l-objettiv li jipprevjenu u jikkumbattu t-traffikar fid-drogi (it-tnaqqis fil-provvista u fid-domanda), u b’mod partikolari l-miżuri li għandhom fil-mira tagħhom il-produzzjoni, il-manifattura, l-estrazzjoni, il-bejgħ, it-trasport, l-importazzjoni u l-esportazzjoni tad-drogi illegali, inklużi l-pussess u x-xiri bi skop ta’ involviment f’attivitajiet ta’ traffikar tad-drogi. Il-Fond jenħtieġ li b’mod partikolari jkopri l-aspetti ta’ prevenzjoni tal-politika dwar id-drogi. Sabiex ikun hemm aktar sinerġiji u ċarezza fil-qasam relatat mad-drogi, dawn l-elementi tal-għanijiet relatati mad-drogi – li fl-2014-2020 kienu koperti mill-Programm tal-Ġustizzja – jenħtieġ li jiġu inkorporati fil-Fond. |
(16) |
Sabiex jiġi żgurat li l-Fond jagħti kontribut effettiv għal livell ogħla ta’ sigurtà interna fl-Unjoni Ewropea kollha, għall-iżvilupp ta’ Unjoni tas-Sigurtà ġenwina, il-Fond jenħtieġ li jintuża b’mod li l-azzjoni tal-Istati Membri jkollha kemm jista’ jkun valur Ewropew . [Em. 13] |
(17) |
Fl-interess ta’ solidarjetà fl-Unjoni, u fi spirtu ta’ responsabbiltà kondiviża għas-sigurtà fiha, meta jiġu identifikati nuqqasijiet jew riskji, b’mod partikolari wara l-evalwazzjoni ta’ Schengen, l-Istat Membru kkonċernat jenħtieġ li jindirizza b’mod adegwat il-kwistjoni billi juża r-riżorsi fil-programm tiegħu biex jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet adottati skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 (7). |
(18) |
Sabiex jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-Fond, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-prijoritajiet tal-programmi tagħhom jikkontribwixxu għall-kisba jindirizzaw l-objettivi speċifiċi tal-Fond, li l-prijoritajiet magħżula jkunu f’konformità mal-miżuri ta’ implimentazzjoni kif stabbilit fl-Anness II fl-Artikolu 3a u li l-allokazzjoni tar-riżorsi ta’ bejn l-għanijiet tkun proporzjonali mal-isfidi u l-ħtiġijiet u tkun tiżgura li l-objettiv ta’ politika ġenerali jista’ jintlaħaq. [Em. 14] |
(19) |
Is-sinerġiji, il-konsistenza u l-effiċjenza jenħtieġ li jinstabu f’fondi oħra tal-UE u jenħtieġ li jiġi evitat trikkib bejn l-azzjonijiet. |
(20) |
Il-Fond jenħtieġ li jkun koerenti ma’ programmi finanzjarji oħra tal-Unjoni kif ukoll kumplimentari magħhom fil-qasam tas-sigurtà. Għandhom jinstabu wkoll jiġu żgurati sinerġiji b’mod partikolari mal-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri li jikkonsisti mill-istrument għall-ġestjoni tal-fruntieri u l-viżi stabbilit mir-Regolament (UE) X u l-istrument għat-tagħmir ta’ kontroll doganali stabbilit mir-Regolament (UE) X kif ukoll il-Fondi l-oħra tal-Politika ta’ Koeżjoni koperti bir-Regolament (UE) X [CPR], il-parti dwar ir-riċerka għas-sigurtà tal-Programm Orizzont Ewropa stabbilit mir-Regolament (UE) X, il-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri stabbilit mir-Regolament X, il-Programm tal-Ġustizzja stabbilit mir-Regolament UE X, il-Programm Ewropa Diġitali stabbilit mir-Regolament UE X u l-programm InvestEU stabbilit mir-Regolament UE X. Jenħtieġ li jinstabu sinerġiji b’mod partikolari dwar is-sigurtà tal-infrastruttura u l-ispazji pubbliċi, iċ-ċibersigurtà , il-protezzjoni tal-vittmi u l-prevenzjoni tal-estremiżmu vjolenti, inkluż tar-radikalizzazzjoni. Mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni effettivi huma essenzjali sabiex jintlaħqu bl-aktar mod effettiv l-għanijiet tal-politika, jiġu sfruttati l-ekonomiji ta’ skala u jiġi evitat trikkib bejn l-azzjonijiet. [Em. 15] |
(21) |
Miżuri f’pajjiżi terzi u fir-rigward tagħhom appoġġati permezz tal-Fond jenħtieġ li jiġu implimentati f’sinerġija u f’koerenza sħiħa ma’ azzjonijiet oħra barra l-Unjoni u jenħtieġ li jikkumplimentawhom jikkomplementawhom , appoġġati permezz ta’ strumenti ta’ finanzjament esterni tal-Unjoni. B’mod partikolari, fl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet bħal dawn, jenħtieġ li jkun hemm sforz biex ikun hemm koerenza sħiħa mal-prinċipji u l-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna , il-politika barranija u l-politika barranija dwar l-għajnuna għall-iżvilupp tal-Unjoni marbuta mal-pajjiż jew ir-reġjun inkwistjoni. Fir-rigward tad-dimensjoni esterna, il-Fond jenħtieġ li jtejjeb il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi f’oqsma ta’ interess għas-sigurtà interna tal-Unjoni, bħalma huma l-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni, il-kooperazzjoni ma’ awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta’ pajjiżi terzi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (inklużi brigati u skwadri ta’ investigazzjoni konġunti) , it-traffikar, b'mod partikolari, ta' armi, drogi, speċi fil-periklu u assi kulturali , il-kriminalità u l-korruzzjoni serji u organizzati, it-traffikar tal-bnedmin u l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali. [Em. 16] |
(22) |
Il-finanzjament mill-baġit tal-UE jenħtieġ li jikkonċentra fuq attivitajiet li permezz tagħhom l-intervent tal-UE jista’ jagħti valur miżjud meta mqabbel ma’ azzjonijiet mill-Istati Membri waħidhom. Is-sigurtà għandha intrinsikament dimensjoni transfruntiera u għaldaqstant jinħtieġ rispons tal-Unjoni b’saħħtu u kkoordinat. L-appoġġ finanzjarju provdut b’dan ir-Regolament se jikkontribwixxi b'mod partikolari biex jissaħħu l-kapaċitajiet nazzjonali u tal-Unjoni f'dan il-qasam. |
(23) |
Stat Membru jista’ jitqies li mhuwiex konformi mal-acquis tal-Unjoni rilevanti fir-rigward tal-użu ta’ appoġġ operattiv taħt dan il-Fond jekk ikun naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu tat-Trattati fil-qasam ta’ sigurtà, jekk ikun hemm riskju ċar ta’ ksur serju minn Stat Membru tal-valuri tal-Unjoni meta jimplimenta l-acquis dwar is-sigurtà, jew jekk rapport ta’ evalwazzjoni tal-Mekkaniżmu ta’ Evalwazzjoni u Monitoraġġ ta’ Schengen jidentifika nuqqasijiet fiż-żona rilevanti. |
(23a) |
Skont ir-Regolament (UE) Nru X tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) , l-Unjoni jenħtieġ li tieħu miżuri biex tipproteġi l-baġit tagħha ladarba jiġi stabbilit falliment ġenerali tal-istat tad-dritt fi Stat Membru. Ir-Regolament (UE) Nru X jenħtieġ japplika għal dan il-Fond. [Em. 17] |
(24) |
Il-Fond jenħtieġ li jirrifletti l-ħtieġa għal żieda fil-flessibbiltà u s-simplifikazzjoni filwaqt li jirrispetta r-rekwiżiti f’termini ta’ prevedibbiltà, u filwaqt li jiżgura t-tqassim ġust u trasparenti tar-riżorsi sabiex jintlaħqu l-objettivi stipulati f’dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-implimentazzjoni tal-Fond tkun iggwidata mill-prinċipji ta' effiċjenza, effikaċja u kwalità tal-infiq. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-implimentazzjoni tal-Fond tkun kemm jista' jkun faċli għall-utent. [Em. 18] |
(25) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi l-ammonti inizjali għall-Istati Membri kkalkulati fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fl-Anness I. |
(26) |
Dawn l-ammonti inizjali jenħtieġ li jiffurmaw il-bażi għall-investimenti ta’ terminu twil fis-sigurtà tal-Istati Membri. Sabiex jittieħed kont tal-bidliet fit-theddid għas-sigurtà interna u esterna jew fis-sitwazzjoni bażika, jenħtieġ li jiġi allokat ammont addizzjonali għall-Istati Membri f’nofs it-terminu fuq il-bażi tal-aktar data statistika reċenti disponibbli, kif stabbiliti fil-gwida għat-tqassim, filwaqt li jitqies l-istat ta’ implimentazzjoni tal-programmi. [Em. 19] |
(26a) |
Jenħtieġ li l-infrastruttura kritika li l-Istati Membri għandhom jipproteġu titqies meta jiġu allokati r-riżorsi disponibbli mill-Fond. [Em. 20] |
(27) |
Billi l-isfidi fil-qasam tas-sigurtà qed jevolvu b’mod kostanti, hemm il-bżonn li l-allokazzjoni ta’ finanzjament tiġi adattata għall-bidliet fit-theddid għas-sigurtà interna u esterna u li l-finanzi jmorru għall-prijoritajiet bl-ogħla valur miżjud għall-Unjoni. Bħala reazzjoni għall-ħtiġijiet pressanti, għall-bidliet fil-politika u fil-prijoritajiet tal-Unjoni u sabiex il-fondi jmorru għal azzjonijiet b’livell għoli ta’ valur miżjud għall-Unjoni, parti mill-finanzjament se jiġi perjodikament allokat għal azzjonijiet speċifiċi, għal azzjonijiet tal-Unjoni u għall-assistenza ta’ emerġenza permezz tal-faċilità tematika. [Em. 21] |
(28) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jiġu mħeġġa biex jużaw parti mill-allokazzjoni tal-programm tagħhom biex jiffinanzjaw azzjonijiet mniżżla fl-Anness IV biex jibbenefikaw minn kontribuzzjoni ogħla tal-Unjoni prinċipalment minħabba l-valur miżjud Ewropew għoli tagħhom jew in-natura prijoritarja tagħhom għall-Unjoni . [Em. 22] |
(29) |
Parti mir-riżorsi disponibbli permezz tal-Fond jistgħu jitqassmu wkoll għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi li jeħtieġu sforz kooperattiv fost l-Istati Membri jew meta żviluppi ġodda fl-Unjoni jeħtieġu fondi addizzjonali li għandhom jkunu disponibbli għal Stat Membru jew aktar. Dawn l-azzjonijiet speċifiċi jenħtieġ li jkunu definiti mill-Kummissjoni fil-programmi ta’ ħidma tagħha. |
(30) |
Il-Fond jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-appoġġ tal-ispejjeż operattivi marbuta mas-sigurtà interna u jippermetti lill-Istati Membri biex iżommu l-kapaċitajiet li huma kruċjali għall-Unjoni kollha kemm hi. Dan l-appoġġ jikkonsisti minn rimborż sħiħ ta’ għażla ta’ spejjeż speċifiċi relatati mal-għanijiet tal-Fond u jenħtieġ li jifforma parti integrali mill-programmi tal-Istati Membri. |
(31) |
Il-Fond, sabiex jikkumplimenta jikkumplementa l-implimentazzjoni tal-għanijiet ta’ politika tiegħu fil-livell nazzjonali permezz tal-programmi tal-Istati Membri, jenħtieġ li jipprovdi wkoll appoġġ għal azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni. Dawn l-azzjonijiet jenħtieġ li jservu għanijiet strateġiċi globali fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-intervent tal-Fond relatat mal-analiżi tal-politika u l-innovazzjoni, it-tagħlim reċiproku u s-sħubijiet transnazzjonali kif ukoll l-ittestjar ta’ inizjattivi u azzjonijiet ġodda fl-Unjoni jew bejn ċerti Stati Membri . F'dan ir-rigward, jenħtieġ li tiġi mħeġġa kooperazzjoni bejn is-servizzi ta' intelligence tal-Istati Membri bil-ħsieb li jiġi żgurat l-iskambju ta' informazzjoni meħtieġ sabiex tissaħħaħ l-effikaċja tal-ġlieda kontra t-terroriżmu kif ukoll il-kriminalità serja u organizzata u sabiex isir kontribut għal fehim aħjar tan-natura transfruntiera tagħhom. Il-fond jenħtieġ li jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri biex jagħmlu skambju ta' prattiki tajbin u jinkoraġġixxu taħriġ komuni biex jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' kultura ta' kooperazzjoni u fiduċja reċiproka bejn is-servizzi tal-intelligence kif ukoll bejn is-servizzi tal-intelligence u Europol . [Em. 23] |
(32) |
Sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni biex tirreaġixxi immedjatament għal inċidenti marbuta mas-sigurtà jew theddidiet emerġenti ġodda għall-Unjoni, jenħtieġ li jkun possibbli li tingħata assistenza ta’ emerġenza skont il-qafas stabbilit f’dan ir-Regolament. Għaldaqstant jenħtieġ li ma tingħatax assistenza ta’ emerġenza biex jiġu sempliċiment appoġġati miżuri fuq terminu twil u ta’ kontinġenza, jew biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet fejn l-urġenza biex wieħed jaġixxi tirriżulta minn nuqqas ta’ organizzazzjoni amministrattiva u ppjanar operattiv insuffiċjenti min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti. |
(33) |
Sabiex tkun żgurata l-flessibbiltà meħtieġa tal-azzjoni u sabiex jitwieġbu l-ħtiġijiet emerġenti, jenħtieġ li jkun possibbli għall-aġenziji deċentralizzati li jiġu pprovduti b’mezzi finanzjarji addizzjonali xierqa biex iwettqu ċerti kompiti ta’ emerġenza. F’każijiet meta l-kompitu li għandu jitwettaq ikun ta’ tali natura urġenti, meta l-baġits tagħhom ma setgħux jiġu finalizzati fil-ħin, l-aġenziji deċentralizzati jenħtieġ li jkunu eliġibbli bħala benefiċjarji tal-għajnuna ta’ emerġenza, inkluż fil-forma ta’ għotjiet, b’mod konsistenti mal-prijoritajiet u l-inizjattivi identifikati fil-livell ta’ Unjoni mill-Istituzzjonijiet tal-UE. |
(33a) |
Fid-dawl tan-natura transnazzjonali tal-azzjonijiet tal-Unjoni u bil-għan li tiġi promossa azzjoni kkoordinata biex jiġi ssodisfat l-objettiv li jiġi żgurat l-ogħla livell ta' sigurtà fl-Unjoni, l-aġenziji deċentralizzati jenħtieġ li jkunu eliġibbli wkoll bħala benefiċjarji tal-azzjoni tal-Unjoni, inkluż fil-forma ta' għotjiet. Jenħtieġ li dan l-appoġġ jkun konsistenti mal-prijoritajiet u mal-inizjattivi identifikati fil-livell tal-Unjoni mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni biex jiġi żgurat valur miżjud Ewropew. [Em. 24] |
(34) |
L-għan tal-politika ta’ dan il-Fond se jiġi indirizzat ukoll permezz tal-istrumenti finanzjarji u ta’ garanzija baġitarja skont kampijiet ta' applikazzjoni tal-politika ta’ InvestEU. L-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jintuża sabiex nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta’ investiment mhux ottimali jiġu indirizzati b’mod proporzjonat, filwaqt li l-azzjonijiet jenħtieġ li ma jiddupplikawx jew ma jeskludux il-finanzjament privat, jew ifixklu l-kompetizzjoni fis-suq intern. L-azzjonijiet jenħtieġ li jkollhom valur miżjud Ewropew ċar. |
(35) |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF) li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja, fis-senstal-paragrafu X tal-Ftehim Interistituzzjonali ta’ X bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (9), għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali. |
(36) |
Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru [ir-RF l-ġdid] (10) (ir-“Regolament Finanzjarju”) japplika għal dan il-Fond. Dan jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist, implimentazzjoni indiretta, assistenza finanzjarja, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji. Biex tkun żgurata koerenza fl-implimentazzjoni tal-programmi ta’ finanzjament tal-Unjoni, ir-Regolament Finanzjarju jenħtieġ li jiġi applikat għall-azzjonijiet li jridu jiġu implimentati b’ġestjoni diretta jew indiretta permezz tal-ISF. |
(37) |
Għall-fini tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet taħt ġestjoni kondiviża, il-Fond jenħtieġ li jifforma parti minn qafas koerenti li jikkonsisti minn dan ir-Regolament, mir-Regolament Finanzjarju u mir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni (UE) Nru X [CPR] (11). Fil-każ ta' dispożizzjonijiet konfliġġenti, dan ir-Regolament jieħu preċedenza fuq ir-Regolament (UE) Nru X [CPR]. [Em. 159] |
(38) |
Ir-Regolament (UE) Nru X [CPR] jistabbilixxi l-qafas għall-azzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS), il-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF), il-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF) u l-Istrument ta’ Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (BMVI) bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (IBMF), u jistabbilixxi b’mod partikolari r-regoli dwar il-programmazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll għall-fondi tal-UE implimentati b’ġestjoni kondiviża. Barra minn hekk huwa neċessarju li jiġu speċifikati l-għanijiet tal-Fond għas-Sigurtà Interna f’dan ir-Regolament, u li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-attivitajiet li jistgħu jiġu ffinanzjati bl-appoġġ ta’ dan il-Fond. [Em. 26] |
(38a) |
Sabiex jiġi żgurat li l-Fond jappoġġa azzjonijiet li jindirizzaw l-objettivi speċifiċi kollha tal-Fond u li l-allokazzjoni tar-riżorsi għall-objettivi tkun waħda proporzjonata għall-isfidi u l-ħtiġijiet filwaqt li jkunu jistgħu jintlaħqu l-objettivi, jenħtieġ li jiġi definit perċentwal minimu tal-allokazzjoni mill-Fond għal kull objettiv speċifiku tal-Fond, kemm għall-programmi nazzjonali kif ukoll għall-faċilità tematika. [Em. 27] |
(39) |
It-tipi ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu fuq il-bażi tal-kapaċità li għandhom biex jilħqu l-għanijiet tal-azzjonijiet u biex jagħtu riżultati, filwaqt li b’mod partikolari jitqiesu l-ispejjeż tal-kontroll, il-piż amministrattiv u mbagħad ir-riskju mistenni ta’ nuqqas ta’ konformità. Jenħtieġ li dan jinkludi konsiderazzjoni tal-użu tas-somom f’daqqa, ir-rati fissi u l-kostijiet ta’ unità, kif ukoll il-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet kif jissemma fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju. |
(40) |
Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 (13), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (14) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (15), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet kriminali u/jew amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (l-OLAF) jista’ jwettaq u jamministra investigazzjonijiet, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi reati kriminali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jwettaq investigazzjoni u prosekuzzjoni dwar frodi u attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16). Skont ir-Regolament Finanzjarju, kull persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kull terza persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw bis-sħiħ u jipprovdu l-assistenza kollha meħtieġa lill-istituzzjonijiet, aġenziji u korpi tal-Unjoni fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Jenħtieġ li r-riżultati tal-investigazzjonijiet dwar irregolaritajiet jew frodi b'rabta mal-Fond ikunu disponibbli għall-Parlament Ewropew. [Em. 28] |
(41) |
Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b’mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz tal-għotjiet, l-akkwist pubbliku, il-premjijiet, l-implimentazzjoni indiretta, u jipprovdu verifiki dwar ir-responsabilità tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 322 TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, billi r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja soda u effettiva tal-fondi tal-UE. |
(42) |
Skont l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE (17), persuni u entitajiet stabbiliti f’pajjiżi u territorji barra l-Ewropa (overseas countries and territories, OCTs) huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-Fond u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju barra l-Ewropa rilevanti huwa marbut. |
(43) |
Skont l-Artikolu 349 tat-TFUE u f’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE (18) ”, li ġie approvata mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta’ April 2018, l-Istati Membri rilevanti jenħtieġ li jiżguraw li l-programmi tagħhom jindirizzaw l-isfidi speċifiċi li jiffaċċjaw ir-reġjuni ultraperiferiċi. Il-Fond jappoġġa dawn l-Istati Membri b’riżorsi adegwati biex jgħinu lil dawn ir-reġjuni kif xieraq. [Em. 29] |
(44) |
Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tas-13 ta’ April 2016 (19), hemm il-ħtieġa li dan il-Fond jiġi evalwat fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi tal-monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piż amministrattiv, b’mod partikolari għall-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Fond b’mod prattiku. Sabiex jitkejlu l-kisbiet ta’ dan il-Fond, jenħtieġ li jiġu stabbiliti indikaturi u miri relatati b’rabta ma’ kull objettiv speċifiku tal-Fond. Jenħtieġ li dawn l-indikaturi jinkludu indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi. [Em. 30] |
(45) |
Dan il-Fond, filwaqt li jirrifletti l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima f’konformità mal-impenji tal-Unjoni biex jiġi implimentat il-Ftehim ta’ Pariġi u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, se jikkontribwixxi biex jintegra l-azzjonijiet klimatiċi u biex tintlaħaq il-mira kumplessiva ta’ 25 % ta’ nefqiet tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi matul il-perjodu tal-QFP 2021-2027, u mira annwali ta' 30 % malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mill-2027 . L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Fond, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta’ rieżami rilevanti. [Em. 31] |
(46) |
Permezz ta’ dawn l-indikaturi u tar-rappurtar finanzjarju, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-Fond f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru X [CPR] u dan ir-Regolament. Sabiex twettaq ir-rwol superviżorju tagħha kif xieraq, il-Kummissjoni jeħtiġilha tkun f'pożizzjoni li tistabbilixxi l-ammonti li fil-fatt intefqu mill-Fond f'sena partikolari. Meta jirrapportaw il-kontijiet annwali tal-programmi nazzjonali tagħhom lill-Kummissjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li għalhekk jiddistingwu bejn l-irkupri, il-ħlasijiet ta' qabel il-finanzjament lill-benefiċjarji finali u r-rimborż tal-infiq li fil-fatt sar. Sabiex jiġu ffaċilitati l-awditu u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Fond, il-Kummissjoni jenħtieġ li tinkludi dawn l-ammonti fir-rapport annwali ta' implimentazzjoni tagħha għall-Fond. Jenħtieġ li kull sena l-Kummissjoni tippreżenta transunt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-rapporti tal-prestazzjoni annwali li aċċettat. Fuq talba, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel disponibbli lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill it-testi sħaħ tar-rapporti tal-prestazzjoni annwali. [Em. 32] |
(47) |
Sabiex jiġu ssupplimentati u emendati l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta l-atti skont l-Artikolu 290 TFUE fir-rigward tal-programmi ta' ħidma għall-faċilità tematika, tal-lista ta’ azzjonijiet eliġibbli għal kofinanzjament ogħla kif elenkat fl-Anness IV, tal-appoġġ operattiv, u sabiex tiżviluppa aktar il-qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni. Huwa ta’ importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa anki fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet jsiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. [Em. 33] |
(48) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, is-setgħat ta’ implimentazzjoni jenħtieġ li jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jkunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (20). Il-proċedura ta’ eżami jenħtieġ li tintuża għal atti ta ' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-obbligi komuni fuq l-Istati Membri, partikolarment dwar il-provvediment ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni, u I l-proċedura konsultattiva jenħtieġ li tintuża għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni marbuta mal-modalitajiet għall-għoti ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni fil-qafas ta’ programmar u rappurtar, fid-dawl tan-natura purament teknika tagħhom. [Em. 34] |
(49) |
Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-TUE u għat-TFUE, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhix marbuta bih u lanqas soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. |
(50) |
Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja anness mat-TUE u mat-TFUE, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dan il-Protokoll, l-Irlanda [mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhix marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu / innotifikat ix-xewqa tagħha li tieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament]. |
(51) |
Huwa xieraq li l-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ikun allinjat ma’ dak tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru X li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali (21), |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna (“il-Fond”) għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027 . [Em. 35]
2. Dan ir-Regolament j istabbilixxi:
(a) |
l-għanijiet tal-Fond, |
(b) |
l- objettivi u l-miżuri speċifiċi tal-Fond biex jiġu implimentati dawk l-objettivi speċifiċi; |
(c) |
il-baġit għall-perjodu 2021-2027,; |
(d) |
il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli dwar l-għoti ta’ finanzjament bħal dan. [Em. 36] |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“operazzjoni ta’ taħlit” tfisser azzjonijiet appoġġati mill-baġit tal-Unjoni, inklużi dawk fil-faċilitajiet ta’ taħlit skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament Finanzjarju, li jikkombinaw forom ta’ appoġġ li mhux rimborsabbli u / jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni b’forom ta’ appoġġ rimborsabbli mingħand istituzzjonijiet tal-iżvilupp jew istituzzjonijiet oħra finanzjarji pubbliċi, kif ukoll mingħand istituzzjonijiet tal-finanzjament kummerċjali u investituri; |
(b) |
“prevenzjoni tal-kriminalità” tfisser il-miżuri kollha li huma maħsuba sabiex jnaqqsu jew inkella jikkontribwixxu għat-tnaqqis fil-kriminalità u s-sensazzjoni ta’ nuqqas ta’ sigurtà fiċ-ċittadini, kif imsemmi fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/902/ĠAI (22); |
(c) |
“infrastruttura kritika” tfisser assi, netwerk, sistema jew parti minn dawn, li hija essenzjali għall-manteniment tal-funzjonijiet vitali tas-soċjetà, tas-saħħa, tas-sikurezza, tas-sigurtà, tal-benesseri ekonomiku jew soċjali tal-poplu, u li t-tfixkil, il-ksur, jew il-qerda tagħhom ikollu impatt sinifikanti fi Stat Membru jew fl-Unjoni minħabba li dawn il-funzjonijiet ma jinżammux; |
(d) |
“ċiberkriminalità” tfisser reati dipendenti fuq iċ-ċibernetika, jiġifieri reati li jistgħu jiġu kommessi biss permezz tal-użu ta’ tagħmir u sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (information and communications technology, ICT), fejn it-tagħmir u s-sistema huma għodda biex jitwettaq ir-reat kriminali jew il-miri prinċipali tar-reat; u reati li jsiru permezz ta’ ċibernetika, jiġifieri reati tradizzjonali, bħall-isfruttament sesswali tat-tfal, li jistgħu jiżdiedu fl-iskala jew jintlaħqu permezz tal-użu tal-kompjuters, netwerks tal-kompjuters jew forom oħra ta’ ICT; [Em. 37] |
(e) |
“azzjonijiet EMPACT” tfisser azzjonijiet li jsiru fil-qafas tal-pjattaforma multidixxiplinari Ewropea kontra t-theddid kriminali (EMPACT) (23). EMPACT huwa pjattaforma strutturata ta’ kooperazzjoni multidixxiplinari tal-Istati Membri rilevanti, l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE, kif ukoll pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u sħab pubbliċi u privati oħra biex jiġu indirizzati t-theddidiet prijoritizzati ta’ kriminalità internazzjonali organizzata u serja skont iċ-Ċiklu ta’ Politika tal-UE; |
(f) |
“Ċiklu tal-Politika tal-UE” tirreferi għall-inizjattiva multidixxiplinari u mmexxija mill-intelligence bil-għan li tikkumbatti l-iktar theddidiet importanti ta’ kriminalità serja u organizzata għall-Unjoni billi tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-UE, l-aġenziji tal-Unjoni għall-Ġustizzja u Affarijiet Interni u fejn ikun rilevanti pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali speċifiċi ; [Em. 38] |
(g) |
“skambju tal-informazzjoni u l-aċċess għaliha” tfisser il-ġbir, il-ħażna, l-ipproċessar, l-analiżi u l-iskambju siguri tal-informazzjoni rilevanti għall-awtoritajiet kif imsemmija fl-Artikolu 87 TFUE kif ukoll lill-Europol , lill-Eurojust u lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew f'rabta mal-prevenzjoni, id-detezzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali, b'mod partikolari t-terroriżmu u ċ-ċiberkriminalità kif ukoll reati kriminali transfruntiera serji u organizzati , ipproċessati f'konformità mal-regoli applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data ; [Em. 39] |
(h) |
“kooperazzjoni ġudizzjarja” tfisser kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali; [Em. 40] |
(i) |
“LETS” tfisser l-Iskema Ewropea ta' Taħriġ għall-Infurzar, immirati lejn it-tagħmir tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi bl-għarfien u l-ħiliet meħtieġa biex jipprevjenu u jiġġieldu effettivament il-kriminalità transfruntiera organizzata u serja kif ukoll it-terroriżmu permezz ta’ kooperazzjoni effiċjenti, kif deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2013 dwar l-istabbiliment ta’ LETS (24) Ewropew u msemmi wkoll fir-Regolament tas-CEPOL (25); [Em. 41] |
(j) |
“kriminalità organizzata” tfisser imġiba kastigabbli relatata ma’ parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali, kif definita fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/841/ĠAI (26); |
(k) |
“prevenzjoni u preparazzjoni” tfisser kwalunkwe miżura miżuri speċifiċi mmirata lejn il-prevenzjoni jew it-tnaqqis tar-riskji konnessi ma’ attakki terroristiċi possibbli jew inċidenti oħra marbuta mas-sigurtà; [Em. 42] |
(l) |
“mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ ta’ Schengen” tfisser il-verifika tal-applikazzjoni korretta tal-acquis ta’ Schengen kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1053/2013, inkluż fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija; |
(m) |
“l-indirizzar tal-korruzzjoni” tkopri l-oqsma kollha deskritti fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni, inkluża l-prevenzjoni, il-kriminalizzazzjoni u l-miżuri ta’ infurzar tal-liġi, il-kooperazzjoni internazzjonali, l-irkupru tal-assi, l-assistenza teknika u l-iskambju ta’ informazzjoni; |
(n) |
“terroriżmu” tfisser kwalunkwe mill-atti intenzjonali jew reati kif definiti fid-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (27). |
Artikolu 3
L-għanijiet tal-Fond
1. L-għan tal-politika tal-Fond għandu jkun li jikkontribwixxi biex jiżgura livell għoli ta’ sigurtà fl-Unjoni, fost oħrajn permezz ta' aktar kooperazzjoni, b’mod partikolari permezz tal-ġlieda bil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-estremiżmu vjolenti, inkluż ir-radikalizzazzjoni r-radikalizzazzjoni, il-kriminalità serja u organizzata u ċ-ċiberkriminalità u kif ukoll billi jassisti u jipproteġi lill-vittmi tal-kriminalità. Il-Fond għandu wkoll jappoġġja t-tħejjija għal inċidenti relatati mas-sigurtà, kif ukoll il-ġestjoni tagħhom. [Em. 43]
2. Fl-għan tal-politika stabbilit fil-paragrafu 1, il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-għanijiet speċifiċi li ġejjin:
(a) |
biex iżid itejjeb u jiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti u preċiża fost u fl-awtoritajiet fi ħdan l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-UE dawk ġudizzjarji tal-Istati Membri, u awtoritajiet kompetenti oħrajn oħra tal-Istati Membri u korpi rilevanti oħrajn oħra tal-Unjoni kif ukoll , b'mod partikolari Europol u Eurojust u, fejn rilevanti, ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali; [Em. 44] |
(b) |
biex itejjeb u jintensifika l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni transfruntiera , inklużi l-operazzjonijiet konġunti rilevanti fost u fl-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-UE tal-Istati Membri u awtoritajiet kompetenti oħrajn fir-rigward ta' ta' terroriżmu u kriminalità serja u organizzata b'dimensjoni transfruntiera; kif ukoll [Em. 45] |
(c) |
biex jappoġġa l-isforz biex jissaħħu l-kapaċitajiet t-tisħiħ meħtieġ tal-kapaċitajiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-prevenzjoni tagħha , inkluż it-terroriżmu iċ-ċiberkriminalità u l-estremiżmu vjolenti, inkluża r-radikalizzazzjoni, b’mod partikolari permezz ta’ aktar kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi, l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, is-soċjetà ċivili u s-sħab l-atturi privati fi ħdan u fost l-Istati Membri u l-immaniġġar ċivili ta' kriżijiet wara inċident relatat mas-sigurtà . [Em. 46] |
(ca) |
biex jiżviluppa kultura ta' intelligence komuni billi jappoġġa kuntatti u fiduċja reċiproka, fehim u tagħlim, tixrid ta' għarfien espert u l-aħjar prattiki fost is-servizzi tal-intelligence tal-Istati Membri u mal-Europol, b'mod partikolari permezz ta' taħriġ konġunt u l-iskambju ta' esperti. [Em. 47] |
3. Fl-għanijiet speċifiċi stabbiliti f’paragrafu 2, il-Fond għandu jiġi implimentat , fost oħrajn, permezz tal-miżuri ta’ implimentazzjoni elenkati fl-Anness II fl-Artikolu 3a . [Em. 48]
4. Azzjonijiet L-operazzjonijiet iffinanzjati għandhom jiġu implementati b'rispett sħiħ għad-drittijiet f'konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali u mad-dinjità uman d-dinjità tal-bniedem u mal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE filwaqt li l-finanzjament għandu jiġi interrott u rkuprat f'każ ta' evidenza ċara u sostanzjata li l-azzjonijiet jikkontribwixxu għall-ksur ta' dawn id-drittijiet . B'mod partikolari, l-azzjonijiet l-operazzjonijiet għandhom jikkonformaw ruħhom mad-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, mal-liġijiet tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB). B'mod partikolari, kull fejn ikun possibbli, għandha tingħata attenzjoni speċjali mill-Istati Membri, meta jimplimentaw l-azzjonijiet, għall-assistenza u l-protezzjoni tal-persuni operazzjonijiet relatati ma' persuni vulnerabbli, b'mod partikolari t-tfal u l-minorenni mhux akkumpanjati. [Em. 49]
Artikolu 3 a
Miżuri ta' implimentazzjoni
1. Il-Fond għandu jikkontribwixxi biex jinkiseb l-objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu 3(2)(a) billi jiffoka fuq il-miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin:
(a) |
jiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-acquis tal-Unjoni dwar is-sigurtà billi jappoġġja l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet mill-mekkaniżmi ta' kontroll u ta' evalwazzjoni tal-kwalità bħall-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta' Schengen u mekkaniżmi oħra ta' kontroll u ta' evalwazzjoni tal-kwalità; |
(b) |
jistabbilixxi, jadatta u jżomm in-networks ta' komunikazzjoni u s-sistemi tal-IT tal-Unjoni rilevanti, inkluż li tiġi żgurata l-interoperabilità tagħhom, u jiżviluppa l-għodda xierqa sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati; |
(c) |
iżid l-użu attiv ta' għodod, sistemi u bażijiet tad-data tal-Unjoni għall-iskambju ta' informazzjoni rilevanti għas-sigurtà, itejjeb l-interkonnessjoni ta' bażijiet tad-data nazzjonali rilevanti għas-sigurtà kif ukoll il-konnessjoni tagħhom ma' bażijiet tad-data tal-Unjoni fejn previst fil-bażijiet legali rilevanti, jiżgura li dawn il-bażijiet tad-data jingħataw data rilevanti ta' tal-ogħla kwalità; u |
(d) |
jappoġġa miżuri nazzjonali għall-implimentazzjoni ta' objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3(2)(a). |
2. Il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu 3(2)(b) billi jiffoka fuq il-miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin:
(a) |
jiżdiedu l-operazzjonijiet ta' infurzar tal-liġi rilevanti bejn l-Istati Membri, inkluż fejn jkun xieraq, ma' atturi rilevanti oħra, b'mod partikolari l-iffaċilitar u t-titjib tal-użu ta' skwadri ta' investigazzjoni konġunti, rondi konġunti, insegwimenti, sorveljanza diskreta u mekkaniżmi ta' kooperazzjoni operattiva oħra fil-kuntest taċ-Ċiklu ta' Politika tal-UE (EMPACT), b'enfasi speċjali fuq operazzjonijiet transfruntiera; |
(b) |
jiżdiedu l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni tal-infurzar tal-liġi u ta' awtoritajiet kompetenti oħra fl-Istati Membri u bejn l-Istati Membri, u ma' atturi rilevanti oħra, pereżempju permezz ta' networks ta' unitajiet nazzjonali speċjalizzati, networks u strutturi ta' kooperazzjoni tal-Unjoni, ċentri tal-Unjoni; |
(c) |
tittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji, u fil-livell tal-Unjoni, bejn l-Istati Membri stess, jew bejn l-Istati Membri, minn naħa waħda, u l-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni min-naħa l-oħra, kif ukoll fil-livell nazzjonali fost l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti f'kull Stat Membru; |
3. Il-Fondi jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 3(2)(c) li jiffoka fuq il-miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin:
(a) |
żieda fit-taħriġ tal-infurzar tal-liġi, fl-eżerċizzji u fit-tagħlim reċiproku, b'mod partikolari billi jiġu inklużi elementi maħsuba għas-sensibilizzazzjoni dwar kwistjonijiet relatati mar-radikalizzazzjoni, mal-estremiżmu vjolenti u mar-razziżmu, żieda fil-programmi ta' skambju speċjalizzati bejn l-Istati Membri, inkluż għall-persunal subaltern tal-infurzar tal-liġi u fil-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki inkluż ma' pajjiżi terzi u atturi rilevanti oħra |
(b) |
użu tas-sinerġiji billi jiġu akkomunati r-riżorsi u l-għarfien bejn l-Istati Membri u atturi rilevanti oħra, inkluża s-soċjetà ċivili permezz ta', pereżempju, il-ħolqien ta' ċentri konġunti ta' eċċellenza, l-iżvilupp ta' valutazzjonijiet tar-riskju konġunti, ċentri ta' appoġġ operazzjonali komuni għal operazzjonijiet mmexxija b'mod konġunt jew kondiviżjoni tal-aħjar prattiki fil-prevenzjoni tal-kriminalità fil-livell lokali |
(c) |
promozzjoni u żvilupp ta' miżuri, salvagwardji, mekkaniżmi u l-aħjar prattiki għall-identifikazzjoni bikrija, il-protezzjoni u l-appoġġ għal xhieda, informaturi u vittmi tal-kriminalità, u żvilupp ta' sħubijiet bejn l-awtoritajiet pubbliċi u atturi rilevanti oħra għal dan l-għan |
(d) |
akkwistat ta' tagħmir rilevanti u stabbiliment jew aġġornament ta' faċilitajiet ta' taħriġ speċjalizzat u infrastruttura għas-sigurtà essenzjali oħra sabiex jiżdiedu t-tħejjija, ir-reżiljenza, is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku u r-rispons adegwat għat-theddida għas-sigurtà; |
(e) |
detezzjoni, ivvalutar u eliminazzjoni tal-vulnerabbiltajiet fl-infrastruttura kritika u fit-tagħmir tal-IT b'indħil għoli fis-suq sabiex jiġu evitati l-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni u l-infrastruttura kritika, pereżempju permezz ta' awditi tal-kodiċi ta' softwer bla ħlas u b'sors miftuħ, billi jiġu stabbiliti u appoġġati programmi li jippremjaw lil dawk li jirrapportaw anomaliji jew permezz ta' ttestjar ta' intrużjoni. |
4. Il-Fondi jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 3(2)(ca) li jiffoka fuq il-miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin:
(a) |
titjib fil-kooperazzjoni u fil-koordinazzjoni fost is-servizzi tal-intelligence tal-Istati Membri u bejn dawn is-servizzi u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi permezz ta' kuntatti, netwerking, fiduċja reċiproka, fehim u tagħlim, skambju u tixrid ta' għarfien espert, esperjenzi u l-aħjar prattiki, b'mod partikolari fir-rigward tal-appoġġ għall-investigazzjonijiet tal-pulizija u l-valutazzjoni tat-theddid; |
(b) |
skambju u taħriġ ta' uffiċjali tal-intelligence. [Em. 50] |
Artikolu 4
Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ
1. Fl-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3 u f'konformità mal-implimentazzjoni tal-miżuri elenkati fl-Anness II, fl-Artikolu 3a, il-Fond għandu jappoġġa b'mod partikolari azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi msemmija fl-Artikolu 3. Dawn jistgħu jinkludu l-azzjonijiet elenkati fl-Anness III. [Em. 51]
2. Biex jilħaq l-objettivi msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, il-Fond jista’ jappoġġa azzjonijiet f’konformità mal-prijoritajiet tal-Unjoni f'każijiet eċċezzjonali, fi ħdan il-limiti ddefiniti u soġġett għal salvagwardji xierqa, jappoġġa azzjonijiet kif imsemmija fl-Anness III fir-rigward ta’ pajjiżi terzi u fihom, fejn xieraq, skont l-Artikolu 5. [Em. 52]
2a. L-ammont totali ta' finanzjament biex jiġu appoġġjati azzjonijiet f'pajjiżi terzi jew b'rabta magħhom taħt il-faċilità tematika skont l-Artikolu 8 m'għandux jaqbeż 2 % tal-ammont totali allokat għall-faċilità tematika skont l-Artikolu 7(2)(b). [Em. 53]
2b. L-ammont totali ta' finanzjament biex jiġu appoġġjati azzjonijiet f'pajjiżi terzi jew b'rabta magħhom taħt il-programmi tal-Istati Membri skont l-Artikolu 12 m'għandux jaqbeż, għal kull Stat Membru, 2 % tal-ammont totali allokat għal dak l-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 7(2)(a), mal-Artikolu 10(1) u mal-Anness I. [Em. 54]
3. L-azzjonijiet li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli:
(a) |
azzjonijiet limitati għaż-żamma tal-ordni pubblika fil-livell nazzjonali jew li prinċipalment jikkonsistu minn dan ; [Em. 55] |
(b) |
azzjonijiet li jkopru x-xiri jew il-manutenzjoni ta’ tagħmir standard, mezzi standard ta’ trasport jew faċilitajiet standard tal-infurzar tal-liġi u awtoritajiet kompetenti oħra msemmija fl-Artikolu 87 TFUE; |
(c) |
azzjonijiet b’għan militari jew ta’ difiża; |
(d) |
tagħmir li mill-inqas wieħed mill-għanijiet l-għan ewlieni tiegħu huwa kontroll doganali; [Em. 56] |
(e) |
tagħmir koerċittiv, inklużi armi, munizzjoni, splussivi u bsaten tal-irvellijiet, ħlief għal taħriġ; |
(f) |
premjijiet lil informaturi u flus “lixka” (28) barra l-qafas ta’ azzjoni tal-EMPACT. |
Meta tinqala’ sitwazzjoni ta’ emerġenza, azzjonijiet mhux eliġibbli msemmija f’dan il-paragrafu fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu jistgħu jitqiesu bħala eliġibbli. [Em. 57]
Artikolu 5
Entitajiet eliġibbli
1. L-entitajiet li ġejjin jistgħu jkunu eliġibbli:
(a) |
l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi li ġejjin::
|
(b) |
kwalunkwe entità ġuridika maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali rilevanti . [Em. 59] |
2. Il-persuni fiżiċi mhumiex eliġibbli.
3. L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz huma eċċezzjonalment eliġibbli biex jipparteċipaw fejn dan ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ azzjoni partikolari , b'segwitu għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni . [Em. 60]
4. L-entitajiet ġuridiċi li jipparteċipaw f’konsorzji ta’ mill-inqas żewġ entitajiet indipendenti, stabbiliti fi Stati Membri differenti jew f’pajjiżi jew territorji barra l-Ewropa marbuta ma’ dawk l-istati jew ma’ pajjiżi terzi, huma eliġibbli. [Em. 61]
KAPITOLU II
QAFAS FINANZJARJU U TA’ IMPLIMENTAZZJONI
IT-TAQSIMA 1
PROVVEDIMENTI KOMUNI
Artikolu 6
Prinċipji ġenerali
1. Appoġġ pprovdut skont dan ir-Regolament għandu jikkumplimenta jikkomplementa l-intervent nazzjonali, reġjonali u lokali, u għandu jiffoka fuq il-kisba ta’ valur miżjud Ewropew għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. [Em. 62]
2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ ipprovdut skont dan ir-Regolament u mill-Istati Membri jkun konsistenti mal-attivitajiet, politiki u l-prijoritajiet rilevanti tal-Unjoni u jkun komplementari ma’ strumenti nazzjonali u kkoordinat ma' strumenti oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari azzjonijiet imwettqa fl-ambitu ta' fondi oħra tal-Unjoni. [Em. 63]
3. Il-Fond għandu jkun implimentat taħt ġestjoni kondiviża, diretta jew indiretta skont l-Artikoli 62(1)(a), (b) u (c) tar-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 7
Baġit
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Fond għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta' EUR 2 209 725 000 fi prezzijiet tal-2018 ( EUR 2 500 000 000 fi prezzijiet kurrenti). [Em. 64]
2. Il-pakkett finanzjarju għandu jintuża kif ġej:
(a) |
EUR 1 325 835 000 fil-prezzijiet tal-2018 ( EUR 1 500 000 000 fi prezzijiet attwali) għandhom jiġu allokati għall-programmi implimentati b'ġestjoni kondiviża; [Em. 65] |
(b) |
EUR 883 890 fi prezzijiet tal-2018 ( EUR 1 000 000 000 fi prezzijiet attwali) għandhom jiġu allokati għall-faċilità tematika. [Em. 66] |
3. Għandhom jiġu allokati sa 0,84 % tal-pakkett finanzjarju għal għajnuna teknika bl-inizjattiva tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-Fond.
Artikolu 8
ħDispożizzjonijiet ġenerali dwar l-implimentazzjoni tal-faċilità tematika
1. Il-pakkett finanzjarju msemmi fl-Artikolu 7(2)(b) għandu jiġi allokat b’mod flessibbli permezz tal-faċilità tematika bl-użu ta’ ġestjoni kondiviża, diretta u indiretta kif stabbiliti fi programm ta’ ħidma. Finanzjament mill-faċilità tematika għandu jintuża għall-komponenti tiegħu:
(a) |
azzjonijiet speċifiċi; |
(b) |
azzjonijiet tal-Unjoni; u |
(c) |
l-assistenza ta’ emerġenza. |
Assistenza teknika bl-inizjattiva tal-Kummissjoni għandha tiġi appoġġata wkoll mill-pakkett finanzjarju għall-faċilità tematika.
2. Finanzjament mill-faċilità tematika għandha tindirizza għandu jindirizza prijoritajiet b'valur miżjud għoli għall-Unjoni jew tintuża b'reazzjonii , jintuża b'reazzjoni għal ħtiġijiet urġenti, f'konformità mal-prijoritajiet miftehma tal-Unjoni kif deskritt fl-Anness II fl-Artikolu 3a, għal miżuri speċifiċi bħal dawk elenkati fl-Anness III, jew biex jappoġġja miżuri f'konformità mal-Artikolu 19 . Id-distribuzzjoni tar-riżorsi tal-faċilità tematika fost id-diversi prijoritajiet għandha, sa fejn ikun possibbli, tkun waħda proporzjonata għall-isfidi u l-ħtiġijiet sabiex jiġi żgurat li l-għanijiet tal-fond jistgħu jintlaħqu. [Em. 67]
2a. Il-finanzjament mill-faċilità tematika għandu jiġi allokat kif ġej:
a) |
minimu ta' 10 % tal-finanzjament għall-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2); |
b) |
minimu ta' 10 % tal-finanzjament għall-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2); |
c) |
minimu ta' 30 % tal-finanzjament għall-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 3(2); |
d) |
minimu ta' 5 % tal-finanzjament għall-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (c a) tal-Artikolu 3(2). [Em. 68] |
3. Meta jingħata finanzjament mill-faċilità tematika f’ġestjoni diretta jew indiretta lill-Istati Membri, għandu jiġi żgurat l-ebda finanzjament m'għandu jkun disponibbli għall-proġetti fejn teżisti evidenza ċara li l-proġetti magħżula mhumiex affettwati minn l-legalità ta' dawk il-proġetti, jew il-legalità u r-regolarità ta' dak il-finanzjament, jew il-prestazzjoni ta' dawk il-proġetti, ikun tqajjem dubju dwarhom bħala riżultat ta' opinjoni motivata mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ ksur skont l-Artikolu 258 TFUE li jpoġġi f’riskju l-legalità u r-regolarità tan-nefqa jew il-prestazzjoni tal-proġetti. l-Artikolu 258 tat-TFUE. [Em. 69]
4. Meta jingħata finanzjament mogħti mill-faċilità tematika jkun implimentat f'ġestjoni kondiviża, il-Kummissjoni għandha, għall-fini tal-Artikolu 18 u l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru X [CPR], tivvaluta jekk l-azzjonijiet previsti humiex affettwati minn tiżgura li ebda finanzjament ma jkun disponibbli għall-proġetti fejn teżisti evidenza ċara li l-legalità ta' dawk il-proġetti, jew il-legalità u r-regolarità ta' dak il-finanzjament, jew il-prestazzjoni ta' dawk il-proġetti, ikun tqajjem dubju dwarhom bħala riżultat ta' opinjoni motivata mill-Kummissjoni fir-rigward ta' proċedura ta’ ksur skont l-Artikolu 258 TFUE li jpoġġi f'riskju l-legalità u r-regolarità tan-nefqa jew il-prestazzjoni tal-proġetti. [Em. 70]
5. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ammont globali magħmul disponibbli għall-faċilità tematika għal taħt l-approprjazzjonijiet annwali tal-baġit tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta deċiżjonijiet ta’ finanzjament atti delegati f'konformità mal-Artikolu 28 sabiex jissupplementaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu programmi ta' ħidma kif imsemmi fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju għall-faċilità tematika billi tidentifika l-għanijiet u l-azzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati u tispeċifika l-ammonti għal kull wieħed mill-komponenti tagħha kif imsemmi fil-paragrafu 1. Id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament Qabel ma tadotta programm ta' ħidma, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta ma' partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Il-programmi ta' ħidma għandhom jistabbilixxu, fejn applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta’ taħlit. Sabiex tiġi żgurata disponibbiltà f'waqtha tar-riżorsi, il-Kummissjoni tista' separatament tadotta programm ta' ħidma għal assistenza ta' emerġenza. [Em. 71]
6. B’segwitu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ finanzjament tal-programm ta' ħidma kif imsemmi fil-paragrafu 3 fil-paragrafu 5 , il-Kummissjoni tista’ temenda l-programmi implimentati taħt ġestjoni kondiviża skontu. [Em. 72]
7. Dawn id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament il-programmi ta' ħidma jistgħu jkunu annwali jew pluriennali u jistgħu jkopru komponent wieħed jew aktar tal-faċilità tematika. [Em. 73]
IT-TAQSIMA 2
APPOĠĠ U IMPLIMENTAZZJONI B’ĠESTJONI KONDIVIŻA
Artikolu 9
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Din it-taqsima tapplika għall-parti tal-pakkett finanzjarju msemmija fl-Artikolu 7(2)(a) u r-riżorsi addizzjonali li għandhom jiġu implimentati b'ġestjoni kondiviża skont id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-faċilità tematika msemmija fl-Artikolu 8.
2. L-appoġġ skont din it-taqsima għandu jiġi implimentat b'ġestjoni kondiviża skont l-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju u r-Regolament (UE) Nru [CPR].
Artikolu 10
Riżorsi baġitarji
1. Ir-riżorsi msemmija fl-Artikolu 7(2)(a) għandhom jiġu allokati għall-programmi nazzjonali implimentati mill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża (“il-programmi”) b’mod indikattiv kif ġej:
(a) |
EUR 1 250 000 000 lill-Istati Membri skont il-kriterji fl-Anness I; |
(b) |
EUR 250 000 000 lill-Istati Membri għall-aġġustament tal-allokazzjonijiet għall-programmi kif imsemmi fl-Artikolu 13(1). |
2. Meta l-ammont imsemmi fil-paragrafu 1(b) ma jkunx allokat, l-ammont li jifdal jista jiżdied mal-ammont imsemmi fl-Artikolu 7(2)(b).
Artikolu 11
Rati ta’ kofinanzjament
1. Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni ma għandhiex teċċedi l-75 % tan-nefqa totali eliġibbli ta’ proġett.
2. Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista’ tiżdied għal 90 % tan-nefqa totali eliġibbli għal proġetti implimentati skont azzjonijiet speċifiċi.
3. Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista’ tiżdied għal 90 % tan-nefqa totali eliġibbli għal azzjonijiet elenkati fl-Anness IV.
4. Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista’ tiżdied għal 100 % tan-nefqa totali eliġibbli għal appoġġ operattiv.
5. Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista’ tiżdied għal 100 % tan-nefqa totali eliġibbli għal assistenza ta’ emerġenza.
5a. Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista' tiżdied għal 100 % tan-nefqa totali eliġibbli għal assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Istati Membri. [Em. 74]
6. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova programm għandha tiffissa r-rata ta’ kofinanzjament u l-ammont massimu ta’ appoġġ għal dan il-Fond għat-tipi ta’ azzjonijiet imsemmija fil-paragrafi minn 1 sa 5.
7. Għal kull għan speċifiku, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tistabbilixxi jekk ir-rata ta’ kofinanzjament għall-għan speċifiku għandhiex tiġi applikata għal:
(a) |
il-kontribuzzjoni totali, inklużi l-kontribuzzjonijiet pubbliċi u privati; jew |
(b) |
il-kontribuzzjoni pubblika biss. |
Artikolu 12
Programmi
1. Kull Stat Membru għandu jiżgura u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-prijoritajiet indirizzati fil-programmi tiegħu nazzjonali huma konsistenti mal-prijoritajiet tal-Unjoni u jirrispondu għall-isfidi fil-qasam tas-sigurtà u li huma kompletament konformi mal-acquis tal-Unjoni rilevanti u l-prijoritajiet miftiehma tal-Unjoni. Meta jiddefinixxu dawn il-prijoritajiet tal-programmi tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri ta’ implimentazzjoni kif stabbiliti fl-Anness II fl-Artikolu 3 a huma indirizzati b’mod adegwat fil-programm. [Em. 75]
1a. Meta l-Kummissjoni tivvaluta l-programmi nazzjonali tal-Istati Membri hija għandha tiżgura li l-azzjonijiet ippjanati ma jiġux affettwati minn opinjoni motivata li tkun ħarġet fir-rigward tal-ksur skont l-Artikolu 258 tat-TFUE dwar il-legalità u r-regolarità tan-nefqa jew l-eżekuzzjoni ta' proġetti. [Em. 76]
1b. L-Istati Membri għandhom jallokaw ir-riżorsi għall-programmi nazzjonali tagħhom kif ġej:
(a) |
minimu ta' 10 % tal-finanzjament għall-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2); |
(b) |
minimu ta' 10 % tal-finanzjament għall-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2) |
(c) |
minimu ta' 30 % tal-finanzjament għall-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 3(2); |
(d) |
minimu ta' 5 % tal-finanzjament għall-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (c a) tal-Artikolu 3(2)(c a). [Em. 77] |
1c. L-Istati Membri li jixtiequ deroga mill-paragrafu 1 b għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b'dan u jikkunsidraw magħha jekk dawn il-perċentwali minimi għandhomx jiġu aġġustati minħabba ċirkostanzi partikolari li għandhom impatt fuq is-sigurtà interna. Dawn l-aġġustamenti jridu jiġu approvati mill-Kummissjoni. [Em. 78]
2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni Ġudizzjarja (Eurojust), l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA), l-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (EBCGA), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) u ċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (European Monitoring Centre for Drugs and Drug Addiction, EMCDDA) huma assoċjati mal-iżvilupp tal-programmi fi stadju bikri involuti mill-bidu fl-iżvilupp tal-programm , fir-rigward tal-oqsma ta’ kompetenza tagħhom. Speċifikament, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw mal-Europol dwar it-tfassil tal-azzjonijiet tagħhom b’mod partikolari meta jinkludu ċ-ċiklu ta’ politika tal-UE jew l-azzjonijiet EMPACT jew azzjonijiet koordinati mit-Taskforce ta’ Azzjoni Konġunta kontra ċ-Ċiberkriminalità (Joint Cybercrime Action Taskforce, J-CAT) fil-programmi tagħhom. Qabel ma jinkludu t-taħriġ fil-programmi tagħhom, l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw mas-CEPOL sabiex jevitaw it-trikkib. L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw ukoll ma' partijiet ikkonċernati oħra rilevanti, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, dwar l-ippjanar tal-azzjonijiet tagħhom. [Em. 79]
3. Il-Kummissjoni tista' tassoċja l-Aġenzija tal-Unjoni għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) l-Aġenziji msemmija fil-paragrafu 2 , il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u ċ-Ċentru l-Kontrollur Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) għall-Protezzjoni tad-Data ( KEPD ) fejn xieraq fil-kompiti ta' monitoraġġ u evalwazzjoni kif speċifikat fit-Taqsima 5 b'mod partikolari bil-ħsieb li jiġu żgurati li l-azzjonijiet implimentati bl-appoġġ tal-Fond , li jaqgħu fi ħdan il-mandat tagħhom, huma konformi mal-acquis rilevanti tal-Unjoni u l-prijoritajiet miftiehma tal-Unjoni. [Em. 80]
4. Massimu ta’ 15 % tal-allokazzjoni ta’ programm ta’ Stat Membru jistgħu jintużaw għax-xiri ta’ tagħmir, mezzi ta’ trasport jew il-kostruzzjoni ta’ faċilitajiet rilevanti għas-sigurtà. Il-limitu massimu jista’ jinqabeż biss f’każijiet ġustifikati kif xieraq u wara l-approvazzjoni tal-Kummissjoni . [Em. 81]
5. Fil-programmi tagħhom, l-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità li jindirizzaw:
(a) |
il-prijoritajiet u l-acquis tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà b’mod partikolari għall-iskambju l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-iskambju effiċjenti ta’ informazzjoni rilevanti u l-interoperabbiltà preċiża u l-implimentazzjoni tal-komponenti tal-qafas għall-interoperabbiltà tas-sistemi ta’ sistemi tal-IT informazzjoni tal-UE ; [Em. 82] |
(b) |
ir-rakkomandazzjonijiet b’implikazzjonijiet finanzjarji magħmula fil-qafas tar-Regolament (UE) Nru 1053/2013 dwar il-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ ta’ Schengen fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija; |
(c) |
in-nuqqasijiet speċifiċi għall-pajjiż b’implikazzjonijiet finanzjarji identifikati fil-qafas ta’ valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet bħal rakkomandazzjonijiet tas-Semestru Ewropew fil-qasam tal-korruzzjoni. |
6. Fejn hu meħtieġ, il-programm għandu jiġi emendat biex jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5 u l-progress tal-kisba tal-istadji importanti u l-miri kif ivvalutati fir-rapporti tal-prestazzjoni annwali hekk kif imsemmi fl-Artikolu 26(2)(a) . Skont l-impatt finanzjarju tal-aġġustament, il-programm rivedut jistgħu jiġu approvati għandu jiġi approvat mill-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru X [CPR] mill-Kummissjoni. [Em. 83]
7. L-Istati Membri għandhom jimmiraw li jwettqu b’mod partikolari l-azzjonijiet elenkati fl-Anness IV. Fil-każ ta’ ċirkostanzi ġodda jew mhux previsti jew biex tiżgura l-implimentazzjoni ta’ finanzjament, il-Kummissjoni se tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 28 biex temenda l-Anness IV.
8. Kull meta Stat Membru jiddeċiedi li jimplimenta proġetti ma’ pajjiż f'pajjiż terz jew fir-rigward tiegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 5 fih, bl-appoġġ tal-Fond, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonsulta mal-Kummissjoni qabel ma jinbeda l-proġett. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-komplementarjetà u l-koerenza tal-proġetti previsti mal-azzjonijiet l-oħra tal-Unjoni u tal-Istati Membri, b'rabta mal-pajjiż terz ikkonċernat. Il-Kummissjoni għandha tivverifika wkoll il-konformità tal-proġetti proposti mar-rekwiżiti tad-drittijiet fundamentali msemmija fl-Artikolu 3(4). [Em. 84]
9. Il-programmazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 17(5) F'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru X [CPR] għandha tkun ibbażata fuq , għal kull programm għandu jistabbilixxi, għal kull objettiv speċifiku, it-tipi ta’ intervent stabbiliti fit-Tabella ta' interventi f'konformità mat-Tabella 1 tal-Anness VI u analiżi indikattiva tar-riżorsi pprogrammati skont it-tip ta' intervent jew il-qasam tal-appoġġ . [Em. 85]
Artikolu 13
Analiżi ta’ nofs it-terminu
1. Fl-2024 , wara li tinforma lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha talloka l-ammont addizzjonali msemmija fl-Artikolu 10(1)(b) għall-programmi tal-Istati Membri kkonċernati skont il-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 fl-Anness I. Il-finanzjament għandu jkun effettiv għall-perjodu mis-sena kalendarja 2025. [Em. 86]
2. Jekk mill-inqas 10 30 % tal-allokazzjoni inizjali ta’ programm imsemmija fl-Artikolu 10(1)(a) ma kinitx koperta minn applikazzjonijiet ta’ pagamenti interim ippreżentati skont l-Artikolu 85 tar-Regolament (UE) Nru X [CPR], l-Istat Membru kkonċernat ma għandux ikun eliġibbli biex jirċievi l-allokazzjoni addizzjonali għall-programm imsemmija fil-paragrafu 1. [Em. 87]
2a. Il-paragrafu 2 għandu japplika biss jekk il-qafas regolatorju rilevanti u l-atti relatati jkunu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2022. [Em. 160]
3. L-allokazzjoni tal-fondi mill-faċilità tematika mill-2025 għandha, fejn xieraq, tieħu kont tal-progress li jkun sar biex jintlaħqu l-għanijiet prinċipali tal-qafas ta’ prestazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru X [CPR] u tan-nuqqasijiet identifikati fl-implimentazzjoni. [Em. 88]
Artikolu 14
Azzjonijiet speċifiċi
1. Azzjonijiet speċifiċi huma proġetti transnazzjonali jew nazzjonali b’konformità mal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament li għalihom Stati Membri wieħed, ħafna Stati Membri jew l-Istati Membri kollha jistgħu jirċievu allokazzjoni addizzjonali għall-programmi tagħhom.
2. L-Istati Membri jistgħu, minbarra l-allokazzjoni tagħhom ikkalkulata f’konformità mal-Artikolu 10(1), jirċievu finanzjament għal azzjonijiet speċifiċi, dment li jkun allokat bħala tali fil-programm u li jintuża biex jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, inkluża l-kopertura ta’ theddidiet emerġenti ġodda.
3. Il-finanzjament ma għandux jintuża għal azzjonijiet oħra fil-programm ħlief f’ċirkostanzi ġustifikati b’mod xieraq u kif approvat mill-Kummissjoni permezz tal-emenda tal-programm.
Artikolu 15
Appoġġ operattiv
1. L-appoġġ operattiv huwa parti mill-allokazzjoni ta' Stat Membru li jista' jintuża bħala appoġġ għall-awtoritajiet pubbliċi responsabbli mit-twettiq tal-kompiti u s-servizzi li jikkostitwixxu servizz pubbliku għall-Unjoni diment li jikkontribwixxu biex jiżguraw livell għoli ta' sigurtà fl-Unjoni kollha . [Em. 89]
2. Stat Membru jista’ juża sa 10 20 % tal-ammont allokat mill-Fond għall-programm tiegħu biex jiffinanzja sostenn operatorju għall-awtoritajiet pubbliċi responsabbli mit-twettiq tal-kompiti u s-servizzi li jikkostitwixxu servizz pubbliku għall-Unjoni. [Em. 90]
3. Stat Membru li juża l-appoġġ operattiv għandu jikkonforma mal-acquis tal-Unjoni dwar is-sigurtà.
4. L-Istati Membri għandhom jiġġustifikaw fil-programm u fir-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 26, l-użu ta’ appoġġ operattiv biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. Qabel l-approvazzjoni tal-programm, il-Kummissjoni għandha tivvaluta s-sitwazzjoni tal-linja bażi fl-Istati Membri li jkunu indikaw l-intenzjoni tagħhom li jitolbu appoġġ operattiv, filwaqt li tqis l-informazzjoni mogħtija minn dawk l-Istati Membri kif ukoll rakkomandazzjonijiet minn mekkaniżmi ta’ kontroll u ta’ evalwazzjoni ta’ kwalità bħalma huma l-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen , il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà u tar-riskju mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (EBCGA) u mekkaniżmi oħrajn ta’ kontroll u ta’ evalwazzjoni tal-kwalità , kif applikabbli . [Em. 91]
5. L-appoġġ operattiv għandu jkun iffokat fuq kompiti u servizzi speċifiċi azzjonijiet kif stipulat fl-Anness VII. [Em. 92]
6. Biex tindirizza ċirkostanzi mhux previsti jew ġodda jew biex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-finanzjament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 28 biex temenda l-kompiti u s-servizzi speċifiċi fl-Anness VII.
Artikolu 15a
Viżibbiltà, trasparenza u komunikazzjoni
Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jikkonformaw bis-sħiħ mar-rekwiżiti għal viżibbiltà, trasparenza u komunikazzjoni stipulati fir-Regolament (UE) Nru X [CPR]. [Em. 93]
TAQSIMA 3
APPOĠĠ U IMPLIMENTAZZJONI B’ĠESTJONI DIRETTA U INDIRETTA
Artikolu 16
Kamp ta’ applikazzjoni
L-appoġġ skont din it-taqsima għandha jiġi implimentat jew direttament mill-Kummissjoni skont punt (a) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament skont punt (c) ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 17
Azzjonijiet tal-Unjoni
1. Azzjonijiet tal-Unjoni huma proġett transnazzjonali jew proġetti ta’ interess partikolari għall-Unjoni, f’konformità mal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.
2. B’inizjattiva tal-Kummissjoni, il-Fond jista’ jintuża biex jiġu ffinanzjati azzjonijiet tal-Unjoni li jirrigwardaw l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament kif imsemmi fl-Artikolu 3 u f’konformità mal-Anness III.
3. Azzjonijiet tal-Unjoni jistgħu jipprovdu finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari għotjiet, premjijiet u akkwist pubbliku. Jistgħu jipprovdu wkoll finanzjament fil-forma ta’ strumenti finanzjarji f'operazzjonijiet ta’ taħlit.
3a. L-aġenziji deċentralizzati jaf ikunu eliġibbli wkoll għal finanzjament disponibbli fi ħdan il-qafas ta' azzjonijiet tal-Unjoni sabiex jappoġġjaw azzjonijiet transnazzjonali b'valur miżjud Ewropew. [Em. 94]
4. Għotjiet implimentati b’ġestjoni diretta għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.
5. Il-kumitat ta’ evalwazzjoni, li jivvaluta l-proposti, jista’ jkun magħmul minn esperti esterni.
6. Kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni reċiproka jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru ta’ fondi dovuti minn riċevituri, u skont ir-Regolament Finanzjarju għandhom jitqiesu bħala garanzija suffiċjenti. Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-[Artikolu X tar-]Regolament X [suċċessur tar-Regolament dwar il-Fond ta’ Garanzija] għandhom japplikaw.
Artikolu 18
Operazzjonijiet ta’ taħlit
Operazzjoni ta’ taħlit skont dan il-Fond għandha tiġi implimentata b’konformità mar-Regolament ta’ InvestUE (29) u t-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 19
Assistenza teknika bl-inizjattiva tal-Kummissjoni
Il-Fond jista' jappoġġa miżuri ta' għajnuna teknika implimentati bl-inizjattiva tal-Kummissjoni jew f'isimha. Dawn il-miżuri , jiġifieri l-azzjonijiet ta' tħejjija, ta' kontroll tal-monitoraġġ, ta' awditjar, ta' evalwazzjoni, ta' komunikazzjoni, inkluża dik istituzzjonali dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà, ta' viżibilità u l-azzjonijiet kollha amministrattivi u ta' assistenza teknika meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, u fejn xieraq ma' pajjiżi terzi, jistgħu jiġu finanzjati bir-rata ta' 100 %. [Em. 95]
Artikolu 20
Awditi
L-awditi dwar l-użu ta’ kontribuzzjoni tal-Unjoni mwettqa minn persuni jew minn entitajiet, inkluż oħrajn minbarra dawk imqabbda mill-Istituzzjonijiet jew mill-korpi tal-Unjoni, għandhom jiffurmaw il-bażi tal-garanzija kumplessiva skont l-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni].
Artikolu 21
Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità
1. Ir-riċevitur tal-finanzjament tal-Unjoni għandu jirrikonoxxu l-oriġini u jiżgura l-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, b’mod partikolari meta jippromwovi l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdi informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata sinifikattiva lil diversi udjenzi, rilevanti inklużi lill-midja u lill-pubbliku bil-lingwa rilevanti. Sabiex tiġi żgurata l-viżibilità tal-finanzjament tal-Unjoni, dawk li jirċievu l-finanzjament tal-Unjoni għandhom jagħmlu referenza għall-oriġini tagħha meta jikkomunikaw l-azzjoni. Għal dan il-għan, ir-riċevituri għandhom jiżguraw li kwalunkwe komunikazzjoni lill-midja u lill-pubbliku ġenerali juru l-emblema tal-Unjoni u jsemmu espliċitament l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni . [Em. 96]
2. Biex tilħaq l-aktar udjenza mifruxa possibbli, il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni relatati mal-Fond u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tippubblika informazzjoni dwar l-iżvilupp tal-programmi annwali u pluriennali tal-faċilità tematika. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista ta' operazzjonijiet magħżula għall-appoġġ fl-ambitu tal-faċilità tematika fuq sit web disponibbli pubblikament u taġġorna regolarment din il-lista. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Fond għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni , b'mod partikolari l-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, dment diment li dawn ikunu relatati mal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. [Em. 97]
2a. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 f'formati miftuħa, li jinqraw mill-magni, li jippermettu li d-data tiġi separata, imfittxija, estratta, imqabbla u użata mill-ġdid, kif stabbilit fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30) . Għandu jkun possibbli li d-data tiġi separata skont il-prijorità, l-għan speċifiku, l-ispiża totali eliġibbli tal-operazzjonijiet, l-ispiża totali tal-proġetti, l-ispiża totali tal-proċeduri ta' akkwist, l-isem tal-benefiċjarju u l-isem tal-kuntrattur. [Em. 98]
TAQSIMA 4
APPOĠĠ U IMPLIMENTAZZJONI B’ĠESTJONI KONDIVIŻA, DIRETTA U INDIRETTA
Artikolu 22
Assistenza ta’ emerġenza
1. Il-Fond għandu jipprovdi Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tipprovdi assistenza finanzjarja mill-Fond għall-indirizzar ta’ ħtiġijiet urġenti u speċifiċi fil-każ ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza li tirriżulta debitament ġustifikata. Dawn is-sitwazzjonijiet jistgħu jirriżultaw minn inċident relatat mas-sigurtà , theddida ġdida jew theddida ġdida vulnerabbiltà li tkun għadha kif ġiet identifikata fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament li għandhom jew li jista’ jkollhom impatt avvers importanti fuq is-sigurtà tan-nies , ta' spazji pubbliċi jew ta' infrastruttura kritika fi Stat Membru wieħed jew iktar. F'dawn il-każijiet, hija għandha tinforma fil-ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ; [Em. 99]
2. Assistenza ta’ emerġenza tista’ tkun fil-forma ta’ għotjiet mogħtija direttament lill-aġenziji deċentralizzati.
3. Assistenza ta’ emerġenza tista’ tkun allokata lil programmi tal-Istati Membri minbarra l-allokazzjoni tagħhom ikkalkulata skont l-Artikolu 10(1), dment li tkun allokata bħala tali fil-programm. Dan il-finanzjament ma għandux jintuża għal azzjonijiet oħra fil-programm ħlief f’ċirkostanzi ġustifikati b’mod xieraq u kif approvat mill-Kummissjoni permezz tal-emenda tal-programm.
4. Għotjiet implimentati b’ġestjoni diretta għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.
4a. Fejn meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-azzjoni, l-assistenza ta' emerġenza tista' tkopri nefqa li tkun saret qabel id-data tal-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għal għotja jew talba għal assistenza, iżda mhux qabel l-1 ta' Jannar 2021. [Em. 100]
Artikolu 23
Finanzjament kumulattiv, komplementari u kkombinat
1. Azzjoni Operazzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni skont il-Fond tista’ tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kull programm ieħor tal-Unjoni, inklużi Fondi taħt ġestjoni kondiviża, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Ir-regoli ta’ kull programm tal-Unjoni kontribwenti għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni rispettiva tiegħu għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni tal-operazzjoni u l-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista’ jiġi kkalkolat fuq bażi prorata b’konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-appoġġ. [Em. 101]
2. L-azzjonijiet L-operazzjonijiet li jingħataw ċertifikazzjoni b’siġill ta’ Eċċellenza, jew li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet kumulattivi u paragunabbli li ġejjin: [Em. 102]
(a) |
dawn ġew ivvalutati f’sejħa għal proposti skont il-Fond; |
(b) |
dawn iħarsu l-ħtiġijiet minimi ta’ kwalità ta’ din is-sejħa għal proposti; |
(c) |
ma jistgħux jiġu ffinanzjati fil-qafas ta’ dik is-sejħa għal proposti minħabba limitazzjonijiet baġitarji. |
jistgħu jirċievu appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, mill-Fond ta’ Koeżjoni, mill-Fond Soċjali Ewropew+ jew mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, b’konformità mal-paragrafu 5 tal-Artikolu 67 tar-Regolament (UE) X [CPR] u mal-Artikolu 8 jew mar-Regolament (UE) X [Il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni], bil-kundizzjoni li tali azzjonijiet operazzjonijiet ikunu konsistenti mal-għanijiet tal-programm ikkonċernat. Għandhom japplikaw ir-regoli tal-Fond li jipprovdi l-appoġġ. [Em. 103]
TAQSIMA 5
MONITORAĠĠ, RAPPURTAR U EVALWAZZJONI
Subtaqsima 1
Dispożizzjonijiet komuni
Artikolu 24
Monitoraġġ u rapportar
1. F’konformità mar-rekwiżiti ta’ rappurtar tagħha skont l-Artikolu 43(3)(h)(i)(iii) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni dwar il-prestazzjoni f’konformità mal-Anness V.
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 28 biex temenda l-Anness V biex isiru l-aġġustamenti meħtieġa biex l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni li għandu jingħata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
3. L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Fond lejn il-kisba tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness VIII. Għall-indikaturi tal-output, il-linji bażi għandhom ikunu stabbiliti fil-livell ta’ żero. L-istadji importanti stabbiliti għall-2024 u l-miri stabbiliti għall-2029 għandhom ikunu kumulattivi. Fuq talba, id-data li l-Kummissjoni tkun irċeviet dwar l-indikaturi tal-output u tar-riżultati għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. [Em. 104]
4. Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv, u f’waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonati fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-UE u fejn rilevanti l-Istati Membri.
5. Biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Fond lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 28 biex temenda l-Anness VIII biex tirrevedi u tikkumplimenta tikkomplementa l-indikaturi fejn meħtieġ u biex dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, inkluż għal informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri. L-indikaturi kwalitattivi għandhom jiġu inklużi għall-valutazzjoni. [Em. 105]
Artikolu 25
Evalwazzjoni
1. Sal-31 ta' Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha twettaq tippreżenta evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u retrospettiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-azzjonijiet implimentati skont dan il-Fond. L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għandha teżamina l-effikaċja, l-effiċjenza, ir-rilevanza u l-koerenza tal-Fond. B'mod aktar speċifiku, din għandha tinkludi valutazzjoni ta':
(a) |
il-progress li sar sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, filwaqt li titqies l-informazzjoni kollha rilevanti li tkun diġà disponibbli, b'mod partikolari r-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 26 u l-indikaturi tal-eżitu u tar-riżultati stabbiliti fl-Anness VIII; |
(b) |
il-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet u l-operazzjonijiet implimentati permezz ta' dan il-Fond; |
(c) |
l-adegwatezza tal-miżuri ta' implimentazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 3 a sabiex jiġu indirizzati l-isfidi eżistenti u emerġenti tas-sigurtà; |
(d) |
l-impatti tal-Fond fit-tul u l-effetti tiegħu fuq is-sostenibbiltà; |
(e) |
il-komplementarjetà u l-koerenza bejn l-azzjonijiet appoġġati fl-ambitu ta' dan il-Fond u l-appoġġ ipprovdut minn fondi oħra tal-Unjoni. |
L-evalwazzjoni obbligatorja ta' nofs it-terminu għandha tqis ir-riżultati tal-evalwazzjoni retrospettiva dwar l-impatt fit-tul tal-istrument preċedenti fuq l-appoġġ finanzjarju għas-sigurtà interna għall-perjodu 2014-2020, il-Fond għas-Sigurtà Interna – il-Pulizija. L-evalwazzjoni għandha, kif xieraq, tkun akkumpanjata minn proposta leġiżlattiva għar-reviżjoni ta' dan ir-Regolament. [Em. 106]
1a. Sal-31 ta' Jannar 2030, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni retrospettiva ta' dan ir-Regolament. Sal-istess data, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jinkludi l-elementi elenkati fil-paragrafu 1. F'dak ir-rigward, l-impatti fit-tul tal-istrument għandhom jiġu evalwati bil-għan li jwasslu għal deċiżjoni dwar il-possibbiltà ta' tiġdid jew il-modifika ta' fond sussegwenti. [Em. 107]
2. L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu u retrospettiva għandha titwettaq fil-ħin sabiex ikun hemm kontribuzzjoni għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet f'konformità mal-iskeda ta' żmien stipulata fl-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru [CPR ]tkun disponibbli għall-pubbliku u tiġi ppreżentata lill-Parlament mingħajr dewmien biex tiġi żgurata trasparenza sħiħa. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-evalwazzjonijiet ma jinkludux informazzjoni li jekk din tinxtered tista' toħloq riskju għas-sikurezza jew il-privatezza tal-individwi jew tipperikola l-operazzjonijiet ta' sigurtà . [Em. 108]
Subtaqsima 2
Regoli għal ġestjoni kondiviża
Artikolu 26
Rapporti annwali dwar il-prestazzjoni
1. Sal-15 ta’ Frar 2023 u sal-istess data ta’ kull sena sussegwenti sal-2031, biha inkluża, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport tal-prestazzjoni annwali kif imsemmi fl-Artikolu 36(6) tar-Regolament (UE) Nru [CPR]. Ir-rapport ippreżentat fl-2023 għandu jkopri l-implimentazzjoni tal-programm sat-30 ta’ Ġunju 2022. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw dawn ir-rapporti fuq sit web apposta u jgħadduhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 109]
2. Ir-rapport tal-prestazzjoni annwali b’mod partikolari għandu jinkludi informazzjoni dwar:
(a) |
il-progress fl-implimentazzjoni tal-programm u fil-kisba tal-għanijiet u l-miri, filwaqt li jqis l-aħħar data kif meħtieġ skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru [CPR]; |
(aa) |
tqassim tal-kontijiet annwali tal-programm nazzjonali skont l-irkupri, il-prefinanzjament lill-benefiċjarji finali u l-infiq reali mġarrab; [Em. 110] |
(b) |
kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tal-programm u l-azzjonijiet meħuda biex jindirizzawhom , inklużi l-opinjonijiet motivati maħruġa mill-Kummissjoni fir-rigward ta' proċedura ta' ksur skont l-Artikolu 258 ; [Em. 111] |
(c) |
il-komplementarjetà , il-koordinazzjoni u l-koerenza bejn l-azzjonijiet appoġġati mill-Fond u l-appoġġ provdut minn Fondi oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk f'pajjiżi terzi jew b'rabta ma' pajjiżi terzi jew b'rabta magħhom;. [Em. 112] |
(d) |
il-kontribuzzjoni tal-programm għall-implimentazzjoni tal-acquis rilevanti tal-Unjoni u pjanijiet ta’ azzjoni; |
(da) |
il-konformità mar-rekwiżiti tad-drittijiet fundamentali; [Em. 113] |
(e) |
l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibbiltà; |
(f) |
l-issodisfar tal-kundizzjonijiet ta’ abilitazzjoni u l-applikazzjoni tagħhom matul il-perjodu ta’ programmazzjoni. |
3. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel osservazzjonijiet dwar ir-rapport tal-prestazzjoni annwali fi żmien xahrejn mid-data tal-wasla tagħha. Meta l-Kummissjoni ma tipprovdix osservazzjonijiet fi żmien din l-iskadenza, ir-rapport għandu jitqies li ġie aċċettat.
3a. Ladarba r-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni jkunu ġew aċċettati, il-Kummissjoni għandha tqiegħed is-sommarji tagħhom għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tippubblikahom fuq sit web apposta. Jekk ma jkunx intbagħat mill-Istati Membri f'konformità mal-paragrafu 1, it-test sħiħ tar-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni għandu, fuq talba, jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. [Em. 114]
4. Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-mudell għar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni. Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta’ konsulenza msemmija fl-Artikolu 29(2).
Artikolu 27
Monitoraġġ u rapportar
1. Il-monitoraġġ u r-rapportar, skont it-Titlu IV tar-Regolament (UE) Nru [CPR], għandhom ikunu bbażati fuq tipi ta’ interventi stabbiliti fit-Tabelli 1, 2 u 3 tal-Anness VI. Biex tindirizza ċirkostanzi ġodda jew mhux previsti jew biex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-finanzjament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex temenda l-Annessi VI skont l-Artikolu 28.
2. L-indikaturi għandhom jiġu użati skont l-Artikoli 12(1), 17 u 37 tar-Regolament (UE) Nru [CPR].
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI
Artikolu 28
Eżerċizzju tad-delega
1. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 8, 12, 15, 24 u 27 għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2028. [Em. 115]
3. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ jirrevoka d-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 8, 12, 15, 24 u 27 fi kwalunkwe żmien. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandu jibda jkollha effett fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi att delegat li jkun diġà fis-seħħ. [Em. 116]
4. Qabel ma tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.
5. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha fl-istess ħin tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 8, 12, 15, 24 u 27 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma joġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jiġu mgħarrfa bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, it-tnejn li huma jkunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 117]
Artikolu 29
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat ta’ Koordinazzjoni tal-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument ta’ Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Viża. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3. Meta l-Kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Dan ma għandux japplika għall-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 26(4).
Artikolu 30
Dispożizzjonijiet tranżitorji
1. Ir-Regolament (UE) Nru 513/2014 għandu jiġi revokat b'effett mill-1 ta’ Jannar 2021.
2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati, sal-għeluq tagħhom, skont L-Istrument tal-Pulizija tal-Fond għas-Sigurtà Interna, li għandhom ikomplu japplikaw għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.
3. Il-pakkett finanzjarju għall-Fond jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż tal-għajnuna teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Fond u l-miżuri adottati taħt il-predeċessur tiegħu, l-Istrument tal-Pulizija tal-Fond għas-Sigurtà Interna stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 513/2014.
Artikolu 31
Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.
Magħmul fi …,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Marzu 2019.
(2) COM(2015)0185 tat-28 ta’ April 2015.
(3) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2015 dwar l-Istrateġija ta' Sigurtà Interna Mġedda għall-Unjoni Ewropea 2015-2020.
(4) Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Lulju 2015 dwar l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà (2015/2697(RSP)).
(5) COM(2017)0794.
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 513/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tar-riskji u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/125/JHA (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 93).
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta’ Settembru 1998 li stabbilixxiet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta' Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27).
(8) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri (COM(2018)0324).
(9) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
http://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=uriserv:OJ.C_.2013.373.01.0001.01.ENG&toc=OJ:C:2013:373:TOC
(10) Referenza sħiħa
(11) Referenza sħiħa Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ … li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (COM(2018)0375).
(12) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(13) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
(14) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(15) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
(16) Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
(17) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija”) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).
(18) COM(2017)0623.
(19) Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016; ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1-14.
(20) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(21) Ir-Regolament tal-kunsill (UE, Euratom) Nru XXX.
(22) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/902/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tistabbilixxi Network Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità (EUCPN) u li tħassar id-Deċiżjoni 2001/427/ĠAI (ĠU L 321, 8.12.2009, p. 44).
(23) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Ministri għall-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, 8 u 9 ta’ Novembru 2010.
(24) COM(2013)0172 li jwaqqaf Skema Ewropea ta’ Taħriġ għall-Infurzar tal-Liġi (Law Enforcement Training Scheme, LETS).
(25) Ir-Regolament (UE) 2015/2219 tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għal Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI, (ĠU L 319, 4.12.2015, p. 1).
(26) Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42).
(27) Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).
(28) “Flus lixka” huma kontanti ġenwini li jkunu murija (esibiti) matul investigazzjoni kriminali bħala prova ta’ likwidità u solvenza lis-suspettati jew persuni oħra li jkollhom informazzjoni dwar id-disponibbiltà jew il-kunsinna jew li jaġixxu bħala intermedjarji, sabiex jitwettaq xiri fittizju bil-għan li jiġu arrestati suspettati, jiġu identifikati siti ta’ produzzjoni illegali jew inkella jiġi żarmat grupp ta’ kriminalità organizzata.
(29) Referenza sħiħa.
(30) Id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 90).
ANNESS I
Kriterji għall-allokazzjoni tal-fondi għall-programmi b’ġestjoni kondiviża
Il-pakkett finanzjarju msemmi fl-Artikolu 10 se jiġi allokat għall-programmi tal-Istati Membri kif ġej:
(1) |
ammont fiss ta’ darba ta’ EUR 5 000 000 se jiġi allokat għal kull Stat Membru fil-bidu tal-perjodu ta’ programmar sabiex tiġi żgurata massa kritika għal kull programm u sabiex jitkoprew ħtiġijiet li ma jkunux direttament espressi permezz tal-kriterji indikati hawn taħt; |
(2) |
ir-riżorsi li baqa’ se jitqassmu skont il-kriterji li ġejjin:
|
L-allokazzjoni inizjali għandha tkun ibbażata fuq l-aħħar data statistika annwali, prodotta mill-Kummissjoni (Eurostat), li tkopri s-sena kalendarja preċedenti. Għar-rieżami ta’ nofs it-terminu, iċ-ċifri ta’ referenza għandhom ikunu l-aħħar data statistika annwali prodotta mill-Kummissjoni (Eurostat) li tkopri s-sena kalendarja preċedenti disponibbli fi żmien ir-rieżami ta’ nofs it-terminu fl-2024.
ANNESS II
Miżuri ta’ implimentazzjoni
Il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu 3(2)(a) billi jiffoka fuq il-miżuri ta’ implimentazzjoni li ġejjin:
(a) |
biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal- acquis tal-Unjoni dwar is-sigurtà li tappoġġa l-iskambju tal-informazzjoni, pereżempju permezz ta’ Prüm, il-PNR tal-UE u l-SIS II, inkluż permezz tal-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet minn mekkaniżmi ta’ kontroll tal-kwalità u ta’ evalwazzjoni bħalma huma l-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen u mekkaniżmi oħra ta’ kontroll tal-kwalità u ta’ evalwazzjoni; |
(b) |
biex jiġu stabbiliti, adattati, u jinżammu n-networks ta’ komunikazzjoni u s-sistemi tal-IT tal-Unjoni relevanti, inkluż l-interoperabbiltà tagħhom, u sabiex tiġi żviluppata l-għodda xierqa sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati; |
(c) |
biex jiżdied l-użu attiv ta’ għodod għall-iskambju tal-informazzjoni, ta’ sistemi u ta’ bażijiet tad- data relevanti għas-sigurtà tal-Unjoni billi jiġi żgurat li f’dawn tiddaħħal data ta’ kwalità għolja; |
(d) |
biex jiġu appoġġati miżuri nazzjonali jekk ikunu rilevanti għall-implimentazzjoni ta’ objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3(2)(a). |
Il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu 3(2)(b) billi jiffoka fuq il-miżuri ta’ implimentazzjoni li ġejjin:
(a) |
biex jiżdiedu l-operazzjonijiet ta’ infurzar tal-liġi bejn l-Istati Membri, inkluż meta jkun xieraq, ma’ atturi rilevanti oħra, b’mod partikolari sabiex jiffaċilitaw u jtejbu l-użu ta’ skwadri ta’ investigazzjoni konġunti, rondi konġunti, insegwimenti, sorveljanza diskreta u mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni operattiva oħra fil-kuntest taċ-Ċiklu ta’ Politika tal-UE (EMPACT), b’enfasi speċjali fuq operazzjonijiet transfruntiera; |
(b) |
biex tiżdied il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni tal-infurzar tal-liġi u ta’ awtoritajiet kompetenti oħra fl-Istati Membri u bejn l-Istati Membri, u ma’ atturi rilevanti oħra, pereżempju permezz ta’ networks ta’ unitajiet nazzjonali speċjalizzati, networks u strutturi ta’ kooperazzjoni tal-Unjoni, ċentri tal-Unjoni; |
(c) |
biex tittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji, u fil-livell ta’ Unjoni bejn l-Istati Membri, jew bejn l-Istati Membri, minn naħa waħda, u l-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni min-naħa l-oħra, kif ukoll fil-livell nazzjonali fost l-awtoritajiet nazzjonali f’kull Stat Membru. |
Il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu 3(2)(c) billi jiffoka fuq il-miżuri ta’ implimentazzjoni li ġejjin:
(a) |
biex jiżdied it-taħriġ għall-infurzar tal-liġi, l-eżerċizzji, it-tagħlim reċiproku, il-programmi ta’ skambju speċjalizzati u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki f’pajjiżi terzi u magħhom kif ukoll ma’ atturi rilevanti oħra; |
(b) |
biex jiġu sfruttati s-sinerġiji billi jiġu akkomunati r-riżorsi u l-għarfien bejn l-Istati Membri u atturi rilevanti oħra, inkluża s-soċjetà ċivili permezz ta’, pereżempju, il-ħolqien ta’ ċentri konġunti ta’ eċċellenza, l-iżvilupp ta’ valutazzjonijiet tar-riskju konġunti, jew ċentri ta’ appoġġ operazzjonali komuni għal operazzjonijiet mmexxija b’mod konġunt; |
(c) |
biex jiġu promossi u żviluppati miżuri, salvagwardji, mekkaniżmi u l-aħjar prattiki għall-identifikazzjoni bikrija, il-protezzjoni u l-appoġġ għal xhieda, informaturi u vittmi tal-kriminalità, u biex jiġu żviluppati sħubijiet bejn l-awtoritajiet pubbliċi u atturi rilevanti oħra għal dan l-għan; |
(d) |
biex jiġi akkwistat tagħmir u biex jiġu stabbiliti jew imtejba faċilitajiet ta’ taħriġ speċjalizzati u infrastruttura għas-sigurtà essenzjali rilevanti oħra sabiex jiżdiedu t-tħejjija, ir-reżiljenza, is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku u r-rispons adegwat għat-theddida għas-sigurtà. [Em. 119] |
ANNESS III
Eżempji ta' azzjonijiet eliġibbli li għandhom jiġu appoġġati mill-Fond f’konformità mal-Artikolu 4 [Em. 120]
L-appoġġ mill-Fond għas-Sigurtà Interna jista', inter alia, jkollu fil-mira dawn it-tipi ta' azzjonijiet li ġejjin: [Em. 121]
— |
Sistemi l-istabbiliment ta' sistemi tal-IT u networks li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, taħriġ dwar l-użu ta’ dawn is-sistemi, l-ittestjar u t-titjib tal-interoperabbiltà tal-komponenti tal-interoperabilità u l-kwalità tad-data ta’ dawn is-sistemi; [Em. 122] |
— |
il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u l-objettivi ta' politika tal-Unjoni fl-Istati Membri fil-qasam tas-sistemi għas-sigurtà tal-informazzjoni , b'mod partikolari l-protezzjoni tad-data, il-privatezza u s-sigurtà tad-data ; [Em. 123] |
— |
azzjonijiet tal-EMPACT li jimplimentaw jew li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni taċ-Ċiklu ta’ Politika tal-UE; |
— |
appoġġ ta' aġenziji deċentralizzati bil-għan li tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni f'operazzjonijiet transfruntiera; [Em. 124] |
— |
azzjonijiet li jappoġġaw rispons effettiv u koordinat għall-kriżi li jgħaqqdu flimkien il-kapaċitajiet eżistenti speċifiċi għas-settur, ċentri ta’ kompetenza u ċentri għall-għarfien tas-sitwazzjoni, inklużi dawk għas-saħħa, il-protezzjoni ċivili u t-terroriżmu , it-terroriżmu u ċ-ċiberkriminalità ; [Em. 125] |
— |
azzjonijiet li jiżviluppaw metodi innovattivi jew li jużaw teknoloġiji ġodda li għandhom il-potenzjal ta' trasferibbiltà lejn Stati Membri oħra, speċjalment proġetti li għandhom l-għan li jittestjaw u jivvalidaw l-eżitu ta' proġetti ta' riċerka dwar is-sigurtà ffinanzjati mill-Unjoni; |
— |
azzjonijiet li jippromwovu r-riċerka u l-iskambju ta' għarfien espert li jtejbu r-reżiljenza għal theddid emerġenti, inkluż it-traffikar b'mezzi online, theddid ibridu u theddid kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari. [Em. 126] |
— |
azzjonijiet u netwerks ta' punti ta' kuntatt nazzjonali li jiffaċilitaw l-iskambju transfruntier ta' data akkwistata permezz ta' sistemi ta' sorveljanza bħal kameras u sensuri oħra, flimkien ma' algoritmi tal-intelliġenza artifiċjali, soġġetti għal salvagwardji sodi inkluż il-minimizzazzjoni tad-data, il-validazzjoni preċedenti minn awtorità ġudizzjarja u l-aċċess għal rimedju ġudizzjarju; [Em. 127] |
— |
l-appoġġ għal networks tematiċi jew transtematiċi ta’ unitajiet nazzjonali speċjalizzati sabiex titjieb il-fiduċja reċiproka, l-iskambju u d-disseminazzjoni tal-għarfien espert, l-informazzjoni, l-esperjenza u l-aħjar prattiki, l-akkomunament tar-riżorsi u l-għarfien espert f’ċentri konġunti ta’ eċċellenza; |
— |
appoġġ għal inizjattivi ta' netwerking tas-servizzi tal-intelligence tal-Istati Membri bil-għan li titrawwem kultura tal-intelligence komuni, titjieb il-fiduċja reċiproka, ikun hemm skambju u tixrid ta' għarfien, informazzjoni, informazzjoni, esperjenzi u prattiki tajba; [Em. 128] |
— |
l-edukazzjoni u t-taħriġ ta’ persunal u esperti rilevanti dwar l-infurzar tal-liġi u l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-aġenziji amministrattivi, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet operattivi u l-analiżi tar-riskju, abbażi tal-LETS u f’kooperazzjoni mas-CEPOL u, meta applikabbli, man-Network Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju; |
— |
edukazzjoni u taħriġ tal-persunal u tal-esperti tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u tal-awtoritajiet ġudizzjarji u l-aġenziji amministrattivi rilevanti fil-politiki ta' prevenzjoni b'enfasi speċjali fuq it-taħriġ dwar id-drittijiet fundamentali, inkluż miżuri ta' detezzjoni u jiġi evitat ir-razziżmu, u dwar l-iskambju tal-aħjar prattiki; [Em. 129] |
— |
kooperazzjoni mas-settur privat , b'mod partikolari fil-qasam taċ-ċibersigurtà sabiex tinbena l-fiduċja u jitjiebu l-koordinazzjoni, l-ippjanar ta’ kontinġenza u l-iskambju u t-tixrid ta’ informazzjoni u l-aħjar prattiki fost l-atturi pubbliċi u privati inkluż fil-protezzjoni tal-ispazji pubbliċi u il-protezzjoni tal-infrastruttura kritika; [Em. 130] |
— |
azzjonijiet li jsaħħu l-pożizzjoni tal-komunitajiet biex jiżviluppaw approċċi lokali u politiki ta’ prevenzjoni, u attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ komunikazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati u l-pubbliku inġenerali dwar il-politiki ta’ sigurtà tal-Unjoni; |
— |
tagħmir, mezzi ta’ trasport, sistemi ta’ komunikazzjoni u faċilitajiet essenzjali rilevanti għas-sigurtà; |
— |
l-ispejjeż tal-persunal involut f’azzjonijiet li huma appoġġati mill-Fond jew azzjonijiet li jenħtieġu l-involviment ta’ persunal għal raġunijiet tekniċi jew relatati mas-sigurtà. |
ANNESS IV
Azzjonijiet eligibbli eliġibbli għal kofinanzjament ogħla f’konformità mal-Artikoli 11(2) u 12(6) mal-Artikoli 11(3) u 12(7) [Em. 131]
— |
Proġetti li għandhom l-għan li jipprevjenu u jiġġieldu l-estremiżmu vjolenti, inkluż ir-radikalizzazzjoni, l-intolleranza u d-diskriminazzjoni, b'mod partikolari miżuri li jindirizzaw l-għerq tagħhom u li jipprevjenu r-radikalizzazzjoni fil-ħabsijiet u proġetti li jipprovdu taħriġ speċifiku għal awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi . [Em. 132] |
— |
Proġetti li għandhom l-għan li jtejbu l-interoperabbiltà tas-sistemi tal-IT u tan-networks ta’ komunikazzjoni , sa fejn ikun previst mid-dritt tal-Unjoni jew mil-liġi tal-Istati Membri (1). [Em. 133] |
— |
Proġetti li għandhom l-għan li jiġġieldu kontra strutturi ta' kriminalità organizzata li huma partikolarment perikolużi skont EMPACT. [Em. 134] |
— |
Proġetti li għandhom l-għan li jipprevjenu u jiġġieldu ċ-ċiberkriminalità, b'mod partikoli l-isfruttament sesswali tat-tfal, inklużi miżuri li jipprevjenu attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni u l-infrastruttura kritika billi jidentifikaw u jeliminaw il-vulnerabbiltajiet. [Em. 135] |
— |
Proġetti li għandhom l-għan li jiġġieldu kontra t-traffikar b'mezzi online. [Em. 136] |
(1) F’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar sistemi ta’ informazzjoni aktar b’saħħithom u aktar intelliġenti għall-fruntieri u s-sigurtà COM(2016)0205.
ANNESS V
Indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin msemmija fl-Artikolu 24(1)
Objettiv Speċifiku 1: Skambju aħjar ta’ informazzjoni
(1) |
L-użu ta’ mekkaniżmi tal-UE għall-iskambju tal-informazzjoni. sors tad-data: l-Europol, UE-LISA, il-Kunsill, l-Istati Membri |
Objettiv Speċifiku 2: Kooperazzjoni operattiva akbar
(1) |
Għadd ta’ azzjonijiet operattivi konġunti appoġġati mill-Fond. sors tad-data: l-Europol, l-Eurojust, l-Istati Membri |
(2) |
Il-valur stmat ta’ beni ffriżati, il-valur stmat ta’ beni kkonfiskati bl-għajnuna tal-Fond. sors tad-data: l-Istati Membri |
(3) |
Il-valur tas-sekwestri tad-droga ta' droga illeċita , armi, prodotti tal-organiżmi selvaġġi u traffikar illeċitu fi proprjetà kulturali miksub bl-involviment tal-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi implimentata bl-appoġġ tal-Fond . [Em. 137] sors tad-data: l-Istati Membri, il-benefiċjarji tal-għotjiet ta’ azzjoni tal-Unjoni |
(4) |
L-għadd ta’ Rakkomandazzjonijiet ta’ Evalwazzjoni ta’ Schengen b’implikazzjoni finanzjarja fil-qasam tas-sigurtà indirizzati bl-appoġġ tal-Fond, meta mqabbel mal-għadd totali ta’ rakkomandazzjonijiet b’implikazzjoni finanzjarja fil-qasam tas-sigurtà. sors tad-data: l-Istati Membri |
Objettiv Speċifiku 3: It-tisħiħ tal-kapaċitajiet sabiex tiġi miġġielda u pprevenuta l-kriminalità
(5) |
L-għadd ta’ uffiċjali għall-infurzar tal-liġi li lestew it-taħriġ, l-eżerċizzji, t-tagħlim reċiproku jew il-programmi ta’ skambju speċjalizzati dwar suġġetti relatati ma’ aspetti transfrunitiera mogħtija bl-appoġġ tal-Fond. sors tad-data: l-Istati Membri |
(6) |
F’għadd ta’ infrastrutturi kritiċi spazji pubbliċi u fl-iskala ta’ spazji pubbliċi infrastrutturi kritiċi l-protezzjoni kontra inċidenti relatati mas-sigurtà tjiebu bl-għajnuna tal-Fond. [Em. 138] sors tad-data: l-Istati Membri |
(7) |
Għadd ta’ inizjattivi biex tiġi evitata r-radikalizzazzjoni li twassal għall-estremiżmu vjolenti. sors tad-data: RAN |
ANNESS VI
Tipi ta’ intervent
TABELLA 1: IL-KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI TAL-QASAM TAL-INTERVENT
1 |
TER-Ġlieda kontra l-Finanzjament tat-Terroriżmu |
2 |
TER-Prevention u l-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni |
3 |
TER-Protection u r-reżiljenza tal-ispazji pubbliċi u miri faċli oħra |
4 |
TER- Protezzjoni u r-reżiljenza tal-infrastruttura kritika |
5 |
TER-Materjali kimiċi, bijoloġiċi, radjuattivi u nukleari |
6 |
TER-Splussivi |
7 |
TER-Immaniġġar ta' kriżijiet |
8 |
TER-Oħra |
9 |
OC-Korruzzjoni |
10 |
OC-Kriminalità finanzjarja u ekonomika |
10a |
OC – Ħasil ta' flus tar-rikavat minn attività kriminal [Em. 139] |
11 |
OC-Droga |
12 |
OC-Traffikar ta' armi tan-nar |
12a |
It-traffikar ta' beni kulturali [Em. 140] |
12b |
It-traffikar ta' speċi fil-periklu [Em. 141] |
13 |
OC-Traffikar tal-bnedmin |
14 |
OC-Faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali |
15 |
OC-Reati ambjentali |
16 |
OC-Kriminalità organizzata kontra l-proprjetà |
17 |
OC-Oħra |
18 |
CC-Ċiberkriminalità – Oħra |
19 |
CC-Ċiberkriminalità – Prevenzjoni |
20 |
CC-Ċiberkriminalità – L-iffaċilitar tal-investigazzjonijiet |
21 |
CC-Ċiberkriminalità – Assistenza għall-vittmi |
22 |
CC-Sfruttament sesswali tat-tfal – Prevenzjoni |
23 |
CC-Sfruttament sesswali tat-tfal – L-iffaċilitar tal-investigazzjonijiet |
24 |
CC-Sfruttament sesswali tat-tfal – Assistenza għall-vittmi |
24a |
CC – Distribuzzjoni ta' stampi ta' abbuż tat-tfal u pornografija tat-tfal [Em. 142] |
25 |
CC-Sfruttament sesswali tat-tfal – Oħra |
26 |
CC-Oħra |
27 |
GEN-Skambju tal-informazzjoni |
28 |
GEN-Kooperazzjoni tal-pulizija jew bejn l-aġenziji (id-dwana, l-uffiċjali tal-fruntieri, is-servizzi tal-intelligence) |
29 |
GEN-Forensika |
30 |
GEN-Appoġġ għall-vittmi |
31 |
GEN-Appoġġ operazzjonali |
32 |
TA-Assistenza teknika – informazzjoni u komunikazzjoni |
33 |
TA-Assistenza teknika – preparazzjoni, implimentazzjoni, monitoraġġ u kontroll |
34 |
TA-Assistenza teknika – evalwazzjoni u studju, ġbir tad-data |
35 |
TA-Assistenza teknika – tisħiħ tal-kapaċitajiet |
TABELLA 2: IL-KODIĊIJIET GĦAT-TIP TA’ DIMENSJONI TAL-AZZJONI
1 |
Sistemi tal-IT, l-interoperabbiltà, il-kwalità tad-data, is-sistemi ta’ komunikazzjoni (eskluż it-tagħmir) |
2 |
Networks, ċentri ta’ eċċellenza, strutturi ta’ kooperazzjoni, azzjonijiet konġunti u operazzjonijiet |
3 |
Skwadri ta’ Investigazzjoni Konġunti (Joint Investigation Teams, JITs) jew operazzjonijiet konġunti oħrajn |
4 |
L-issekondar jew l-istazzjonar ta’ esperti |
5 |
Taħriġ |
6 |
L-iskambju tal-aħjar prattiki, sessjonijiet ta’ ħidma, konferenzi, attivitajiet, kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, attivitajiet ta’ komunikazzjoni |
7 |
Studji, proġetti pilota, valutazzjonijiet tar-riskju |
8 |
Tagħmir (inkluż fil-kalkolu tal-limitu massimu ta’ 15 %) |
9 |
Mezzi tat-trasport (inkluż fil-kalkolu tal-limitu massimu ta’ 15 %) |
10 |
Bini, faċilitajiet (inkluż fil-kalkolu tal-limitu massimu ta’ 15 %) |
11 |
L-użu jew segwitu ieħor ta’ proġetti ta’ riċerka |
TABELLA 3: IL-KODIĊIJIET GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAD-DIMENSJONI TAL-MODALITAJIET
1 |
Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi |
2 |
Azzjonijiet f’pajjiżi terzi |
3 |
L-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija |
4 |
Azzjonijiet Speċifiċi (mhux magħrufa fl-istadju tal-programmar) |
5 |
Assistenza ta’ emerġenza (mhux magħrufa fl-istadju tal-ipprogrammar) |
6 |
L-azzjonijiet elenkati fl-Anness IV |
ANNESS VII
Azzjonijiet eliġibbli għall-appoġġ operazzjonali
Fl-objettiv speċifiku għal skambju aħjar tal-informazzjoni, l-appoġġ operazzjonali fil-programmi għandu jkopri:
— |
il-manutenzjoni u l-helpdesk tal-Unjoni u fejn rilevanti tas-sistemi tal-IT nazzjonali li jikkontribwixxu sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament. |
— |
l-ispejjeż tal-persunal sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament |
Fl-objettiv speċifiku għal aktar kooperazzjoni operattiva, l-appoġġ operazzjonali fil-programmi nazzjonali għandu jkopri:
— |
il-manutenzjoni tat-tagħmir tekniku jew il-mezzi tat-trasport użati għal azzjonijiet fil-qasam tal-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta’ kriminalità serja u organizzata b’dimensjoni transfruntiera. |
— |
l-ispejjeż tal-persunal sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament |
Fl-objettiv speċifiku għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, l-appoġġ operazzjonali fil-programmi nazzjonali għandu jkopri:
— |
il-manutenzjoni tat-tagħmir tekniku jew il-mezzi tat-trasport użati għal azzjonijiet fil-qasam tal-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta’ kriminalità serja u organizzata b’dimensjoni transfruntiera. |
— |
l-ispejjeż tal-persunal sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament |
Azzjonijiet li mhumiex eliġibbli skont l-Artikolu 4(3) ma għandhomx ikunu koperti.
ANNESS VIII
Indikaturi tal-outputs u tar-riżultati msemmija fl-Artikolu 24(3)
Objettiv Speċifiku 1: Skambju aħjar ta’ informazzjoni
(1) |
L-użu ta’ mekkaniżmi tal-UE għall-iskambju tal-informazzjoni mkejla permezz ta’:
|
(2) |
L-għadd ta’ konnessjonijiet ġodda bejn il-bażijiet tal-awtoritajiet kompetenti għall-bażijiet tad-data rilevanti għas-sigurtà mwettqa bl-appoġġ tal-Fond: [Em. 145]
|
(3) |
L-għadd ta’ utenti attivi li jużaw għodod, sistemi u bażijiet tad-data tal-UE u fejn relevanti nazzjonali, għall-iskambju tal-informazzjoni, miżjuda bl-appoġġ tal-Fond, meta mqabbel mal-għadd totali tal-utenti. sors tad-data: l-Istati Membri |
Objettiv Speċifiku 2: Kooperazzjoni operattiva akbar
(4) |
Għadd ta’ azzjonijiet operattivi konġunti appoġġati mill-Fond, inklużi l-Istati Membri u l-awtoritajiet parteċipanti, u kklassifikati skont iż-żona (il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata – ġenerali, il-kriminalità organizzata – tal-armi tan-nar, iċ-ċiberkriminalità, oħra):
|
(5) |
Parteċipazzjoni f’networks transnazzjonali li joperaw bl-appoġġ tal-Fond. sors tad-data: l-Istati Membri, il-benefiċjarji tal-għotjiet ta’ azzjoni tal-Unjoni jew tal-EMAS |
(6) |
Il-valur stmat ta’ beni ffriżati, il-valur stmat ta’ beni kkonfiskati bl-għajnuna tal-Fond. sors tad-data: l-Istati Membri |
(7) |
Il-valur tas-sekwestri tad-droga ta' droga illeċita , armi, prodotti tal-organiżmi selvaġġi u traffikar illeċitu fi proprjetà kulturali miksub bl-involviment tal-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi. [Em. 146] sors tad-data: l-Istati Membri, il-benefiċjarji tal-għotjiet ta’ azzjoni tal-Unjoni [Em. 147] |
(8) |
L-għadd ta’ outputs ta’ networks transnazzjonali eżistenti ġġenerati bl-għajnuna tal-Fond, bħal pereżempju manwali dwar l-aħjar prattiki, sessjonijiet ta’ ħidma, eżerċizzji komuni. sors tad-data: l-Europol, il-benefiċjarji tal-għotjiet ta’ azzjoni tal-Unjoni |
(9) |
L-għadd ta’ Rakkomandazzjonijiet ta’ Evalwazzjoni ta’ Schengen b’implikazzjoni finanzjarja fil-qasam tas-sigurtà indirizzati bl-appoġġ tal-Fond, meta mqabbel mal-għadd totali ta’ rakkomandazzjonijiet b’implikazzjoni finanzjarja fil-qasam tas-sigurtà. sors tad-data: l-Istati Membri |
Objettiv Speċifiku 3: It-tisħiħ tal-kapaċitajiet sabiex tiġi miġġielda u pprevenuta l-kriminalità
(10) |
L-għadd ta’ uffiċjali għall-infurzar tal-liġi li lestew it-taħriġ, l-eżerċizzji, it-tagħlim reċiproku jew il-programmi ta’ skambju speċjalizzati dwar suġġetti relatati ma’ aspetti transfrunitiera mogħtija bl-appoġġ tal-Fond, ikklassifikati skont dawn l-oqsma:
|
(11) |
L-għadd ta’ manwali dwar l-aħjar prattiki u tekniki ta’ investigazzjoni, proċeduri operattivi standard u għodod oħra żviluppati bl-appoġġ tal-Fond bħala riżultat ta’ interazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet differenti fl-UE. sors tad-data: l-Istati Membri, il-benefiċjarji tal-għotjiet ta’ azzjoni tal-Unjoni jew tal-EMAS |
(12) |
L-għadd ta’ vittmi tal-kriminalità megħjuna bl-appoġġ tal-Fond, ikklassifikati skont it-tip ta’ reat (it-traffikar tal-bnedmin u tal-organi , il-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali, it-terroriżmu, il-kriminalità serja u organizzata, iċ-ċiberkriminalità, l-isfruttament sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal , it-tortura jew trattament inuman jew degradanti ). [Em. 149] sors tad-data: l-Istati Membri |
(13) |
F’għadd ta’ infrastrutturi kritiċi spazji pubbliċi u fl-iskala ta’ spazji pubbliċi infrastrutturi kritiċi l-protezzjoni kontra inċidenti relatati mas-sigurtà tjiebu bl-għajnuna tal-Fond. [Em. 150] sors tad-data: l-Istati Membri |
(14) |
Għadd ta’ inizjattivi biex tiġi evitata r-radikalizzazzjoni li twassal għall-estremiżmu vjolenti:
|
(15) |
L-għadd ta’ sħubijiet stabbiliti bl-appoġġ tal-Fond li kkontribwew biex jittejjeb l-appoġġ lix-xhieda, lill-informaturi u lill-vittmi tal-kriminalità:
|
Objettiv Speċifiku 3 a: Żvilupp ta' kultura ta' intelligence komuni
(15a) |
Għadd ta' skambji bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-intelligence. |
(15b) |
Għadd ta' uffiċjali tal-infurzar tal-liġi u tal-intelligence involuti f'taħriġ, eżerċizzji, programmi ta' tagħlim reċiproku jew programmi ta' skambju speċjalizzati dwar kwistjonijiet transfruntiera organizzati b'appoġġ mill-Fond. sors tad-data: l-Istati Membri [Em. 154] |