|
21.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 23/254 |
P8_TA(2019)0152
Prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel (COM(2018)0173 – C8-0139/2018 – 2018/0082(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2021/C 23/44)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0173), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0139/2018), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2018 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-4 ta' Lulju 2018 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-14 ta' Jannar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għall-Iżvilupp, u l-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0309/2018), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Japprova d-dikjarazzjoni tiegħu annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni; |
|
3. |
Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni; |
|
4. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
P8_TC1-COD(2018)0082
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet bejn in-negozji fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Direttiva (UE) 2019/633.)
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew dwar l-alleanzi tax-xiri
Il-Parlament Ewropew, filwaqt li jirrikonoxxi r-rwol possibbli moqdi minn alleanzi ta' xerrejja fil-ħolqien ta' effiċjenzi ekonomiċi fil-katina tal-agrikoltura u f'dik tal-provvista tal-ikel, jenfasizza li n-nuqqas kurrenti ta' informazzjoni ma jippermettix li ssir evalwazzjoni tal-effetti ekonomiċi ta' tali alleanzi ta' xerrejja fuq il-funzjonament tal-katina tal-provvista.
F'dan ir-rigward, il-Parlament Ewropew jitlob li l-Kummissjoni tvara mingħajr dewmien analiżi fil-fond dwar il-firxa u l-effetti ta' dawn l-alleanzi tax-xiri nazzjonali u internazzjonali fuq il-funzjonament ekonomiku tal-katina tal-agrikoltura u ta' dik tal-provvista tal-ikel.
Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar it-trasparenza tas-swieq agrikoli u alimentari
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jenfasizzaw li t-trasparenza tas-swieq agrikoli u alimentari hija element ewlieni ta' katina tal-provvista agrikola u alimentari li tiffunzjona tajjeb, sabiex l-għażliet tal-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet pubbliċi jkunu aktar imnebbħa kif ukoll biex jiġi faċilitat il-ftehim tal-operaturi dwar l-iżviluppi tas-suq. Il-Kummissjoni hija mħeġġa tkompli l-ħidma li qiegħda twettaq biex tissaħħaħ it-trasparenza tas-suq fil-livell tal-UE. Dan jista' jinkludi t-tisħiħ tal-ħidma fuq l-osservatorji tas-suq tal-UE u t-titjib tal-ġbir ta' data statistika meħtieġa għall-analiżi ta' mekkaniżmi ta' formazzjoni tal-prezzijiet tul il-katina tal-provvista agrikola u alimentari.